dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalliku
(11488/1/2007 – C6‑0034/2008 – 2006/0206(COD))
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalliku
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11488/1/2007 – C6-0034/2008),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0636),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0102/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill
Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Titolu
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru .../2007
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru .../2008
dwar il-projbizzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-ħażna sikura tal-merkurju metalliku
dwar il-projbizzjoni ta’ esportazzjonijiet u l-ħażna sikura ta’ merkurju metalliku, iċ-ċinabru mhux maħdum, il-komposti tal-merkurju u ċerti prodotti li fihom il-merkurju
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 1 ta' l-ewwel qari.
Emenda 2
Premessa 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 175(1) tiegħu fir-rigward ta’ l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1),
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 2 ta' l-ewwel qari.
Emenda 3
Premessa 1 (ġdida)
(-1) Dan ir-Regolament huwa motivat mill-ħtieġa li jirħarsu is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 19 ta' l-ewwel qari.
Emenda 4
Premessa 1
(1) Rilaxxi tal-merkurju huma rikonoxxuti bħala theddida globali li titlob azzjoni f'livelli reġjonali, nazzjonali, u globali.
(1) Rilaxxi tal-merkurju huma rikonoxxuti bħala theddida globali li titlob azzjoni f'livelli lokali, reġjonali, nazzjonali, u globali.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 3 ta' l-ewwel qari.
Emenda 5
Premessa 2
(2) Bi qbil mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u "Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju", huwa meħtieġ li jitnaqqas ir-riskju ta' l-espożizzjoni tal-bniedem u l-ambjent għall-merkurju.
(2) Bi qbil mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju" u mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament ta' l-14 ta' Marzu 2006 dwar din l-istrateġija, huwa meħtieġ li jitnaqqas ir-riskju ta' l-espożizzjoni tal-bniedem u l-ambjent għall-merkurju
___________
1 ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 128.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 4 ta' l-ewwel qari.
Emenda 6
Premessa 3 a (ġdid)
3a) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għarfu l-problemi ambjentali u soċjali li joħorġu mill-għeluq tal-minjieri tal-merkurju fid-distrett ta' Almadén (Spanja) u qiesu li aħjar jiġu adottati miżuri adegwati ta' kumpens sabiex jippermettu li z-zona affettwata ssib is-soluzzjonijiet vijabbli għall-ambjent lokali, għall-impjiegi u għall-attività ekonomika.Barra minn dan, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2006 rigward l-istrateġija tal-Komunità dwar il-merkurju , il-Parlament Ewropew kien tal-fehma li l-minjieri f'Almadén ikunu post adatt sabiex jinħażen b'sikurezza l-merkurju metalliku.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 6 ta' l-ewwel qari.
Emenda 7
Premessa 4
(4) Jeħtieġ li l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku mill-Komunità tiġi pprojbita sabiex il-provvista globali tal-merkurju titnaqqas b’mod sinifikattiv.
(4) Jeħtieġ li l-esportazzjoni tal-merkurju metalliku, taċ-ċinabru mhux maħdum u komposti tal-merkurju tiġi pprojbita mill-Komunità sabiex il-provvista globali tal-merkurju titnaqqas b’mod sinifikattiv. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimponu projbizzjonijiet usa' u iżjed strinġenti b'konformità ma' l-Artikolu 176 tat-Trattat.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 7 ta' l-ewwel qari.
Emenda 8
Premessa 4 a (ġdida)
(4a) Għall-istess raġuni, għandha tkun projbita wkoll l-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-merkurju li diġà ġew ipprojbiti, jew li dalwaqt se jkunu projbiti, milli jitpoġġew fis-suq fl-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni għandha tħejji lista konsolidata tal-prodotti milquta li għandha tiġi aġġornata kull sena fuq il-bażi ta' żviluppi fil-liġi Komunitarja.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 8 ta' l-ewwel qari.
Emenda 9
Premessa 4 b (ġdida)
(4b) L-importazzjoni ta' merkurju metalliku, ċinabru mhux maħdum u komposti tal-merkurju għandha tkun ipprojbita sabiex tkun żgurata protezzjoni aħjar tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent fl-Unjoni Ewropea.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 9 ta' l-ewwel qari.
Emenda 10
Premessa 5 a (ġdida)
(5a) L-Istati Membri għandhom jibagħtu perjodikament taghrif lill-Kummissjoni dwar il-merkurju metalliku, iċ-ċinabru mhux maħdum u l-komposti tal-merkurju li qed jidħlu jew joħorġu jew li qed jiġu kummerċjalizzati b'mod transkonfinali fit-territorju tagħhom sabiex l-effettività ta' l-istrument tkun tista' tiġi evalwata fil-ħin xieraq.Kull taghrif ta' dan it-tip għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 10 ta' l-ewwel qari.
Emenda 11
Premessa 6
Sabiex jiġu previsti possibbiltajiet ta' ħżin sikur tal-merkurju metalliku li huwa kkunsidrat bħala skart, huwa xieraq li ssir deroga mill-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma għal ċertu tipi ta' terraferma, u biex il-kriterji tat-Taqsima 2.4 ta' l-Anness tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart f'terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta' u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE jiġu ddikjarati mhux applikabbli għal ħżin temporanju ta' merkurju metalliku għal aktar minn sena f'faċilitajiet fuq l-art iddedikati lil u mgħammra għal dan il-għan.
(6) PARCOM (il-Konvenzjoni għall-prevenzjoni ta' tniġġis tal-baħar minn għejun bbażati fuq l-art) Deċiżjoni 90/3 laħqet ftehim dwar l-objettiv li l-impjanti klor-alkali ta' ċelluli ta' merkurju għandhom jitneħħew bil-mod sa l-2010. Sabiex jiġu previsti possibbiltajiet ta' ħżin temporanju sikur tal-merkurju metalliku li huwa kkunsidrat bħala skart, huwa xieraq li ssir deroga mill-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma għal ċertu tipi ta' terraferma, u biex il-kriterji tat-taqsima 2.4 ta' l-Anness tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart f'terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta' u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE jiġu ddikjarati mhux applikabbli għal ħżin temporanju ta' merkurju metalliku li jista' jiġi rkuprat f'faċilitajiet fuq l-art iddedikati lil u mgħammra għal dan il-għan.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 11 ta' l-ewwel qari..
Emenda 12
Premessa 7
(7) Għal ħżin temporanju ta' merkurju metalliku għal aktar minn sena waħda f'faċilitajiet fuq l-art iddedikati għal u mgħammra għal dan il-għan, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi1.
(7) Għal ħżin temporanju ta' merkurju metalliku għal aktar minn sena waħda f'faċilitajiet fuq l-art iddedikati għal u mgħammra għal dan il-għan, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi1.
________
1 ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
________
1 ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 97).
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li tissemma' wkoll id-Direttiva 2003/105/EC (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 97–105) għaliex din emendat id-Direttiva 96/82/KE.
Emenda 13
Premessa 10 a (ġdida)
(10a) L-industrija tal-klor-alkali għandha tibgħat id-data kollha relatata mad-disattivar ta' ċelluli ta' merkurju fl-impjanti tagħha lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati biex tiffaċilita l-infurzar ta' dan ir-Regolament.Is-setturi ta' l-industrija li jiksbu l-merkurju mit-tindif ta' gass naturali jew bħala prodott sekondarju mit-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid jew minn attivitajiet ta' tidwib għandhom ukoll jipprovdu d-data rilevanti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati.Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 13 ta' l-ewwel qari..
Emenda 14
Premessa 11
(11) Stati Membri għandhom jissottomettu taghrif dwar permessi maħruġa għal faċilitajiet ta' ħżin kif ukoll dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament, sabiex eventwalment tkun tista' ssir valutazzjoni tiegħu. L-importaturi, l-esportaturi u l-operaturi għandhom jissottomettu informazzjoni dwar il-movimenti u l-użu tal-merkurju mettaliku.
(11) Stati Membri għandhom jissottomettu taghrif dwar permessi maħruġa għal faċilitajiet ta' ħżin temporanju, kif ukoll dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament, sabiex eventwalment tkun tista' ssir valutazzjoni tiegħu. L-importaturi, l-esportaturi u l-operaturi għandhom jissottomettu informazzjoni dwar il-movimenti u l-użu tal-merkurju mettaliku, iċ-ċinabru mhux maħdum u l-komposti tal-merkurju
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 15 ta' l-ewwel qari.
Emenda 15
Premessa 13
Huwa xieraq li jkun organizzat skambju ta' informazzjoni sabiex tiġi valutata l-ħtieġa potenzjali għal miżuri supplimentari relatati ma' l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-ħżin tal-merkurju u ma' taħlitiet ta' merkurju u prodotti li fihom il-merkurju mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu.
Huwa xieraq li jkun organizzat skambju ta' informazzjoni mal-partjiet interessati kollha sabiex tiġi evalwata l-ħtieġa potenzjali għal miżuri supplimentari relatati ma' l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-ħżin temporanju u r-rimi finali sikur tal-merkurju u ma' taħlitiet ta' merkurju u prodotti li fihom il-merkurju mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 14 ta' l-ewwel qari.
Emenda 16
Premessa 13 a (ġdida)
13a) Għandha tkun ipprovduta assitenza teknika direttament mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri lil pajjiżi li qed jiżviluppaw u lil pajjiżi li l-ekonomija tagħhom għaddejja minn perjodu ta' tranżizzjoni, speċjalment assitenza li tiffaċilita l-mixja lejn teknoloġiji alternattivi ħielsa mill-merkurju u t-tneħħija bil-mod ta' l-użu u r-rilaxx ta' merkurju u ta' komposti ta' merkurju.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal parti mill-Emenda 18 ta' l-ewwel qari.
Emenda 17
Artikolu 1
L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku (Hg, CAS 7439-97-6) mill-Komunità għandha tkun ipprojbita mill-1 ta' Lulju 2011.
L-esportazzjoni ta' merkurju metalliku (Hg, CAS 7439-97-6) iċ-ċinabru mhux maħdum u l-komposti tal-merkurju mill-Komunità għandha tkun ipprojbita mill-1 ta' Diċembru 2010.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 20 ta' l-ewwel qari.
Emenda 18
Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)
L-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-merkurju u li huma pprojbiti milli jinbiegħu jew milli jiġu distribwiti fl-Unjoni Ewropea għandha tiġi pprojbita sa mill-1 ta' Diċembru 2010.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 21 ta' l-ewwel qari
Emenda 19
Artikolu 1 a (ġdid)
Artikolu 1a
L-importazzjoni fil-Komunità ta' merkurju metalliku (Hg, CAS 7439-97-6), ta' ċinabru mhux maħdum, u ta' komposti tal-merkurju b'konċentrazzjoni ta' merkurju ta' aktar minn 5% tal-piż b'piż (w/w) għandha tkun ipprojbita mill-1 ta' Diċembru 2010.
L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-bżonnijiet tagħhom tal-merkurju billi jiksbuh minn prodotti mormija u minn materja prima.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 22 ta' l-ewwel qari. Id-data nbidlet u saret l-1 Diċembru 2010 (l-istess data tal-projbizzjoni ta' esportazzjoni).
Emenda 20
Artikolu 2
Mill-1 ta' Lulju 2011, merkurju metalliku li ma jkunx użat aktar fl-industrija tal-kloro-alkali, merkurju metalliku miksub mit-tindif ta' gass naturali u merkurju metalliku mit-tħaffir għal minerali li ma fihomx ħadid u attivitajiet ta' tidwib għandu jitqies bħala skart u jintrema skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart b'mod sikur għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Mill-1 ta' Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li merkurju metalliku li ma jkunx użat aktar fl-industrija tal-kloro-alkali, jew li huwa miksub minn ċinabru mhux maħdum, merkurju metalliku miksub mit-tindif ta' gass naturali u merkurju metalliku miksub mit-tħaffir għal minerali li ma fihomx ħadid u attivitajiet ta' tidwib għandu jitqies bħala skart u għandu jinħażen temporanjament skond l-operazzjoni ta' rimi D 15 kif stipulata fl-Anness II A tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart b'mod sikur għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, u eventwalment jintrema fil-Komunità f'faċilitajiet xierqa għal dak il-għan li jkollhom evalwazzjoni ta' sikurezza u l-permess meħtieġ kif jitlob dan ir-Regolament.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 23 ta' l-ewwel qari.
Emenda 21
Artikolu 2, paragrafu 1 a (ġdid)
Qabel kull alternattiva oħra, għandha titqies il-possibilità li jintuża Almadén għall-ħażna sikura ta' stocks eżistenti ta' merkurju metalliku jew ta' merkurju metalliku sub-prodott mill-industrija fl-Ewropa kollha, iżda mhux għal oġġetti li kien fihom il-merkurju u li saru skart, biex b'hekk isir użu mill-infrastruttura, mill-ħaddiema lokali u mill-kompetenza teknoloġika li jeżistu hemm.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 24 ta' l-ewwel qari..
Emenda 22
Artikolu 4, paragrafu 1
1. Il-valutazzjoni ta' sigurtà li trid issir f'konformità mad-Deċiżjoni 2003/33/KE għar-rimi ta' merkurju metalliku skond l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandha tkopri partikolarment ir-riskji addizzjonali li jirriżultaw min-natura u l-karatteristiċi għat-terminu twil tal-merkurju metalliku u l-konteniment tiegħu.
1. Il-valutazzjoni ta' sigurtà li trid issir f'konformità mad-Deċiżjoni 2003/33/KE għall-ħażna temporanja ta' merkurju metalliku skond l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandha tiżgura li r-riskji partikulari li jirriżultaw min-natura u l-karatteristiċi għat-terminu twil tal-merkurju metalliku u l-konteniment tiegħu
Ġustifikazzjoni
Tiżgura l-konsistenza ma' emendi oħrajn.
Emenda 23
Artikolu 4, paragrafu 3
3. Il-ħtiġiet għal faċilitajiet elenkati fl-Artikolu 3(1) (a) u (b) ta' dan ir-Regolament kif ukoll kriterji ta' aċċettazzjoni għall-merkurju metalliku, li jemendaw l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 1999/31/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta adatta mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010.
3. Il-ħtiġiet għal faċilitajiet elenkati fl-Artikolu 3(1) (a) u (b) ta' dan ir-Regolament kif ukoll kriterji ta' aċċettazzjoni għall-merkurju metalliku, li jemendaw l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 1999/31/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta adatta mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2009,waqt li tqis l-eżitu ta' l-iskambju ta' informazzjoni skond l-Artikolu 7(1) u tar-rapport dwar ir-riċerka rigward il-possibilitajiet ta' rimi sikur skond l-Artikolu 7(2).
Kwalunkwe operazzjoni ta' rimi finali (operazzjoni ta' rimi D 12, kif definita fl-Anness II A tad-Direttiva 2006/12/KE) dwar merkurju metalliku għandha tkun permessa biss wara d-data li fiha tkun giet adottata l-emenda ta' l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 1999/31/KE.
Ġustifikazzjoni
Din il-proposta għandha tkun lesta talanqas sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni.
Emenda 24
Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4a
Waqt il-ħażna temporanja, ir-responsabilità għall-ħażna sikura għandha tkun tas-sid tal-faċilità għall-ħżin.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fond li jiżgura li jkunu stabbiliti riżorsi finanzjarji għall-ħżin temporanju u għar-rimi finali sikur tal-merkurju.Il-fond għandu jinħoloq fuq il-bażi ta' tariffi mill-industrija u mis-setturi konċernati kif imsemmi fl-Artikolu 2, fi proporzjoni mal-kwantità ta' merkurju mibgħut għall-ħżin temporanju.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 29 ta' l-ewwel qari.
Emenda 25
Artikolu 5 5, paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kopja ta' kwalunkwe permess maħruġ għal faċilità magħżula għal ħżin temporanju jew permanenti tal-merkurju metalliku (operazzjonijiet ta' rimi D 15 jew D 12 rispettivament, kif definiti fl-Anness II A tad-Direttiva 2006/12/KE).
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kopja ta' kwalunkwe permess maħruġ għal faċilità magħżula għal ħżin temporanju jew permanenti tal-merkurju metalliku (operazzjoni ta' rimi D 15 kif definita fl-Anness II A tad-Direttiva 2006/12/KE) akkumpanjat mill-evalwazzjoni ta' sikurezza rispettiva tiegħu skond l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 26
Artikolu 5, paragrafu 2
2. Sa l-1 ta' Lulju 2012, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fit-territorji rispettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jissottomettu dak it-taghrif qabel dik id-data.
2. L-Istati Membri għandhom ifasslu reġistru ta' xerrejja, bejjiegħa u kummerċjanti tal-merkurju, tal-minerali taċ-ċinabru u tal-komposti tal-merkurju u jiġbru l-informazzjoni relevanti.Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fuq it-territorju rispettiv tagħhom fi żmien 6 xhur minn wara t-tmiem tal-perjodu kopert. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni f'rapport konċiż fi żmien sena mill-preżentazzjoni tagħha mill-Istati Membri.L-ewwel ġabra ta' informazzjoni għandha tkopri s-snin 2007-2008 u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010.L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-forma stabbilita mill-Kummissjoni sa ...*.
_________
* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 32 ta' l-ewwel qari.
Emenda 27
Artikolu 5, paragrafu 3
3. Sa l-1 ta' Lulju 2012, importaturi, esportaturi u operaturi ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, kif ikun il-każ, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti d-data li ġejja:
3. It-taghrif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu talanqas jinkludi data dwar dan li ġej:
(a) volumi, prezzijiet, pajjiż ta' oriġini u pajjiż ta' destinazzjoni kif ukoll l-użu intenzjonat tal-merkurju metalliku li jidħol fil-Komunità;
(a) volumi, prezzijiet, pajjiż ta' oriġini u pajjiż ta' destinazzjoni kif ukoll l-użu intenzjonat tal-merkurju metalliku, taċ-ċinabru mhux maħdum u tal-komposti tal-merkurju li jidħlu u joħorgu mill-Komunità sa l-1 ta' Diċembru 2010;
(b) volumi, pajjiż ta' oriġini u pajjiż ta' destinazzjoni tal-merkurju metalliku meqjus bħala skartli hu nnegozjat b'mod transkonfinali ġewwa l-Komunità.
(b) volumi, pajjiż ta' oriġini u pajjiż ta' destinazzjoni tal-merkurju metalliku, taċ-ċinabru mhux maħdum u tal-komposti tal-merkurju li huma nnegozjati b'mod transkonfinali ġewwa l-Komunità.
Ġustifikazzjoni
Tiżgura l-konsistenza ma' emendi oħrajn.
Emenda 28
Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5a
1. Il-kumpaniji involuti fl-industrija tal-klor-alkali għandhom jibagħtu d-data li ġejja rigward id-diżattivar tal-merkurju f'sena partikulari lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati:
- l-aħjar stima ta' l-ammont total ta' merkurju li għadu qed jintuża
- il-kwantità ta' merkurju miksub mill-għeluq jew il-konverżjoni mill-ġdid ta' impjanti ta' klor-alkali,
- il-kwantità mibgħuta lill-faċilitajiet ta' ħżin temporanju individwali,
- il-pożizzjoni u d-dettalji tal-kuntatt għall-faċilitajiet kollha ta' ħżin,
- trasferimenti lejn impjanti oħra klor-alkali fl-Unjoni Ewropea għat-tħaddim ta' ċelluli kontinwi,
-Il- kwantità li hija maħżuna temporanjament taħt ir-responsabilità tas-sid oriġinali għat-tħaddim ta' ċelluli kontinwi.
2. Il-kumpaniji involuti fis-setturi ta' l-industrija li jiksbu l-merkurju mit-tindif ta' gass naturali jew bħala prodotti sekondarju mit-tħaffir għall-metall li ma fihx ħadid jew minn attivitajiet ta' tidwib għandhom jipprovdu d-data li ġejja relatata mal-merkurju miksub f'sena partikulari, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati:
- il-kwantità ta' merkurju miksub,
- il-pożizzjoni u d-dettali tal-kuntatt tal-faċilitajiet kollha ta' ħżin ,
- il-pożizzjoni u d-dettalji tal-kuntatt għall-faċilitajiet kollha ta' ħżin.
3. Il-kumpaniji konċernati għandhom jibagħtu d-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2, skond kif applikabbli, għall-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju...*, u wara, kull sena qabel il-31 ta' Mejju.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-informazzjoni fil-paragrafu 3 skond ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika u l-Aċċess għall-Ġustizzja fl-Affarijiet Ambjentali lill-Istituzzjonijiet u entitajiet Komunitarji1.
____________
* Is-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
1 ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 30 ta' l-ewwel qari.
Emenda 29
Artikolu 7, paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' taghrif bejn l-Istati Membri u l-industriji konċernati. Dan l-iskambju ta' taghrif għandu, b'mod partikolari, jeżamina l-bżonn potenzjali għal: estensjoni tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni għal komposti tal-merkurju u prodotti li fihom il-merkurju;projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' merkurju metalliku, taħlitiet tal-merkurju u prodotti li fihom il-merkurju; estensjoni ta' l-obbligu ta' ħżin għal merkurju metalliku minn sorsi oħrajn; u limiti ta' żmien dwar il-ħżin temporanju ta' merkurju metalliku.
1. 1. Il-Kummissjoni ser torganizza skambju ta' taghrif inizjali bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati konċernati sa l-1 ta' Lulju 2010.Dan l-iskambju ta' taghrif għandu b'mod partikolari jeżamina l-bżonn għal: estensjoni ta' l-obbligu ta' ħżin għal merkurju metalliku minn sorsi oħrajn; u limiti ta' żmien dwar il-ħżin temporanju ta' merkurju metalliku.Dan l-iskambju ta' taghrif inizjali għandu jikkunsidra r-riċerka li tirrigwarda l-għażliet disponibbli għar-rimi sikur sa l-1 Lulju 2009.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 31 ta' l-ewwel qari.
Emenda 30
Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.L-iskambju ta' taghrif għandu janalizza, inter alia, ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni tas-sit Almadén bħala s-sit għall-ħażna sikura ta' l-istocks ta' merkurju metalliku eżistenti jew merkurju metalliku sekondarju prodott mill-industrija Ewropea skond l-Artikolu 2.
Emenda 31
Artikolu 7, paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi attivitajiet ta' riċerka li għaddejjin dwar il-possibilitajiet varji ta' rimi bla periklu inkluż is-solidifikazzjoni tal-merkurju metalliku. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa l-1 ta' Lulju 2010. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament mill-iktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2013.
2. Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi attivitajiet ta' riċerka li għaddejjin dwar il-possibilitajiet varji ta' rimi bla periklu inkluż is-solidifikazzjoni tal-merkurju metalliku. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa l-1 ta' Jannar 2010. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament mill-iktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2012.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal parti mill-Emenda 31 ta' l-ewwel.
Emenda 32
Artikolu 7, paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, b'kont meħud ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fl-Artikolu 5.
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni u l-effetti fuq is-suq ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, b'kont meħud ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fl-Artikoli 5 u 5a.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 36 ta' l-ewwel qari.
Emenda 33
Artikolu 7, paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, jekk xieraq akkumpanjat minn proposta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2013 li għandu jirrifletti u jevalwa l-eżitu ta' l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
4. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, jekk xieraq akkumpanjat minn proposta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2012 li għandu jirrifletti u jevalwa l-eżitu ta' l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 kif ukoll ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 36 ta' l-ewwel qari.
Emenda 34
Artikolu 7, paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa l-1 ta' Lulju 2010 dwar il-progress f'attivitajiet u negozjati multilaterali dwar il-merkurju, waqt li tivvaluta partikolarment il-konsistenza taż-żmien u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament ma' żviluppi internazzjonali.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009 dwar il-progress f'attivitajiet u negozjati multilaterali dwar il-merkurju, waqt li tivvaluta partikolarment il-konsistenza taż-żmien u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament ma' żviluppi internazzjonali.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 37 ta' l-ewwel qari.
Emenda 35
Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, billi jqisu b'mod partikolari l-bżonnijiet ta' pajjiżi affettwati li qegħdin fil-proċess ta' żvilupp u ta' pajjiżi b'ekonomiji fil-proċess ta' bidla, jikkoperaw sabiex jippromwovu l-għajnuna teknika, inklużi t-taħriġ għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura, il-kapaċità u l-kompetenza meħtieġa sabiex isir progress fil-bidla favur teknoloġiji alternattivi ħielsa mill-merkurju u biex eventwalment jitneħħew l-użi u r-rilaxxi tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju.
Ġustifikazzjoni
Terġa' ddaħħal l-Emenda 38 ta' l-ewwel qari.
Emenda 36
Artikolu 8
Sa l-1 ta' Lulju 2011 l-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali li jirrestrinġu l-esportazzjoni ta' merkurju metalliku li ġew adottati f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
Sa l-1 ta' Diċembru 2010, l-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ miżuri nazzjonali li jirrestrinġul-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' merkurju metalliku, ċinabru mhux maħdum u komposti tal-merkurju u l-esportazzjoni ta' ċertu prodotti li fihom il-merkurju, li ġew adottati f'konformità mal-leġiżazzjoni Komunitarja qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
Ġustifikazzjoni
Tiżgura l-konsistenza ma' emendi oħrajn.
Titolu
Il-projbizzjoni ta' l-esportazzjonijiet u l-ħażna sikura tal-merkurju metalliku