RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) ... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006
9.4.2008 - (COM(2007)0611 – C6‑0347/2007 – 2007/0212(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Amalia Sartori
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) ... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006
(COM(2007)0611 – C6‑0347/2007 – 2007/0212(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0611),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 95 u 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0347/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0000/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma’ test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat, fl-2003, Sistema Dinjija Armonizzata ta’ Klassifikar u Ttikkettar tas-Sustanzi Kimiċi (SDA), sabiex jiffaċilita l-kummerċ globali tas-sustanzi kimiċi billi daħħal sistema komuni għan-notifika tar-riskji. Is-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg inkoraġġixxa lill-pajjiżi biex jimplimentawha mingħajr dewmien u biex jaraw li tkun qed topera kompletament sa tmiem l-2008.
Il-għan ġenerali ta’ l-armonizzazzjoni tal-klassifikar u t-tikkettar tas-sustanzi kimiċi riskjużi huwa li jiġi mtejjeb il-livell ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent fid-dinja kollha.
L-implimentazzjoni tas-SDA fl-UE tirrikjedi li jsiru ċerti bidliet fil-leġiżlazzjoni eżistenti. Proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 se tkun il-vettura li se sservi biex iddaħħal il-prinċipji tas-SDA fil-leġiżlazzjoni Ewropea filwaqt li b’mod wiesgħa tibni fuq is-sistema Ewropea eżistenti. Din il-proposta hija akkumpanjata minn żewġ proposti oħra fuq il-leġiżlazzjoni riżultanti - proposta li temenda r-regolament fuq id-diterġenti u proposta oħra li temenda d-direttivi fuq il-kosmetiċi, il-ġugarelli, l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (VOCs), il-vetturi li m’għadhomx jintużaw u l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (STEE).
Sabiex temenda s-sitt direttivi, il-Kummissjoni għażlet Deċiżjoni bħala strument legali. Id-direttivi diġà ġew trasposti għal ġol-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri u n-natura legali tagħhom m'hijiex se tiġi affettwata mir-regolament il-ġdid. L-emendi għad-direttivi jridu għal darba oħra jiġu trasposti għal ġol-leġiżlazzjoni nazzjonali meta jasal iż-żmien.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-bidliet proposti mill-Kummissjoni għall-atti riżultanti huma limitati sa ċertu punt. Prinċipalment huma jadattaw id-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-klassifikar ta’ sustanzi fis-sitt direttivi, biex jikkorrispondu mar-regolament ‘prinċipali’ dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet, mingħajr ma jżidu elementi oħra. Fejn ikun meħtieġ, huma jadattaw id-dipożizzjonijiet eżistenti għat-terminoloġija l-ġdida li tirriżulta mill-kriterji l-ġodda u mid-dikjarazzjonijiet il-ġodda dwar ir-riskji. It-terminu ‘taħlita’ qed jiddaħħal biex jieħu post it-terminu ‘preparazzjoni’ fid-dispożizzjonijiet kollha. Ir-referenzi għall-metodi ta’ ttestjar huma wkoll aġġornati f’konformità ma’ REACH (Regolament 1907 (2006)).
Ir-rapporteur tagħkom ma tipproponi l-ebda emenda għall-proposta għal Deċiżjoni f’dan l-istadju imma tirriserva d-dritt li tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha fi stadji aktar tard tal-proċedura leġiżlattiva.
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (27.3.2008)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) ... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006
(COM(2007)0611 – C6‑0347/2007 – 2007/0212(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Andreas Schwab
app
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta għal regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet[1] li jimplimenta fl-UE l-kriterji internazzjonali li kien hemm qbil dwarhom fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ikklassifikar u l-ittikkettar ta' sustanzi u taħlitiet perikolużi. Dawn il-kriterji huma magħrufa wkoll bħala Sistema Globali Armonizzata (GHS). L-għan huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent, filwaqt li jiġi garantit il-moviment ħieles ta' sustanzi u taħlitiet fis-suq intern.
Il-proposta għal dan ir-regolament hija akkumpanjata minn żewġ Komunikazzjonijiet oħra li jipproponu tibdil tekniku fil-leġiżlazzjoni implimentattiva. Huwa neċessarju li din il-leġiżlazzjoni implimentattiva tkun konformi mal-proposti tal-GHS.
Din l-opinjoni hija relatata mal-COM(2007)0611[2] li qed jipproponi li jiġu emendati numru ta' direttivi, li huma:
- Id-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi
- Id-Direttiva 88/378/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli
- Id-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta' taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiku f'ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet
- Id-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw
- Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku
- Id-Direttiva 2004/42/KE dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi.
Tlestiet opinjoni oħra għall-COM(2007)0613[3] li tipproponi emendi għar-Regolament (KE) Nru. 648/2004, magħruf bħala r-regolament dwar id-diterġenti.
L-għan ta' dawn il-proposti huwa li tiġi allinjata t-terminoloġija mal-GHS, kif ukoll sabiex jiġu adattati r-referenzi għal xi tagħrif bejn dawn it-testi. Għaldaqstant, m'hi qed tiġt proposta l-ebda emenda għal dawn iż-żewġ Komunikazzjonijiet.
******
Konklużjonijiet
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jipproponi l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE)... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet (emenda tad-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE) |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0611 – C6-0347/2007 – 2007/0212(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 23.10.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni: Data tal-ħatra |
Andreas Schwab 21.11.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
22.1.2008 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
26.3.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Marian Zlotea |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Šarūnas Birutis, Giovanna Corda, Benoît Hamon, Joel Hasse Ferreira, Filip Kaczmarek, Othmar Karas, Joseph Muscat, Gary Titley |
|||||||
- [1] COM(2007)355 tas-27.6.2007
- [2] COM(2007)0611 tas-16.10.2007 dwar Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE)... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
- [3] COM(2007)0613 tas-17.10.2007 dwar Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru ... dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
PROCEDURE
Title |
Classification, labelling and packaging of substances and mixtures (amendment of Directives 76/768/EEC, 88/378/EEC, 1999/13/EC, 2000/53/EC, 2002/96/EC and 2004/42/EC) |
|||||||
References |
COM(2007)0611 – C6-0347/2007 – 2007/0212(COD) |
|||||||
Date submitted to Parliament |
16.10.2007 |
|||||||
Committee responsible Date announced in plenary |
ENVI 23.10.2007 |
|||||||
Committee(s) asked for opinion(s) Date announced in plenary |
ITRE 23.10.2007 |
IMCO 23.10.2007 |
|
|
||||
Not delivering opinions Date of decision |
ITRE 22.11.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Date appointed |
Amalia Sartori 6.12.2007 |
|
|
|||||
Discussed in committee |
28.1.2008 |
26.3.2008 |
|
|
||||
Date adopted |
2.4.2008 |
|
|
|
||||
Result of final vote |
+: –: 0: |
54 0 1 |
||||||
Members present for the final vote |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Liam Aylward, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Peter Liese, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Amalia Sartori, Karin Scheele, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott |
|||||||
Substitute(s) present for the final vote |
Antonio De Blasio, Christofer Fjellner, Johannes Lebech, Kartika Tamara Liotard, Miroslav Mikolášik, Bart Staes, Andres Tarand, Lambert van Nistelrooij |
|||||||