RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformolat)

3.4.2008 - (COM(2007)0443 – C6‑0243/2007 – 2007/0163(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Bernard Lehideux
(Riformulazzjoni – Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0163(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0131/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformolat)

(COM(2007)0443 – C6‑0243/2007 – 2007/0163(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0443),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u 150, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0243/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tal-riformulazzjoni ta' l-atti ġuridiċi[1],

–   wara li kkunsidra l-ittra ta' l-24 ta' Jannar 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali bi qbil ma' l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6‑0131/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu rrappreżentati f’Bord tat-Tmexxija sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet tal-Fundazzjoni. Dan il-Bord għandu jkun assenjat is-setgħat meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Fondazzjoni u jaħtar id-Direttur.

Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri għandhom jiġu rrappreżentati f’Bord tat-Tmexxija sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet tal-Fondazzjoni. Dan il-Bord għandu jkun assenjat is-setgħat meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Fondazzjoni u jaħtar id-Direttur.

Ġustifikazzjoni

Ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenziji Ewropej deċentralizzati u l-Parlament mhumiex biżżejjed. Il-Membri tal-Parlament spiss mhumiex biżżejjed konxji tal-funzjonijiet li għandhom dawn l-Aġenziji u ta' l-attività reali tagħhom. Sabiex jimtela dan in-nuqqas, ikun utli ferm li l-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea jkun jinkludi rappreżentanti tal-Parlament. Dawn ir-rappreżentanti jistgħu jservu biex iwasslu l-preokkupazzjonijiet tal-Fondazzjoni lill-Membri tal-Parlament. L-idea hi li tinħoloq konnessjoni għal komprensjoni aħjar ta' l-azzjonijiet tagħha.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) pajjiżi oħra ddeżinjati bid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni, skond il-prijoritajiet tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea u safejn jippermettu r-riżorsi disponibbli.

c) pajjiżi oħra ddeżinjati bid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija wara li tingħata opinjoni mill-Kummissjoni, skond il-prijoritajiet tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea u safejn jippermettu r-riżorsi disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Jaqbel li l-Fondazzjoni Ewropea għall-Edukazzjoni ma tiġix imwaqqfa milli tintervjeni f'pajjiżi lil hinn mill-qafas tal-politika tal-viċinat jew tal-programmi ta' qabel l-adeżjoni. L-għarfien espert tagħha jista' jkun ta' benefiċċju għall-pajjiżi ta' l-ACP jew għall-pajjiżi ta' l-Amerka t'Isfel li magħhom l-UE għandha relazzjonijiet mill-qrib. Huwa għalhekk li r-Rapporteur qed jipproponi li l-proċedura li tagħti dritt għal intervent ta' l-Aġenzija lil hinn mill-każijiet previsti fl-Artikolu 1a u 1b tinfetaħ iktar.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) li tagħti tagħrif, analiżi tal-politika u pariri dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp tar-riżorsi umani u r-rabtiet tagħhom ma’ għanijiet politiċi usa’ fil-pajjiżi msieħba;

a) li tagħti tagħrif, analiżi tal-politika u pariri strateġiċi dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp tar-riżorsi umani;

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiċċara l-missjoni tal-Fondazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 (a a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

aa) li tippromwovi l-għarfien u l-analiżi tas-swieq tax-xogħol nazzjonali u lokali;

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda huwa li tissaħħaħ in-nozzjoni ta' ''suq tax-xogħol'' billi jiġi ppreċiżat li l-funzjonijiet prinċipali tal-Fondazzjoni jinkludu b'mod partikolari s-soċjalizzazzjoni ta' strumenti ta' għarfien tas-swieq tax-xogħol lokali, bħala mezz tad-dimensjoni Ewropea tal-kapital uman.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Fondazzjoni għandha tikkoopera mal-korpi l-oħra rilevanti tal-Komunità bl-appoġġ tal-Kummissjoni. Il-Fundazzjoni għandha tikkoopera, b’mod partikolari, maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma annwali konġunt anness mal-programm ta’ ħidma annwali ta’ kull aġenzija bil-għan li tkun promossa s-sinerġija bejn l-attivitajiet taż-żewġ aġenziji.

3. Il-Fondazzjoni għandha tikkoopera mal-korpi l-oħra rilevanti tal-Komunità bl-appoġġ tal-Kummissjoni. Il-Fundazzjoni għandha tikkoopera, b’mod partikolari, maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma annwali konġunt anness mal-programm ta’ ħidma annwali ta’ kull aġenzija bil-għan li tkun promossa s-sinerġija bejn l-attivitajiet taż-żewġ aġenziji u jiġi evitat l-indħil fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi u b'hekk il-ħela ta' riżorsi prezzjużi.

Ġustifikazzjoni

Jaqbel li jiġi evitat l-indħil fl-oqsma ta' attività rispettivi tal-Fondazzjoni u ta' entitajiet Komunitarji oħra, b'mod partikolari tas-Cedefop. U dan se jippermetti li ma jinħlewx riżorsi umani u finanzjarji.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bord ta' Tmexxija

Bord ta' Tmexxija

1. Il-Fondazzjoni għandu jkollha Bord tat-Tmexxija li jkun jikkonsisti f'sitt rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll tliet rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba.

1. Il-Fondazzjoni għandu jkollha Bord tat-Tmexxija li jkun jikkonsisti f'sitt rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, tliet rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll tliet rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba.

Ir-rappreżentanti jistgħu jinbidlu minn sostituti, maħtura fl-istess waqt.

Ir-rappreżentanti jistgħu jinbidlu minn sostituti, maħtura fl-istess waqt.

2. Ir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri għandhom jinħatru mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-esperjenza u l-għarfien espert tagħhom fl-oqsma ta' ħidma tal-Fondazzjoni.

2. Ir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri għandhom jinħatru mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-esperjenza u l-għarfien espert tagħhom fl-oqsma ta' ħidma tal-Fondazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha stess.

Il-Kummissjoni għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha stess u r-rappreżentanti tall-pajjiżi msieħba fuq il-bażi ta' l-esperjenza u ta' l-għarfien espert tagħhom fl-oqsma ta' ħidma tal-Fondazzjoni.

Ir-rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba għandhom jinħatru mill-Kummissjoni.

 

 

Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu stess.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jaħdmu biex jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata ta’ rġiel u nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu biex jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata ta’ rġiel u nisa fuq il-Bord tat-Tmexxija.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 10 (1), l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Direttur tal-Fondazzjoni għandu jkun maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni, għal perjodu ta’ ħames snin. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu/tagħhom.

1. Id-Direttur tal-Fondazzjoni għandu jkun maħtur mill-Bord ta' Tmexxija għal perjodu ta' ħames snin fuq il-bażi ta’ lista ta’ mill-inqas tliet kandidati mressqa mill-Kummissjoni. Qabel ma jinħatru, il-kandidati għal dan il-post jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu mistoqsijiet li jagħmlulhom il-membri tiegħu/tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 13 (4 a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a Id-Direttur tal-Fondazzjoni għandu jippreżenta r-rapport annwali tal-Fondazzjoni quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenziji Ewropej deċentralizzati u l-Parlament Ewropew mhumiex biżżejjed. Il-Membri tal-Parlament spiss mhumiex biżżejjed konxji tal-funzjonijiet li għandhom dawn l-Aġenziji u ta' l-attività reali tagħhom. Illum id-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ta' kull sena jilqa' l-istedina tal-kumitat parlamentari għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Huwa mixtieq li l-miġja tad-Direttur ta' l-Aġenzija fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali tiġi istituzzjonalizzata.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli msemmija hawn fuq u, partikolarment il-proċeduri baġitarji u tar-rilaxx, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu fi kwalunkwe waqt, u partikolarment mal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali ta’ l-attivitajiet tal-Fondazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli msemmija hawn fuq u, partikolarment il-proċeduri baġitarji u tar-rilaxx, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu fi kwalunkwe waqt li ssir seduta ta’ smigħ mad-Direttur dwar kwalunkwe suġġett marbut ma’ l-attivitajiet tal-Fondazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur qed jipproponi li tiġi istituzzjonalizzata l-preżentazzjoni tar-rapport annwali fil-qafas ta' l-Artikolu 13.

  • [1]  ĠU C 77 tat-28.3.2002, p.1.

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Kuntest

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-ETF" jew ''il-Fondazzjoni'', hija aġenzija deċentralizzata ta’ l-Unjoni Ewropea (UE) maħluqa bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta’ Mejju 1990[1] li s-sede tagħha tinsab f'Turin, fl-Italja.

Skond ir-Regolament tat-twaqqif tagħha, l-għan globali ta’ l-ETF huwa li tagħti kontribut fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali f’pajjiżi msieħba li jaqgħu fl-ambitu ġeografiku tagħha.

L-ETF kienet maħluqa oriġinarjament biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ għajnuna esterna, PHARE, fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali. Madankollu, wara tliet emendi konsekuttivi lir-Regolament tat-twaqqif tagħha, l-ETF akkwistat ambitu ġeografiku usa’ li jkopri wkoll il-pajjiżi tal-programmi preċedenti TACIS, CARDS u MEDA.

Sa mill-aħħar emenda lir-Regolament, fil-politiki ta' l-UE, kemm fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ kif ukoll fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, sar żvilupp kbir fil-perspettivi tagħhom. Minbarra dan, ġew adottati strumenti ġodda għall-eżekuzzjoni ta' dawn il-politiki. Hija għalhekk neċessarja emenda ġdida lir-Regolament tat-twaqqif tal-Fondazzjoni biex jitqiesu l-iżviluppi reċenti, biex jiġu aġġornati l-irwol u l-funzjoni tagħha u biex ikun hemm bażi soda għall-ħidma tagħha fil-ġejjieni.

1/ Il-bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika proposta għar-riformolazzjoni tar-Regolament hija l-Artikolu 150 tat-Trattat dwar it-taħriġ vokazzjonali, u speċjalment il-paragrafu 3 tiegħu, li jistipula li “Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali''.

Jidher li din il-bażi ġuridika hija l-iżjed waħda adegwata għar-Regolament li jwaqqaf l-ETF.

2/ L-ambitu ta' kompetenza tal-Fondazzjoni għandu jkun jinkludi t-tagħlim tul il-ħajja u l-kwistjonijiet relatati mas-swieq tax-xogħol

Ir-Rapporteur jappoġġa r-rieda tal-Kummissjoni li tittieħed nota ta' l-estensjoni tan-nozzjoni ta' taħriġ professjonali.

It-taħriġ professjonali tradizzjonalment jirreferi għal proċedura li tagħti kompetenzi professjonali ta' użu immedjat fis-suq tax-xogħol.

Ir-Rapporteur iqis li l-ambitu tematiku ta’ l-ETF għandu jitwessa', biex ikopri l-iżvilupp tar-riżorsi umani, partikolarment l-edukazzjoni u t-taħriġ minn perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll kwistjonijiet relatati dwar is-suq tax-xogħol.

3/ Il-kamp ta' azzjoni ġeografika tal-Fondazzjoni għandu jkun jista' jitwessa' skond il-prijoritajiet tal-politika ta' l-UE fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni

Il-Kummissjoni tipproponi li l-kamp ta' azzjoni ġeografika primarju ta' l-ETF jiġi attwalizzat b'referenza għall-Istrument ta' Qabel is-Sħubija (IPA – Instrument for Pre-Accession) u għall-Istrument Ewropew tal-Viċinat u l-Partenarjat (ENPI – European Neighbourhood and Partnership Instrument). Ir-Rapporteur jappoġġa din l-attwalizzazzjoni.

Iżda huwa konvint li l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għandha tkun tista' tintervjeni fil-pajjiżi kollha msieħba ta' l-UE, inkluż fil-pajjiżi lil hinn mill-qafas tal-politika tal-viċinat jew tal-programmi ta' qabel l-adeżjoni, bħall-pajjiżi taz-zona Afrika Karajbi Paċifiku (ACP) u ta' l-Amerka t'Isfel.

Eżempju ta' l-użu potenzjali ta' l-ETF jista' jkun l-appoġġ tal-politiki tat-taħriġ f'pajjiżi affettwati mir-riforma tal-COM fiz-zokkor. Fil-fatt, dawn il-pajjiżi ġew kostretti jibdew riforma fil-fond ta' l-attività industrijali tagħhom, saħansitra wkoll li jagħmlu diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom. Dan l-iżvilupp għamel neċessarju li jkun hemm adattament tar-riżorsi umani li l-ETF seta' jikkontribwixxi għaliha b'mod utli.

F'dan il-kuntest, ir-Rapporteur iqis li l-proċedura proposta mill-Kummissjoni sabiex il-Fondazzjoni tkun tista' twettaq xogħolha fil-pajjiżi li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' azzjoni prinċipali tagħha hija ristretta wisq. Huwa għalhekk li r-Rapporteur qed jipproponi li l-proċedura li tagħti dritt għal intervent ta' l-Aġenzija lil hinn mill-każijiet previsti fl-Artikolu 1a u 1b issir iktar flessibbli.

4/ Ir-relazzjonijiet bejn il-Fondazzjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jissaħħu

Ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenziji Ewropej deċentralizzati u l-Parlament mhumiex biżżejjed. Il-Membri tal-Parlament spiss mhumiex biżżejjed konxji tal-funzjonijiet li għandhom dawn l-Aġenziji u ta' l-attività reali tagħhom.

Ir-Rapporteur huwa konvint mill-ħtieġa li tinħoloq rabta bejn il-Parlament u l-Fondazzjoni sabiex tiġi favoreġġata fehma aħjar ta' l-azzjonijiet tal-Fondazzjoni min-naħa tal-Membri Parlamentari.

Ir-Rapporteur iqis li l-ewwelnett ikun utli ferm li l-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni jkun jinkludi rappreżentanti tal-Parlament. Dawn ir-rappreżentanti jistgħu jservu biex iwasslu l-preokkupazzjonijiet tal-Fondazzjoni lill-Membri Parlamentari kollha. Minbarra dan, il-Parlament diġà jaħtar ir-rappreżentanti f'Aġenziji oħra ta' l-UE[2].

Bl-istess għan li jiġu favoreġġati l-iskambji bejn il-Parlament u l-Fondazzjoni, ir-Rapporteur qed jipproponi illi, matul it-tiġdid tal-post tad-Direttur tal-Fondazzjoni, il-kumitati parlamentari kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet utli kollha lill-kandidati proposti mill-Kummissjoni.

Fl-aħħarnett, ir-Rapporteur qed jipproponi li l-miġja tad-Direttur ta' l-Aġenzija quddiem il-Parlament matul il-pubblikazzjoni tar-Rapport annwali ssir obbligatorja. Sa minn bosta snin 'l hawn, id-Direttur tal-Fondazzjoni jintervjeni darba fis-sena fil-Parlament, fuq stedina mill-kumitat parlamentari għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, iżda din l-istedina għalissa għadha mhijiex formalizzata.

5/ Ħatra tad-Direttur tal-Fondazzjoni

Sabiex il-Bord ta' Tmexxija jkun jista' jeżerċita s-setgħa ta' deċiżjoni tiegħu b'mod validu, il-Kummissjoni għandha tipproponi numru minimu ta' tliet kandidaturi.

___________________

  • [1]  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.
  • [2]  Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Artikolu 8 tar-Regolament 1210/90), Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (Artikolu 14 tar-Regolament 851/2004), Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel (Artikolu 25 tar-Regolament 178/2002), Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Artikolu 65 tar-Regolament 726/2004), Osservatorju Ewropew tad-drogi u tat-tossikomaniji (Artikolu 8 tar-Regolament 302/93), Aġenzija Ewropea tal-Prodotti Kimiċi (Artikolu 79 tar-Regolament 1907/2006).

ANNESS 1: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

CHAIRMAN

Ref.: D(2007)4179

Is-Sur Jan ANDERSSON

Chairman tal-Kumitat għall-Impjiegi

u l-Affarijiet Soċjali

ASP 14G306

Brussell

Suġġett:       Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (COM(2007)443 finali - C6-0243/07 2007/0163 COD) (riformulazzjoni)

Sinjur,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li tiegħu jien iċ-Chairman, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq skond l-Artikolu 80a rigward ir-Riformulazzjoni kif imdaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament b'deċiżjoni tal-Parlament fl-10 ta' Mejju 2007.

Il-Paragrafu 3 jgħid hekk:

"Jekk il-Kumitat responsabbli għall-Affarijiet Legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u skond il-każ miċ-chairman ta' dan il-Kumitat jekk iqis li raġunijiet relatati mal-koerenza interna tat-test jew mar-rabta ma' emendi oħra ammissibbli jkunu jeżiġu li dan isir. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba ta' l-emendi".

Skond l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentant tiegħu ħa sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għar-riformulazzjoni, u bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta in kwistjoni ma' tinkludix tibdil sostanzjali għajr dak identifikat mill-proposta stess, u rigward il-kodifikazzjoni ta' dan it-tibdi fir-rigward ta' dispożizzjonijiet li ma jinbidlux ta' l-atti preċedenti, iqis li l-proposta fiha biss kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Madankollu, skond l-Artikoli 80a(2) u 80(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies li l-adattamenti tekniċi suġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-proposta tkun konformi mar-regoli tal-kodifikazzjoni u li ma tinvolvix xi tibdil sostanzjali tal-proposta.

Biex intemm, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 18-il vot favur[1], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, iwettaq eżami tal-proposta hawn fuq filwaqt li jirrispetta s-suġġerimenti li fiha u skond l-Artikolu 80a.

Dejjem Tiegħek,

Giuseppe GARGANI

  • [1]  Il-Membri parlamentari li ġejjin kienu preżenti: Giuseppe Gargani (Chairman), Bert Doorn, Klaus-Heiner Lehne, Hartmut Nassauer, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Katalin Lévai, Antonio Masip Hidalgo, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Francesco Enrico Speroni, Jean-Paul Gauzès, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacques Toubon, Costas Botopoulos.

ANNESS 2: OPINJONI TAL-GRUPP KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

Brussell, 15.10.2007

OPINJONI

GĦALL-

PARLAMENT EWROPEW

KUNSILL

KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformulat).

COM(2007) 443 finali tal-25.7.2007 - 2007/0163 (COD

Wara li ġiet ikkunsidrata l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fit-13 ta' Settembru 2007 biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

F'din il-laqgħa[1], eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riformulazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ wassal lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv biex, bi qbil komuni, jistabbilixxi li l-partijiet li ġejjin tat-test għal proposta ta' riformulazzjoni kellhom jiġu identifikati bl-użu tat-tip bi sfond griż użat biex isir tibdil sostanzjali:

- it-titolu ġdid ta' l-Artikolu 4 ("Trasparenza");

- fl-Artikolu 7(3), il-kelma "tlieta" (li diġà kienet ġiet immarkata b'żewġ linji)(;

- fl-Artikolu 8(3), il-kelma "sempliċi" (li diġà kienet ġiet immarkata b'żewġ linji)(;

- fl-Artikolu 15(4), il-kliem "eliġibbli" (li diġà kienet ġiet immarkata b'żewġ linji)( u ''imsieħeb'' (li kienet ġiet ippreżentata bejn vleġeġ ta' adattament);

- fl-Artikolu 24(2), iż-żewġ drabi li dehret il-kelma "evalwazzjoni".

B'konsegwenza ta' dan, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jikkonkludi bi qbil komuni li l-proposta ma fiha l-ebda emenda sostanzjali minbarra dawk identifikati in kwantu tali fiha jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li baqgħu inalterati ta' l-att preċedenti b'dawk l-emendi sostanzjali, il-proposta fiha kodifikazzjoni diretta tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom.

C. PENNERA                                             J.-C. PIRIS                  M. PETITE

Jurisconsult                                                  Jurisconsult                   Direttur Ġenerali

  • [1] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-proposta minbarra l-Bulgaru u r-Rumen, u ħadem fuq il-bażu tal-verżjoni Ingliża, peress li din hija l-lingwa oriġinali tat-test li kien qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Riformulat)

Referenzi

COM(2007)0443 – C6-0243/2007 – 2007/0163(COD)

Data meta ġie preżentat lill-PE

25.7.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

24.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

24.9.2007

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

JURI

3.10.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Bernard Lehideux

11.9.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

2.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

16

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Proinsias De Rossa, Harlem Désir, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Stephen Hughes, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Jiří Maštálka, Elisabeth Morin, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Rovana Plumb, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, Elisabeth Schroedter, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Marie Beaupuy, Beniamino Donnici, Donata Gottardi, Dieter-Lebrecht Koch, Magda Kósáné Kovács, Sepp Kusstatscher, Jamila Madeira, Kyriacos Triantaphyllides, Anja Weisgerber, Tatjana Ždanoka