RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – It-Tieni Parti
2.4.2008 - (COM(2007)0824 – C6‑0476/2007 – 2007/0293(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: József Szájer
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
- ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
- ITTRA TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
- ITTRA TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
- ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
- ITTRA TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
- PROĊEDURA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – It-Tieni Parti
(COM(2007)0824 – C6‑0476/2007 – 2007/0293(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0824),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-artikoli 37,44(1), 71, 80(2), 95, 152(4)(b), 175(1), 179 u 285 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0476/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0100/20008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 1.1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1257/96 Artikolu 15 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pjanijiet globali huma atti li għandhom skop ġenerali u li l-adozzjoni tagħhom tħalli spazju wiesa’ għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar prijoritajiet, objettivi, attivitajiet proposti, riżultati mistennija u dwar id-distribuzzjoni tal-fondi fost reġjuni/pajjiżi differenti li jinsabu fi kriżi. Barra minn hekk, pjanijiet globali huma ‘pjanijiet għal tul ta’ żmien twil’ għal kuntrarju ta’ kwalunkwe fondi urġenti oħra fil-qasam ta’ l-għajnuna umanitarja. Il-pjanijiet globali għalhekk iżidu elementi mhux essenzjali oħra mar-Regolament u għandha tapplika l-proċedura regolatorja bi skrutinju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 2.5 – punt -1 (ġdid) Direttiva 2004/9/KE Artikolu 6 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 3.6 – punt 1 a (ġdid) Direttiva 2003/87/KE Artikolu 14 – paragrafu 1 – sentenza 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 3.6 – punt 5 a (ġdid) Direttiva 2003/87/KE Artikolu 24 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 3.9 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1013/2006 Artikolu 59 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 4.1 – punt 5 Regolament (KEE) Nru 3924/91 Artikolu 6 u Artikolu 7 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-adozzjoni ta’ regoli għall-ipproċessar ta’ kwestjonarji mimlijin jew informazzjoni minn sorsi oħra (Artikolu 6) kif ukoll l-istabbiliment ta’ regoli li japplikaw għal perjodi ta’ surveys li huma iqsar minn sena (Artikoli 7(2)), huma miżuri ta’ skop ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ l-istrument bażiku billi jissupplimentawh u għalhekk għandhom ikunu alineati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 4.1 – punt 5a (ġdid) Regolament (KEE) Nru 3924/91 Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ komitoloġija jsiru konsistenti, l-Artikolu 9 għandu jitħassar jekk l-Artikoli 6 u 7 (2) huma alineati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 4.1 – punt 6 Regolament (KEE) Nru 3924/91 Artikolu 9 u Artikolu 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ komitoloġija jsiru konsistenti, l-Artikolu 9 għandu jitħassar jekk l-Artikoli 6 u 7 (2) huma alineati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 4.2 – punt 3 Direttiva 96/16/KE Artikolu 4 – paragrafu 2 u Artikolu 6 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tikkjarifika r-referenza minħabba li l-Artikolu 4(2) sar l-aħħar parti ta’ l-Artikolu 5(2) fuq il-bażi tad-Direttiva 2003/107/KE (ĠU L 7 13.1.2003, p.40). Minħabba li l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6(1) jikkonċernaw biss forom standard, ma hemm l-ebda oġġezzjoni għall-proċedura regolatorja (l-antika) proposta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt (-1) (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt -1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt (a) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt -1 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt 1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 17 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.6 – punt 3 Direttiva 2003/99/KE Artikolu 11 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.7 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 852/2004 Artikolu 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.8 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 853/2004 Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.9 – punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 854/2004 Artikolu 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.10 – punt (2 a) (ġdid) Regolament (KE) Nru 183/2005 Artikolu 26 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 7.6 – punt 1 Direttiva 2004/8/KE Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda teknika għandha l-għan li tikkjarifika t-test tal-proposta, skond it-tifsira ta’ ‘reviżjoni’ użata fid-Direttiva oriġinali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 7.8 – punt 1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 725/2004 Artikolu 10 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 7.11 – punt 1 Direttiva 2005/65/KE Artikolu 15 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006. L-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni emendata 1999/468/KE jintroduċi ‘proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju’ (RPS) sabiex tiġi użata għal miżuri ta' ambitu ġenerali li jkollhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku, adottat skond il-kodeċiżjoni, inkluż billi jitħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.
Wara l-eżaminazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-proċeduri li għaddejjin, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat inter alia din il-proposta li tkopri 47 att leġiżlattiv li għandu jkun adattat għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida (RPS).
Fid-deċiżjoni tagħha tat-12 ta’ Diċembru 2007, il-Konferenza tal-Presidenti ħatret lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali bħala l-kumitat responsabbli biex jittratta l-‘allinjament tal-komitoloġija’ u biex jaħdem mal-kumitati speċjalizzati bħala kumitati li jagħtu opinjoni. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ftehmet fil-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-modalitajiet tal-koperazzjoni bejn il-kumitat JURI u kumitati oħra involuti.
Ir-‘rapporteur’ ippropona lil kumitati oħra li l-pakkett ta’ allinjament għandu jkun adottat mill-aktar fis possibbli sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tibda tapplika għall-acquis eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona (li jinkludi dispożizzjonijiet importanti dwar atti delegati li se jissostitwixxu l-proċedura regolatorja bi skrutinju, iżda li se jieħdu l-ħin biex jiġu adottati permezz ta’ kodeċiżjoni). Dan ir-Rapport jinkludi numru limitat ta' emendi li ġew suġġeriti minn kumitati oħra fl-opinjonijiet tagħhom, emendi li waslu f'forma ta’ ittri, kif ukoll emendi relatati mad-dokument tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, kif propost fl-Opinjoni tiegħu. Emenda waħda hija ta’ natura teknika u għandha l-għan li tikkjarifika referenza f’waħda mid-Direttivi.
ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
Mr Guiseppe Gargani
Chairperson
Kumitat għall-Affarijiet Legali
ASP 09E206
Parlament Ewropew
Għażiż Chairman,
F’isem il-Kumitat għall-Iżvilupp, u wara konsultazzjoni mill-qrib mar-Rapporteur Permanenti dwar l-Għajnuna Umanitarja, is-Sur Thierry Cornillet, il-koordinaturi tal-Kumitat tagħna tawni istruzzjonijiet biex inressaq lill-Kumitat tagħkom xi tħassib u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tagħna dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Adattazzjoni għal proċedura regolatorja bi skrutinju - Taqsima 2 (COM(2007) 284 finali (2007/0293(COD)).
Din il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi adattazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ta’ l-20 ta’ Ġunju dwar l-għajnuna umanitarja, li għaliha hu responsabbli l-Kumitat tagħna.
Il-Kumitat tagħna jilqa’ b’sodisfazzjon l-applikazzjoni proposta tal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja. Dawn il-miżuri b’mod ċar huma ta’ natura kważi leġiżlattiva. L-applikazzjoni tal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju għall-adozzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 15.1 il-ġdid) huwa indispensabbli u ma għandux jiddgħajjef matul il-proċess ta’ negozjati li jmiss.
Barra minn hekk, il-Kumitat tagħna huwa ta’ l-opinjoni li l-adozzjoni tal-"Pjanijiet Globali” mill-Kummissjoni tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju, filwaqt li l-Kummissjoni, għal dawn it-tipi ta’ miżuri, tipproponi biss il-proċedura ta’ mmaniġġjar.
Il-pjanijiet globali msemmija fir-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja huma “maħsuba biex jipprovdu qafas koerenti għall-azzjoni fil-pajjiż jew ir-reġjun fejn l-iskala u l-kumplessità tal-kriżijiet umanitarji huma tali li jidhru li aktarx se jissuktaw, u għall-baġits ta’ dawk il-pjanijiet”. Huwa evidenti li l-pjanijiet globali huma atti bi skop ġenerali. L-adozzjoni ta’ pjanijiet globali tħalli spazju kbir ta’ diskrezzjoni għall-Kummissjoni biex din tiddeċiedi dwar prijoritajiet, attivitajiet proposti u riżultati mistennija. Hija tinkludi diskrezzjoni dwar kif jiġu mqassmin fondi fost kriżijiet/reġjuni/pajjiżi differenti. Barra minn hekk, pjanijiet globali huma ‘pjanijiet għal tul ta’ żmien twil’ għal kuntrarju ta’ kwalunkwe fondi urġenti oħra li japplikaw fil-qasam ta’ l-għajnuna umanitarja. Il-pjanijiet globali għalhekk iżidu elementi mhux essenzjali għar-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja. Konsegwentement, il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju għandha tapplika wkoll għall-approvazzjoni tal-pjanijiet globali mill-Kummissjoni (l-Artikolu 15.3 ġdid, l-ewwel inċiż).
Nixtieq nenfasizza li l-Parlament huwa konxju tal-bżonn li l-għajnuna umanitarja titwassal fil-ħin u malajr. Madanakollu, minħabba li l-pjanijiet globali huma miżuri għal tul ta’ żmien twil, organizzati minn ħafna qabel, se jkun possibbli li kemm il-Kunsill u kemm il-Parlament jippermettu skrutinju xieraq fil-limitu ta’ żmien normali kif previst. Madanakollu, fejn iġġustifikat b’mod xieraq, il-possibilità għal derogi mil-limitu ta' żmien għandha tkun inkuża fir-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja sabiex ikun żgurat li l-Kummissjoni tista’ tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti u għal bidliet fil-pajjiżi jew ir-reġjuni kkonċernati.
F’isem il-Kumitat għall-iżvilupp, nitolbok biex tinkludi din l-opinjoni fir-rapport tiegħek.
Dejjem tiegћek,
Josep Borrell Fontelles
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (26.3.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta d-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju – it-Tieni Parti
(COM(2007)0824 – C6‑0476/2007 – 2007/0293(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Miroslav Ouzký
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Emenda 1 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 2.5 – punt -1 (ġdid) Direttiva 2004/9/KE Artikolu 6 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 3.6 – punt 1 a (ġdid) Direttiva 2003/87/KE Artikolu 14 – paragrafu 1 – sentenza 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 3.6 – punt 5 a (ġdid) Direttiva 2003/87/KE Artikolu 24 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 3.9 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1013/2006 Artikolu 59 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt (-1) (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt -1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt (a) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt -1 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.5 – punt 1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 998/2003 Artikolu 17 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.6 – punt 3 Direttiva 2003/99/KE Artikolu 11 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.7 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 852/2004 Artikolu 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.8 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 853/2004 Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.9 – punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 854/2004 Artikolu 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament - att li jemenda Anness – taqsima 6.10 – punt (2 a) (ġdid) Regolament (KE) Nru 183/2005 Artikolu 26 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
L-adattament ta' xi atti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0824 – C6-0476/2007 – 2007/0293(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
JURI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 15.1.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Miroslav Ouzký 20.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
26.2.2008 |
|
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
26.3.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
50 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marios Matsakis, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Dagmar Roth-Behrendt, Karin Scheele, Richard Seeber, Kathy Sinnott, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Iles Braghetto, Bairbre de Brún, Jutta Haug, Erna Hennicot-Schoepges, Lambert van Nistelrooij |
|||||||
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Miguel Angel Martínez Martínez |
|||||||
ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
Is-Sur Giuseppe Gargani
Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
ASP 9 E 206)
Ref.: D(2008)16324
JG/
Brussell,
Suġġett: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta numru ta’ strumenti suġġetti għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, kif emendat bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - (COM(2007)0741, "omnibus I"), (COM(2007)0824, "omnibus II"), (COM(2008)0071 final , "omnibus IV").
Għeżież Sur Gargani u Sur Szájer,
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE) eżamina l-istrumenti li huma relatati ma' l-oqsma ta' kompetenza inklużi fil-proposta imsemmija hawn fuq.
Wara konsultazzjoni mal-koordinaturi, qed nippreżentalek f’forma ta’ tabelli mehmużin, l-opinjoni tal-Kumitat ITRE dwar il-proposti ta’ allinjament.
Wara eżaminazzjoni bir-reqqa, aħna kkonkludejna li tliet strumenti (ir-Regolament 733/2002/ dwar l-eu Top Level Domain, ir-Regolament tal-Kunsill 3924/91 li jistabbilixxi survey dwar il-produzzjoni industrijali u d-Direttiva 1999/5/KE dwar tagħmir ta’ terminal għar-radju u t-telekomunikazzjonijiet) mhumiex alineati b’mod korrett u li r-raba’ strument (Direttiva 2004/8/KE dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni) jeħtieġ adattazzjoni teknika.
Barra minn hekk, ir-reviżjoni ta’ l-acquis communautaire fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet żvelat li d-Deċiżjoni 676/2002/KE dwar l-Ispettru tar-Radju (miżuri ta’ armonizzazzjoni fil-qasam ta’ l-ispettru) tħallew barra mill-Kummissjoni fil-proposti tagħha għal allinjament. Aħna naqblu ma’ l-approċċ tar-rapporteur biex l-atti kollha li tħallew barra jinġabru u skond ir-Regola 39, nitolbu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi ulterjuri biex jiġu alineati dawn l-istrumenti.
Dejjem tiegћek,
Angelika Niebler
C/c: Is-Sur Szájer
Mehmuża: tabella omnibus1, tabella omnibus 2, tabella omnibus 4.
Il-Kumitat: ITRE Rapporteur għal opinjoni: Angelika Niebler (Chairperson), amministratur: Julio Guzmán
Attijiet bażiċi li għandhom jiġu alineati |
Osservazzjonijiet tas-SegretarjatTal-Kumitat Juri |
Osservazzjonijiet tas-SegretarjatTal-Kumitat ITRE |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali COM(2007)824 – 2007/0293 (COD) - punt 4.1 DĠ ESTAT
|
Alineament parzjali għall-RPS, mal-proċedura ta’ l-immaniġġjar miżmuma għall-Artikoli 3(2) (survey eċċezzjonali dwar il-limitu massimu), u (regoli għall-kwestjonarji) u 7(2) ( trażmissjoni ta’ sejbiet għal perjodi ta’ surveys li jkunu iqsar minn sena)
|
Mhux allinjati korrettement Artikolu 6 għandu jkun allinjat ma’ l-RPS – Ir-regoli għall-ipproċessar ta’ kwestjonari kompluti jew informazzjoni minn sorsi oħra huma miżuri ta’ skop ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ l-istrument bażiku billi jissupplimentawh. Artikolu 7 għandu jkun allinjat ma’ l-RPS – L-istabbiliment ta’ regoli li japplikaw għall-perjodi ta’ survey li huma iqsar minn sena jikkonsisti f’miżuri ta’ skop ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ l-istrument bażiku billi jissupplimentawh. L-Artikolu 9 għandu jitħassar jekk l-Artikoli 6 u 7(2) jiġu allinjati ma’ l-RPS sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ komitoloġija jsiru konsistenti. |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru dwar il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta’ l-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009 COM(2007)824 – 2007/0293 (COD) - punt 4.6 DĠ ESTAT |
allinjament parzjali għall-RPS, mal-proċedura regolatorja li nżammet għall-Artikolu 7(1) modifikat (dwar it-trażmissjoni ta' formati)
|
Allinjati korrettement mal-RPS (mingħajr l-introduzzjoni ta' proċedura ta' urġenza)
|
|
Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta’ l-enerġija u li temenda d-Direttiva 92/42/KEE COM(2007)824 – 2007/0293 (COD) - punt 7.6 DĠ TREN |
Allinjament sħiħ ma’ l-RPS |
Allinjati korrettement ma’ l-RPS iżda t-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(2) għandha terġa tinkiteb u għandha tissostitwixxi “Kwalunkwe miżuri , maħsuba biex jemendaw ...” minn “dawk il-miżuri, maħsuba ...”
|
|
ITTRA TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
Is-Sur Giuseppe GARGANI
Chairperson
Kumitat għall-Affarijiet Legali
ASP 09E206
Brussell
Tħassib: Opinjonijiet tal-Kumitat IMCO dwar il-Proposti “Adattazzjoni għall-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju
Għażiż kollega,
Matul il-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Frar 2008, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur iddiskuta u adotta tliet opinjonijiet dwar il-proposti leġiżlattivi li jadottaw id-dispożizzjonijiet ta’ komitoloġija ta’ lista ta’ strumenti leġiżlattivi għall-“Proċedura Regolatorja bi Skrutinju” (“RPS”):
- COM (2007)0741 'L-ewwel Omnibus'
- COM (2007)0824 'It-Tieni Omnibus'
- COM (2007)0870 dwar Direttiva ta’ Riformulazzjoni dwar l-Ismijiet tat-Tessuti
It-tliet opinjonijiet li jidhru fl-ittra kienu adottati unanimament (b'19 -il vot).
Fl-istess ħin, il-Kumitat jixtieq jirreġistra protest dwar l-iskeda mimlija ħafna li ġiet stabbilita u li ma tippermettix ħin adegwat għad-deliberazzjoni tal-Kumitat dwar dawn il-kwistjonijiet. Dan huwa ta’ dispjaċir minħabba n-numru ta’ suġġerimenti li l-Kumitat iqis bħala neċessarji għaż-żewġ proposti omnibus. Il-Kumitat IMCO wera t-tħassib serju dwar dan minħabba li din is-sitwazzjoni turi kwalità medjokri tal-preparazzjoni tal-proposti mill-Kummissjoni, u għalhekk jitolbok biex tressaq din il-kwistjoni lill-Kummissjoni Ewropea.
Nittama li kif miftiehem fuq il-livell ta’ ħidma, il-Kumitat tiegħek jadotta s-suġġerimenti IMCO kollha mingħajr emenda.
Dejjem tiegћek,
Arlene McCARTHY
ITTRA TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
Is-Sur Giuseppe GARGANI TRAN/D/2008/17737
Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
ASP 09E206
Brussell
Suġġett: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta numru ta’ strumenti suġġetti għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, kif emendat bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Tieni Parti- (COM(2007)0824 - 2007/0293 (COD))
Għeżiż Sur Gargani u għażiż kollega,
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu waqt laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2008 eżamina l-proposta msemmija hawn fuq skond id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti (CoP) tat-12 ta’ Diċembru 2007 biex il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jinħatar bħala l-kumitat li jmexxi r-reviżjoni tal-miżuri leġiżlattivi eżistenti li għandhom jiġu adattati għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida u biex jiżgura li l-kumitati speċjalizzati huma assoċjati permezz ta’ opinjonijiet.
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu unanimament jirrakkomanda lill-Kumitat tagħkom, bħala l-kumitat responsabbli, biex jaċċetta l-alineament ta’ tnax –il strument tal-proposta tal-Kummissjoni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kumitat għat-trasport u t-Turiżmu bil-modifikazzjonijiet (emendi) kif propost fl-Anness.
Dejjem tiegћek,
Paolo Costa
Anness: Elenku
Cc: Is-Sur Jarzembowski, rapporteur għal opinjoni TRAN
Is-Sur Szájer, rapporteur għal opinjoni JURI
ANNESS
It-12-il strument fil-COM(2007)824 (it-tieni omnibus)
STRUMENT GĦALL-KUMITAT TRAN |
RIMARKI/EMENDI |
|
1. Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija - DĠ ESTAT |
Allinjament parzjali ma’ l-RPS, mal-proċedura regolatorja miżmum għall-Artikolu 10 rigward it-trażmissjoni ta’ dejta lill-Eurostat. Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
2. Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru - DĠ ESTAT |
allinjament parzjali għall-RPS, bil-proċedura regolatorja miżmuma għad-deskrizzjoni ta’ kodiċi ta’ dejta u mezz ta’ trażmissjoni kif ukoll disseminazzjoni ta’ riżultati ta’ statistika (l-Artikoli 7, 8 u 10). Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
3. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq – DĠ TREN |
Allinjament sħiħ ma’ l-RPS Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
4. Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta’ sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta’ tul ta’ 24 metru jew aktar - DĠ TREN |
Allinjament parzjali għall-RPS, bil-proċedura regolatorja miżmuma għall-Artikolu 4(4)(b) rigward miżuri speċifiċi ta’ sikurezza intenzjonati mill-MS. Position: accepted |
|
5. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ l-inġenji tal-baħar ta’veloċità kbira għall-passiġġieri - DĠ TREN |
Allinjament parzjali għall-RPS, bil-proċedura regolatorja miżmuma għall-Artikolu 4(1)(d) dwar eżenzjonijiet ta’ konformità ta’ reġistru ta’ dejta tal-vjaġġ ma’ l-istandards IMO, l-Artikolu 11(6) u (8) dwar format ta’ sondaġġ u proċeduri u l-Artikolu 13(3) dwar l-allokament ta’ numri ta’ identifikazzjoni u l-aċċess għad-database tagħhom. Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
6. Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta’ ħtiġijiet ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 – DĠ TREN |
Allinjament sħiħ ma’ l-RPS
Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
7. Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti ta' l-organotin fuq il-bastimenti – DĠ TREN |
Allinjament sħiħ ma’ l-RPS
Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
8. Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità – DĠ TREN |
Allinjament sħiħ ma’ l-RPS
Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
9. Ir-Regolament Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet – DĠ TREN |
Allinjament parzjali għall-RPS, bil-proċedura regolatorja miżmuma għall-Artikolu 9(4) dwar spezzjonijiet ta’ konformità, l-Artikolu 10(3) u (5) dwar proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ta’ Bastimenti u Sigurtà tal-Port Internazzjonali (ISPS). Il-proċedura ta’ salvagwardja stipulata għall-Artikolu 5(2) rigward l-eżami ta’ ftehimiet ta’ sigurtà alternattivi jew ekwivalenti. Il-Pożizzjoni: L-RPS għandu japplika għal miżuri li jiddefinixxu l-proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS. |
|
10. Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 – DĠ TREN |
Allinjament parzjali għall-RPS, bil-proċedura regolatorja miżmuma għall-Artikolu 6(1) u (2) rigward id-deċiżjonijiet ta’ rifjut u sospensjoni ta’ reġistrazzjoni.
Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
11. Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità –DĠ TREN |
Allinjament parzjali għall-RPS, bil-proċedura regolatorja miżmuma għall-Artikolu 5(2) rigward il-linjigwidi tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet. Il-Pożizzjoni: aċċettat |
|
12. Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet – DĠ TREN |
Allinjament sħiħ ma’ l-RPS Il-limitu ta’ żmien għal reazzjoni tal-PE tibqa’ mqassra għal xahar. Il-Pożizzjoni: Il-perjodu stipulat skond l-Artikolu 5a (3) (c) u (4) (e) għandu jkun estiż għal tliet xhur minflok għal xahar kif propost mill-Kummissjoni. |
|
ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
Is-Sur Giuseppe Gargani
Chaiman tal-Kumitat għall-
Affarijiet Legali
ASP 9 E 206
Is-Sur József Szájer
ASP 12 E 252
Suġġett: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta numru ta’ strumenti suġġetti għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, kif emendat bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (OMNIBUS II) (COM(2007) 824)
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, jiġifieri l-Anness 4.2, 4.3, 6.1 u 6.4.
1. Anness 4.3 Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Dicembru 2001 dwar l-istħarrig statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jigi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ sigar tal-frott
Rigward l-Anness 4.3, COMAGRI ma għandu l-ebda oġġezzjonijiet għall-allinjament mill-ġdid propost, minħabba li l-proċeduri ta' komitoloġija kollha nbidlu fi proċeduri regolatorji bi skrutinju (RPS).
2. Anness 4.2 Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Dicembru 2001 dwar l-istħarrig statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jigi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ sigar tal-frott
Rigward l-Anness 4.2, jidher li sar xi żball. F’punt 3, il-proċedura regolatorja (mingħajr skrutinju) hija prevista għall-miżuri li ttieħdu skond l-“Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1)”.
Jidher li bħal donnu l-Artikolu 4(2) tħassar mid-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar stħarriġ statistiku dwar il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (OJ L 7 13.1.2003. p.40). Fl-istess ħin, proċedura regolatorja bi skrutinju ġdida ġiet introdotta fl-Artikolu 5(2) li ma ssemmiet xejn.
Minħabba li l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6(1) jikkonċernaw biss forom standard, ma hemm l-ebda oġġezzjoni għall-proċedura regolatorja mingħajr skrutinju.
3. Anness 6.1 - Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ għalf kompost
Rigward Anness 6.1, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tradizzjonalment kien il-kumitat ta’ tmexxija dwar l-aħħar rapporti dwar l-emendi li jikkonċernaw id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ għalf kompost. Aħna qed nipproponu l-użu ta’ proċedura regolatorja bi skrutinju għall-proċedura prevista fl-Artikolu 10 punt a) kif ukoll punt b), minħabba li dawn jikkonċernaw miżuri ta’ skop ġenerali li jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-direttiva.
4. Anness 6.4 - Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali
Rigward Anness 6.4, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp rurali kien attribwit koperazzjoni msaħħaħ għall-att legali oriġinali. Ma għandna l-ebda oġġezzjonijiet għall-bidliet proposti.
Dejjem tiegћek,
Neil Parish Hans-Peter Mayer
Chairperson Rapporteur għal opinjoni
ITTRA TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
Is-Sur Giuseppe GARGANI
Chairperson
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Għażiż Sur Gargani,
Il-Kumitat LIBE intalab jagħti opinjoni dwar il-punt 2.7 (Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-11 ta' Frar 2004)[1] ta' l-Anness tal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-adattazzjoni għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (Proposta tat-Tieni Omnibus)[2].
Minħabba l-limitazzjonijiet taż-żmien, il-Kumitat LIBE mhux se jkun jista’ jadotta opinjoni dwar id-dokument imsemmi hawn fuq. Għalhekk u f’isem il-Kumitat,
Nixtieq ninfurmak dwar il-pożizzjoni tal-kumitat.
Għalhekk, il-Kumitat tagħna jistaqsi lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali sabiex iqis l-aspetti li ġejjin fir-rapport tiegħu (Rapporteur: Is-Sur Jozsef SZAJER):
Fis-6 ta’ Marzu, 2008, il-Kumitat LIBE iddeċieda li jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni. Madanakollu, xi Membri esprimew l-opinjoni li l-proċedura ta’ komitoloġija stipulata fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 14(f) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandu jkun adattat għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (minflok tinżamm il-proċedura ta’ mmaniġġjar).
Dejjem tiegћek,
Gérard DEPREZ
- [1] Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, tad-18.2.2004, p. 1).
- [2] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta numru ta’ strumenti suġġetti għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, kif emendat bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju. Adattazzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju. It-Tieni Taqsima. COM(2007)824 – -2007/0293 (COD).
PROĊEDURA
Referenzi |
COM(2007)0824 – C6-0476/2007 – 2007/0293(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
19.12.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 15.1.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 15.1.2008 |
ENVI 15.1.2008 |
ITRE 15.1.2008 |
IMCO 15.1.2008 |
||||
|
TRAN 15.1.2008 |
AGRI 15.1.2008 |
LIBE 15.1.2008 |
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 3.3.2008 |
ITRE 27.2.2008 |
LIBE 27.2.2008 |
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
József Szájer 19.12.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
26.2.2008 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
27.3.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
22 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Carlo Casini, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Sharon Bowles, Mogens Camre, Janelly Fourtou, Jean-Paul Gauzès, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Georgios Papastamkos, Michel Rocard, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Gabriela Creţu |
|||||||
Data tat-tressiq |
2.4.2008 |
|||||||