RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

10.4.2008 - (COM(2007)0535 – C6‑0345/2007 – 2004/0156(COD)) - (Referenza mill-ġdid) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Etelka Barsi-Pataky

Proċedura : 2004/0156(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0144/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

(COM(2007)0535 – C6‑0345/2007 – 2004/0156(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari – referenza mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0535),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0477)

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tas-6 ta' Settembru 2005[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta mill-ġdid lill-Parlament (C6- 0345/2007),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar il-finanzjament tal-programm Ewropew ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) fil-kuntest tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u l-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 55(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0144/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mehmuża hawn, li se tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali flimkien ma' l-att finali leġiżlattiv;

3.  Jiġbed l-attenzjoni għall-istqarrijiet tal-Kummissjoni mehmuża hawn;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

 

 

Emenda 1

Proposta emendata għal regolament

EMENDI MILL-PARLAMENT[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita

(EGNOS u Galileo)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura kif imsemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6],

Billi:

(1)    Il-Politika Ewropea ta' radjunavigazzjoni bis-satellita għandha l-għan li tagħti lill-Komunità Ewropea żewġ sistemi ta' radjunavigazzjoni bis-satelliti (GNSS). Dawn is-sistemi huma stabbiliti rispettivament taħt il-programmi EGNOS u Galileo (minn hawn 'il quddiem "il-programmi"). Kull waħda miż-żewġ infrastrutturi hija magħmula minn satelliti u minn netwerk globali ta' stazzjonijiet terrestri.

(2)    Il-programmi ▌jissodisfaw bis-sħiħ l-esiġenzi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. It-twaqqif ta' infrastrutturi ta' radjunavigazzjoni bis-satellita jeċċedu l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta' kwalunkwe Stat Membru singolu, u l-livell Komunitarju huwa l-aktar wieħed adegwat biex jitwettqu tajjeb dawn il-programmi▌.

(3)    Il-programm Galileo huwa maħsub biex tiġi stabbilita l-ewwel infrastruttura dinjija ta' radjunavigazzjoni u pożizzjonament bis-satellita maħsuba speċifikament għal finijiet ċivili. Is-sistema stabbilita mill-programm Galileo hija totalment indipendenti mis-sistemi l-oħra eżistenti, jew minn dawk li jistgħu jinħolqu.

(4)    Il-programm EGNOS huwa maħsub biex itejjeb il-kwalità tas-sinjali minn sistemi eżistenti globali ta' navigazzjoni bis-satellita▌.

(5)    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew appoġġaw b'mod sħiħ u konsistenti l-programmi GNSS Ewropej.

(6)    ▌L-iżvilupp ta' radjunavigazzjoni bis-satellita huwa totalment konformi ma' l-Istrateġija ta' Liżbona u politiki Komunitarji oħra, bħall-politika tat-trasport kif stabbilita fil-White Paper tal-Kummissjoni[7]. Fil-programm ta' ħidma plurijennali l-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tagħti attenzjoni speċjali għall-iżvilupp ta' l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-GNSS.

(7)    Il-Programmi jikkostitwixxu wieħed mill-proġetti prijoritarji ta' l-inizjattiva għat-Tkabbir proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kunsill Ewropew. Jitqiesu wkoll bħala waħda mill-kisbiet ewlenin tal-programm spazjali Ewropew tal-ġejjieni, kif jissemma fil-Komunikazzjoni dwar il-Politika Spazjali Ewropea[8].

(8)    Il-programm Galileo jinkludi fażi ta' definizzjoni, fażi ta' żvilupp, fażi ta' l-użu u fażi ta' sfruttar. Il-fażi ta' l-użu għandha tibda fl-2008 u tintemm fl-2013. Is-sistema għandha tkun operattiva mill-2013.

(9)    Il-fażijiet ta' definizzjoni u ta' żvilupp tal-programm Galileo, li jikkostitwixxu l-parti tal-programm allokata għar-riċerka, ġew iffinanzjati ▌mill-baġit Komunitarju tan-netwerks trans-Ewropej u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea. Il-fażi ta' l-użu hija intenzjonata li tkun totalment iffinanzjata mill-Komunità Ewropea. Jista' jiġi deċiż fi stadju aktar tard li ftehimiet ta' sħubija pubbliċi privati jew xi forma oħra ta' kuntratti mas-settur privat ikunu xierqa għall-operazzjoni u r-riforniment tas-sistema wara l-2013.

(9a)  Hu nnutat li ċ-Ċentru ta' Sikurezza tal-Ħajja jista' jiddeċiedi li jittrasforma ruħu f'ċentru kompletament ikkwalifikat, ekwivalenti għal Ċentru ta' Kontroll tas-Satelliti Galileo, li l-assi tiegħu jkunu proprjetà tal-Komunità. L-investiment ta' din l-evoluzzjoni se jsir mingħajr spiża addizzjonali għall-baġit miftiehem tal-Komunità għall-programmi GNSS Ewropej għall-perjodu 2007-2013. Hu nnutat li, filwaqt li l-kapaċitajiet operattivi ta' Oberpfaffenhofen u Fucino mhux se jiġu affettwati, il-Kummissjoni f'dak il-każ se tiżgura li dan iċ-Ċentru jikkwalifika bis-sħiħ fuq livell operattiv bħala Ċentru ta' Kontroll tas-Satelliti Galileo sa l-aħħar ta' l-2013, sakemm dan ikun jista' jissodisfa r-rekwiżiti kollha applikabbli għaċ-ċentri kollha, u se jiġi inkluż fin-netwerk Galileo tat-tliet ċentri msemmija hawn fuq.

(10)  Hu importanti li finanzjament tas-sistema EGNOS ▌jiġi żgurat mill-Komunità Ewropea, flimkien ma' l-operazzjonijiet, is-sostenibilità u l-kummerċjalizzazzjoni tagħha. It-tħaddim ta' l-EGNOS jista' jsir permezz ta' kuntratt wieħed jew aktar ta' servizz pubbliku, partikolarment mas-settur privat, sakemm jiġi integrat fl-operat ta' Galileo.

(21)  Il-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, li issa waslu fi stadju avvanzat ta' maturità u li jaqbżu sew il-qafas ta' proġett sempliċi ta' riċerka, jeħtieġ li jitqiegħdu fuq bażi ġuridika speċifika, li tista' tissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tagħhom u twieġeb għall-ħtieġa ta' ġestjoni finanzjarja soda.

(21a) Is-sistemi mwaqqfa taħt il-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita huma infrastrutturi stabbiliti bħala netwerks trans-Ewropej li l-użu tagħhom jestendi sew lil hinn mill-fruntieri nazzjonali ta' l-Istati Membri. Barra minn hekk, is-servizzi offruti permezz ta' dawn is-sistemi jikkontribwixxu partikolarment għall-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej fl-oqsma ta' l-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazjoni u ta' l-enerġija. L-Artikolu 156 tat-Trattat hu għalhekk il-bażi ġuridika xierqa għal dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi GNSS Ewropej.

[il-premessa 17 ta' qabel]

(21b) Il-governanza pubblika tajba tal-programmi Galileo u EGNOS tassumi, l-ewwel, li jeżisti tqassim strett tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni, l-Awtortità Superviżorja Ewropea GNSS (minn hawn 'il quddiem "GSA") u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn hawn 'il quddiem "ESA"), u t-tieni, li l-Komunità ▌, rappreżentata mill-Kummissjoni, tassigura t-tmexxija tal-programmi. Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-istrumenti xierqa u għandu jkollha r-riżorsi meħtieġa, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-għajnuna.

(21c) Minħabba l-importanza, il-karatteristika unika u l-komplessità tal-programmi GNSS Ewropej , il-programmi li jagħtu d-dritt tal-proprjetà tas-sistemi lill-Komunità, il-finanzjament sħiħ tal-baġit Komunitarju tal-programmi għall-perjodu 2008-2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu l-utilità sħiħa ta' koperazzjoni mill-qrib tat-tliet istituzzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea se jiltaqgħu fil-Panel Interistituzzjonali Galileo (GIP) skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta'../../2008.

[il-premessa 12 ta' qabel]

(21d) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar it-twaqqif ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi [9]Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita jistabbilixxi l-GSA. Il-GSA hi aġenzija Komunitarja, li bħala entità li taqa' taħt l-ambitu ta' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju hija suġġetta għall-obbligi previsti għall-aġenziji Komunitarji.

(21e) Waqt li tirrispetta l-irwol tal-Kummissjoni ta' maniġer tal-programmi u bi qbil mal-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni, il-GSA għandha tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistema u l-operat taċ-ċentru tas-sigurtà Galileo u tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi bil-ħsieb li jkun żgurat il-forniment ta' servizz li jaħdem mingħajr xkiel u b'mod kontinwu u li jkun hemm penetrazzjoni għolja tas-suq. Barra minn hekk, il-GSA għandha tkun ukoll kapaċi twettaq kompiti oħra fdati lilha mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, b'mod partikolari l-promozzjoni ta' applikazzjonijiet u servizzi u l-assigurazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-komponenti tas-sistemi.

(21f) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta ħalli tallinja formalment l-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi previsti fir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 għall-irwoli ġodda tal-Kummissjoni u tal-GSA.

[il-premessa 13 ta' qabel]

(21g) Sabiex tiġi garantita l-kontinwazzjoni tal-programmi Galileo u EGNOS, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas finanzjarju u ġuridiku xieraq ħalli l-Komunità Ewropea tkun tista' tkompli tiffinanza dawn il-programmi. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi indikat l-ammont ta' fondi meħtieġa għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2013, għall-finanzjament ta' tmiem il-fażi ta' żvilupp u tal-fażi ta' l-użu ta' Galileo, ▌it- ▌tħaddim ta' EGNOS kif ukoll tal-preparazzjoni tal-fażi ta' l-isfruttar tal-programmi.

(21h) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew[10] li l-ammont totali stmat għall-ispejjeż għat-tħaddim tas-sistemi ta' Galileo u EGNOS għall-perjodu 2007-2013 huwa ta' EUR 3 405 miljun fi prezzijiet kurrenti. EUR 1 005 miljun diġà ġew previsti fil-programmazzjoni finanzjarja eżistenti (2007-13). Dan l-ammont żdied b'EUR 2 000 miljun addizzjonali kif deċiż mill-awtorità baġitarja permezz tar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju attwali (2007-13). Barra minn hekk, somma ta' EUR 400 miljun hi disponibbli mis-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp[11], li ġġib il-baġit totali disponibbli għal EUR 3,405 miljun għall-programmi għall-perjodu 2007-2013.

(21i) Fl-allokazzjoni ta' dawk il-fondi Komunitarji, huma essenzjali proċeduri effettivi ta' l-akkwist u negozjati kuntrattwali li jiksbu l-aħjar riżultati għall-flus li jintefqu u li jassiguraw rendiment sħiħ, kif ukoll il-kontinwità mingħajr qtugħ tal-programmi, l-immaniġġjar tar-riskju u żamma mal-programm. Dan kollu għandu jkun żgurat mill-Kummissjoni.

(21j) Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri kif ukoll il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jikkontribwixxu finanzjarjament jew xorta oħra għall-programmi fuq il-bażi ta' ftehimiet xierqa.

[il-premessa 15 ta' qabel]

(21k) Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ispejjeż ta' investiment u l-ispejjeż ta' tħaddim tas-sistemi Galileo u EGNOS attwalment stmati għall-perjodu 2007-2013 ma jqisux l-obbligi finanzjarji imprevisti, li l-Komunità Ewropea jista' jkollha ġġorr, partikolarment dawk marbuta mas-sistema ta' responsabilità mhux kuntrattwali li tirriżulta mis-sjieda pubblika tas-sistemi partikolarment fir-rigward ta' force majeur u ta' falliment katastrofiku.

(21l) Barra minn hekk, huwa meħtieġ li d-dħul mit-tħaddim tas-sistemi Galileo u EGNOS, previst, b'mod partikolari, permezz tas-servizz kummerċjali (CS) ta' Galileo, għandu jgħaddi għand il-Komunità Ewropea biex jiġi żgurat il-kumpens għall-investiment li tkun għamlet. Mekkaniżmu tal-qsim tad-dħul jista', madankollu, ikun inkluż fil-kuntratti li eventwalment jistgħu jiġu ffirmati mas-settur privat▌.

(21m) Il-Komunità Ewropea għandha tikkonkludi ftehima ta' delega plurijennali ma' l-ESA li tkopri l-aspetti tekniċi u programmatiċi tal-programmi. Sabiex il-Kummissjoni, li tirrappreżenta l-Komunità Ewropea, teżerċita kompletament is-setgħa ta' verifika tagħha, il-ftehima ta' delega għandha tinkludi l-kundizzjonijiet ġenerali tal-ġestjoni tal-fondi allokati lill-ESA.

(21n) Minħabba li l-programmi se jkunu ffinanzjati mill-Komunità Ewropea, l-akkwist pubbliku taħt dawn il-programmi għandu jkun konformi mar-regoli tal-Komunità dwar il-kuntratti pubbliċi u għandu jkollu l-għan, l-ewwel u qabel kollox, li jakkwista l-aqwa valur għall-flus li jintefqu, li jikkontrolla l-ispejjeż u jnaqqas ir-riskji kif ukoll li jżid l-effiċjenza u jnaqqas id-dipendenza minn fornitur wieħed. Għandha tiġi segwita, fl-Istati Membri kollha, politika ta' aċċess miftuħ u kompetizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista industrijali, li toffri opportunità bilanċjata ta' parteċipazzjoni ta' l-industrija fil-livelli kollha, kif ukoll b'mod partikolari l-SMEs. Għandha tiġi evitata l-possibilità ta' abbuż ta' dominanza jew ta' dipendenza fit-tul fuq fornitur singolu. Sabiex jitnaqqsu r-riskji tal-programmi, jiġu evitati dependenzi fuq fornitur singolu u sabiex jiġi żgurat il-kontroll ġenerali aħjar tal-programm, ta' l-ispejjeż u ta' kalendarju għandha tiġi segwita, fejn xieraq, il-politika ta' żewġ fornituri. L-industriji Ewropej għandu jkollhom il-possibilità li jiddependu minn sorsi mhux Ewropej għal ċerti komponenti u servizzi f'każ ta' vantaġġi sostanzjali ippruvati f'termini ta' kwalità u spejjeż, waqt li jqisu n-natura strateġika tal-programmi GNSS Ewropej u tar-rekwiżiti tas-sigurtà ta' l-UE u tal-kontroll ta' l-esportazzjoni. Għandu jittieħed vantaġġ mill-investimenti u mill-esperjenzi u kompetenzi industrijali, kif ukoll dawk akkwistati waqt fażijiet ta' definizzjoni u ta' żvilupp tal-programmi GNSS Ewropej, waqt li jkun żgurat li s-sejħiet għal offerti kompetittivi ma jiġux preġudikati.

(21o) Il-pakketti kollha ta' xogħol fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-fażi ta' l-użu ta' Galileo għandhom ikunu miftuħa għall-ogħla livell ta' kompetizzjoni possibbli, skond il-prinċipji ta' l-akkwist ta' l-UE, u sabiex ikun żgurat l-akkwist fi programmi ta' l-ispazju, għandu jkun aktar miftuħ għal parteċipanti ġodda u għall-SMEs, waqt li jiġu żgurati l-eċċellenza teknoloġika u l-effikaċja f'sens ta' nfiq.

[il-premessa 20 ta' qabel]

(21p) Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Kummissjoni tkun megħjuna minn Kumitat imsejjaħ "il-Kumitat tal-Programmi GNSS Ewropej". Peress li governanza pubblika tajba tesiġi l-ġestjoni uniformi tal-programmi, ħeffa fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess ugwali għall-informazzjoni, ir-rappreżentanti tal-GSA u ta' l-ESA jistgħu jkunu involuti fix-xogħol tal-Kumitat tal-Programmi GNSS Ewropej.

(21q) Kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament taħt it-Titolu V u/jew it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mhux se jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat tal-Programmi GNSS Ewropej.

(21r) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar ta' setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[12].

(21s) Partikolarment għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta kwalunkwe miżura meħtieġa ħalli jiġu żgurati l-kompatibilità u l-interoperabilità tas-sistemi. Minħabba li dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jżidu elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(21t) Il-Komunità Ewropea għandha tkun il-proprjetarju ta' l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli li jinħolqu jew jiġu żviluppati permezz tal-programmi. Madankollu, sabiex jiġu rispettati b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali dwar il-proprjetà, għandhom jiġu konklużi ftehimiet meħtieġa ma' proprjetarji attwali.

(21u) Għandha tingħata attenzjoni kbira għaċ-ċertifikazzjoni ta' l-EGNOS għall-modi kollha tat-trasport, partikolarment għall-avjazzjoni, sabiex is-sistema tista' tiġi dikjarata operattiva u titħalla tintuża malajr kemm jista' jkun.

(22)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għall-kontinwazzjoni tal-programmi, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza privileġġata, fl-ambitu tal-punt 37 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[13] bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità tal-baġit fil-qafas tal-proċedura annwali tal-baġit.

(23)  Fl-aħħarnett huwa meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinżammu informati regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-programmi▌.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT U L-PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Is-sistemi u l-programmi GNSS Ewropej

1.      Il-programmi EGNOS u Galileo (minn issa 'l quddiem "il-programmi") se jinkludu l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiġu definiti, żviluppati, validati, mibnija, imħaddma, imġedda u mtejba ż-żewġ sistemi globali Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (GNSS), is-sistema EGNOS u s-sistema stabbilita mill-programm Galileo (minn issa 'l quddiem "is-sistemi").

2.      Is-sistema EGNOS hi infrastruttura li timmonitorja u tikkoreġi sinjali li jintbagħtu ▌minn sistemi attwali globali ta' navigazzjoni bis-satellita. ▌Tinkludi stazzjonijiet terrestri u diversi transponders installati fuq is-satelliti ġeostazzjonarji.

3.      Is-sistema li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo hija infrastruttura GNSS awtonoma li tinkludi kostellazzjoni ta' satelliti u netwerk globali ta' stazzjonijiet terrestri.

4.      L-għanijiet speċifiċi tal-programmi huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ▌għall-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi dawk dwar it-tmexxija u l-kontribut finanzjarju tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Il-fażijiet tal-programm Galileo

Il-programm Galileo jikkonsisti f'dawn il-fażijiet:

 fażi ta' definizzjoni li matulha ġiet iddisinjata l-istruttura tas-sistema u l-elementi tagħha ġew determinati, li spiċċat fl-2001.

 fażi ta' żvilupp u ta' validazzjoni li tinkludi l-bini u l-varar ta' l-ewwel satelliti, l-istabbiliment ta' l-ewwel infrastrutturi fuq l-art u x-xogħlijiet u l-operazzjonijiet kollha li jippermettu l-validazzjoni tas-sistema fl-orbita; L-għan hu li din il-fażi titlesta fl-2010;

 fażi ta' l-użu li tinkludi t-twaqqif ta' l-infrastrutturi spazjali u terrestri kollha, kif ukoll l-operazzjonijiet marbuta ma' dan it-twaqqif; L-għan hu li din il-fażi tintuża mill-2008 sa l-2013. Se tinkludi tħejjijiet għall-fażi ta' sfruttar;

 fażi ta' sfruttar li tinkludi l-ġestjoni ta' l-infrastruttura, il-manutenzjoni, it-titjib kostanti u t-tiġdid tas-sistema, l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni marbuta mal-programm, il-kummerċjalizzazzjoni tas-sistema u l-attivitajiet l-oħra kollha meħtieġa għall-iżvilupp tas-sistema u għat-tħaddim tajjeb tal-programm. Il-fażi ta' sfruttar għandha tibda l-aktar tard mat-tmiem tal-fażi ta' l-użu.

Artikolu 4

Il-finanzjament tal-programm Galileo

1.      Il-fażi ta' żvilupp u ta' validazzjoni hija ffinanzjata mill-Komunità Ewropea u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn issa 'l quddiem "ESA").

2.      Il-fażi ta' l-użu trid tiġi ffinanzjata ▌mill-Komunità Ewropea mingħajr ħsara għall-Paragrafi 4 u 5.

3.      Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna, fl-2010, sabiex flimkien mar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tagħha, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposta adegwata dwar il-perjodu għall-iffinanzjar tal-programmi li jibda mill-2014 dwar il-fondi u l-impenji pubbliċi, li jinkludi kwalunkwe obbligazzjoni meħtieġa għall-fażi ta' sfruttar, li ġej mir-responsabilità tagħha dwar il-proprjetà pubblika tas-sistema, u l-għanijiet għall-politika dwar il-prezzijiet li tiżgura li l-konsumaturi jirċievu servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet ġusti, u l-mekkaniżmu meħtieġ biex jinqasam id-dħul waqt il-fażi ta' sfruttar. Għandha tinkludi, b'mod partikolari, studju ta' fattibilità rraġunat tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' l-użu ta' kuntratti ta' konċessjoni ta' servizz jew kuntratti ta' servizz pubbliku mas-settur privat.

         Fejn applikabbli, il-Kummissjoni se tipproponi wkoll, flimkien mar-reviżjoni ta' nofs it-terminu, miżuri xierqa li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet u servizzi ta' navigazzjoni bis-satellita.

4.      L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fondi addizzjonali għall-programm sabiex ikopru l-investiment ta' l-evoluzzjoni tas-sistema ta' arkitettura maqbula f'każijiet partikolari. Id-dħul li jirriżulta minn dawn il-kontribuzzjonijiet għandu jikkostitwixxi dħul assenjat skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[14].

         Skond il-prinċipju ta' ġestjoni trasparenti, il-Kummissjoni għandha tikkomunika kwalunkwe impatt mill-applikazzjoni tas-sotto-paragrafu preċedenti fuq il-programm, lill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 14.

4a     Pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-programm. Ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea ma' dawn il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali, skond l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE, għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati ta' l-involviment tagħhom.

Artikolu 5

It-tħaddim tas-sistema EGNOS

It-tħaddim tas-sistema EGNOS primarjament jikkonsisti fil-ġestjoni ta' l-infrastruttura, il-manutenzjoni, it-titjib kostanti u t-tiġdid tas-sistema, l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni marbuta mal-programm, u l-kummerċjalizzazzjoni▌.

Artikolu 6

Il-finanzjament tat-tħaddim tas-sistema EGNOS

1.      Il-Komunità Ewropea għandha tiffinanzja t-tħaddim ta' l-EGNOS, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kontribuzzjoni minn kwalunkwe sors ieħor, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

2.      It-tħaddim ta' l-EGNOS għandu inizjalment ▌ikun is-suġġett għal kuntratt ta' servizz pubbliku wieħed jew aktar.

2a     L-Istati Membri jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-programm EGNOS skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

2b.    Pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-programm. Ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea ma' dawm il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali, skond l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE, għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati ta' l-involviment tagħhom.

Artikolu 6a

Il-kompatibilità u l-interoperabilità tas-sistemi

1.      Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz biex tiżgura l-kompatibilità u l-interoperabilità tas-sistemi, in-netwerks u s-servizzi ta' l-EGNOS u l-Galileo u għandha tfittex li tikseb il-benefiċċji tal-kompatibilità u l-interoperabilità ta' l-EGNOS u l-Galileo ma' sistemi ta' navigazzjoni oħra u fejn possibbli ma' mezzi ta' navigazzjoni konvenzjonali.

2.      Kull miżura meħtieġa, imfassla sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh rigward il-paragrafu 1, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Artikolu 6b

Is-sjieda

Il-Komunità Ewropea għandha tkun il-proprjetarju ta' l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli maħluqa jew żviluppati taħt dawn il-programmi, u għal dan il-għan għandhom jiġu konklużi ftehimiet b'effett ma' pajjiżi terzi, kull fejn xieraq, fir-rigward ta' drittijiet ta' proprjetà eżistenti.

KAPITOLU II

IL-KONTRIBUZZJONI U L-MEKKANIŻMI TAL-BAĠIT

Artikolu 7

L-attivitajiet ikkonċernati

1.      L-approprjazzjonijiet baġitarji tal-Komunità allokati għall-programmi taħt dan ir-Regolament għandhom jingħataw għall-finanzjament ta':

         (a)    l-attivitajiet marbuta mat-tlestija tal-fażi ta' żvilupp u ta' validazzjoni tal-programm Galileo,

         (b)    l-attvitajiet marbuta mal-fażi ta' użu tal-programm Galileo, inklużi l-azzjonijiet ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ ta' din il-fażi,

         (c)    l-attivitajiet marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-EGNOS, kif ukoll ma' l-azzjonijiet preċedenti jew preparatorji għall-fażi ta' l-isfruttar kummerċjali tal-programmi.

2.      Sabiex tista' ssir identifikazzjoni ċara ta' l-ispejjeż tal-programmi u tal-fażijiet differenti tal-programmi, il-Kummissjoni, skond il-prinċipju tal-ġestjoni trasparenti, għandha annwalment tinforma lill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 14 dwar l-allokazzjoni tal-fondi Komunitarji għall-attivitajiet speċifikati fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

Riżorsi baġitarji

1.      L-ammont allokat biex jiġu implimentati l-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 7 ▌huwa ta' EUR 3 405 miljun fi prezzijiet attwali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, inkluża s-somma ta' EUR 400 miljun disponibbli mis-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp[15].

2.      L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati kull sena mill-awtorità baġitarja fil-limiti stabbiliti fil-qafas finanzjarju plurijennali. Huma għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.      L-impenji baġitarji għall-programmi għandhom isiru permezz ta' allokazzjonijiet annwali.

Artikolu 9

Dħul mill-operat

1.      Dħul mill-operat tas-sistemi għandu jinġabar mill-Komunità Ewropea u għandu jmur fil-baġit Komunitarju u jiġi allokat għall-▌programmi. Jekk id-dħul allokat jirriżulta li hu iżjed milli meħtieġ għall-programmi, il-prinċipju ta' allokazzjoni għandu jiġi approvat mill-awtorità baġitarja abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

2.      Jista' jiġi pprovdut mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tad-dħul fi kwalunkwe kuntratt(i) konkluż(i) mas-settur privat.

KAPITOLU III

Il-GOVERNANZA PUBBLIKA TAL-PROGRAMMI

Artikolu 10

Qafas ġenerali għall-governanza tal-programmi

1.      Il-governanza pubblika tal-programmi għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' diviżjoni stretta tar-responsabbiltajiet bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS Ewropew (minn hawn 'il quddiem "il-GSA") u "l-ESA".

2.      Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 14, għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi, li għandha twettaq b'mod trasparenti. Hija għandha tevita wkoll id-duplikazzjoni ta' l-istrutturi u l-funzjonijiet, permezz ta' diviżjoni ċara tal-ħidmiet bejn il-GSA u l-ESA. Hija tista' tiġi megħjuna minn esperti mill-Istati Membri u għandha twettaq verifiki finanzjarji u tekniċi.

3.      Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-istrumenti adatti, inkluża l-implimentazzjoni ta' programm integrat tal-Galileo għall-immaniġġjar tar-riskju fil-livelli kollha tal-programm kif ukoll miżuri strutturali għall-identifikazzjoni, il-kontroll, it-tnaqqis u l-monitoraġġ ta' riskji, kif ukoll tiżgura li jkollha r-riżorsi meħtieġa biex twettaq din il-ħidma. Għal dan il-għan, b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 14 (1a), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punti ta' deċiżjoni ewlenin għal reviżjonijiet ta' l-implimentazzjoni tal-programmi.

Artikolu 10a

Il-governanza tal-kwistjonijiet tas-sigurtà

1.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni tal-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà tas-sistemi, filwaqt li tagħti kont tas-sorveljanza u l-integrazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sigurtà fil-programm ġenerali.

2.      Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14 (2a), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ħtiġiet tekniċi ewlenin għall-kontroll ta' l-aċċess u l-immaniġġar ta' teknoloġiji li jipprovdu sigurtà għas-sistemi.

3.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa għall-konformità mal-miżuri hawn fuq imsemmija u li tintlaħaq kwalunkwe ħtieġa ulterjuri relatata mas-sigurtà tas-sistemi, b'kont sħiħ meħud tal-parir ta' l-esperti.

4.      Kull meta s-sigurtà ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' l-Istati Membri tagħha tista' tiġi affettwata mill-operat tas-sistemi kif previst mill-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' l-Azzjoni Konġunta.

5.      Kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament fit-Titolu V u/jew fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mhux se jaqgħu fl-ambitu tal-Kumitat dwar il-Programmi Ewropej tal-GNSS stabbilit fl-Artikolu 14.

Artikolu 10b

Applikazzjoni tar-regolamenti dwar is-sigurtà

1.      L-Istati Membri għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna fiżika residenti jew entità legali stabbilita fit-territorju tagħhom, li tkun qed tittratta informazzjoni kklassifikata ta' l-UE dwar il-programmi, ir-regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw livell ta' protezzjoni ta' l-anqas ekwivalenti għal dak garantit mir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001[16] u mir-regolamenti dwar is-sigurtà tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001[17].

2.      L-Istati Membri għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tar-regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1.

3.      Sabiex persuni fiżiċi residenti f'pajjiżi terzi jew entitàjiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi jkollhom il-permess jittrattaw informazzjoni kklassifikata ta' l-UE dwar il-programmi, huma għandhom ikunu soġġetti f'dawk il-pajjiżi għal regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw livell ta' protezzjoni ta' l-anqas ekwivalenti għal dak garantit mir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 u mir-regolamenti dwar is-sigurtà tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001. Għal dan il-għan, ir-regolamenti dwar is-sigurtà ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti. L-ekwivalenza tar-regolamenti dwar is-sigurtà applikati f'pajjiż terz tista' tiġi rikonoxxuta fi ftehim ma' dak il-pajjiż.

Artikolu 11

Programmazzjoni

1.      Il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb il-fondi allokati għall-programmi taħt dan ir-Regolament.

2.      Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri sabiex tiddefinixxi qafas strateġiku, inklużi inter alia l-azzjonijiet ewlenin, il-baġit stmat u l-iskeda taż-żmien, meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi mniżżlin fl-Anness, għall-istabbiliment ta' programm ta' ħidma b'konformità mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.

▌      Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

4a     Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta' ħidma, il-pjan għall-implimentazzjoni tal-programm u l-finanzjament assoċjat, riveduti fuq bażi annwali, u kwalunkwe emenda għalihom skond il-proċedura ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 14(2).

5.      Il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006.

Artikolu 12

L-irwol ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-GNSS Ewropew (GSA)

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 u r-rispett għall-irwol tal-Kummissjoni bħala amministratur tal-programmi, il-GSA għandha tirrealizza l-ħidmiet li ġejjin fil-programmi skond il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni:

(a)    dwar is-sigurtà tal-programmi, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10a u 10b, hija għandha tiżgura:

         -       l-akkreditazzjoni tas-sigurtà; għal dan l-effett hija għandha tagħti bidu u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' sigurtà u twettaq verifiki tas-sigurtà tas-sistema;

         -       l-operat taċ-ċentru ta' sigurtà tal-Galileo, implimentat skond iż-żewġ deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu [10a] u l-istruzzjonijiet previsti fl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK;

(b)    hija għandha tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi, inkluża l-analiżi meħtieġa tas-suq;

(c)    hija tista' wkoll twettaq ħidmiet oħra fdati lilha mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għal kwistjonijiet speċifiċi marbuta mal-programmi bħal:

         -       il-promozzjoni ta' applikazzjonijiet u servizzi fis-suq tan-navigazzjoni bis-satellita;

         -       l-iżgurar li l-komponenti tas-sistemi jkunu ċċertifikati mill-korpi ta' ċertifikazzjoni adattati u debitament awtorizzati.

Artikolu 12a

Prinċipji ta' l-akkwist relatati mal-fażi ta' mobilitazzjoni tal-Galileo

1.      Ir-regoli tal-Komunità dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari l-aċċess miftuħ u l-kompetizzjoni ġusta tul il-katina tal-provvista industrijali, is-sejħiet għall-offerti abbażi ta' l-għoti ta' informazzjoni trasparenti u f'waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli li japplikaw dwar l-akkwist, il-kriterji ta' l-għażla u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li twassal għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-offerenti potenzjali kollha għandhom japplikaw għall-fażi ta' mobilitazzjoni tal-Galileo mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-interessi primarji tas-sigurtà tal-Komunità Ewropea jew tas-sigurtà pubblika jew biex ikun hemm konformità mal-ħtiġiet tal-kontroll ta' l-esportazzjoni ta' l-UE.

2.      Matul il-proċedura ta' akkwist, għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin:

         (a)    tiġi promossa l-parteċipazzjoni bbilanċjata ta' l-industrija fil-livelli kollha, inkluż b'mod partikolari l-SMEs, fl-Istati Membri kollha;

         (b)    jiġi evitat l-abbuż possibbli ta' dominanza jew id-dipendenza matul perjodu twil fuq fornituri uniċi;

         (c)    jittieħed vantaġġ minn investimenti preċedenti tas-settur pubbliku u tal-lezzjonijiet miksuba kif ukoll ta' l-esperjenza industrijali u l-kompetenzi, inklużi dawk miksuba fil-fażijiet tad-definizzjoni u l-iżvilupp tal-programmi Ewropej tal-GNSS, waqt li jkun żgurat li ma jkunux ippreġudikati is-sejħiet għal offerti b'mod kompetittiv.

3.      Għal dan l-għan, il-prinċipji li ġejjin għall-akkwist ta' l-attivitajiet tal-fażi ta' mobilitazzjoni tal-Galileo għandhom japplikaw:

         (a)    il-kondiviżjoni ta' l-akkwist ta' l-infrastruttura f'sett ta' sitt pakketti ewlenin ta' ħidma (appoġġ għas-sistema ta' inġinjerija, tlestija ta' l-infrastruttura għall-missjoni fuq l-art, tlestija ta' l-infrastruttura għall-kontroll fuq l-art, satelliti, lanċaturi u operazzjonijiet) kif ukoll għadd ta' pakketti ta' ħidma addizzjonali, permezz ta' tqassim komprensiv ġenerali ta' l-akkwist; dan ma jeskludix il-prospettiva ta' triqat multipli ta' akkwist simultanju għal pakketti ta' ħidma individwali, inkluż ta' satelliti;

         (b)    sejħiet għal offerti b'mod kompetittiv għall-pakketti kollha u, għas-sitt pakketti ta' ħidma ewlenin, l-użu ta' proċedura unika li permezz tagħha kwalunkwe entità ġuridika indipendenti jew grupp rappreżentat għal dan il-għan minn entità ġuridika li tkun tifforma parti minn grupp tista’ titfa’ offerta għall-irwol ta’ kuntrattur prinċipali għal massimu ta’ tnejn mis-sitt pakketti prinċipali ta’ ħidma;

         (c)    mill-inqas 40 % mill-valur aggregat ta' l-attivitajiet li għandhom jiġu sottokuntrattati permezz ta' sejħiet għall-offerti b'mod kompetittiv fuq livelli varji lil kumpaniji minbarra dawk li jappartjenu għall-gruppi li l-entitajiet tagħhom se jkunu kuntratturi prinċipali ta' kwalunkwe wieħed mill-pakketti ta' ħidma ewlenin;il-Kummissjoni għandha, fuq bażi regolari, tirrapporta lill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 14 dwar il-kisba ta' dan il-prinċipju. Fil-każ li t-tbassir juri l-possibbiltà li ma jkunx jista' jintlaħaq l-40%, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura tar-riskju msemmija fl-Artikolu 14(2), tieħu l-miżuri adatti;

         (d)    sorsi doppji kull fejn dan ikun possibbli biex jiġi żgurat kontroll ġenerali aħjar tal-programm, in-nefqa u l-iskeda ta' żmien.

Artikolu 13

L-irwol ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA)

1.      Fuq il-bażi tal-prinċipji definiti fl-Artikolu 12a, il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha tikkonkludi ftehim plurijennali ta' delegazzjoni ma' l-ESA, abbażi ta' deċiżjoni ta' delegazzjoni adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li għandha tkopri l-ħidmiet ddelegati u l-baġit ta' implimentazzjoni relatati ma' l-implimentazzjoni tal-programm Galileo, b'mod partikolari l-fażi ta' mobilitazzjoni.

2.      Il-ftehim ta' delegazzjoni għandu, sakemm dan ikun meħtieġ għall-ħidmiet u għall-implimentazzjoni tal-baġit, iddelegati taħt il-paragrafu 1, jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali għall-ġestjoni tal-fondi mogħtija lill-ESA, u b'mod partikolari l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati, il-finanzjament rilevanti, il-proċeduri ta' ġestjoni u l-miżuri ta' monitoraġġ u spezzjoni, il-miżuri applikabbli fil-każ ta' nuqqasijiet fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti u tar-regoli dwar id-dritt ta' sjieda tal-proprjetà tanġibbli u intanġibbli kollha.

3.      Il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 14 għandu jiġi kkonsultat, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 14(1a), dwar id-deċiżjoni ta' delegazzjoni. Il-Kumitat għandu jkun infurmat dwar il-ftehim plurijennali ta' delegazzjoni li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-ESA.

4.      Il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 14 għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati intermedjarji u finali ta' l-evalwazzjoni tas-sejħiet għal offerti u l-kuntratti mas-settur privat li għandu jiġi stabbilit mill-ESA.

Artikolu 14

Il-komitoloġija

1.      Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat imsejjaħ "Il-Kumitat dwar il-Programmi Ewropej tal-GNSS".

1a     Fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/469/KE japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2.      Fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/469/KE japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

         Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deciżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

2a     Fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/469/KE japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

         Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deciżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

3.      Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.      Ir-rappreżentanti tal-GSA u l-ESA jistgħu jkunu involuti bħala osservaturi fil-ħidma tal-Kumitat dwar il-Programmi Ewropej tal-GNSS skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

5.      Il-ftehim konkluż mill-Komunità Ewropea msemmija fl-Artikolu 4(4a) jista' jipprevedi l- parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-ħidma tal-Kumitat tal-Programmi Ewropej tal-GNSS skond il-kondizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 14a

Il-ħarsien tad-dejta personali u l-privatezza

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ħarsien tad-dejta personali u l-privatezza jiġu garantiti u integrati fl-istruttura teknika tas-sistemi.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan ir-Regolament, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunità mill-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tar-rifużjoni ta’ l-ammonti mħallsa bla ġustifikazzjoni, kif ukoll, fil-każ ta' irregolarjitajiet, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ penali effettivi, proporzjonati u disważivi, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95[18] u (Euratom, KE) tal-Kunsill Nru 2185/96[19], u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill[20].

2.      Għall-azzjonijiet Komunitarji finanzjati minn dan ir-Regolament, l-idea ta' irregolarità msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, għandha tfisser kkwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju jew kwalunkwe nuqqas fil-qadi ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur eknomiku li għandha jew se jkollha bħala effett li toħloq preġudizzju lill-baġit ġenerali ta’ Unjoni Ewropea jew lill-baġits immaniġġjati minnha bħala spiża li mhix awtorizzata.

3.      Il-ftehim li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, inklużi l-ftehim konklużi mal-pajjiżi terzi parteċipanti, għandhom jipprevedu sorveljanza u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew minn kwalunkwe rappreżentat awtorizzat minnha, kif ukoll għal verifiki li jsiru mill-Qorti ta' l-Awdituri, jekk meħtieġa fuq il-post.

Artikolu 16

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull sena, meta tippreżenta l-abbozz preliminari tal-baġit, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-programmi. Reviżjoni ta' nofs it-terminu għandha titwettaq fl-2010, li għandha tinkludi reviżjoni ta' l-ispejjeż, ir-riskji u d-dħul probabbli mis-servizzi offruti mill-Galileo, inkluż fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informati dwar il-progress li sar fil-programmi.

Artikolu 16a

Revoka

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 876/2002 tal-Kunsill[21] għandu jiġi revokat [...][22]*.

Artikolu 17

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

 · 

 · 

 · 

 · 

· Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║Brussell, [...]

Għall-Parlament Ewropew                                                                                     Għall-Kunsill

Il-President                                                                          Il-President

ANNESS

L-Għanijiet speċifiċi tal-Programmi GNSS Ewropej

L-għanijiet speċifiċi tal-programm Galileo huma li jiġi żgurat li s-sinjali li tibgħat is-sistema jkunu jistgħu jiġu utilizzati biex jissodisfaw il-ħames funzjonijiet li ġejjin:

-       Li jkun offrut "servizz miftuħ" (magħruf bħala "Open Service" jew OS), b'xejn għall-utenti u li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsub għall-applikazzjonijiet tal-massa tar-radjunavigazzjoni bis-satellita.

-       Li jkun offrut servizz ta' protezzjoni tal-ħajja (SoL) maħsub għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali. Dan is-servizzi jissodisfa wkoll il-ħtiġijiet ta' ċerti setturi għall-kontinwità, id-disponibilità u l-preċiżjoni u jinkludi messaġġ ta' integrità li jallerta lill-utent bi kwalunkwe falliment fis-sistema.

-       Li jiġi offrut "servizz kummerċjali" ("Commercial Service" jew CS) għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għal finijiet professjonali jew kummerċjali bis-saħħa ta' prestazzjonijiet imtejba u dejta ta' valur miżjud akbar minn dawk li joffri s-"servizz miftuħ".

-       Li jiġi offrut "servizz governattiv" ("Public Regulated Service" jew PRS) maħsub biss għall-utenti awtorizzati speċifikament mill-gvernijiet, għall-applikazzjonijiet sensittivi li jesiġu livell kbir ta' kontinwità fis-servizz. Is-servizz pubbliku regolamentat juża sinjali b'saħħithom u kodifikati.

-       Il-parteċipazzjoni fis-servizz ta' riċerka u ta' salvataġġ ("Search and Rescue Support Service" jew SAR) tas-sistema COSPAS-SARSAT billi jiġu identifikati sinjali ta' emerġenza mibgħuta minn transmittenti u jintbagħtulhom messaġġi lura.

L-għanijiet speċifiċi tal-programm EGNOS huma li jiġi żgurat li s-sistema EGNOS tissodisfa t-tliet funzjonijiet li ġejjin:

-       Li jkun offrut "servizz miftuħ", bla ħlas għall-utenti u li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsub għall-applikazzjonijiet tal-massa tar-radjunavigazzjoni bis-satellita fiż-żona koperta mis-sistema.

-       Li jiġi offrut servizz għat-tixrid ta' dejta kummerċjali li jgħin l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għal finijiet professjonali jew kummerċjali bis-saħħa ta' prestazzjonijiet imtejba u dejta ta' valur miżjud akbar minn dawk li joffri s-servizz miftuħ.

-       Li jkun offrut servizz ta' protezzjoni tal-ħajja (SoL) maħsub għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali. B'mod partikolari, dan is-servizzi jissodisfa wkoll il-ħtiġiet ta' ċerti setturi għall-kontinwità, id-disponibilità u l-preċiżjoni u jinkludi messaġġ ta' integrità li jallerta lill-utent bi kwalunkwe falliment fis-sistema madwar iż-żona ta' kopertura.

APPENDIĊI

DIKJARAZZJONI

mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea

dwar

il-"Panel Interistituzzjonali Galileo (GIP)"

1.      Minħabba l-importanza, il-karatteristika unika u l-kumplessità tal-programmi Ewropej GNSS, is-sjieda tal-Komunità tas-sistemi li jirriżultaw mill-programmi, u l-finanzjament sħiħ tal-baġit tal-Komunità tal-programmi għall-perjodu 2008-2013, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu l-bżonn ta' koperazzjoni mill-qrib tat-tliet istituzzjonijiet.

2.      Il-Panel Interistituzzjonali Galileo (GIP) se jilħaq l-objettiv li jiffaċilita kull istituzzjoni tal-Komunità fit-twettiq tar-responsabilità rispettiva tagħha. Għal dan il-għan, il-GIP se jitwaqqaf sabiex isegwi mill-qrib:

         (a)    il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej GNSS, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' akkwisti u ta' kuntratti, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-ESA;

         (b)    il-Ftehimiet Internazzjonali ma' pajjiżi terzi mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat;

         (c)    it-tħejjija tas-swieq tan-navigazzjoni bis-satellita;

         (d)    l-effettività ta' l-arranġamenti ta' governanza; u

         (e)    ir-reviżjoni annwali tal-programm ta' ħidma.

3.      Skond ir-regoli eżistenti, il-GIP se jirrispetta l-ħtieġa ta' diskrezzjoni b'mod partikulari fid-dawl tal-kunfidenzjalità fin-negozju u n-natura sensittiva ta' ċerta dejta.

4.     Il-Kummissjoni se tagħti kont tal-fehmiet espressi mill-GIP.

5.     Il-GIP se jkun magħmul minn seba' rappreżentanti, li minnhom:

        -        3 jkunu mill-Kunsill

        -        3 mill-PE

        -        1 mill-Kummissjoni,

         u se jiltaqa' fuq bażi regolari (fil-prinċipju 4 darbiet kull sena).

6.      Il-GIP ma jaffettwax ir-responsabbiltajiet jew ir-relazzjonijiet interistituzzjonali stabbiliti.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

rigward l-involviment tal-GIP fi ftehimiet internazzjonali

Dwar il-ftehimiet internazzjonali, il-Kummissjoni se tinforma lill-GIP sabiex dan ikun jista' jsegwi mill-qrib il-ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi f'konformità mal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2005 u Ftehimiet futuri relatati u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

dwar it-tnedija ta' studji dwar l-isfruttar tas-sistema Galileo

Fid-dawl ta' l-istedina mill-Kunsill sabiex fl-2010, tiġi pprovduta l-proposta prevista fl-Artikolu 4 paragrafu 3, tar-Regolament dwar il-fażi ta' sfruttar tal-programmi, b'mod partikulari fir-rigward tal-finanzjament, il-politika ta' pprezzar u l-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tad-dħul, il-Kummissjoni għandha tniedi l-istudji preliminari meħtieġa mill-2008 u tul l-2009, b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-Trasport tad-29 u t-30 ta' Novembru 2007.

B'mod partikulari, dawn l-istudji għandhom iwettqu analiżi tal-possibilitajiet għall-involviment tas-settur privat fil-ġestjoni tal-fażi ta' sfruttar tal-programmi lil hinn mill-2013, kif ukoll il-modalitajiet għal dan l-involviment potenzjali, b'mod partikulari dawk ta' Sħubija bejn is-settur Pubbliku u dak Privat.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

dwar il-ħolqien ta' grupp ta' esperti ta' sigurtà ("Il-Bord tas-Sigurtà GNSS")

Sabiex ikunu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10a paragrafu 1 tar-Regolament u sabiex jiġu eżaminati l-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tas-sistemi, il-Kummissjoni bi ħsiebha toħloq grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tiżgura li dan il-grupp ta' esperti għandu:

-       ikun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni;

-          ikun taht il-presidenza tar-rappreżentant tal-Kummissjoni;

-       jadotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu li jipprevedu, inter alia, l-adozzjoni ta' l-opinjonijiet permezz ta' kunsens u dispożizzjoni għall-esperti sabiex iqajmu kwalunkwe kwistjoni rilevanti relatata mas-sigurtà tas-sistemi;

Fl-eżerċizzju tar-responsabilitajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti kont sħiħ ta' l-opinjonijiet tal-grupp ta' esperti u timpenja ruħha li tikkonsultah, inter alia, qabel tiddefinixxi r-rekwiżiti ewlenin għas-sigurtà tas-sistemi kif stipulat fl-Artikolu 10a tar-Regolament.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li:

-          ir-rappreżentanti ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, u kif ukoll l-SG/HR għandhom ikunu involuti bħala osservaturi fil-ħidma tal-grupp ta' esperti skond il-kundizzjonijiet imniżżla fir-regoli ta' proċedura tiegħu;

-          ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea jistgħu jipprevedu għall-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi fil-ħidma tal-grupp ta' esperti skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

dwar il-ħatra ta' tim indipendenti ta' esperti

Sabiex id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 paragrafu 3 tar-Regolament jiġu applikati sew, il-Kummisjoni bi ħsiebha li:

-          taħtar tim ta' esperti indipendenti għall-ġestjoni tal-proġetti;

-          bħala parti mill-ħidmiet tiegħu, iqabbad lit-tim biex jirrevedi l-implimentazzjoni tal-programmi bil-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa b'mod partikulari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju;

-          tikkomunika dawn ir-rakkomandazzjonijiet fuq bażi regolari lill-Kumitat stabbilit fir-Regolament.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

dwar l-inetrpretazzjoni ta' l-Artikolu 12a paragrafu 3c

L-Artikolu 12a paragrafu 3c jistabbilixxi l-prinċipju li mill-inqas 40% tal-valur aggregat ta' l-attivitajiet għandu jiġi sottokuntrattat permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi fuq diversi livelli lil kumpaniji minbarra lil dawk il-kumpaniji li jappartjenu għal gruppi li l-entitajiet tagħhom se jkunu kuntratturi ewlenin ta' kwalunkwe pakkett ta' ħidma ewlenija.

Il-Kummissjoni, matul il-proċess sħiħ ta' sejħa għall-offerti, se żżomm dan taħt skrutinju u reviżjoni stretta, u se tinforma lill-GIP u lill-Kumitat tal-GNSS dwar l-issodisfar ta' dan ir-rekwiżit u dwar l-impatt globali tagħha fuq il-programm.

Jekk, f'dan il-proċess, il-projezzjonijiet juru li l-limitu minimu ta' 40% ma jistax jintlaħaq, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12a paragrafu 3c.

________________

  • [1]  ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 61.
  • [2]  Testi adottati, P6_TA(2007)0272.
  • [3] * Emendi politiċi: test ġdid jew li jieħu post test ieħor hu indikat b’tipa korsiva qawwija u t-tħassir hu indikat bis-simbolu ▌.
    Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi mis-servizzi: it-testi ġodda jew ta' bidla huma mmarkati b'tipa qawwija u korsiva, filwaqt li t-tħassiriet huma indikati bis-simbolu ║.
  • [4]                 ĠU C ...
  • [5]           ĠU C ...
  • [6]           Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-xx ta' April 2008.
  • [7]                 COM(2001)0370║.
  • [8]           COM(2007)0212║.
  • [9]           ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1. ║Emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2006 ║(ĠU L 367, 22.12.2006. p. 18).
  • [10]           Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju plurijennali (ĠU L 10.1.2008).
  • [11]          Titlu 6 tal-Baġit.
  • [12]          ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
  • [13]          Kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-18 ta' Diċembru 2007.
  • [14]          Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 248, 19.09.2002, p. 1.
  • [15]          ĠU L ...
  • [16]          ĠU L 317, 3 ta' Diċembru 2001, p. 1.
  • [17]          ĠU L 101, 11 ta' April 2001, p. 1.
  • [18]          ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
  • [19]          ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
  • [20]          ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
  • [21]          ĠU L 138, 28.5.2002, p. 1.
  • [22] *          Sena biss wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Is-Sistema ta’ Navigazzjoni tas-Satellita Globali (GNSS) Ewropea hija maħluqa biex tikkonsisti f’żewġ programmi: EGNOS u GALILEO.[1] l-EGNOS hija sistema reġjonali li tuża mill-ġdid is-sinjali tal-GPS biex tipprovdi, permezz ta’ sinjali ta’ navigazzjoni miżjuda, prestazzjoni mtejba għal utenti ta’ navigazzjoni satellitari. Is-sistema GALILEO tikkonsisti f’kostellazzjoni globali ta' 30 satellita u infrastruttura relatata ta’ kontroll mill-art. Il-proġett huwa wieħed ċivili. It is also an alternative and complementary system to the U.S. Global Positioning System (GPS) and the Russian GLONASS, both initially designed for and funded by the military. L-EGNOS u l-Galileo huma żviluppati bħala infrastrutturi spazjali effiċjenti li jistgħu jkunu sfruttati u jistgħu jiġġeneraw dħul.

Il-GNSS se titwettaq f’fażijiet suċċessivi: fażi operattiva ta’ Definizzjoni, ta’ Żvilupp, ta’ Skjerament u ta’ Kummerċ.

It-twettiq tas-sistema GNSS fil-bidu kien ibbażat fuq kuntratt ta’ konċessjoni ta' Sħubija bejn is-Settur Pubbliku u dak Privat (PPP) bejn l-UE u s-settur privat, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ 1/3 finanzjar pubbliku u 2/3 finanzjar privat. Għal dan il-għan, twaqqfet l-Impriża Konġunta Galileo (GJU),[2] li permezz ta’ proċedura ta’ l-akkwist tipprova ssib l-imsieħeb privat xieraq, id-detentur ta’ Konċessjoni.[3]

Sabiex tkun possibbli struttura xierqa ta' l-UE li ssegwi t-twettiq tal-programmi, twaqqfet l-Awtorità Superviżorja tal-GNSS. Hija ħadet mill-GNU l-assi tanġibbli u dawk mhux tanġibbli u ngħatat responsabilitajiet wiesgħa biex tkompli l-ħidma waqt l-operat.[4]

Fl-14 ta’ Lulju 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-fażijiet tal-mobilizzazzjoni u ta' sfruttar kummerċjali tal-GNSS[5]. Din il-proposta kellha żewġ objettivi ewlenin: li tistabbilixxi l-programm Galileo fuq bażi legali speċifika u biex tipprovdilu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità Ewropea ta' EUR 1 biljun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

L-ewwel qari tal-PE tas-6 ta’ Settembru 2005, ippropona għadd ta’ emendi għall-proposta ta’ l-2004,[6]li fil-prinċipju kienu aċċettabbli kemm għall-Kummissjoni u kif ukoll għall-Kunsill. Madankollu nqalgħu diffikultajiet fin-negozjati tal-kuntratt ta’ konċessjoni, b’mod partikulari dwar it-trasferiment tar-responsabilità u r-riskji komuni lis-settur privat. Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ Settembru 2006[7] il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tanalizza liema modifiki fir-regolamenti legali u proċedurali kienu meħtieġa biex jiżguraw progress kontinwu tal-proġett. Minbarra dan, huwa stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa soluzzjonijiet aktar xierqa li jindirizzaw l-objettivi tal-programm.

B’konsegwenza ta' dan, ittieħdu deċiżjonijiet importanti waqt l-2007:

· Il-Kunsill tat-Trasport tat-22 ta’ Marzu 2007 talab lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid l-aspetti kollha u l-progress imwettaq rigward il-proġett Galileo.

·  Il-PE għamel talba simili fir-Riżoluzzjoni tiegħu adottata fis-26 ta’ April 2007[8].

·  Il-Kummissjoni rrispondiet fil-Komunikazzjoni li adottat fis-16 ta’ Mejju 2007[9].

· Il-PE, fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Ġunju 2007 [10] appoġġja l-proposti mressqa mill-Kummissjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-finanzjament Komunitarju tal-programmi u tal-ħtieġa li titjieb il-governanza pubblika tagħhom.

· Il-Kunsill tat-Trasport adotta Riżoluzzjoni f’Ġunju 2007, fejn talab lill-Kummissjoni biex sa Settembru 2007 tressaq proposti dettaljati għall-iffinanzjar u għal strateġija ta' implimentazzjoni u ta' akkwist.

Il-proposti tad-19 ta’ Settembru 2007

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill u lill-PE pakkett ta’ proposti[11] intenzjonat biex jitnieda mill-ġdid il-proġett wieqaf tal-GNSS. Iżda, ir-Rapporteur jixtieq jikkonċentra fuq tliet aspetti tal-pakkett:

1. It-tagħlimiet miksuba mid-data tat-tnedija tal-Galileo,

2. Ir-Reviżjoni tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) dwar id-dixxiplina baġitarja,

3. L-emendi ewlenin tagħha għall-proposta l-ġdida tal-Galileo.

It-tagħlimiet miksuba

Illum, għaddew ħdax-il sena minn meta l-Kummissjoni ressqet l-ewwel Komunikazzjoni timida dwar Sistema ta’ Navigazzjoni Satellitari Globali (GNSS). Dan kien fl-1997. Madankollu, kellna nistennew sal-Kunsill Ewropew ta’ Nizza f’Diċembru 2000 biex ikollna impenn mill-Kapijiet ta’ l-Istat u tal-Gvern.

Il-PE fir-riżoluzzjonijiet jew fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi sussegwenti kollha dwar il-GJU jew dwar l-Awtorità Superviżorja tal-GNSS, żamm il-pożizzjoni tiegħu, b’mod partikulari li l-programm Galileo:

a. Huwa programm ċivili,

b. Jiggarantixxi l-Indipendenza ta’ l-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi,

c.   Jinvolvi interessi strateġiċi, ekonomiċi, industrijali, ta’ sigurtà, spazjali u ħafna aktar,

d.   Huwa proġett ta’ l-UE per eċċellenza minħabba l-fatt li huwa programm Teknoloġiku u relatat ma' l-Ispazju li l-ebda Stat Membru individwali ma jista' jwettaq waħdu.

Madankollu, fl-istess waqt, aħna tgħallimna ħafna:

L-ewwel, il-prinċipju ta' Sħubija bejn is-settur Pubbliku u dak Privat huwa forma ġdida importanti ta’ koperazzjoni biex jinkiseb objettiv li jkollu karatteristiċi ta’ Prodott Pubbliku, Iżda kwalunkwe PPP li twassal għal mergers jew konsorzji, li jistabbilixxu sitwazzjonijiet ta’ monopolju, għandha tiġi evitata. Regoli ta’ l-Akkwist li jwasslu għal strutturi tas-suq monopolistiċi għandhom ikunu evitati wkoll.

It-tieni, il-Galileo huwa l-ewwel infrastruttura Komunitarja u s-suċċess tiegħu jista’ jkun żgurat biss permezz ta' rieda komuni. Negozjati preċedenti ntemmu minħabba nuqqas ta’ qbil intern.

It-tielet, proġetti soffistikati ħafna li jinvolvu teknoloġija avvanzata jippreżentaw riskji magħrufa u anki mhux magħrufa. U dawn ir-riskji ma jistgħux ikunu kkalkolati dejjem. B’konsegwenza ta' dan, l-industrija m'hix intenzjonata li tassumi r-Riskju. Dan ifisser li f'dawn il-każijiet, il-mudell PPP mhux ta’ benefiċċju għall-Komunità. Mhux b’kumbinazzjoni li fl-Istati Uniti, fiċ-Ċina, fir-Russja u fl-Indja, proġetti bħal dawn inbdew u ġew iffinanzjati mill-Gvern.

Ir-raba’, analiżi tal-Benefiċċji u ta’ l-Ispejjeż tradizzjonali li ma tikkonċentrax fuq l-ispejjeż potenzjali u fuq il-benefiċċji potenzjali, flimkien ma’ l-effetti ta’ multiplikatur li joriġinaw mill-applikazzjonijiet numerużi ta' suq mhux magħruf tispiċċa biex tagħtina riżultati mhux oġġettivi u b’hekk twassalna għal rakkomandazzjonijiet żbaljati. Għalhekk, għandna bżonn metodoloġija ġdida fl-evalwar ta' l-Ispejjeż u tal-Benefiċċji tal-Galileo.

Il-ħames, dewmien fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-applikazzjoni s-soltu jwassal għal spejjez għolja u nuqqas tal-vantaġġ komparattiv. Dan huwa partikolarment importanti f’qasam industrijali li t-teknoloġija u s-servizzi tiegħu jipproċedu b'pass mgħaġġel u dejjem jinbidlu. U d-dewmien ta’ ħames snin huwa fattur serju li aħna ma nistgħux ninjoraw.

Il-Ftehima Interistituzzjonali (IIA)

L-ewwel qari tal-PE dwar il-Baġit ta’ l-2008 (25 ta’ Ottubru 2007) kien ta’ sorpriża għall-Kunsill (tal-Baġit). Iż-żieda fl-iffinanzjar ta’ l-2008 għal Galileo minn EUR 150 miljun għal EUR 890 miljun ma kinitx mistennija. Permezz ta' din l-emenda, il-PE ħa pożizzjoni: L-ammont propost fil-proposta ta' temenda dwar IIA kien aċċettabbli għall-PE.

Sussegwentement, il-Kunsill tal-Baġit tat-23 ta’ Novembru 2007, ħa żewġ deċiżjonijiet importanti. Huwa qabel ma’ l-ammont tal-PE propost għall-baġit ta’ l-2008 u mar-Reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali 2007-2013, kif ippreżentati fil-Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u dwar l-immaniġġjar finanzjarju sod.[12]

Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat-13 u l-14 ta’ Diċembru 2007 sempliċement adotta l-iffinanzjar rivedut tal-programmi GNSS.

Il-Proposta Emendata dwar il-Galileo u ta’ l-EGNOS

Hija tinkludi dawn l-elementi essenzjali:

·  hija tinkorpora l-programm EGNOS,

·  l-abbandun tal-pjan ta’ konċessjoni għal fażi ta’ skjerament u l-aspetti kollha relatati miegħu se jitwettqu mill-KE,

·  data ġdida għat-tlestija ta' l-iskjerament hija stabbilita: f’nofs l-2013,

·  l-operazzjoni kummerċjali tas-sistema EGNOS tista' tibda fl-2009,

·  il-governanza pubblika tal-programmi se tkun żgurata bi tqassim ta’ responsabilitajiet bejn il-Kummissjoni, l-Awtorità Superviżorja tal-GNSS, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, u l-Kumitat dwar il-GNSS Ewropew.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur dwar il-proposta emendata hija ta' appoġġ. Madankollu, hija tintroduċi għadd ta’ emendi intenzjonati biex ikunu utli fis-sens ta’ titjib tal-proposta kkonċernata. L-abbozz ta’ rapport se jfittex li:

· Jiċċara l-proċedura u l-irwol ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE jekk jiġu konklużi Ftehimiet bejn il-KE u pajjiżi terzi li għandhom ir-rieda li jkunu involuti fl-iffinanzjar tal-Galileo.

· Jistipula b'mod ċar li l-KE hija l-proprjetarja ta' l-assi tanġibbli u mhux tanġibbli kollha maħluqa mill-EGNOS u mill-GALILEO.

· Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta Proposta Legali qabel l-2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ ffinanzjar ġodda għall-fażi ta’ Sfruttament, mill-2013 'il quddiem.

· Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Proposta dwar Mekkaniżmu ta’ Qsim ta’ Qligħ possibbli għall-fażi ta' sfruttar.

· Jintroduċi artikolu ġdid dwar is-Sigurtà tal-programmi.

· Jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli, il-proċedura u l-irwol ta’ l-ESA fil-qasam ta' l-Akkwist Pubbliku.

· Isaħħaħ l-Irwol tal-PE b’żewġ modi:

· a. bil-Ħatra ta’ Espert tiegħu stess għall-monitoraġġ tal-programmi Galileo u EGNOS, u

· b. bl-applikazzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-aspetti l-aktar importanti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Għandu jkun innutat ukoll li l-abozz ta’ rapport jaċċetta wkoll:

· Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Governanza Pubblika tal-Programmi u l-fażijiet distinti tagħhom: Skjerament mill-2008 sa l-2013 u Esplojtazzjoni mill-2013 'il quddiem.

· Ir-riżorsi Baġitarji proposti (i.e. EUR 3,105 miljun bil-prezzijiet attwali mill-2007 sa l-2013).

· Ir-reviżjoni ta’ IIA kif propost mill-Kummissjoni u kif miftiehem mill-Awtorità Baġitarja.

Konklużjoni

Il-programmi GNSS se jkunu fil-pussess tal-Komunità. Il-GALILEO se jitwettaq permezz ta’ ffinanzjar tal-Komunità, fuq il-bażi ta’ deċiżjoni komuni bejn il-Parlament u l-Kunsill. Għalhekk, il-Parlament u l-Kunsill iġorru responsabilità komuni għar-regolamentazzjoni dwar l-iskjerament u l-operazzjoni tal-programmi.

L-ewwel programm tal-Komunità ffinanzjat mill-baġit tal-Komunità u li l-infrastruttura tiegħu hija f’pussess komuni jitlob adattament għal xi sfidi relatati ġodda li fil-parti l-kbira tagħhom m’humiex magħrufa.

L-intenzjoni tar-rapporteur se tkun li r-regolamenti maħtieġa jinżammu ċari iżda mhux dettaljati b’mod superfluwu sabiex ir-responsabilitajiet relatati ma’ l-istruttura ta’ governanza ġdida u mar-regoli ta’ l-akkwist ikunu espliċiti u jkun żgurat il-kontroll permanenti.

  • [1] 
  • [2]  Ara r-Reg. (KE) nru 876/2002 kif emendat bir-Reg. nru 1943/2006
  • [3]  Il-konsorzju kien jikkonsisti minn 1. l-EADS Astrium (Konsorzju Ewropew, li madankollu prinċipalment kien magħamul minn Franza u l-Ġermanja), 2. it-TeleOp (il-Ġermanja, iżda huwa magħmul mid-Deutsch Telekom u miċ-Ċentru ta' l-Aerospazju Ġermaniż), 3. l-Inmarsat (ir-Renju Unit), 4. it-Thales (Franza), 5. l-Alcatel-Lucent (Franza), 6. il-Finmeccanica (l-Italja), 7. l-Aena (Spanja) u 8. l-Hispasat (Spanja).
  • [4]  Ara r-Reg. (KE) nru 1321/2004 kif emendat bir-Reg. nru 1943/2006 (KE) nru 1942/2006.
  • [5]  Ara COM(2004) 477.
  • [6]  Li kienet ibbażata fuq ir-rapport Barsi-Pataky (A6-0212/2005).
  • [7]  Mozzjoni għal Riżoluzzjoni dwar l-istat tal-progress tal-programm GALILEO (B6-0511/2006)
  • [8]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 in-negozjar tal-kuntratt ta' konċessjoni Galileo.
  • [9]  Ara COM(2007) 261.
  • [10]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-iffinanzjar tal-programm Ewropew ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) fi ħdan il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u l-programm ta' qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013.
  • [11]  Id-dokumenti ppreżentati huma: 1) Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' Radjunavigazzjoni bis-satellita (l-EGNOS u l-Galileo) ((COM (2007) 535 finali); 2) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-progress tal-programm Galileo rikonfigurazzjoni tal-programmi Ewropej GNSS (COM(2007) 534 finali); 3) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, dokument mehmuż mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-progress tal-programm Galileo: rikonfigurazzjoni tal-programmi Ewropej GNSS (SEC(2007) 1210); u 4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013), Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (COM(2007) 549 finali).
  • [12] Fil-prinċipju, il-Kunsill tal-Baġit jista' jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata minħabba li l-ammont propost għall-użu mill-ġdid ta' l-Intestaturi (i.e. 2.4 biljuni Euro) huwa taħt iż-0.03% tal-GNI ta' l-UE. Għal dak l-ammont hemm bżonn biss ta' maġġoranza kwalifikata, inkella, kieku kien mod ieħor, kien ikun hemm bżonn ta' unanimità fil-Kunsill

OPINJONI TAL- Kumitat għall-Baġits (24.1.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta emendata tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)
(COM(2007)0535 – C6‑0345/2007 – 2004/0156(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Margaritis Schinas

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a.      Iqis li l-ammont finanzjarju indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu tas-subintestatura 1a tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) 2007-2013 kif rivedut mid-Deċiżjoni 2008/29/KE tat-18 ta' Diċembru 2007, u jirrimarka li l-ammont annwali se jiġi deċiż fil-proċedura baġitarja annwali skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 37 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

Proposta għal regolament

Emendi tal-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 2

Premessa 9

(9) Il-fażijiet ta' definizzjoni u ta' żvilupp tal-programm Galileo, li jikkostitwixxu l-parti tal-programm allokata għar-riċerka, ġew iffinanzjati b'mod sinifikanti mill-baġit Komunitarju tan-netwerks trans-Ewropej. Il-fażi tal-mobilitazzjoni trid tkun totalment iffinanzjata mill-Komunità Ewropea minħabba n-nuqqas ta' l-involviment reali tas-settur privat. L-isfruttar kummerċjali tas-sistema jista' jsir permezz ta' kuntratti ta' konċessjoni tas-servizzi jew kuntratti ta' servizzi pubbliċi mas-settur privat.

(9) Il-fażijiet ta' definizzjoni u ta' żvilupp tal-programm Galileo, li jikkostitwixxu l-parti tal-programm allokata għar-riċerka, ġew iffinanzjati b'mod sinifikanti mill-baġit Komunitarju tan-netwerks trans-Ewropej. Il-fażi tal-mobilitazzjoni hija totalment iffinanzjata mill-Komunità Ewropea. Kuntratti ta' konċessjoni tas-servizzi jew kuntratti ta' servizzi pubbliċi jistgħu jingħataw lis-settur privat fi stadju iżjed tard biex titħaddem is-sistema wara l-2013.

Emenda 3

Premessa 10

(10) Huwa importanti li l-finanzjament tas-sistema EGNOS, inklużi l-elementi kollha tiegħu, jippermetti li t-tħaddim tiegħu, is-sostenibbiltà u l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, jkunu żgurati mill-Komunità Ewropea. L-isfruttar ta' l-EGNOS jista' jsir permezz ta' kuntratt ta' servizz pubbliku mas-settur privat sakemm jiġi integrat fl-isfruttar ta' Galileo.

(10) Huwa importanti li s-sistema EGNOS, inklużi l-elementi kollha li jiżguraw li tkun operattiva, tkun sostenibbli u tkun tista' tiġi kkummerċjalizzata, u li l-finanzjament tagħha jkun żgurat mill-Komunità Ewropea. It-tħaddim ta' l-EGNOS jista' jsir permezz ta' kuntratt ta' servizz pubbliku mas-settur privat sakemm jiġi integrat fit-tħaddim ta' Galileo.

Emenda 4

Premessa 14

(14) L-ispejjeż ta' investiment u l-ispejjeż ta' sfruttar tas-sistemi Galileo u EGNOS għall-perjodu 2007-2013 huma attwalment evalwati għal EUR 3.4 miljun euro fil-prezzijiet kurrenti. Somma ta' 1,005 miljun euro diġà hija prevista fil-programmazzjoni finanzjarja eżistenti (2007-2013) taħt il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-fażi tal-mobilitazzjoni u ta' sfruttar kummerċjali tal-programm Galileo. Huwa propost li din is-somma tiżdied b'ammont supplementari ta' 2,100 miljun Euro. Din is-somma kienet soġġetta għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju attwali (2007-2013). Il-fondi ġejjin mill-marġni mhux użati fl-intestaturi 2 u 5 għall-2007 u l-2008. B'riżultat ta' dan, it-test tal-proposta emendata se jistabbilixxi l-ammont ta' EUR 3 405 miljun li huwa xieraq li jkun previst fil-baġit Komunitarju għall-perjodu 2007-2013 taħt il-programmi GNSS Ewropej. Somma ta' EUR 300 miljun disponibbli mis-seba' programm kwadru tar-riċerka u ta' l-iżvilupp għall-programmi GNSS Ewropej, se tikkontribwixxi wkoll għall-finanzjament ta' l-ispejjeż.

(14) L-ispejjeż ta' investiment u l-ispejjeż biex jitħaddmu s-sistemi Galileo u EGNOS għall-perjodu 2007-2013 huma attwalment evalwati għal EUR 3.400 biljun fil-prezzijiet kurrenti. L-ammont finanzjarju totali disponibbli huwa ta' EUR 3 405 miljun għall-programmi GNSS Ewropej għall-perjodu 2007-2013. Somma ta' 1,005 miljun euro diġà kienet prevista fil-programmazzjoni finanzjarja eżistenti (2007-2013). Dan l-ammont żdied b'ammont supplementari ta' EUR 2 000 miljun kif ġie deċiż mill-awtorità baġitarja permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju attwali (2007-2013), u b'ammont ulterjuri ta' EUR 400 miljun, disponibbli mis-seba' programm kwadru tar-riċerka u ta' l-iżvilupp.

Emenda 5

Premessa 17 a (ġdida)

 

(17a) L-Awtorità ta' Sorveljanza hija aġenzija Komunitarja, imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 1321/2004. Bħala korp fit-tifsira ta' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, hija suġġetta għall-obbligi previsti għall-aġenziji Komunitarji.

Emenda 6

Premessa 18

(18) Min-naħa tagħha, l-Awtorità ta' sorveljanza, għandha l-missjoni prinċipali li tgħin lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-elementi kollha marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-programmi. Hija trid ukoll tmexxi l-fondi li huma allokati lilha b'mod speċifiku għall-programmi, inkelli li huma fdati lilha mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006.

(18) Fid-dawl tal-prinċipji l-ġodda tat-tmexxija pubblika applikati għall-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-programmi GNSS Ewropej, l-irwol ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza jeħtieġ li jkun adattat. L-Awtorità għalhekk għandha tipprovdi għajnuna diretta lill-Kummissjoni fl-oqsma kollha relatati ma' l-implimentazzjoni tal-programmi u kif ukoll tkompli twettaq kompiti speċifiċi bħaċ-ċertifikazzjoni teknika, l-akkreditazzjoni tas-sigurtà u l-preparazzjoni tas-suq. Għal dan il-għan hija trid timmaniġġja l-fondi li huma speċifikament allokati lilha mill-programmi, u li huma fdati lilha mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 54(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006.

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni għall-falliment tal-PPP u l-istruttura l-ġdida tas-settur pubbliku, il-missjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS għandha tkun adattata kif suppost.

Emenda 7

Artikolu 4

1. Il-fażi ta' żvilupp u ta' validazzjoni hija ffinanzjata mill-Komunità Ewropea u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea. Għandha tasal fi tmiemha matul is-sena 2010.

1. Il-fażi ta' żvilupp u ta' validazzjoni hija ffinanzjata mill-Komunità Ewropea u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn issa 'l quddiem "ESA").

2. Il-fażi ta' mobilitazzjoni hija ffinanzjata kompletament mill-Komunità Ewropea. Għandha tinkiseb matul is-snin 2008 sa l-2013.

2. Il-fażi ta' mobilitazzjoni trid tiġi ffinanzjata kompletament mill-Komunità Ewropea mingħajr ħsara għall-paragrafu 4.

3. Il-fażi ta' sfruttar għandha tibda fl-2013. Matul din il-fażi, l-isfruttar tas-sistema jista', jekk ikun meħtieġ, isir permezz ta' kuntratti ta' konċessjoni tas-servizzi jew kuntratti ta' servizzi pubbliċi mas-settur privat. Dawn il-kuntratti jistgħu jiġu konklużi qabel l-2013. L-ammont għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità Ewropea fil-fażi ta' l-isfruttar se jkun jiddependi mill-parteċipazzjoni tas-settur privat, li tiddependi mill-kontenut ta' dawn il-kuntratti eventwali, wara l-approvazzjoni minn qabel mill-Awtorità tal-baġit.

3. Il-fażi ta' tħaddim kummerċjali għandha tibda mat-tmiem tal-mobilitazzjoni. Matul din il-fażi, it-tħaddim tas-sistema għandu, fejn ikun xieraq, jiġi żgurat permezz ta' kuntratti ta' konċessjoni tas-servizzi jew kuntratti ta' servizzi pubbliċi mas-settur privat. Dawn il-kuntratti jistgħu jiġu konklużi qabel l-2013. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità Ewropea għall-fażi tat-tħaddim kummerċjali se tkun tiddependi mil-livell ta' kontribuzzjonijiet tas-settur privat li jirriżultaw minn kwalunkwe kuntratti li jkunu ġew konklużi, u hija suġġetta għal approvazzjoni minn qabel mill-Awtorità tal-baġit.

4. Il-ftehimiet jew il-konvenzjonijiet konklużi mill-Komunità Ewropea jipprevedu l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni eventwali ta' Stati Terzi għal finanzjament supplementari tal-programm.

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu finanzjament supplimentari għall-programm skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll ikunu involuti biex jipprovdu finanzjament supplementari għall-programm. Il-ftehimiet jew il-konvenzjonijiet konklużi mill-Komunità Ewropea ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħal dawn, bi qbil ma' l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom.

Emenda 8

Artikolu 7, parti introduttiva

Il-kontribuzzjoni Komunitarja allokata għall-programmi taħt dan ir-regolament għandha tingħata għall-finanzjament ta':

L-approprjazzjoni baġitarja Komunitarja allokata għall-programmi taħt dan ir-regolament għandha tingħata għall-finanzjament ta':

Emenda 9

Artikolu 8

1. L-ammont meħtieġ għat-twettiq ta' l-attivitajiet previsti fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk marbuta ma' l-isfruttar tas-sistema taħt il-programm Galileo, huwa ta' EUR 3,105 miljun bi prezzijiet kurrenti, matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2013.

1. L-ammont allokat għat-twettiq ta' l-attivitajiet previsti fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk marbuta mat-tħaddim kummerċjali tas-sistema taħt il-programm Galileo, huwa ta' EUR 3,405 miljun bi prezzijiet kurrenti, matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2013, li EUR 400 miljun minnhom saru disponibbli mis-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp.

2. L-approprjazzjonijiet huma awtorizzati kull sena mill-awtorità tal-baġit fil-limitu tal-qafas finanzjarju multiannwali. Huma esegwiti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju Applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitarji Ewropej.

2. L-approprjazzjonijiet huma awtorizzati kull sena mill-awtorità tal-baġit fil-limitu tal-qafas finanzjarju multiannwali. Huma esegwiti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. L-impenji mill-baġit, marbuta mal-programmi jsiru permezz ta' allokazzjonijiet annwali.

3. L-impenji mill-baġit, marbuta mal-programmi jsiru permezz ta' allokazzjonijiet annwali.

4. L-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma jqisux l-obbligi finanzjarji imprevisti, li l-Komunità Ewropea jkollha ġġorr, partikolarment dawk marbuta man-natura pubblika tas-sjieda tas-sistemi. Quddiem sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni se tippreżenta proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ma jqisux l-obbligi finanzjarji imprevisti, li l-Komunità Ewropea jkollha ġġorr, partikolarment dawk marbuta man-natura pubblika tas-sjieda tas-sistemi. Quddiem sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni se tippreżenta proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi tuża l-possibilitajiet kollha pprovduti mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

 

4a. Il-Kummissjoni għandha, fl-2010, flimkien mar-rapport tagħha ta' nofs it-terminu, tippreżenta l-proposta adegwata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-perjodu ta' l-ipprogrammar ta' l-iffinanzjar li jibda mill-2014 rigward il-fondi u l-impenji pubbliċi u l-mekkaniżmu meħtieġ biex jinqasam id-dħul għall-fażi tat-tħaddim kummerċjali, kompitu li trid twettaq minħabba r-responsabilità tagħha relatata mas-sjieda pubblika tas-sistema.

Emenda 10

Artikolu 9, paragrafu 1

Id-dħul mill-isfruttar tas-sistemi jgħaddi għand il-Komunità Ewropea. Huwa jidħol fil-baġit Komunitarju, u jkun allokat għall-programmi GNSS Ewropej. Jekk il-volum tad-dħul jirriżulta bħala sostanzjalment għola milli previst, il-prinċipju ta' l-allokazzjoni għandu jiġi rivedut.

Id-dħul mit-tħaddim tas-sistemi jgħaddi għand il-Komunità Ewropea. Huwa jidħol fil-baġit Komunitarju, u jista' jkun allokat għall-programmi GNSS Ewropej, u huwa suġġett għall-approvazzjoni ta' l-awtorità baġitarja.

Ġustifikazzjoni

It-test tal-Kummissjoni jipprevedi sistema ta' dħul assenjat. Dan mhux ġustifikat f'dan il-waqt, minħabba li l-awtorità baġitarja bassret il-fondi neċessarji kollha meħtieġa sa l-2013. Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni bħal din dwar fondi ulterjuri għall-programmi Galileo għandha tittieħed mill-awtorità baġitarja meta jkun xieraq permezz tal-proċedura baġitarja.

Emenda 11

Artikolu 11, paragrafu 5

5. Il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

5. Il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006.

Emenda 12

Artikolu 12, paragrafu 1

Mingħajr preġudizzju għall-kompiti li ġew fdati lill-Kummissjoni mir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, l-Awtorità ta' Sorveljanza għandha tgħin lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-elementi kollha tal-programmi li għalihom il-Kummissjoni titlobha l-għajnuna. Hija tassigura l-ġestjoni u l-kontroll ta' l-użu tal-fondi li ġew allokati speċifikament lilha mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programmi. Dawn il-fondi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza permezz ta' Deċiżjoni ta' delega, f'konformità ma' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004.

L-Awtorità ta' Sorveljanza għandha, kull meta tintalab mill-Kummissjoni, tipprovdiha b'għajnuna diretta fl-oqsma kollha relatati mal-programmi, speċjalment is-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-infrastruttura kollha kemm hi ta' Galileo, il-preparamenti għat-tħaddim u għall-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi pprovduti mis-sistemi Ewropej GNSS, l-attivitajiet ta' promozzjoni u koperazzjoni internazzjonali, il-komunikazzjoni esterna u l-preparamenti għal inizjattivi regolatorji u politiċi. Barra minn hekk, l-Awtorità ta' Sorveljanza, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, għandha tkompli tiżgura li l-komponenti tas-sistemi huma ċċertifikati kif suppost mill-awtorità Ewropea għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà GNSS u tipprepara s-swieq. Hija tassigura l-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' l-użu tal-fondi li ġew allokati lilha mill-Kummissjoni taħt il-programmi. Dawn il-fondi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza permezz ta' Deċiżjoni ta' delega, f'konformità ma' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004.

Emenda 13

Artikolu 16

Il-Kummissjoni għandha tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull sena, meta tippreżenta l-abbozz preliminari tal-baġit, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-programmi. Fl-2010 għandu jsir stħarriġ intermedju biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu infurmati dwar l-istadju ta' avvanz tal-programmi.

Il-Kummissjoni għandha tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull sena, meta tippreżenta l-abbozz preliminari tal-baġit, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-programmi. Fl-2010 għandha ssir evalwazzjoni intermedja biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu infurmati dwar l-istadju ta' avvanz tal-programmi.

 

Minħabba l-kumplessità tal-proġett u l-finanzjament sħiħ tiegħu mill-baġit tal-Komunità, il-Kummissjoni trid, darba kull sena, tirrapporta waqt laqgħa konġunta lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar il-progress tal-Programmi GNSS, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-aspetti industrijali, finanzjarji u tat-trasport.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

Il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 ippreveda ammont ta' EUR 1005 biljun ipprogrammati taħt l-intestatura 1a għall-iffinanzjar tal-fażijiet mobilitattivi u operattivi tal-Programm Galileo matul il-perjodu 2007/2013.

Skond il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, l-iffinanzjar li jkun fadal għall-fażijiet operattivi u tal-mobilitazzjoni tal-Programm għandu jkun ġie provdut mis-settur privat skond kuntratt ta' konċessjoni.

Fil-bidu ta' din is-sena deher ċar li l-iffinanzjar pubbliku kien se jkun l-uniku sors ta’ krediti għall-Galileo. Il-Kunsill tat-Trasport tas-6-8 ta' Ġunju 2007 rrikonoxxa li l-implimentazzjoni ta' mobilitazzjoni tas-sistema Galileo jkollha bżonn iffinanzjar pubbliku addizzjonali. Il-Parlament Ewropew esprima l-oppożizzjoni tiegħu għal finanzjament Komunitarju u intergovernattiv imħallat ta’ Galileo fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Ġunju 2007.

Wara l-falliment tan-negozjati għall-kuntratt tal-konċessjoni, u minħabba l-impatt politiku u ekonomiku tal-Programm, il-Kummissjoni ppreżentat, fid-19 ta' Settembru 2007, il-proposta emendata preżenti dwar il-kontinwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Programmi Ewropej għan-navigazzjoni bis-Satelliti (GNSS u Galileo) kif ukoll proposta għal Deċiżjoni li tipprevedi li l-Programm Galileo se jiġi ffinanzjat b'mod esklussiv permezz tal-Baġit tal-Komunità, kif mitlub mill-PE.

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti li tiġi mmodifikata l-MFF sabiex tittieħed azzjoni għal sitwazzjonijiet mhux mistennija. Fid-Deċiżjoni tagħha tad-19 ta' Settembru, il-Kummissjoni pprevediet li tirrevedi l-MFF biex tipprovdi 2.4 biljun euro addizzjonali għall-fażijiet mobilitattivi u operattivi tal-Programm Galileo.

Matul il-proċedura baġitarja ta' l-2008, fl-ewwel qari tiegħu, il-Parlament laqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni ta’ l-MFF. Matul il-Konċiljazzjoni dwar il-proċedura baġitarja li saret fit-23 ta' Novembru 2007, il-PE insista dwar il-bżonn ta' reviżjoni ta' l-MFF.

Wara negozjati fit-tul, il-Kunsill mexa fid-direzzjoni tat-talbiet tal-Parlament bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Il-ftehima globali bejn il-Parlament u l-Kunsill stipulat 1,6 biljun għar-reviżjoni ta' l-MFF, żiedet EUR 200 miljun li jiġu mill-mobilitazzjoni mill-ġdid tal-Programmi tal-Komunità skond il-1a, u EUR 400 miljun mill-prijoritizzazzjoni mill-ġdid skond l-FPRD 7-Euratom u l-mobilitazzjoni ta' l-istrument tal-Flessibilità għall-ammont ta' 200 miljun Euro.

Din il-ftehima hija bi qbil mal-prijoritajiet tal-PE għax ma naqsitx l-ammonti finanzjarji tal-programmi multiannwali.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur għal opinjoni

Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġja l-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni. Madankollu huwa jipproponi ċerti emendi relatati ma' l-oqsma li ġejjin.

L-Irwol ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza

Ir-rapporteur għal opinjoni jqis li għandhom jitqiesu ċertu kummenti fir-rigward ta' l-irwol ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza.

Ir-rapporteur għal opinjoni jenfasizza li l-Awtorità hija aġenzija tal-Komunità mwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1321/2004 fit-12 ta' Lulju 2004; għalhekk hija korp fit-tifsira ta' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u hija suġġetta għall-obbligi previsti għall-aġenziji Komunitarji.

Għal skopijiet ta' konsistenza ma' l-istatus ta' l-Awtorità, ir-rapporteur għal opinjoni jintroduċi ċertu emendi li jikkonċernaw l-organigramma u l-proċedura ta' kwittanza fil-proposta għal Regolament.

Il-pożizzjoni tal-PE fir-rigward ta' l-Aġenzija hija dik ta' monitorjar permanenti ta' l-attivitajiet tagħha, kif previst fil-konklużjonijiet tal-konċiljazzjoni li saret fit-13 ta' Lulju 2007, fejn iż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja talbu għal "iżjed trasparenza fir-rigward ta' l-aġenziji ddeċentralizzati, bil-għan li jiġi mmonitorjat aħjar l-iżvilupp tagħhom."

Ir-rapporteur għal opinjoni jfakkar ukoll li fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom dwar l-aġenziji tal-Komunità miftiehma fit-Trijalogu tat-18 ta' April 2007, iż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja "jistiednu lill-Kummissjoni biex tevalwa b'mod regolari l-aġenziji eżistenti tal-Komunità, billi tiffoka b'mod partikolari fuq il-benefiċċju mil-lat ta’ l-ispejjeż tagħhom, u taċċetta li tevalwa l-evalwazzjoni ta' l-analiżi ppreparata mill-Kummissjoni għal numru magħżul ta' aġenziji". Ir-rapporteur għal opinjoni jtenni li analiżi tal-benefiċċju mil-lat ta’ l-ispejjeż magħmula esternament, wara evalwazzjoni sħiħa mill-awtorità baġitarja, hija neċessità assoluta sabiex ikun possibbli li jiġi ġġustifikat il-valur miżjud ta' din il-forma ddeċentralizzata ta' governanza liċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi.

Immaniġġjar finanzjarju sod

L-irwoli ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza fuq naħa, u ta' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju fuq l-oħra, għandhom ikunu definiti b'mod ċar, filwaqt li tiġi żgurata b'dan il-mod separazzjoni ċara tal-ħidmiet u l-kompetenzi u ċ-ċarezza li jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. Fiż-żewġ każi, ladarba hija involuta l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, l-immaniġġjar finanzjarju sod huwa responsabilità tal-Kummissjoni.

Il-kontribuzzjoni ta' l-UE mmaniġġjata mill-ESA għandha wkoll tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament finanzjarju, kif previst fl-Artikolu 13 tal-proposta, permezz tar-referenza għar-Regolament Finanzjarju (Art. 54.2) u r-regoli implimentattivi relatati (Art. 41).

Iffinanzjar

Hemm bżonn ta' aġġustamenti tekniċi wara l-konklużjoni tal-Konċiljazzjoni msemmija fl-introduzzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill tat-23 ta' Novembru. Għalhekk ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi ċertu emendi tekniċi għat-test sabiex jirrifletti r-riżultat ta' dawn in-negozjati.

Garanziji

Ir-rapporteur għal opinjoni jisħaq fuq il-kumplessità tal-Programm Galileo, li jinvolvi ħafna setturi tal-politiki ta' l-UE.

Huwa jemmen li, minħabba l-importanza ta' l-iffinanzjar ta' l-UE għall-Galileo, hemm bżonn ta' mmonitorjar demokratiku ta' l-impatt tal-programm fis-setturi kollha involuti. Għalhekk, huwa jipproponi li darba fis-sena tiġi organizzata awdizzjoni li tinvolvi l-kumitati kollha interessati fl-applikazzjonijiet ta' Galileo u l-Kumitat għall-Baġits, sabiex ikun hemm diskussjoni dwaru mal-Kummissarju responsabbli għas-setturi rispettivi, mar-rappreżentanti ta' l-ESA, kif ukoll mad-Direttur Eżekuttiv ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza.

ANNESS

Iffinanzjar tal-Galileo u l-EIT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Punt baġitarju 2008

Intestatura

Totali 2008-2013

 

 

 

- GALILEO

Prijoritizzazzjoni mill-ġdid

06 06 02

Is-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka - Riċerka relatata mat-trasport (inkluża l-aeronawtika)

400

 

Subtotali

400

 

 

 

Mobilitazzjoni mill-ġdid *

26 02 01

Proċeduri għall-għoti u għall-pubbliċità ta' kuntratti ta' forniment, xogħlijiet u servizzi pubbliċi (OJ/S)

46

02 03 04

Standardizzazzjoni u approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni

28

31 02 01

Taħriġ għall-Interpreti tal-Konferenzi għall-Ewropa "CITE"

10

26 03 01

Servizzi eGvern pan-Ewropej għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-impriżi u ċ-ċittadini (programm IDABC)

16

08 20; 08 21

Euratom

50

 

Aġenziji Ddeċentralizzati - programmar mill-ġdid

50

 

Subtotali

200

 

 

 

Reviżjoni

 

 

1.600

 

 

 

Flessibilità

 

 

200

TOTALI GALILEO

2400

* Tikkonċerna biss programmi mhux COD jew programmi COD mingħajr pakketti finanzjarji

PROĊEDURA

Titolu

Implimentazzjoni u utilizz tal-programm Ewropew għar-radjunavigazzjoni permezz ta’ satellita

Referenzi

COM(2007)0535 – C6-0345/2007 – COM(2004)0477 – C6-0087/2004 – 2004/0156(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

23.10.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Margaritis Schinas

14.11.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

18.12.2007

23.1.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

23.1.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Costas Botopoulos, Daniel Dăianu, Gérard Deprez, Brigitte Douay, Hynek Fajmon, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Jan Mulder, Cătălin-Ioan Nechifor, Gérard Onesta, Margaritis Schinas, Esko Seppänen, Nina Škottová, Theodor Dumitru Stolojan, László Surján, Gary Titley, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Esther De Lange, Peter Šťastný

OPINJONI TAL- Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (28.1.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-Programmi Ewropej ta' Radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)
(COM(2007)0535 – C6‑0345/2007 – 2004/0156(COD))(Renewed referral)

Rapporteur għal opinjoni: Anne E. Jensen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tipprevedi ffinanzjar Komunitarju għal Galileo sa 3,105 biljun EUR għall-perjodu 2007-2013. 1,005 biljun EUR diġà huma previsti fil-qafas finanzjarju eżistenti 2007-2013 u ammont addizzjonali huwa propost li jkun ipprovdut bil-marġini mhux użati fl-Intestaturi 2 u 5 għall-2007 u 2008. 300 miljun EUR ulterjuri se jkunu disponibbli mis-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka (attivitajiet tat-trasport). L-ammont ta' 2,1 biljun EUR huwa propost li jiġi matul ir-reviżjoni tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (IIA).

Il-ftehima politika bejn il-PE u l-Kunsill għall-iffinanjzar ta' Galileo

Fir-rigward ta' l-iffinanzjar, il-ftehima politika li nkisbet bejn il-PE u l-Kunsill u li taqa' taħt il-proċedura baġitarja għas-sena 2008 (23/11/2007) terġa' tikkonferma r-rieda politika ta' l-UE għal dan il-programm strateġiku. Hija tipprovdi fondi pubbliċi (Komunitarji) addizzjonjali li jkopru t-2,4 biljun EUR li jifdal minn total ta' 3,4 biljun EUR (biljun EUR diġà kien previst) li huma meħtieġa għall-Kapaċità Operattiva Sħiħa ta' Galileo għall-perjodu 2008-2013. Dan l-ammont se jkun disponibbli mill-marġini ta' l-Intestatura 2 (Nefqa Agrikola) ta' l-2007, l-użu mill-ġdid ta' l-Intestatura 1a (Tkabbir sostenibbli - kompetittività) u l-użu ta' 400 miljun EUR mill-attivitajiet ta' riċerka li għandhom x'jaqsmu mat-trasport taħt is-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka.

Il-proposti tar-Rapporteur għall-opinjoni

Huwa ċar li hija meħtieġa għażla politika sabiex jiġi deċiż kif se jitlesta l-iżvilupp tas-sistema ta' radju navigazzjoni Galileo, meqjusa bħala beni strateġiku b'valur pubbliku u ekonomiku kbir għall-UE.

Kapaċità Operattiva Sħiħa u enfasi fuq azzjonijiet u setturi tas-suq

Ix-xiri ta' 30 satellita bil-fondi tal-Komunità għal Kapaċità Operattiva Sħiħa se jiġi segwit possibilment bil-PPP (Precise Point Positioning) għal attivitajiet operattivi u ta' sfruttar b'użu sħiħ tar-riżorsi u d-disponibilità tas-servizz sa tmiem l-2012.

L-għanijiet speċifiċi tas-servizzi EGNOS u Galileo għandhom jinkisbu permezz ta' azzjonijiet immirati u s-setturi tas-suq. Is-settur tat-trasport, kemm pubbliku kif ukoll dak privat, se jkun wieħed mill-benefiċjarji ewlenin ta' l-applikazzjonijiet teknoloġiċi u s-swieq li qed jikbru b'pass mgħaġġel ħafna. Id-dħul mistenni, li jiddependi ħafna fuq iż-żmien tal-kummerċjalizzazzjoni ta' Galileo, ikopri bosta setturi, bħat-trasport fuq it-toroq (30%), is-Servizz Pubbliku Regolamentat (29%), it-telefonija mobbli (17%), is-servizzi professjonali (9%), l-avjazzjoni (5%).

Huwa għal din ir-raġuni li l-pjan ta' azzjoni għandu jiffoka fuq l-għanijiet speċifiċi tas-sistemi Galileo u EGNOS u fuq l-azzjonijiet artikolati u s-setturi tas-suq relatati ma' l-applikazzjonijiet. Kwistjonijiet etiċi u ta' privatezza, id-drittijiet tal-proprjetà, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, l-istandards u l-kwistjonijiet ta' ċertifikazzjoni u ta' responsabilità legali, biex ikunu msemmija ftit, għandhom jiġu indirizzati.

Deċiżjonijiet marbuta ma' l-użu kummerċjali u l-aspetti tas-suq

Billi jiġu stabbiliti skedi programmatiċi konkreti għal deċiżjonijiet meħtieġa għall-użu kummerċjali, l-aspetti tas-suq u l-funzjoni operattiva tal-programmi Ewropej GNSS u s-servizzi li jippermettu l-avvanz ta' dan il-proġett fl-interess ta' l-Istati Membri kollha u taċ-ċittadini. Fejn meħtieġ, għandhom isiru referenzi dwar il-proċeduri ġodda tal-komitoloġija bi skrutinju.

Treġija pubblika

Hemm il-bżonn ta' tisħiħ u ristrutturar tat-treġija pubblika tal-GNSS Ewropej, kif ukoll li tingħata kunfidenza lill-investituri. L-irwol ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea, bħala awtorità inkarigata u l-involviment tagħha fl-aspetti tax-xiri għandhom jiġu żgurati. L-irwol ta' l-Awtorità ta' Superviżjoni tal-GNSS (GAS) u l-immaniġġjar tal-programm b'aktar trasparenza u bi treġija effiċjenti tas-settur pubbliku għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.

Il-kriterji u l-prinċipji għax-xiri pubbliku - kompetizzjoni ġenwina

Kompetizzjoni ġenwina fuq il-bażi ta' offerta ta' żewġ fornituri u sejħa għall-offerti kompetittiva u regolari u involviment akbar mill-SMEs għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni soda ta' Galileo.

Għall-aspetti ta' xiri, huwa propost li japplikaw ir-regoli u l-kriterji tal-Komunità biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta b'bilanċ xieraq li timmira lejn riżultati ta' effiċjenza u ta' puntwalità. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu l-limitazzjoni li jinkisbu għotjiet għal mhux aktar minn żewġ lottijiet (segment) ta' Galileo u l-obbligu ta' sottokuntratt bħala minimu tal-volum totali tax-xogħol li għalih il-kuntratt ta' konċessjoni għandu jingħata lil partijiet terzi u SMEs.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill- Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 6

(6) Ir-radjunavigazzjoni bis-satellita hija teknoloġija li tippermetti titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej f'għadd kbir ta' oqsma. L-iżvilupp tiegħu huwa kompletament fl-ispirtu tal-politika ta' Liżbona u politiki Komunitarji oħra bħalma huma dik tat-trasport kif ippreżentata fil-White Paper tal-Kummissjoni, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-merkanzija, ta' l-istabbiliment tat-tariffi għall-infrastrutturi u tas-sikurezza fit-toroq.

(6) Ir-radjunavigazzjoni bis-satellita hija teknoloġija li tippermetti titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej f'għadd kbir ta' oqsma bħas-servizzi u s-sejħiet ta' emerġenza fuq il-post, it-toroq, il-ferrovija, l-avjazzjoni, it-trasport intermodali u s-servizz ta' mobilità, il-kwistjonijiet marittimi, l-industriji tas-sajd u l-ilmijiet interni navigabbli, il-protezzjoni ċivili, l-immaniġġjar ta' l-emerġenzi u l-għajnuna umanitarja, il-prodotti perikolużi, it-trasport tal-bhejjem, l-agrikoltura, il-kejl tal-pakketti, il-ġeodesija u l-istħarriġ katastali, l-enerġija, iż-żejt u l-gass, it-tfittix u s-salvataġġ, il-loġististika, l-ambjent, ix-xjenza, l-infurzar tal-liġi, is-servizzi pubbliċi rregolati u l-ispazju. L-iżvilupp ta' din it-teknoloġija hija totalment konformi ma' l-Istrateġija ta' Liżbona u politiki komunitarji oħra, bħall-politika tat-trasport kif stabbilita fil-White Paper tal-Kummissjoni.

 

Fil-programm ta' ħidma plurijennali l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali għall-funzjonijiet operattivi ta' l-applikazzjonijiet tal-GNSS u s-settur tas-suq tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-firxa ta' applikazzjoni tas-satellita s'issa għadha ma ġietx introdotta, jeħtieġ li dawn jiġu msemmija fir-regolament relevanti.

Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tistabbilixxi qafas għall-użu operattiv ta' l-applikazzjonijiet tas-servizzi ta' Galileo u l-aspetti tas-suq relatati tal-programm GNSS.

Emenda 2

Premessa 18

(18) Min-naħa tagħha, l-Awtorità ta' sorveljanza, għandha l-missjoni prinċipali li tgħin lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-elementi kollha marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-programmi. Hija trid ukoll tmexxi l-fondi li huma allokati lilha b'mod speċifiku għall-programmi, inkelli li huma fdati lilha mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006.

(18) Skond il-prinċipji l-ġodda ta' governanza pubblika applikati għall-immaniġġjar u t-twettiq tal-programmi Ewropej tal-GNSS, l-adattament ta' l-irwol tal-GSA huwa mandatorju. Għal dan il-għan, il-GSA għandha tipprovdi assistenza diretta lill-Kummissjoni fil-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-implimentazzjoni tal-programmi u għandha tkompli twettaq ħidmiet speċifiċi bħal ċertifikazzjoni teknika, akkreditament tas-sigurtà u preparazzjoni tas-suq. Għal dan il-għan hija trid ukoll twettaq ġestjoni tal-fondi li huma allokati lilha b'mod speċifiku għall-programmi u/jew fdati lilha mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006.

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis il-falliment tal-PPP u l-istruttura l-ġdida tas-settur pubbliku, il-missjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS għandha tiġi aġġustata kif xieraq.

Emenda 3

Artikolu 2 a (ġdid)

 

Artikolu 2a

 

L-Għanijiet speċifiċi tal-Programmi GNSS Ewropej

 

1. L-għanijiet speċifiċi tal-programm Galileo huma li jiġi żgurat li s-sinjali li tibgħat is-sistema jkunu jistgħu jiġu utilizzati biex jinqdew il-ħames funzjonijiet li ġejjin:

 

- li jkun offrut "servizz miftuħ" (magħruf bħala "Open Service" jew OS), b'xejn għall-utenti u li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsuba għall-applikazzjoni tal-massa tar-radjunavigazzjoni bis-satellita.

 

- li jkun offrut "servizz ta' protezzjoni tal-ħajja" (magħruf bħala s-"Safety of Life Service" jew SoL), maħsub għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali u li b'mod partikolari jissodisfa r-rekwiżiti tas-settur aeronawtiku, marittimu, stradali u ferrovjarju. Dan is-servizzi jindirizza wkoll ir-rekwiżiti ta' kontinwità u jinkludi funzjoni ta' integrità li tippermetti li l-utent jiġi mgħarraf bi kwalunkwe falliment fis-sistema.

 

- li jiġi offrut "servizz kummerċjali" ("Commercial Service" jew CS) li jippermetti l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għal finijiet professjonali jew kummerċjali bis-saħħa ta' prestazzjonijiet imtejba u dejta ta' valur miżjud akbar minn dak li joffri s-"servizz miftuħ";

 

- li jiġi offrut "servizz pubbliku regolamentat" ("Public Regulated Service" jew PRS) ristrett għal utenti awtorizzati speċifikament mill-gvernijiet, għal applikazzjonijiet sensittivi li jeħtieġu livell kbir ta' kontinwità fis-servizz. Is-"servizz governattiv" juża sinjali qawwija u kodifikati. u

 

- il-parteċipazzjoni fis-servizz ta' għajnuna u ta' salvataġġ (magħruf bħala "Search and Rescue Support Service" jew SAR) tas-sistema COSPAS-SARSAT billi jiġu identifikati sinjali ta' emerġenza mibgħuta minn beacons u jkun possibbli li jintbagħtulhom lura messaġġi.

 

2. L-għanijiet speċifiċi tal-programm EGNOS huma li jiġi żgurat li s-sistema EGNOS tissodisfa t-tliet funzjonijiet li ġejjin:

 

- li jkun offrut "servizz miftuħ", bla ħlas għall-utenti u li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsuba għall-applikazzjonijiet tal-massa tar-radjunavigazzjoni bis-satellita fiż-żona koperta mis-sistema;

 

- li jkun offrut "servizz għat-tixrid ta' dejta kummerċjali" li jippermetti l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għal finijiet professjonali jew kummerċjali bis-saħħa ta' prestazzjonijiet imtejba u dejta ta' valur miżjud akbar minn dak li joffri s-"servizz miftuħ"; u

 

- li jkun offrut "servizz ta' protezzjoni tal-ħajja", maħsub għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali u li b'mod partikolari jissodisfa r-rekwiżiti imposti fis-settur aeronawtiku, marittimu, stradali u ferrovjarju. Dan is-servizz jindirizza b'mod partikolari, ir-rekwiżit ta' kontinwità u jinkludi funzjoni ta' integrità li tippermetti li l-utent jiġi mgħarraf bi kwalunkwe falliment tas-sistema.

(L-adozzjoni ta' din l-emenda timplika t-tħassir ta' l-Anness)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tittrasferixxi l-għanijiet speċifiċi ta' EGNOS u Galileo fit-termini ta' twettiq ta' dan ir-Regolament. Din tipprovdi aktar ċertezza legali dwar l-operazzjonijiet ta' dawn il-programmi.

Emenda 4

Artikolu 5 a, paragrafu 1 (ġdid)

 

Artikolu 5a

 

L-implimentazzjoni tal-programmi EGNOS u Galileo

 

1. Fi żmien sena mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' azzjoni li jkopri aspetti tekniċi, kummerċjali, finanzjarji u programmatiċi dettaljati relatati ma' l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet speċifiċi u tas-setturi ta' attività u tas-suq tal-programmi. Il-pjan ta' azzjoni għandu jiġi rivedut, fejn meħtieġ, skond l-iżviluppi f'oqsma rilevanti ta' l-għanijiet speċifiċi u tas-setturi ta' attività u tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiġi mitluba tħejji pjan ta' azzjoni sabiex tindirizza aspetti tekniċi, kummerċjali, finanzjarji u programmatiċi tal-programmi EGNOS u Galileo. Dan il-pjan jista' jinkludi kwistjonijiet etiċi u ta' privatezza, drittijiet tal-proprjetà intelletwali, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, l-istandards u l-kwistjonijiet ta' ċertifikazzjoni u ta' responsabilità legali.

Emenda 5

Artikolu 5 a, paragrafu 2 (ġdid)

 

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kompatibilità u l-interoperabilità tas-sistemi, in-netwerks u s-servizzi ta' l-EGNOS u ta' Galileo, kemm bejniethom kif ukoll ma' sistemi ta' navigazzjoni oħra u fejn ikun possibbli ma' mezzi ta' navigazzjoni konvenzjonali.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-programmi GNSS u l-applikazzjonijiet tas-suq li jiġu segwiti s-sistemi, in-netwerks u s-servizzi ta' kompatibilità u interoperabilità ta' EGNOS u ta' Galileo, kemm bejniethom kif ukoll ma' sistemi ta' navigazzjoni oħra. Meta applikazzjoni GNSS tibdel ir-rekwiżiti, l-applikazzjoni l-ġdida għandha tiżgura kompatibilità b'lura mas-sistemi li jkunu diġà fis-suq. Għalhekk, l-operaturi u l-konsumaturi se jkunu lesti biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta' l-applikazzjonijiet tan-navgazzjoni bis-satellita.

Emenda 6

Artikolu 5 a, paragrafu 3 (ġdid)

 

3. Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jżidulu elementi ġodda u relatati ma' miżuri msemmija fil-paragrafu (1) u (2) jew ma' emendi relativi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir riferenza għall-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Emenda 7

Artikolu 8, paragrafu 2

2. L-approprjazzjonijiet huma awtorizzati kull sena mill-awtorità tal-baġit fil-limitu tal-qafas finanzjarju multiannwali. Huma għandhom jiġi implimentati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju Applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-approprjazzjonijiet huma awtorizzati kull sena mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti stabbiliti fil-qafas finanzjarju plurijennali emendat. Huma għandhom jiġu implimentati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju Applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li tiġi żgurata konsistenza mal-ftehima tal-Kunsill ta' Novembru 2007.

Emenda 8

Artikolu 8, paragrafu 4

4. L-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma jqisux l-obbligi finanzjarji imprevisti, li l-Komunità Ewropea jkollha ġġorr, partikolarment dawk marbuta man-natura pubblika tas-sjieda tas-sistemi. Quddiem sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni se tippreżenta proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. L-ammonti speċifikati fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma jqisux l-obbligi finanzjarji mhux previsti, li l-Komunità Ewropea jista' jkollha ġġorr, partikolarment dawk marbuta man-natura pubblika tas-sjieda tas-sistemi. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2010, flimkien mar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tagħha, sabiex tippermetti lill-awtorità baġitarja li tiddeċiedi, għall-perjodu ta' pprogrammar finanzjarju li jibda fl-2014 u għall-perjodu sa tmiem il-programm, dwar il-fondi pubbliċi u l-impenji, inklużi kwalunkwe obbligi, meħtieġa għal-fażi operattiva kummerċjali, li toħroġ mir-responsabilità tagħha marbuta man-natura pubblika tas-sjieda tas-sistema. Fejn applikabbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll, flimkien mar-reviżjoni ta' nofs it-terminu, miżuri meħtieġa għall-użu kummerċjali u funzjoni operattiva ta' l-applikazzjonijiet tas-servizzi GNSS.

Emenda 9

Artikolu 9, subparagrafu 1

Id-dħul mill-operat tas-sistemi għandu jinġabar mill-Komunità Ewropea u jidħol fil-baġit Komunitarju u jkun allokat għall-programmi GNSS Ewropej. Jekk il-volum tad-dħul jirriżulta bħala sostanzjalment għola milli previst, il-prinċipju ta' l-allokazzjoni għandu jiġi rivedut.

Id-dħul mill-operat tas-sistemi għandu jinġabar mill-Komunità Ewropea u jidħol fil-baġit Komunitarju u jkun allokat għall-programmi GNSS Ewropej. Jekk id-dħul allokat jirriżulta li jkun sostanzjalment ogħla minn dak neċessarju għall-programmi tal-GNSS, il-prinċipju ta' l-allokazzjoni għandu jiġi rivedut.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jiġi ċċarat il-mod kif huwa fformulat il-kliem tat-test inizjali tal-Kummissjoni.

Emenda 10

Artikolu 12, paragrafu 1

Mingħajr preġudizzju għall-kompiti li ġew fdati lill-Kummissjoni mir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, l-Awtorità ta' Sorveljanza għandha tgħin lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-elementi kollha tal-programmi li għalihom il-Kummissjoni titlobha l-għajnuna. Hija tassigura l-ġestjoni u l-kontroll ta' l-użu tal-fondi li ġew allokati speċifikament lilha mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programmi. Dawn il-fondi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza permezz ta' Deċiżjoni ta' delega, f'konformità ma' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004.

Il-GSA għandha, kull meta tintalab mill-Kummissjoni, tipprovdiha b'assistenza diretta fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-ġestjoni tal-programmi, b'mod speċjali fir-rigward tas-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-infrastruttura sħiħa ta' Galileo, it-tħejjijiet għat-tħaddim u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi pprovduti mis-sistemi Ewropej tal-GNSS, l-attivitajiet ta' promozzjoni u koperazzjoni internazzjonali, il-komunikazzjonijiet esterni u l-preparazzjoni ta' inizjattivi regolatorji u politiċi. Barra minn hekk, il-GSA, kif stipulat skond ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, għandha tkompli tiżgura li l-komponenti kollha tas-sistema jiġu ċċertifikati kif xieraq mill-awtorità Ewropea għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-GNSS u tipprepara s-swieq. Hija tassigura l-ġestjoni u l-kontroll ta' l-użu tal-fondi li ġew allokati speċifikament lilha mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programmi. Dawn il-fondi għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-GSA permezz ta' Deċiżjoni ta' delega, f'konformità ma' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li l-irwol ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza jkun ikkjarifikat u li jsiru aġġustamenti għall-prinċipji l-ġodda ta' governanza pubblika.

Emenda 11

Artikolu 12, paragrafu 2 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004, sabiex jiġu adattati l-istrutturi u l-immaniġġjar tal-programmi Ewropej dwar ir-radju navigazzjoni bis-satellita għal dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-irwol ta' l-Awtorità ta' Superviżjoni tal-GNSS (GAS) u l-immaniġġjar tal-programm, li jimmiraw għal aktar trasparenza u treġija effiċjenti tas-settur pubbliku, għandhom jiġu aġġustati kif xieraq meta jitqies il-falliment tal-PPP u l-proposta attwali.

Emenda 12

Artikolu 13 a (ġdid)

 

Artikolu 13a

 

Il-prinċipji u r-regoli li jirregolaw ix-xiri pubbliku waqt il-fażi operattiva ta' Galileo

 

1. Ir-regoli Komunitarji dwar ix-xiri pubbliku waqt il-fażi operattiva tal-programm Galileo għandhom jinkludu l-prinċipji li ġejjin:

 

a) sejħiet għal offerti kompetittivi għall-pakketti kollha taħt proċedura waħda, fejn kwalunkwe entità jew grupp legali indipendenti rrappreżentat għal dan il-għan permezz ta' entità legali, jew parti minn grupp, jista' jitfa' offerta bħala l-kuntrattur ewlieni għal massimu ta' tnejn mis-sitt pakketti ta' ħidma ewlenin;

 

b) ta' l-anqas 40% tal-valur totali tal-ħidma għandu jiġi sottokuntrattat permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi fuq livelli varji għal intrapriżi li ma jkunux jagħmlu parti mill-gruppi li l-entità tagħhom tkun il-kuntrattur ewlieni għal kwlunkwe wieħed mill-pakketti ta' ħidma ewlenin.

 

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-kuntratti pubbliċi, il-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu meta tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jingħataw fondi Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-programm Galileo:

 

il-livell ta' kompetizzjoni miftuħa u ġusta matul il-katina ta' forniment industrijali kollha;

 

- l-appaltar ma’ żewġ fornituri fl-istess żmien, bil-għan li jitnaqqsu r-riskji teknoloġiċi u industrijali kif ukoll id-dipendenzi, u għal kontroll ġenerali aħjar ta’ l-ispejjeż u l-iskedi tal-programm; u

 

- l-involviment ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) madwar l-Istati Membri.

 

Il-Kummissjoni, bi ftehim ma' l-ESA, tista' tħassar il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jekk waħda mill-kriterji hawn fuq imsemmija ma tkunx ġiet osservata jew meta ebda offerta kwalitattiva u/jew finanzjarja valida ma tkun tressqet.

 

3. Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jżidulu elementi ġodda u relatati ma' miżuri msemmija fil-paragrafu (1) u (2) jew ma' emendi relativi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament għandu jkopri u jirregola l-politika ta' xiri li għandha tiġi segwita. Barra minn hekk, il-pakketti ta' ħidma li fih għandu jinqasam il-kuntratt u li huma soġġetti għar-regola ta' 40% ta' sottokuntrattar għandhom jiġu inklużi fl-Anness I.

Huwa essenzjali għall-implimentazzjoni soda tal-programm Galileo madwar l-UE li jkunu inklużi prinċipji u regoli li għandhom x'jaqsmu mar-regoli ta' xiri pubbliku u l-kompetenza speċjalizzata meħtieġa għal kuntratti pubbliċi. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu kompetizzjoni ġenwina filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw l-involviment ta' l-SNEs. Għandha ssir riferenza għall-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Emenda 13

Artikolu 13 a, paragrafu 4 (ġdid)

 

4. Fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-ESA għandha twettaq attività preliminari li tidentifika fuq livell ta' segmenti u ta' komponenti l-kompetituri potenzjali kollha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titħejja aħjar il-fażi ta' xiri pubbliku ta' Galileo, l-ESA għandha tniedi attività preliminari, bħar-Rikjesta għall-Informazzjoni (RFI), bil-għan li tidentifika l-involviment tal-kompetituri potenzjali kollha, fuq livell ta' segmenti kif ukoll fuq dak ta' komponenti. Din l-attività se tiżgura kompetizzjoni ġenwina fuq il-livell ta' segmenti u ta' livell aktar baxx ta' l-attività industrijali minn sejħa ġdida għall-offerti għall-industrija, u se tikkontribwixxi biex tikkontrolla l-ispejjeż, tnaqqas ir-riskji, ittejjeb l-effiċjenza u tnaqqas id-dipendenza.

Emenda 14

Artikolu 14, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5 a. Il-ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-artikolu għandhom jiġu riferuti lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-importanza tal-programm Galileo għall-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jkun jista' jissorvelja l-ftehimiet konklużi taħt dan il-programm.

Emenda 15

Artikolu 14 a (ġdid)

 

Artikolu 14 a

 

Il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ħarsien tad-data personali u l-privatezza jkunu garantiti u integrati fl-istrutturi tekniċi tas-sistemi.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.      

PROĊEDURA

Titolu

Implimentazzjoni u utilizz tal-programm Ewropew għar-radjunavigazzjoni permezz ta’ satellita

Referenzi

COM(2007)0535 – C6-0345/2007 – COM(2004)0477 – C6-0087/2004 – 2004/0156(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

23.10.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Anne E. Jensen

9.10.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

17.12.2007

21.1.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.1.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

42

3

2

Membri preżenti għall-vot finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Philip Bradbourn, Luigi Cocilovo, Markus Ferber, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen, Corien Wortmann-Kool

PROĊEDURA

Titolu

Implimentazzjoni u utilizz tal-programm Ewropew għar-radjunavigazzjoni permezz ta’ satellita

Referenzi

COM(2007)0535 – C6-0345/2007 – COM(2004)0477 – C6-0087/2004 – 2004/0156(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.7.2004

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

23.10.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

23.10.2007

CONT

23.10.2007

TRAN

23.10.2007

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

12.11.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Etelka Barsi-Pataky

9.10.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

22.11.2007

19.12.2007

29.1.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

49

0

1

Membri preżenti għall-vot finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Etelka Barsi-Pataky, Ivo Belet, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Robert Goebbels, Satu Hassi, Gunnar Hökmark, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Peter Skinner, Silvia-Adriana Ţicău

Data tat-tressiq

22.6.2005