RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

10.4.2008 - (COM(2007)0571 – C6‑0446/2007 – 2007/0211(CNS)) - *

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Pia Elda Locatelli

Proċedura : 2007/0211(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0145/2008
Testi mressqa :
A6-0145/2008
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

(COM(2007)0571 – C6‑0446/2007 – 2007/0211(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0571),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [1] (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod [2] (IIA), u b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6‑0446/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6‑0145/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali attwali 2007-2013 u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kwalunkwe finanzjar lil hinn mill-2013 għandu jiġi evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss;

3.  Jinnota li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma teskludix ir-riżultat tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentament tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

5.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) F’Marzu 2007, il-bord ta’ implimentazzjoni tal-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea ta’ l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwi adottat pjan ta’ implimentazzjoni fejn kien stmat li, sabiex jintlaħqu l-isfidi teknoloġiċi, ser ikun hemm bżonn baġit ta’ EUR 7.4 biljuni tul il-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2015, li terz minnhom għandhom jintefqu fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. Sabiex l-UE tkun tista’ tiżviluppa teknoloġiji li jkunu sostenibbli fuq perjodu ta' żmien twil, parti sinifikanti minn dan il-baġit għar-riċerka u l-iżvilupp għandu jkun allokat għar-riċerka orjentata lejn l-innovazzjoni.

Emenda  2

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-għan tal-JTI dwar iċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu” hu li jitwettaq programm ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fl-Ewropa fl-oqsma taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Dawn għandhom isiru bil-kooperazzjoni u l-involviment ta’ partijiet interessati mill-industrija inklużi SMEs, ċentri tar-riċerka, universitajiet u reġjuni.

(9) L-għan tal-JTI dwar iċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu” hu li jitwettaq programm ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fl-Ewropa fl-oqsma taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Dawn l-attivitajiet, li għandhom jibnu fuq il-ħidma mwettqa mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea ta’ l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil, għandhom isiru bil-kooperazzjoni u l-involviment ta’ partijiet interessati mill-industrija inklużi SMEs, ċentri tar-riċerka, universitajiet u reġjuni

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed ikompli jibni fuq il-ħidma li diġà twettqet mill-Pjattaforma Teknoloġika, bħall-Aġenda Strateġika għar-Riċerka u l-Istrateġija ta’ l-Utilizzazzjoni.

Emenda  3

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Meta titqies is-sħubija pubblika privata li tinvolvi partijiet interessati prinċipali u l-attività tagħha fit-tul, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi maħluqa għaċ-ċittadini Ewropej, il-ġbir flimkien tar-riżorsi finanzjarji u l-kofinanzjament fil-qasam ta’ l-attività ta’ l-RTD&D fiċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu pprovduti mill-Kummissjoni u l-industrija, il-kompetenzi xjentifiiċi u tekniċi għolja meħtieġa, u l-input ta’ drittijiet tal-propjetà industrijali, huwa vitali li titwaqqaf Impriża Konġunta għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa ’l quddiem imsejħa “Impriża Konġunta FCH”) taħt l-Artikolu 171 tat-Trattat. Din l-entità ġuridika għandha tiżgura l-użu kkoordinat u l-ġestjoni effiċjenti tal-fondi allokati għall-JTI taċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu). Biex tiżgura ġestjoni xierqa ta’ l-attivitajiet mibdija iżda mhux mitmuma waqt is-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Konġunta FCH għandha titwaqqaf għal perjodu inizjali ta’ 10 snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż.

(10) Meta titqies is-sħubija pubblika privata li tinvolvi partijiet interessati prinċipali u l-attività tagħha fit-tul, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi maħluqa għaċ-ċittadini Ewropej, il-ġbir flimkien tar-riżorsi finanzjarji u l-kofinanzjament fil-qasam ta’ l-attività ta’ l-RTD&D fiċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu pprovduti mill-Kummissjoni u l-industrija, il-kompetenzi xjentifiċi u tekniċi għolja meħtieġa, u l-input ta’ drittijiet tal-propjetà industrijali, huwa vitali li titwaqqaf Impriża Konġunta għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa ’l quddiem imsejħa “Impriża Konġunta FCH”) skond l-Artikolu 171 tat-Trattat. Din l-entità ġuridika għandha tiżgura l-użu kkoordinat u l-ġestjoni effiċjenti tal-fondi allokati għall-JTI taċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu". Biex tiżgura ġestjoni xierqa ta’ l-attivitajiet mibdija iżda mhux mitmuma waqt is-Seba’ Programm ta' Qafas (2007-2013), l-Impriża Konġunta FCH għandha titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013, il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Huma meħtieġa innovazzjonijiet sinifikanti f’numru ta’ oqsma sabiex it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u ta’ l-idroġenu jkunu utilizzati b’mod effettiv. Għalhekk, il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ewlieni li tassigura li tingħata l-enfasi xierqa fuq ir-riċerka fuq perjodu ta' żmien twil u li jingħata l-appoġġ xieraq, filwaqt li jitqies il-parir mogħti mill-korpi konsultattivi ta' l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, jiġifieri l-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka fuq perjodu ta’ żmien twil għandu jkollha rwol importanti fl-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTI).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Għandha titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, taċ-ċentri tar-riċerka u ta' l-universitajiet fl-attivitajiet ta' RTD. B’konformità mar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-livell massimu ta’ finanzjament pubbliku ta’l-ispejjeż eliġibbli għandu, fil-każ ta’ l-SMEs, taċ-ċentri tar-riċerka u ta’ l-universitajiet, ikun ħamsin fil-mija aktar għoli milli għal entitajiet oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Il-finanzjament ta’ proġetti għandu jsegwi l-prinċipji tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni tas-Seba’ Programm ta’ Qafas, li jfisser li meta l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tkun tista’ tilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli b’mod ġenerali, għall-SMEs u għaċ-ċentri tar-riċerka dan il-persentaġġ jista’ jkun ta’ 75%. Fil-każ ta’ rata ta’ finanzjament aktar baxxa (biex tikkonforma mal-prinċipju tat-tqabbil) il-proporzjon għandu jibqa’ l-istess (pereżempju 40% f’każijiet “normali” u 60% għall-SMEs u għaċ-ċentri tar-riċerka).

Emenda  6

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Membri Fundaturi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali Ewropew ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Grupp Industrijali”), li jirrappreżenta l-interessi ta’ l-industrija u huwa miftuħ għal kumpaniji privati. Grupp tar-Riċerka jista’ jsir membru ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

(12) Il-Membri Fundaturi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Grupp Industrijali Ewropew ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Grupp Industrijali”), li jirrappreżenta l-interessi ta’ l-industrija u huwa miftuħ għal kumpaniji privati u għal assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija taċ-ċelloli tal-fjuwil u ta’ l-idroġenu. Grupp tar-Riċerka jista’ jsir membru ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Ir-rikonoxximent ta’ l-irwol ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija settorjali (bħal ma huma Fuel Cell Europe, il-European Hydrogen Association u oħrajn) huwa essenzjali għas-suċċess u l-kontinwità tal-JTI. Dawn l-organizzazzjonijiet huma pilastri ewlenin fl-istrutturar tad-djalogu bejn dawk li jfasslu l-politika fuq naħa u l-industrija n-naħa l-oħra, u jiffaċilitaw tixrid ikbar ta’ l-informazzjoni u konsultazzjoni. Jiffaċilitaw ukoll l-involviment ta’ SMEs li m'għandhomx ir-riżorsi finanzjarji u umani biex jipparteċipaw fl-inizzjattiva ta’ Brussell.

Emenda  7

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jinħarġu fi flus b’mod ugwali mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jiġi stabbilit, dan għandu jikkontribwixxi 1/12 ta’ l-ispejjeż ordinarji.

(13) L-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jinħarġu fi flus b’mod ugwali mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jiġi stabbilit, dan għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ispejjeż ordinarji.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-komunità tar-riċerka tkun involuta b'mod sħiħ fil-JTI, minħabba li l-istadji l-aktar bikrin tar-riċerka għandhom jifformaw element importanti tal-programm ta' ħidma futur tagħha. Sabiex ma jinħoloqx ostaklu kbir u bla bżonn għall-parteċipazzjoni tal-komunità tar-riċerka fl-Impriża Konġunta, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż ordinarji għandha tkun proporzjonata.

Emenda  8

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-ispejjeż ordinarji, u b'mod partikulari l-ispejjeż amministrattivi, għandhom jinżammu għal minimu assolut u għandu jsir użu sħiħ tar-riżorsi u s-sistemi organizzattivi tal-korpi eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi limitat l-ammont ta' burokrazija żejda u li jitwaqqfu korpi addizzjonali.

Emenda  9

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-ispejjeż operazzjonali għall-RTD&D għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità u s-settur privat.

(14) L-ispejjeż operazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità, mill-industrija u minn entitajiet legali pubbliċi u privati li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet. Jista' jkun hemm finanzjament addizzjonali disponibbli, inter alia, mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB), b'mod partikulari taħt il-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Qsim tar-Riskju żviluppata b'mod konġunt mill-EIB u mill-Kummissjoni skond l-Anness III għad-deċiżjoni Nru 971/2006/KE.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm kemm jista' jkun investiment pubbliku u privat fl-R&D f'dan il-qasam, l-għażliet kollha ta' finanzjament għandhom jinżammu miftuħa, inkluż finanzjament mill-EIB permezz tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Qsim tar-Riskju stabbilita skond l-FP7.

Emenda  10

Premessa 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ l-impjieg stabbli u trattament ugwali għall-istaff, u sabiex jiġi mħajjar staff xjentifiku u tekniku speċjalizzat ta’ l-ogħla kalibru, hemm bżonn li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tissekonda uffiċjali daqs kemm jidhrilha li jkun hemm bżonn fl-Impriża Konġunta FCH. Il-bqija ta' l-istaff għandu jiġi impjegat mill-Impriża Konġunta FCH b'konformità mar-regolamenti ta' l-impjieg tal-pajjiż ospitanti.

Ġustifikazzjoni

Il-parti ta' l-istaff tal-JTI li m'humiex impjegati mill-Kummissjoni Ewropea u li jkunu se jiġu impjegati mill-JTI jew proposti mill-industrija għandhom jiġu impjegati skond ir-regoli ta' impjieg tal-pajjiż ospitanti.

Emenda  11

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp imwaqqaf mill-Komunità u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Madankollu, għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTI bħala sħubija pubblika privata u b’mod partikolari mill-kontribuzzjoni tas-settur privat lill-baġit.

(15) L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp imwaqqaf mill-Komunità u l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

B'analoġija mal-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Komuni għall-ITER, il-Parlament Ewropew għandu jingħata responsabilità sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta FCH.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta, suġġetta għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi msejsa fuq il-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tagħha li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità u ma’ dak privat.

(16) Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju1, sakemm il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tagħha ma jkunux jirrikjedu hekk, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità ma’ dak privat. Hemm bżonn tal-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' kwalunkwe regola li tidderoga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata b'dawn id-derogi.

 

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Korriġendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39

Ġustifikazzjoni

Id-derogi mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għandhom jinżammu għal minimu assolut. L-Impriża Konġunta trid tipprova mingħajr dubju li din id-deroga tkun l-uniku mod kif ikun garantit l-operat xieraq tagħha skond il-limiti tar-regolament li jwaqqafha.

Emenda  13

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-implimentazzjoni ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-‘JTI’) dwar ‘iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu’, Impriża Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta FCH”) fit-tifsira ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat b’dan qiegħda titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jkun estiż b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Għall-implimentazzjoni ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-‘JTI’) dwar ‘iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu’, Impriża Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta FCH”) fit-tifsira ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat b’dan qiegħda titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Għandu jiġi żgurat li, wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013, il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.

2. L-Impriża Konġunta FCH għandu jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri, għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva, mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn propjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

2. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod tas-17 ta' Mejju 20061. Fl-Istati Membri, għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva, mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn propjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha titqies bħala korp internazzjonali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 22(c) tad-Direttiva 2004/17/KE u ta’ l-Artikolu 15(c) tad-Direttiva 2004/18/KE.

 

4. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun sitwata fi Brussell, il-Belġju.

4. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun sitwata fi Brussell, il-Belġju.

5. L-Istatuti ta’ l-Impriża Konġunta FCH huma stipulati fl-Anness.

5. L-Istatuti ta’ l-Impriża Konġunta FCH huma stipulati fl-Anness.

 

1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li din l-Impriża Konġunta hija korp Komunitarju u li għalhekk il-kontroll tal-Parlament fuq il-baġit huwa garantit.

Emenda  14

L-Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’mod partikolari, hi:

2. B’mod partikolari, hi:

 

(-a) għandu jkollha l-għan li tqiegħed lill-UE fuq quddiem rigward it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, sabiex is-suq ikun jista' jikseb il-benefiċċji sostanzjali mistennija minn din it-teknoloġija;

(a) tappoġġja r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (RTD&D) fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati b’mod koordinat biex tegħleb il-falliment fis-suq u tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tas-suq u b’hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn utilizzazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu;

(a) għandha tappoġġja r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (RTD) fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm ta' Qafas (minn issa 'l quddiem imsejjħa "Pajjiżi Assoċjati") b’mod koordinat biex tegħleb il-falliment fis-suq u tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tas-suq u b’hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn utilizzazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu;

(b) tappoġġja l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, notevolment bil-ħruġ ta’ għotjiet wara sejħiet kompetittivi għall-proposti;

(b) għandha tappoġġja l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, inkluża r-riċerka orjentata lejn l-innovazzjoni, notevolment bil-ħruġ ta’ għotjiet wara sejħiet kompetittivi għall-proposti;

(c) timmira li tħeġġeġ iktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati;

(c) għandu jkollha l-għan li tħeġġeġ iktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati;

(d) tikkonkludi l-kuntratti tas-servizzi u l-provvista meħtieġa għat-tħaddim ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

 

(e) tiżgura l-effiċjenza u l-effikaċja tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

 

Ġustifikazzjoni

It-test legali għandu jirrifletti u jiffoka fuq l-objettivi ewlenin. L-attivitajiet l-oħra diġà jissemmew fl-Istatuti u m'hemmx għalfejn jiġu ripetuti. Għad hemm bżonn ta' riċerka orjentata lejn l-innovazzjoni qabel ma dawn it-teknoloġiji jsiru kummerċjali u l-Impriża Konġunta għandha tappoġġja din ir-riċerka.

Emenda  15

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

imħassar

Membri

 

1. Il-membri fundaturi ta’ l-Impriża Konġunta FCH (minn issa ’l quddiem imsejħa ‘membri fundaturi’) għandhom ikunu:

 

(d) il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u

 

(b) il-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu mwaqqaf taħt il-liġi Belġjana (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-‘Grupp Industrijali’).

 

2. Grupp tar-Riċerka, li jirrappreżenta organizzazzjonijiet tar-riċerka mhux għall-profitt, universitajiet u ċentri tar-riċerka, jista’ jsir membru (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“membru” sakemm tkun ġiet stabbilita entità li tirrappreżenta l-komunità tar-riċerka. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jitwaqqaf, huwa jkollu siġġu wieħed fil-Bord tat-Tmexxija.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Tkun duplikazzjoni bla bżonn li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu stipulati kemm fit-test legali u kif ukoll fl-Istatuti u dan jaf joħloq inkonsistenza legali.

Emenda  16

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

imħassar

Korpi

 

1. Il-korpi eżekuttivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

 

(a) il-Bord tat-Tmexxija, u

 

(b) l-Uffiċċju tal-Programmi.

 

2. Il-korpi konsultattivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

 

(a) il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri, u

 

(b) il-Kumitat Xjentifiku.

 

3. L-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandha tkun forum ta’ konsultazzjoni dwar il-progress, l-aktar żviluppi riċenti, l-allinjament u d-direzzjoni futura ta’ l-attivitajiet tar-riċerka.

 

L-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandha tkun miftuħa għall-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha, gruppi ta’ interessi internazzjonali mill-Istati Membri kif ukoll minn pajjiżi terzi. Hi għandha tiltaqa’ darba fis-sena.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Tkun duplikazzjoni bla bżonn li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu stipulati kemm fit-test legali u kif ukoll fl-Istatuti u dan jaf joħloq inkonsistenza legali.

Emenda  17

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sorsi tal-finanzjament

Kontribuzzjoni tal-Komunità

1. L-attivitajiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu ffinanzjati b’mod konġunt permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-membri fundaturi tagħha u l-membru. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet għall-proġetti jistgħu jiġu aċċettati wkoll mill- Istati Membri, l-Istati Assoċjati, ir-reġjuni jew partijiet interessati oħrajn li jaqsmu l-għanijiet tal-JTI.

 

2. L-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu koperti b’mod ugwali bi flus mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jitwaqqaf għandu jikkontribwixxi 1/12 ta’ l-ispejjeż ordinarji. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni tonqos b’mod korrispondenti.

 

3. L-ispejjeż operazzjonali għall-RTD&D għandhom ikunu ffinanzjati b’mod ugwali permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u permezz ta’ kontribuzzjonijiet f’oġġetti mill-entitajiet ġuridiċi privati li jipparteċipaw fl-attivitajiet, li jikkorrispondu għal ammont mill-inqas ugwali għall-kontribuzzjonijiet tal-Komunità.

 

4. Il-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-ispejjeż ordinarji u l-ispejjeż operazzjonali ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandha tkun ta’ 470 miljun EUR. L-ispejjeż ordinarji huma stmati li ma jaqbżux l-20 miljun EUR. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu mill-Programm Speċifiku ‘Kooperazzjoni’ li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) li jimplimenta l-baġit Komunitarju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali u ftehim finanzjarju annwali ffirmat bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta FCH.

1. Il-kontribuzzjoni inizjali tal-Komunità għall-ispejjeż ordinarji (inklużi l-ispejjeż amministrattivi) u l-ispejjeż operazzjonali ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandha tkun ta’ EUR 470 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprazzjonijiet fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea allokati għat-temi ta' “Enerġija”, “Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni”, “Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)”, u “Trasport (inkluża l-Aeronawtika)” tal-Programm Speċifiku għall-Koperazzjoni li jimplimenta s-Seba’ Programm ta' Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) li jimplimenta l-baġit Komunitarju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Din il-kontribuzzjoni tista’ tiġi rriveduta waqt reviżjoni ta’ nofs it-terminu fid-dawl tal-progress imwettaq u s-suċċessi u l-impatt ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

5. Jekk ma jsirx finanzjament wara l-2013 (meta jintemm l-FP7) huma biss dawk il-proġetti li għalihom ikun ġie ffirmat ftehim ta’ għotja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 li jkomplu fis-snin 2014-2017.

2. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali u ftehim finanzjarju annwali li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta FCH.

 

2a. Il-parti tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Impriża Konġunta FCH għall-finanzjament ta' l-attivitajiet ta' RTD għandha tingħata wara sejħiet kompetittivi u miftuħa għal proposti u evalwazzjoni, kompluta bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, tal-proġett propost.

 

2b. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż ordinarji m'għandhiex taqbeż EUR 20 miljun, u għandha titħallas f'pagamenti annwali ta' mhux aktar minn EUR 2 miljuni; kwalunkwe parti ta’ din il-kontribuzzjoni li ma tintefaqx matul is-sena għandha tkun disponibbli fis-snin ta’ wara għall-attivitajiet ta' R&D;

Ġustifikazzjoni

L-ammont previst mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea ta’ l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwi (EUR 7.4 biljuni bejn l-2007 u l-2015 li għandhom jiġu ffinanzjati minn finanzjament pubbliku u privat), u li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-FCH-JTI, m’huwiex qed ikun rifless fil-proposta baġitarja pubblika attwali. Mhux talli dan huwa f’kuntrast qawwi mad-dikkjarazzjoni ta' intenzjoni ppubblikata min-naħa ta' l-industrija li tinvesti s-sehem tagħha tal-fondi meħtieġa, iżda b'mod ċar dan l-investiment baxx wisq jipperikola l-kisba ta' dawn l-għanijiet.

Emenda  18

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Parteċipazzjoni fil-proġetti

 

1. Il-parteċipazzjoni fil-proġetti għandha tkun miftuħa għall-entitajiet ġuridiċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew kwalunkwe pajjiż terz sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet minimi.

 

2. Il-kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu ssodisfati għall-proġetti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu dawn li ġejjin:

 

(a) għandhom jipparteċipaw mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi, kull waħda minnhom għandha tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat, u l-ebda tnejn minnhom ma jistgħu jkunu mwaqqfa fl-istess Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat;

 

(b) it-tliet entitajiet ġuridiċi kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin kif iddefinit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013);

 

(c) mill-inqas entità ġuridika waħda għandha tkun membru tal-Grupp Industrijali jew il-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka.

 

3. L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha tal-koordinatur tiegħu. Normalment il-koordinatur għandu jkun membru tal-Grupp Industrijali, jew membru tal-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka. Eċċezzjonijiet għandhom jiġi approvati mill-Bord tat-Tmexxija.

 

4. Il-kundizzjoni minima għall-kuntratti tas-servizzi u l-provvista, l-azzjonijiet ta’ appoġġ, l-istudji u l-attivitajiet tat-taħriġ iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità ġuridika waħda.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Tkun duplikazzjoni bla bżonn li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu stipulati kemm fit-test legali u kif ukoll fl-Istatuti u dan jaf joħloq inkonsistenza legali.

Emenda  19

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Eliġibbiltà għall-finanzjament

 

1. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Impriża Konġunta FCH għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D għandha tingħata wara sejħiet kompetittivi għall-proposti.

 

2. F’każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista’ toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv ta’ l-għanijiet tar-riċerka.

 

3. L-entitajiet ġuridiċi privati li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal tali finanzjament:

 

(a) huma jkunu mwaqqfa fi Stat Membru jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat, il-post ċentrali jew prinċipali tan-negozju tagħhom fi stat li huwa parti kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew li jkun Pajjiż Assoċjat jew Kandidat;

 

(b) huma jkollhom attivitajiet rilevanti fl-RTD&D, l-industrijalizzazzjoni jew l-iskjerament għaċ-ċelloli tal-fjuwil u/jew l-idroġenu u/jew pjanijiet konkreti biex jagħmlu dan fil-futur qrib fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

 

4. Dawn li ġejjin ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament:

 

(a) korpi pubbliċi mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat, Pajjiż Kandidat jew fiż-ŻEE, inklużi stabbiliment ta’ edukazzjoni sekondarja jew ogħla;

 

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi;

 

(c) entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta’ benefiċċju partikolari għall-proġett.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Tkun duplikazzjoni bla bżonn li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu stipulati kemm fit-test legali u kif ukoll fl-Istatuti u dan jaf joħloq inkonsistenza legali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista’ titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha ma jkunux jitolbu dan u suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar dawn id-derogi.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  21

L-Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea bl-iskop li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tirrekluta l-istaff tagħha f'konformità mar-regoli ta' impjieg fis-seħħ fil-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni tista' tissekonda daqs kemm jidhrilha li jkun hemm bżonn uffiċjali fl-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament dwar JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali.

Emenda  22

L-Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Impriża Konġunta FCH għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità tal-ħatra bir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u lill-awtorità mogħtija s-setgħa bil-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej li tikkonkludi l-kuntratti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament dwar JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali.

Emenda  23

L-Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Bord tat-Tmexxija, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni meħtieġa, skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni meħtieġa fir-rigward ta' l-issekondar ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament dwar JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali.

Emenda  24

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Privileġġi u Immunitajiet

 

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta FCH u l-persunal tagħha.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament dwar JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali.

Emenda  25

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rappurtar, Evalwazzjoni u Approvazzjoni

Rappurtar, Evalwazzjoni u Approvazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress magħmul mill-Impriża Konġunta FCH.

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress magħmul mill-Impriża Konġunta FCH. Ir-rapport għandu jinkludi n-numru ta' proposti ppreżentati, in-numru ta' proposti magħżula għall-iffinanzjar, it-tipi ta' parteċipanti (inklużi l-SMEs) u l-istatistiċi tal-pajjiż.

2. Sentejn wara t-twaqqif ta’ l-Impriża konġunta FCH, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta’ l-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-Impriża Konġunta FCH u l-progress magħmul fl-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ din, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċmebru 2011 u l-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjonijiet interim ta' l-Impriża Konġunta FCH imwettqa bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-Impriża Konġunta FCH u l-progress magħmul fl-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, flimkien ma' proposti biex jiġi emendat ir-Regolament preżenti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Fl-aħħar ta’ l-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta’ l-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem ta' l-Impriża Konġunta FCH, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta’ l-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond il- proċedura stabbilita bir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta FCH għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Ġustifikazzjoni

B'analoġija mal-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Komuni għall-ITER, il-Parlament Ewropew għandu jingħata responsabilità sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta FCH.

Emenda  26

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Drittijiet ta’ Propjetà Intelletwali

Drittijiet ta’ Propjetà Intelletwali

L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta regoli li jiggvernaw l-użu u t-tixrid tar-riżultati ta’ l-RTD&D, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju, fejn ikun xieraq, tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali ġġenerati minn attivitajiet ta’ l-RTD&D taħt dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li r-riżultati ta’ l-RTD&D jintużaw u jixxerrdu.

L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta regoli li jiggvernaw l-użu u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka fuq il-bażi tal-prinċipji mħaddna fir-Regolament (KE) 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri għar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)1 (minn hawn 'il quddiem imsejħa "r-regoli għall-parteċipazzjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas"), li jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-propjetà intellettwali ġġenerata bis-saħħa ta' attivitajiet ta’ RTD taħt dan ir-Regolament tiġi protetta, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jixxerrdu.

 

1 ĠU L 391, 30.12.2006, p.1.

Ġustifikazzjoni

Din il-JTI tagħmel parti mill-FP7. Għalhekk, ir-regoli dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom ikunu bbażati fuq il-principji stipulati fir-Regoli ta' Parteċipazzjoni fl-FP7.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiġi konkluż ftehim ospitanti bejn l-Impriża Konġunta FCH u l-Belġju dwar l-akkomodazzjoni ta’ l-uffiċini, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta FCH.

Għandu jiġi konkluż ftehim ospitanti bejn l-Impriża Konġunta FCH u l-Belġju dwar l-għajnuna ta' l-Istat ospitanti fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni ta’ l-uffiċini, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun stipulat b'mod ċar li l-pajjiż ospitanti ta' kwalunkwe aġenzija jew korp simili tal-Komunità huwa mistenni li jipprovdi għajnuna finanzjarja u kull għajnuna meħtieġa oħra sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif u l-operat tal-korp Komunitarju.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stabbilita mill-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017.

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stabbilita mill-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. L-Impriża Konġunta FCH hija korp imwaqqaf b'konformità ma' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006.

Emenda  29

Anness – Artikolu I.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ġħanijiet u dmirijiet prinċipali

Dmirijiet u attivitajiet ewlenin

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha taħdem fl-ambitu ta’ l-FP7 sabiex tippermetti lit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jippenetraw fis-suq, b’hekk tippermetti lill-forzi tas-suq kummerċjali li jmexxu ’l quddiem il-benefiċċji pubbliċi potenzjali sostanzjali.

1. Id-dmirijiet u l-attivitajiet ewlenin ta' l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu dawn li ġejjin:

2. L-għanijiet jinkludu:

 

– li l-Ewropa titqiegħed fuq quddiem fit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu mad-dinja kollha;

a) li jiġi żgurat it-twaqqif u l-immaniġġjar effiċjenti ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

– li tintlaħaq il-massa kritika ta’ l-isforz tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f’dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul;

b) li tintlaħaq il-massa kritika ta’ l-isforz tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f’dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u fil-partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul;

– li tirrendi l-investiment industrijali, nazzjonali u reġjonali fl-RTD&D aktar effettiv;

c) li tirrendi investiment industrijali, nazzjonali u reġjonali ulterjuri ta' RTD&D;

– li tinbena ż-Żona Ewropea tar-Riċerka permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mar- riċerka mwettqa f’livelli nazzjonali u reġjonali – bit-tħaris tas-sussidjarjetà;

 

– li jiġu integrati r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, u jiffukaw fuq il-ksib ta’ sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u jingħelbu l-ostakli teknoloġiċi kritiċi;

d) li jiġu integrati r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, u li jkun hemm attenzjoni ffokata fuq il-ksib ta’ sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u li jingħelbu l-ostakli teknoloġiċi kritiċi;

li tistimola l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ katini ġodda ta’ valur inklużi l-SMEs;

e) li jiġu stimulati l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ katini ġodda ta’ valur inklużi l-SMEs;

li tiffaċilita l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka inkluża dik dwar riċerka bażika;

f) li tiġi ffaċilitata l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka inkluża l-interazzjoni dwar riċerka bażika;

 

g) li jiġi promoss l-involviment ta' l-SMEs fl-attivitajiet tagħha, skond l-objettivi tas-Seba' Programm ta' Qafas;

li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet minn kull pajjiż, inklużi l-Istati Membri l-ġodda u l-Pajjiżi Kandidati;

h) li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati kollha;

li twettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomiku fil-wiesgħa biex tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq;

i) li titwettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomika fil-wiesgħa biex jiġi valutat u mmonitorjat il-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq;

li twettaq riċerka li ssostni l-iżvilupp ta’ regolamenti u standards ġodda u tirrevedi regolamenti u standards eżistenti sabiex telimina l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u tappoġġja l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ ta’ l-idroġeni bejn il-fruntieri, u s-swieq ta’ l-esportazzjoni waqt li tiżgura s-sigurtà ta’ l-operat u mhux ixxekkel l-innovazzjoni;

j) li tittwettaq riċerka li ssostni l-iżvilupp ta’ regolamenti u standards ġodda u jiġu riveduti regolamenti u standards eżistenti sabiex jiġu eliminati l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u jiġu appoġġjati l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ ta’ l-idroġeni bejn il-fruntieri, u s-swieq ta’ l-esportazzjoni filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà ta’ l-operat u filwaqt li ma tixxekkilx l-innovazzjoni;

li tipprovdi informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha sabiex ittejjeb l-għarfien pubbliku u toħloq aċċettazzjoni pubblika dwar is-sigurtà ta’ l-idroġenu, u l-benefiċċji mit-teknoloġiji l-ġodda għall-ambjent, għas-sigurtà tal-provvista, għall-ispejjeż ta’ l-enerġija, u għall-impjiegi.

k) li tiġi kkomunikata u mxerrda informazzjoni siewja rigward l-attivitajiet tagħha, speċjalment lill-SMEs u liċ-ċentri tar-riċerka u li tiġi pprovduta informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha sabiex jitjieb l-għarfien pubbliku u tinħoloq aċċettazzjoni pubblika dwar is-sigurtà ta’ l-idroġenu, u l-benefiċċji mit-teknoloġiji l-ġodda għall-ambjent, għas-sigurtà tal-provvista, għall-ispejjeż ta’ l-enerġija, u għall-impjiegi.

3. Il-ħidmiet ewlenin ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu sabiex tiżgura t-twaqqif u t-tmexxija effiċjenti ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

 

4. Dan jinkludi:

 

- li tistabbilixxi u timplimenta pjan ta’ attività ta’ riċerka multi-annwali;

l) li jiġi stabbilit u implimentat pjan ta’ attività ta’ riċerka plurijennali;

li timpenja l-finanzjament Komunitarju u timmobilizza r-riżorsi tas-settur privat u oħrajn tas-settur pubbliku meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħha ta’ RTD&D;

m) li jiġi impenjat il-finanzjament Komunitarju u jiġu mmobilizzati r-riżorsi tas-settur privat u oħrajn tas-settur pubbliku meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħha ta’ RTD;

li tiżgura l-operat tajjeb ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D u ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi;

n) li jiġi żgurat l-operat tajjeb ta’ l-attivitajiet ta’ RTD u ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi;

– li tikkoopera u tikkonsulta mal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri;

 

– li tikkoopera u tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku;

 

– li torganizza laqgħat annwali ta’ l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati;

 

– li tikkomunika u xxerred l-informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-ismijiet tal-parteċipanti, ir-riżultati ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D, u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Konġunta FCH;

o) li tiġi kkomunikata u mxerrda l-informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-ismijiet tal-parteċipanti, ir-riżultati ta’ l-attivitajiet ta’ RTD, u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Konġunta FCH;

– li tinnotifika lill-entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew Ftehim ta’ Għotja ma’ l-Impriża Konġunta FCH bl-opportunitajiet ta’ self potenzjali mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, b’mod partikolari l-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju stabbilita taħt is-Seba’ Programm ta' Qafas;

p) li jiġu nnotifikati l-entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew Ftehim ta’ Għotja ma’ l-Impriża Konġunta FCH bl-opportunitajiet ta’ self potenzjali mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, b’mod partikolari l-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju stabbilita taħt is-Seba’ Programm ta' Qafas;

– li tiżgura livell għoli ta’ trasparenza u kompetizzjoni ġusta taħt kundizzjonijiet ta’ aċċess ugwali għall-applikanti kollha għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ dimostrazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta FCH, kemm jekk ikunu membri tal-Grupp tar-Riċerka jew tal-Grupp Industrijali (b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju) u kemm jekk le;

q) li jiġi żgurat livell għoli ta’ trasparenza u kompetizzjoni ġusta taħt kundizzjonijiet ta’ aċċess ugwali għall-applikanti kollha għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ dimostrazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta FCH, kemm jekk ikunu membri tal-Grupp tar-Riċerka jew tal-Grupp Industrijali (b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju) u kemm jekk le;

– li ssegwi l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam u li tidħol f’kooperazzjoni internazzjonali meta jkun xieraq.

r) li jiġu segwiti l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam u li jkun hemm impenn f’kooperazzjoni internazzjonali meta jkun xieraq.

 

s) li tiġi żviluppata koperazzjoni mill-qrib u tiġi żgurata koordinazzjoni mal-Programm ta' Qafas ta' Riċerka u attivitajiet oħra nazzjonali u transnazzjonali, korpi u partijiet interessati ta' l-UE;

 

t) li jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-kisba ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta FCH;

 

u)li titwettaq kwalunkwe attività bżonnjuża oħra għall-kisba ta' l-objettivi tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Hija waħda mill-ħidmiet importanti tal-JTI li tiġi stimulata innovazzjoni fl-SMEs u l-ħolqien u l-bidu ta' negozji ġodda.

Emenda  30

Anness – Artikolu I.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Membri u gruppi ta’ interess

Membri

1. Il-membri fundaturi (minn hawn ’il quddiem imsejjħa l-"Membri Fundaturi") ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

1. Il-membri fundaturi (minn hawn ’il quddiem imsejjħa l-"Membri Fundaturi") ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u

a) il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u

– l-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu stabbilit taħt il-liġi Belġjana (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Grupp Industrijali").

b) wara l-aċċettazzjoni ta' l-Istatuti, il-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, li huwa organizzazzjoni mhux għall-profitt stabbilita taħt il-liġi Belġjana u li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ksib ta’ l-objettivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Grupp Industrijali").

2. Il-Grupp Industrijali:

2. Il-Grupp Industrijali għandu:

– hu organizzazzjoni mhux għall-profitt li għandu l-għan li jikkontribwixxi lejn il-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

 

– huwa mwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana, u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji rreġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta;

 

għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH, skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus biex tkopri 50% ta’ l-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta’ kull sena finanzjarja;

– jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti biex tkopri 50% ta’ l-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH u tiġi trasferita għall-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta’ kull sena finanzjarja;

għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni ta’ l-industrija lejn it-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH tiġi pprovduta f’oġġetti u tkopri minimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali tal-proġett, ikkalkulati fuq bażi annwali;

– jiżgura li l-kontribuzzjoni ta’ l-industrija lejn it-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ RTD iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH ta' l-inqas tkun daqs il-kontribuzzjoni tal-Komunità;

huwa miftuħ għas-sħubija minn kull entità ġuridika (inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju), iffurmata f’konformità mal-liġi ta’ Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew Stat taż-ŻEE u li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozji fiż-żona msemmija hawn fuq, sakemm hi tkun attiva fil-qasam taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Ewropa, u hija impenjata li tikkontribwixxi lejn l-għanijiet u r-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

ikun miftuħ għas-sħubija, b'termini ġusti u raġonevoli, minn kwalunkwe entità ġuridika (inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u għal assoċjazzjonijiet rilevanti ta’ l-industrija taċ-ċelloli tal-fjuwil u ta’ l-idroġenu), iffurmata f’konformità mal-liġi ta’ Stat Membru jew pajjiż Assoċjat u li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozji fiż-żona msemmija hawn fuq, sakemm hi tkun attiva fil-qasam taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Ewropa, u tkun impenjata li tikkontribwixxi lejn l-għanijiet u r-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

3. Grupp ta’ Riċerka, li jirrappreżenta organizzazzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet u ċentri ta’ riċerka mhux għall-profitt, jista’ jsir membru, wara t-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta FCH, sakemm tkun twaqqfet entità li tirrappreżenta l-komunità tar-riċerka. L-applikazzjoni mill-Grupp tar-Riċerka għandha tiġi indirizzata lill-Bord tat- Tmexxija li għandu jieħu d-deċiżjoni dwarha.

3. Grupp ta’ Riċerka jista’ jsir membru, wara t-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta FCH, sakemm ikun aċċetta dawn l-Istatuti.

4. Il-Grupp ta’ Riċerka għandu:

4. Il-Grupp ta’ Riċerka għandu:

– ikun organizzazzjoni mhux għall-profitt li l-għan tagħha hu li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

– ikun organizzazzjoni mhux għall-profitt li l-għan tagħha jkun li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

– ikun imwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji (by-laws) reġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta;

– ikun imwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji (by-laws) reġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta;

– jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus biex tkopri 1/12 ta’ l-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta’ kull sena finanzjarja;

– jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti biex tkopri 1/20 ta’ l-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH u tiġi ttrasferita għall-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta’ kull sena finanzjarja;

– ikun miftuħ għas-sħubija minn kull organizzazzjoni ta’ riċerka, università jew ċentru ta’ riċerka mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew Pajjiż kandidat.

 

5. Membru Fundatur jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stralċjata kif previst fl-Artikolu I.22.

5. Membru Fundatur jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stralċjata kif previst fl-Artikolu I.22.

6. Il-Grupp tar-Riċerka jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri Fundaturi u wara dan il-Membru li jkun se jtemm is-sħubija jinħeles mill-obbligi kollha għajr dawk approvati mill-Impriża Konġunta FCH qabel it-terminazzjoni tas-sħubija.

6. Il-Grupp tar-Riċerka jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri Fundaturi u wara li dan il-Membru li jkun se jtemm is-sħubija jinħeles mill-obbligi kollha għajr dawk approvati mill-Impriża Konġunta FCH qabel it-terminazzjoni tas-sħubija.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Huwa importanti li l-komunità tar-riċerka tkun involuta b'mod sħiħ fil-JTI, speċjalment sa mill-iktar stadji bikrin ir-riċerka għandha tifforma element importanti tal-programm ta' ħidma futur tagħha. Sabiex ma jinħoloqx ostaklu kbir u bla bżonn għall-parteċipazzjoni tal-komunità tar-riċerka fl-Impriża Konġunta, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż ordinarji għandha tkun proporzjonata.

Emenda  31

Anness – Artikolu I.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korpi eżekuttivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Bord tat-Tmexxija u l-Uffiċċju tal-Programm. Il-korpi konsultattivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri, l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati u l-Kumitat Xjentifiku.

1. Il-korpi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

 

(a) il-Bord tat-Tmexxija,

 

(b) id-Direttur Eżekuttiv,

 

(c) il-Kumitat Xjentifiku.

 

2. Meta kwalunkwe ħidma speċifika ma tkunx taqa' fi ħdan il-kompetenza normali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn il-korpi, il-Bord Governattiv għandu jkun il-korp kompetenti.

 

3. Il-Grupp ta' Livell Għoli ta' Stati Membri u l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandhom ikunu korpi konsultattivi esterni għall-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet iddikjarati fit-test legali u fl-Istatuti.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni, fil-każ li jiġi mwaqqaf Grupp tar-Riċerka, għandha tittrasferixxi siġġu wieħed lir-rappreżentant tiegħu.

 

2. Il-Kummissjoni, fil-każ li jiġi mwaqqaf Grupp tar-Riċerka, għandha tittrasferixxi mill-inqas siġġu wieħed lir-rappreżentant(i) tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Siġġu wieħed fuq bord governattiv ta’ 12-il persuna ma jkunx biżżejjed biex jiġi garantit li r-riċerka xjentifika, li minnha jiddependi s-suċċess ta' l-enerġija ta' idroġenu, ikollha l-attenzjoni u l-finanzjament xierqa.

Emenda  33

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi lill-president tiegħu. Il-president għandu jkun elett għal sentejn.

4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-president tiegħu minn fost ir-rappreżentanti tal-Grupp Industrijali. Il-president għandu jinħatar għal sena u jista' jerġa jinħatar darba. Ir-rappreżentant ta' l-SMEs u r-rappreżentant tal-Grupp tar-Riċerka għandhom jinħatru bħala viċi-presidenti.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li din hija inizjattiva mmexxija mill-industrija, huwa tajjeb li jiġi spjegat b'mod espliċitu li l-president għandu jkun rappreżentant mill-Grupp Industrijali. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li ma jiddomina l-ebda interess settorjali speċifiku, hija prevista sistema ta' rotazzjoni għall-president. Dan il-kliem huwa użat ukoll fl-Impriża Teknoloġika Konġunta Sema Nadif. Fl-aħħar nett, l-irwol importanti ta' l-SMEs u tal-komunità tar-riċerka huwa istituzzjonalizzat billi r-rappreżentanti tagħhom jinħatru viċi-president.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden osservaturi fuq konsiderazzjoni każ b’każ, mingħajr dritt tal-vot, biex jattendu l-laqgħat tiegħu, b’mod partikolari rappreżentanti tar-reġjuni u tal-korpi regolatorji.

8. Il-Bord Governattiv jista’ jistieden osservaturi fuq il-bażi ta' kull każ għalih, u mingħajr dritt tal-vot, biex jattendu l-laqgħat tiegħu, b’mod partikulari lil rappreżentanti tar-reġjuni u tal-korpi regolatorji u lil assoċjazzjonijiet rilevanti ta’ l-industrija settorjali taċ-ċelloli tal-fjuwil u ta’ l-idroġenu.

Ġustifikazzjoni

L-assoċjazzjonijiet taċ-ċelloli tal-fjuwil u ta’ l-idroġenu wkoll iridu jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord Governattiv bħala osservaturi.

Emenda  35

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 15 – inċiż 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– japprova s-sejħiet għal proposti;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li huwa d-Direttur Eżekuttiv li huwa responsabbli biex jipproponi sejħiet għal proposti u l-uffiċċju tal-Programmi huwa responsabbli biex jimmaniġġja t-tnedija ta' dawn is-sejħiet, ir-risponsabilità finali għandha taqa' f'idejn il-Bord Governattiv.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 15 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jiġġustifika u japprova kwalunkwe devjazzjoni mir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH f’konformità ma’ l-Artikolu 8;

– japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta FCH f’konformità ma’ l-Artikolu 8 wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 15 – inċiż 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

jiġġustifika kwalunkwe xewqa ta' deroga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, japprova kwalunkwe deroga wara kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u jinforma lill-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe deroga li tiġi approvata;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Huwa/hija għandu jwettaq il-ħidmiet tiegħu/tagħha b’mod indipendenti, u għandu jwieġeb lill-Bord tat-Tmexxija.

6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Huwa/hija għandu/għandha jwettaq/twettaq il-ħidmiet tiegħu/tagħha b’mod indipendenti, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għażla tal-proposti tal-proġetti u mal-ġestjoni tal-proġetti, u għandu/għandha jwieġeb/twieġeb lill-Bord tat-Tmexxija.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li d-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta direttament lill-Bord Governattiv, l-ebda membru tal-Bord Governattiv ma għandu jkollu influwenza diretta fuq l-għażla tal-proġetti, b'mod speċjali meta r-riżultat ta' ċerti proġetti jkun jista' jaffettwa membru b'mod dirett jew b'mod indirett.

Emenda  39

Anness – Artikolu I.6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu inizjali massimu ta’ tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi l-mandat tal-kariga darba waħda għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn erba’ snin.

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Governattiv għal perjodu ta’ tliet snin, wara li tkun ġiet ippubblikata sejħa għal espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u f'perjodiċi oħra jew f'siti ta' l-Internet aċċessibbli għall-pubbliku. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Governattiv jista' jestendi l-mandat tal-kariga darba waħda għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn erba’ snin, u wara dan il-perjodu għandha tiġi ppublikata sejħa għal espressjoni ta' interess bl-istess mod.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-ħidmiet li ġejjin:

jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-relevanza u l-progress ta’ l-attivitajiet annwali ta’ l-RTD&D u jirrakkomanda emendi;

– jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-prijoritajiet xjentifiċi għall-pjan multi-annwali ta’ attivitajiet ta’ l-RTD&D;

– javża lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport ta’ l-attività annwali.

Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkollu l-ħidmiet li ġejjin:

a) jistabilixxi l-prijoritajiet xjentifiċi għall-proposti għall-pjanijiet annwali u plurijennali ta' l-attivitajiet tar-riċerka;

b) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport ta’ attività annwali;

c) jagħti l-parir tiegħu dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati inter pares.

Ġustifikazzjoni

L-irwol tal-kumitat xjentifiku għandu jkun imsaħħaħ fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tar-riċerka, sabiex ma jitħalliex li l-kunsiderazzjoni kummerċjali fuq żmien qasir ikollha rwol kbir wisq fil-prijoritajiet tar-riċerka, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni fejn l-UE tkun "imsakkra" f'teknoloġiji li fuq perjodu ta' żmien twil ikunu inqas sostenibbli.

Emenda  41

Anness – Artikolu I.8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjoni totali mill-Komunità lill-Impriża Konġunta FCH li tkopri l-ispejjeż ordinarji u l-ispejjeż operattivi għall-attivitajiet ta’ l-RTD&D m’għandhiex taqbeż 470 miljun EUR mis-Seba’ Programm Kwadru. L-ispejjeż ordinarji m’humiex mistennija li jeċċedu l-20 miljun EUR.

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi ffinanzjata b'mod konġunt mill-Membri tagħha permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa f'pagamenti regolari jew permezz ta' kontribuzzjonijiet f’oġġetti minn entitajiet legali li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet. L-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu koperti b’mod ugwali bi flus kontanti mill-Komunità Ewropea u mill-Grupp Industrijali sa mill-bidu nett. Hekk kif il-Grupp ta' Riċerka jsir membru ta' l-Impriża Konġunta FCH, huwa għandu jikkontribwixxi għal 5% ta' l-ispejjeż ordinarji u l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ispejjeż ordinarji għandha tonqos b'mod korrispondenti. Il-kontribuzzjoni totali mill-Komunità għall-ispejjeż ordinarji ta' l-Impriża Konġunta FCH m'għandhiex taqbeż EUR 20 miljun. Jekk kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni tal-Komunità tibqa' mhux użata, din għandha ssir disponibbli għall-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Is-settur privat, b’mod partikolari l-membri tal-Grupp Industrijali, għandhom jikkontribwixxu f’oġġetti għall-ispejjeż operazzjonali tal-proġetti. Il-kontribuzzjonijiet f’oġġetti għandhom mill-inqas jammontaw daqs il-finanzjament pubbliku. Il-livell totali tal-kontribuzzjonijiet f’oġġetti, ikkalkulat fuq bażi annwali, għandu jiġu vvalutat darba fis-sena. L-ewwel valutazzjoni għandha tinbeda fl-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-bidu ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Il-valutazzjoni għandha mbagħad tibda ssir kull sena finanzjarja minn entità indipendenti. Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-tmien ta’ kull sena finanzjarja.

7. Is-settur privat, b’mod partikolari l-membri tal-Grupp Industrijali, għandhom jikkontribwixxu f’oġġetti għall-ispejjeż operazzjonali tal-proġetti. Il-kontribuzzjonijiet f’oġġetti għandhom mill-inqas jammontaw daqs il-finanzjament pubbliku. Fil-każ li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jipparteċipa fil-proġetti, il-kontribuzzjoni tiegħu f'oġġetti ma tkunx meqjusa bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-Komunità. Il-livell totali tal-kontribuzzjonijiet f’oġġetti, ikkalkulat fuq bażi annwali, għandu jiġi vvalutat darba fis-sena. L-ewwel valutazzjoni għandha tinbeda fl-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-bidu ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Il-valutazzjoni għandha mbagħad tibda ssir kull snea finanzjarja minn entità indipendenti. Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-tmien ta’ kull sena finanzjarja.

Ġustifikazzjoni

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jista’ jkollu rwol importanti fl-iżvilupp tar-riċerka ta’ l-Idroġenu u taċ-Ċelloli tal-Fjuwil. Il-parteċipazzjoni taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka m'għandux inaqqas il-kontribuzzjoni ta’ finanzi prevista mill-Komunità, u lanqas ma għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni f'oġġetti korrispondenti ta’ l-industrija.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha tal-koordinatur tiegħu. Normalment il-koordinatur għandu jkun membru tal-Grupp Industrijali, jew membru tal-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka. Eċċezzjonijiet għandhom jiġi approvati mill-Bord tat-Tmexxija.

3. L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha tal-koordinatur tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Kumpaniji attivi fil-JTI m’għandhomx jingħataw vantaġġ kompetittiv inġust f’termini ta’ aċċess għal fondi pubbliċi u fl-impożizzjoni ta’ tmexxija ta’ proġett.

Emenda  44

Anness – Artikolu I.9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu I.9 a

 

Implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' RTD

 

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tappoġġja l-attivitajiet ta’ RTD wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni indipendenti, u l-konklużjoni ta’ kull proġett ta’ Ftehim ta’ Għotja u Ftehim ta’ Konsorzju.

 

2. F’każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista’ toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv ta’ l-objettivi tar-riċerka.

 

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiddefinixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-Ftehimiet ta’ Għotja.

 

4. Il-Ftehim ta’ Għotja għandu:

 

– jipprovdi għall-arranġamenti xierqa biex jitwettqu l-attivitajiet ta' RTD;

 

– jipprovdi għall-arranġamenti finanzjarji xierqa u għar-regoli relatati mad-drittijiet tal-propjetà intellettwali kif imsemmi fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament;

 

– jirregola r-relazzjoni bejn il-konsorzju tal-proġett u l-Impriża Konġunta FCH.

 

5. Il-ftehim ta’ Konsorzju għandu jiġi konkluż mill-parteċipanti tal-proġett qabel il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Għotja; Huwa għandu:

 

– jipprovdi għall-arranġamenti xierqa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Għotja;

 

– imexxi r-relazzjoni bejn il-parteċipanti fi proġett, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-propjetà intellettwali.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-ħidmiet l-aktar importanti ta' l-Impriża Konġunta hija li timplimenta l-attivitajiet ta' RTD u ta' utilizazzjoni tagħha. Għalhekk jidher li huwa xieraq li jkun hemm artikolu speċifiku li jistipula d-dispożizzjonijiet ta' dawn l-attivitajiet.

Emenda  45

Anness – Artikolu I.10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Eliġibbiltà għall-finanzjament

Finanzjament ta' attivitajiet

1. Il-kontribuzzjoni Komunitarja lill-Impriża Konġunta FCH għandha tintuża għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D wara sejħiet kompetittivi għal proposti.

1. Dawn l-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

 

a) Entitajiet legali stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż Assoċjat;

 

b) Organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika skond il-liġi pubblika internazzjonali, u kif ukoll kwalunkwe aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet;

 

c) Entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta’ benefiċċju partikulari għall-proġett.

2. F’każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista’ toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv ta’ l-għanijiet tar-riċerka.

2. Sabiex jitqiesu bħala eliġibbli għal finanzjament Komunitarju, l-ispejjeż li jsiru fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet ta' RTD m'għandhomx jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud.

3. L-entitajiet ġuridiċi privati li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal tali finanzjament:

3. Il-limiti massimi ta' ffinanzjar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal proġetti għandhom jiġu ffissati b'mod li jkunu konformi ma' dawk stipulati permezz tar-regoli għall-parteċipazzjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas. Meta jkun hemm bżonn ta' livelli aktar baxxi ta' ffinanzjar sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu I.8, it-tnaqqis għandu jkun ġust u proporzjonat għal-limiti massimi ta' ffinanzjar imsemmija hawn fuq tar-regoli għall-parteċipazzjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas għall-kategoriji kollha ta' parteċipanti f'kull proġett individwali.

(a) huma jkunu mwaqqfa fi Stat Membru jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat, il-post ċentrali jew prinċipali tan-negozju tagħhom fi stat li huwa parti kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew li jkun Pajjiż Assoċjat jew Kandidat;

 

(b) huma jkollhom attivitajiet rilevanti fl-RTD&D, l-industrijalizzazzjoni jew l-iskjerament għaċ-ċelloli tal-fjuwil u/jew l-idroġenu u/jew pjanijiet konkreti biex jagħmlu dan fil-futur qrib fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

 

4. Dawn li ġejjin ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament:

 

(a) korpi pubbliċi mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat, Pajjiż Kandidat jew fiż-ŻEE, inklużi stabbiliment ta’ edukazzjoni sekondarja jew ogħla;

 

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi;

 

(c) entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta’ benefiċċju partikolari għall-proġett.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità ma' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Marbuta ma' l-emenda ta' l-Artikolu 7.

Emenda  46

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – Artikolu I.11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista’ titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha ma jkunux jitolbu dan. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ kwalunkwe regola li tvarja mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar dawn id-derogi.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja r-rendikont finanzjarju proviżorju ta’ l-Impriża Konġunta għandu jiġu ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (‘il-Qorti ta’ l-Awdituri’). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni. Il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja għandhom jintbagħtu s-sena ta' wara lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida dawn fil-kontijiet annwali ta' l-UE. Ir-rendikont finanzjarju annwali ta’ l-Impriża Konġunta għandu jitħejja u jiġi awditjat skond ir-Regoli tal-Kontabbiltà tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

5. Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja r-rendikont finanzjarju proviżorju ta’ l-Impriża Konġunta għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (‘il-Qorti ta’ l-Awdituri’). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Konġunta. Il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja għandhom jintbagħtu s-sena ta' wara lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida dawn fil-kontijiet annwali ta' l-UE. Il-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità baġitarja. Ir-rendikont finanzjarju annwali ta’ l-Impriża Konġunta għandu jitħejja u jiġi vverifikat skond ir-Regoli tal-Kontabbiltà tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-kontijiet u l-karti tal-bilanċ jintbagħtu liż-żewġ fergħat ta’ l-awtorità baġitarja għal skopijiet ta' tagħrif.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f’konformità mal-proċedura kif prevista mir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

6. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni FCH għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill, f’konformità ma' proċedura li għandha tiġi prevista mir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 15.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riżorsi umani għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan tal-persunal li għandu jitfassal fil-baġit annwali.

1. Ir-riżorsi ta' staff għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan tal-persunal li għandu jitfassal fil-baġit annwali u li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Bħalma jsir fil-każ ta’ l-Impriżi Konġunti diġà eżistenti, il-pjan ta’ stabbiliment ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandu jkun ippubblikat mill-Kummissjoni flimkien mal-PDB.

Emenda  50

Anness – Artikolu I.16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-membri tal-persunal ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kkuntrattati u għandu jkollhom kuntratti b’terminu definit, li jistgħu jiġu estiżi darba waħda sa perjodu massimu totali ta’ seba’ snin.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tpoġġi t-test f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament dwar JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali.

Emenda  51

Anness – Artikolu I.19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu I.19

imħassar

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tappoġġja l-attivitajiet ta’ l-RTD&D wara sejħiet kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni indipendenti, u l-konklużjoni ta’ kull proġett ta’ Ftehim ta’ Għotja u Ftehim ta’ Konsorzju.

 

2. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiddefinixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-Ftehimiet ta’ Għotja.

 

3. Il-Ftehim ta’ Għotja għandu:

 

– jipprovdi għall-arranġamenti xierqa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D;

 

– jipprovdi għall-arranġamenti finanzjarji xierqa u r-regoli marbuta mad-drittijiet tal-propjetà intellettwali fuq il-bażi tal-prinċipji kif stipulati fl-Artikolu I.24;

 

– jirregola r-relazzjoni bejn il-konsorzju tal-proġett u l-Impriża Konġunta FCH.

 

4. Il-Ftehim ta’ Konsorzju għandu:

 

– jiġi konkluż mill-parteċipanti fil-proġett qabel il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Għotja;

 

– jipprovdi għall-arranġamenti xierqa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Għotja;

 

– imexxi r-relazzjoni bejn il-parteċipanti fi proġett, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali.

 

Ġustifikazzjoni

It-test ta' dan l-artikolu diġà huwa inkorporat f'artikoli oħra u għalhekk jista' jitħassar.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p.9).
  • [2]  ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

NOTA SPJEGATTIVA

L-idroġenu huwa l-element l-aktar abbundanti u l-eħfef fl-univers. Iċ-ċelloli tal-fjuwil li jaħdmu bl-idroġenu diġà ilhom jintużaw b'mod affidabbli mill-astronawti tagħna għal dawn l-aħħar 50 sena. Bil-proposta preżenti, l-idroġenu jirritorna lejn id-dinja, bħala wieħed mill-pilastri l-iktar importanti ta' l-istrateġija Ewropea għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u għall-implimentazzjoni tat-Tielet Rivoluzzjoni Industrijali.

L-enerġija u l-bidla fil-klima huma prijoritajiet ewlenin għall-UE. L-għanijiet ferm ambizzjużi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew is-sena li għaddiet sabu implimentazzjoni adegwata fil-proposti riċenti tal-Kummissjoni. Madankollu huwa importanti li wieħed jinnota li l-ekonomija ta' l-Idroġenu ssib l-ispirazzjoni ewlenija tagħha fil-viżjoni stipulata fid-diskors tal-President preċedenti tal-Kummissjoni Ewropea waqt konferenza fl-2003. "Iżda ejja nkunu ċari dwar x'inhu dak li jagħmel il-programm Ewropew għall-idroġenu wieħed verament viżjonarju. Huwa l-għan iddikjarat tagħna li niksbu ċaqliq, pass wara pass, lejn ekonomija ta' l-idroġenu integrata b'mod sħiħ, u bbażata fuq sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu, sa nofs is-seklu".[1]

F'konformità ma' din il-viżjoni fit-tul, f'Mejju li għadda l-Parlament adotta Dikjarazzjoni bil-Miktub[2] fejn irrakkomanda li "tiġi stabbilita, mill-qiegħ 'il fuq, infrastruttura deċentralizzata għall-idroġenu sa l-2025 fl-Istati Membri kollha ta' l-UE" bħala waħda mill-pilastri għat-Tielet Rivoluzzjoni Industrijali.

Il-Pjattaforma Teknoloġika taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu kienet strumentali għall-koordinazzjoni ta' l-isforzi Ewropej lejn ekonomija ta' l-idroġenu integrata b'mod sħiħ permezz ta' Aġenda Strateġika għar-Riċerka (li għandha titqies b'mod xieraq waqt it-twaqqif tal-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Enerġija[3]). Il-Pjattaforma Teknoloġika żviluppat ukoll Pjan ta' Implimentazzjoni bil-għan li jitwaqqaf irwol sinifikanti fil-mudell il-ġdid ta' l-Ewropa għat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-Idroġenu. Dan il-pjan jiddiskrivi erba' azzjonijiet ta' innovazzjoni u żvilupp: it-trasport ta' l-idroġenu, il-produzzjoni sostenibbli ta' l-idroġenu, iċ-ċelloli tal-fjuwil u s-swieq bikrija.[4]

Il-kunċett ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (il-JTIs) ġie introdott fis-7 Programm ta' Qafas bħala mekkaniżmu ġdid biex jiġu implimentati sħubijiet fit-tul bejn is-settur pubbliku u dak privat fir-riċerka fuq il-livell Ewropew f'dawk l-oqsma fejn l-iskala u l-ambitu ta' l-objettivi jkunu tali li l-appoġġ u l-koordinazzjoni laxki permezz ta' l-istrumenti regolari jitqiesu bħala insuffiċjenti. S'issa, twaqqfu 4 JTIs fil-qasam tal-mediċini innovattivi, is-sistemi integrati tal-kompjuter, l-aeronawtika u n-nanoelettronika.

Permezz ta' din il-proposta il-5 JTI se jitwaqqaf fil-qasam taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. L-għażla tal-qasam hija waħda loġika. Hekk kif l-UE qed tħabbat wiċċa ma' sfidi bħas-sigurtà ta' l-enerġija, il-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u l-iżviupp sostenibbli, hija għandha bżonn tagħti spinta lill-iżvilupp u l-utilizzazzjoni ta' teknoloġiji ta' l-enerġija iktar nodfa u iktar effiċjenti, f'termini ta' konverżjoni, trasport u użu. It-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu għandhom il-potenzjali li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għal dawn l-għanijiet. Iċ-ċelloli tal-fjuwil huma konvertituri ta’ l-enerġija, silenzjużi ħafna u ta’ effiċjenza kbira, li jikkonvertu l-fjuwil u l-ossiġenu direttament f'elettriku, sħana u ilma fi proċess elettrokimiku. Minħabba li jistgħu jaħdmu fuq fjuwils differenti, iċ-ċelloli tal-fjuwil joffru diversità għat-taħlita ta' l-enerġija użata fit-trasport (li attwalment hija 98% dipendenti fuq iż-żejt), jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta' l-elettriku li jiġġedded fis-suq ta' l-enerġija, u joffru konvertitur ta' l-enerġija nadif minnu nnifsu meta magħqud ma' l-użu ta' l-idroġenu.

Minn barra l-vantaġġi ambjentali, hemm ukoll potenzjal ekonomiku. Iċ-ċeloli tal-fjuwil jista' jkollhom impatt kbir fuq il-kompetittività ekonomika, minħabba li jistgħu jintużaw f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet li jikkunsmaw l-enerġija, li jvarjaw minn apparat elettroniku li jista' jinġarr (bħall-mowbajls u l-mp3s) sa karozzi li jaħdmu bl-idroġenu. Barra minn hekk, minħabba li huma hekk imsejħa "teknoloġiji innovattivi", dawk li jidħlu kmieni fis-suq jistgħu, fuq skala globali, jiġġeneraw kisbiet kummerċjali importanti.

Madankollu, it-teknoloġiji f'dan il-qasam x’aktarx li ma jkunux disponibbli kummerċjalment malajr daqs kemm mixtieq. Dan huwa kkawżat minħabba fallimenti tas-suq komuni marbuta ma' l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda, bħall-effetti sekondarji ta' għarfien u adozzjoni, l-esternalitajiet tan-netwerk u n-nuqqas ta' informazzjoni. Dawn in-nuqqasijiet huma amplifikati iktar minħabba ż-żmien twil għad-dħul fis-suq u l-livell għoli meħtieġ f'dan is-settur. In-nuqqas attwali ta' strateġija integrata u għat-tul ta' R&D pubbliċi għandu t-tendenza li jiskoraġġixxi lill-industrija Ewropea milli timpenja aktar mir-riżorsi tagħha, u dan wassal biex il-livell ta' investiment privat fl-R&D f'dan il-qasam ġewwa l-Istati Uniti jkun madwar tmien darbiet ogħla minn dak fl-Ewropa. Il-konsegwenza ta' dan hija li l-UE qiegħda 5 snin lura mill-Ġappun u mill-Amerika ta’ Fuq fid-dimostrazzjoni ta’ vetturi taċ-ċelloli tal-fjuwil.

Għalhekk, it-twaqqif ta' JTI f'dan il-qasam jista' jkun milqugħ ħafna. Il-JTI se tgħaqqad il-forzi tal-partijiet interessati kollha u se toffri impenn fit-tul, u dan se jiżgura li l-attivitajiet ta' riċerka u utilizzazzjoni jitwettqu b'mod koerenti u mhux frammentat, li l-isforzi mmexxija min-negozju jingħataw spinta u li l-attenzjoni tkun fuq l-applikazzjonijiet l-iktar promettenti ta' dan is-suq innovattiv. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn ekonomija ta' l-enerġija sostenibbli, se jiżgura li l-Ewropa jkollha rwol prinċipali fl-utilizzazzjoni globali tat-teknoloġija, se jtejjeb b'mod sinifikanti l-kompetittività ta' l-Ewropa (inklużi ħafna SMEs) u fuq perjodu ta' żmien itwal se jindirizza l-kawżi tal-politika dwar l-enerġija ta' Ewropa.

Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-importanza kapitali ta' din il-JTI bħala l-ewwel pass lejn l-adozzjoni ta' strateġija aktar ambizjuża madwar l-Ewropa kollha sabiex iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jitqiegħdu bħala teknoloġiji ċentrali ta' ffaċilitar li jistgħu jagħtu kontribuzzjoni determinanti għall-politiki ta' l-enerġija, tat-trasport, ta' l-ambjent u tat-tkabbir sostenibbli madwar l-Ewropa. Il-ħolqien tal-Grupp Industrijali huwa dimostrazzjoni serja ta' l-involviment ta' l-industrija Ewropea f'din id-direzzjoni. Madankollu, il-kobor ta' l-isforzi neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet tal-JTI (stmati mill-Pjattaforma Teknoloġika għal € 7.4 biljuni fuq it-tmien snin li ġejjin)[5] m'huwiex jiġi rifless fil-baġit pubbliku propost attwalment li jammonta biss għal € 470 miljun. Jekk irridu nilħqu l-livell ta' l-ambizzjonijiet tagħna għandna nkunu ppreparati li nikkunsidraw il-possibilità li nieħdu vantaġġ mir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu ta' l-FP7 sabiex nevalwaw mill-ġdid l-impenn finanzjarju Ewropew fid-dawl tal-kisbiet tal-JTI ta' l-Idroġenu u l-impatt u l-prospetti globali għat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Ewropa.

Barra minn hekk, hemm bżonn li wieħed jikkunsidra li sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn il-mudell il-ġdid u ambizzjuż ta' l-enerġija li l-Ewropa qed tipproponi lid-dinja bħala strument għal ġlieda effettiva kontra l-bidla fil-klima, is-settur ta' l-idroġenu jrid jikseb riżultati penetranti li jistgħu jinkisbu biss jekk ikun hemm koordinazzjoni aħjar fis-seħħ mal-programmi nazzjonali l-oħra kollha dwar iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu u mal-Pjattaformi Teknoloġiċi l-aktar avvanzati u innovattivi, u kif ukoll ma' l-isforzi mwettqa miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka f'dan is-settur.

Barra minn hekk, l-ostakli regolatorji eżistenti għandhom jiġu indirizzati bħala kwistjoni ta' prijorità u għandu jiġi stabbilit qafas regolatorju ċar biex jinħolqu l-kundizzjonijiet ideali għall-investimenti mis-settur privat. F'dan is-sens ġie milqugħ b'sodisfazzjon il-fatt li flimkien ma' din il-proposta, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li tistabbilixxi standards ta' sigurtà u standards tekniċi kemm għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u kif ukoll għall-infrastrutturi għar-riforniment ta' l-idroġenu, u dan huwa strumentali għal adozzjoni bikrija.

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, huwa importanti li wieħed jenfasizza l-importanza tal-lieva finanzjarja ta' adozzjoni bikrija fis-swieq sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni fis-suq ta' sistemi u vetturi bbażati fuq l-idroġenu. Dan jista' jsir billi jingħataw inċentivi simili għal dawk li qed jintużaw diġà għall-enerġiji li jiġġeddu u billi jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi eżistenti tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, u l-użu tal-fondi disponibbli fuq livell reġjonali u nazzjonali.

Fl-aħħar nett, ċerti emendi qed jiġu proposti biex tissaħħaħ il-proposta:

1.  Għandu jkun hemm saħansitra iktar attenzjoni u enfasi fuq il-potenzjal innovattiv ta' l-SMEs, u l-ostakli speċifiċi li jiltaqgħu magħhom, pereżempju l-aċċess limitat għall-infrastruttura tar-riċerka. Għalhekk, l-irwol ta' l-SMEs u s-sitwazzjoni partikulari tagħhom huma msemmija b'mod speċifiku fl-objettivi u l-ħidmiet ta' l-Impriża Konġunta.

2.  Għandha tingħata attenzjoni għall-importanza ta' riċerka orjentata lejn l-innovazzjoni. Kif issemma fil-Pjan ta' Implimentazzjoni, ir-riċerka, speċjalment fl-istadji bikrija, għandha tifforma element importanti ta' l-attivitajiet tal-JTI, minħabba li għad hemm bżonn ta' avvanzi notevoli fil-qasam tar-riċerka. Madwar 1/3 tar-riżorsi ppjanati kienu meqjusa neċessarji għall-attivitajiet ta' R&D. F'dan ir-rigward huwa importanti ħafna wkoll li l-komunità tar-riċerka tkun involuta b'mod sħiħ fl-attivitajiet tal-JTI (inkluż iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka) u huwa importanti wkoll li ma jinħoloqx ostaklu ogħli u bla bżonn sabiex huma jifformaw Grupp ta' Riċerka u biex jingħaqdu ma' l-Impriża Konġunta. Għalhekk, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż ordinarji għandha tkun proporzjonata.

3.  Jeħtieġ li jkun enfasizzat il-karattru konġunt ta' din l-Impriża Konġunta. L-idea ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat hija li l-Komunità u l-industrija jipparteċipaw u jikkontribwixxu fuq l-istess livell. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm skrutinju indipendenti tal-kontribuzzjonijiet f'oġġetti mill-industrija sabiex jiġi żgurat li dawn fil-fatt ta' l-inqas ikunu jammontaw daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. Għalhekk għandha tinżamm il-proposta għal "dritt ta' veto" għall-Komunità fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord ta' Tmexxija fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet f'oġġetti.

4.  Sabiex jiġu minimizzata l-burokrazija żejda u l-ispejjeż amministrattivi, ix-xogħol eżistenti mwettaq mill-Pjattaforma Teknoloġika u mill-kumitati u l-istrutturi eżistenti għandu jiġi utilizzat b'mod sħiħ. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-ħidma tal-Grupp previst ta' Livell Għoli ta' Stati Membri lill-istess nies li diġà qegħdin fil-kumitati tal-programmi li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' l-FP7. Barra minn hekk, il-persentaġġ stmat għall-ispejjeż ordinarji (madwar 5% ta' l-ispejjeż totali) jidher pjuttost għoli. Fejn ikun possibbli, il-finanzjament li ma jintużax għal dawn l-ispejjeż ordinarji għandu jmur għall-ispejjeż operattivi.

5.  Għandu jiġi ċċarat l-istatus legali preċiż ta' l-Impriża Konġunta, speċjalment rigward ir-responsabilità tagħha lejn il-Parlament Ewropew bħala fergħa ta' l-awtorità baġitarja.

6.  It-test tqiegħed f'konformità ma' dak ta' JTIs oħra sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u orizzontali. Għal dan il-għan, ġew proposti emendi biex partijiet mit-test legali jitqiegħdu fl-Anness, u dan inaqqas kemm id-duplikazzjoni bla bżonn tat-test u kif ukoll l-inkoerenza legali.

  • [1]  “L-idroġenu, is-sors ta' l-enerġija tal-Futur", diskors ta' Romano Prodi, President tal-Kummissjoni Ewropea, 16 ta' Ġunju 2003.
  • [2]  Dikjarazzjoni bil-miktub tal-Parlament Ewropew 16/2007, dwar it-twaqqif ta' ekonomija ta' l-idroġenu favur l-ambjent u t-tielet rivoluzzjoni industrijali fl-Ewropa permezz ta' sħubija mar-reġjuni u l-bliet impenjati, l-SMEs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
  • [3]  Pjan Strateġiku Ewropew dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Enerġija (il-Pjan SET) - Lejn Ġejjieni b'Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju - COM(2007723).
  • [4]  https://www.hfpeurope.org/uploads/2097/HFP_IP06_FINAL_20APR2007.pdf
  • [5]  https://www.hfpeurope.org/uploads/2097/HFP_IP06_FINAL_20APR2007.pdf

OPINJONI TAL- Kumitat għall-Baġits (29.2.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
(COM(2007)0571 – C6‑0446/2007 – 2007/0211(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Proposta tal-Kummissjoni

L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (il-JTIs) qed jiġu introdotti fis-Seba' Programm ta' Qafas (l-FP7) bħala mod ġdid biex jintlaħqu sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat fir-riċerka fuq il-livell Ewropew. Il-JTIs prinċipalment joħorġu mill-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (l-ETPs). F’għadd żgħir ta’ każijiet, l-ETPs laħqu daqs u ambitu tant ambizzjuż li se jkunu jeħtieġu kemm il-mobilizzazzjoni ta’ investimenti pubbliċi u privati konsiderevoli u kif ukoll riżorsi sostanzjali għar-riċerka għall-implimentazzjoni ta' elementi importanti ta’ l-Aġendi Strateġiċi tagħhom għar-Riċerka. Il-JTIs jiġu proposti bħala mezz effettiv ta' kif jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' dan l-għadd żgħir ta’ ETPs.

Fil-Programm Speċifiku 'Koperazzjoni'[1]hemm sitt oqsma identifikati fejn JTI jista' jkollha rilevanza partikulari: il-batteriji ta’ l-idroġenu u tal-fjuwil, l-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, il-mediċini innovattivi, is-sistemi informatiċi inkorporati, in-nanoelettronika u l-GMES (monitoraġġ dinji għall-ambjent u s-sigurtà).

L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH JU) li tirriżulta mill-Pjattaforma Teknoloġika dwar l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali (ETAP) minħabba li, skond il-Komunikazzjoni COM(2004)38, hija waħda mill-azzjonijiet prijoritarji ta’ l-ETAP.

Iċ-ċelloli tal-fjuwil huma konvertituri ta’ l-enerġija, silenzjużi ħafna u ta’ effiċjenza kbira, li kapaċi jwasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-gassijiet b'effett serra u tas-sustanzi li jniġġsu. Huma joffru flessibilità fit-taħlita ta’ l-enerġija minħabba li jistgħu jitħaddmu bl-idroġenu u bi fjuwils oħra bħall-gass naturali, l-etanol u l-metanol.

L-introduzzjoni ta’ l-idroġenu bħala mezz flessibbli għat-twassil ta’ l-enerġija tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv għas-sigurtà ta’ l-enerġija u biex tistabbilizza l-prezzijiet ta’ l-enerġija minħabba li l-idroġenu jista’ jiġi prodott minn kwalunkwe sors primarju ta’ l-enerġija, u għalhekk jista’ jdaħħal id-diversità fit-taħlita tat-trasport, li bħalissa hija 98% dipendenti fuq iż-żejt. L-idroġenu jista’ jintuża fiċ-ċelloli tal-fjuwil jew jista’ jinħaraq jew biex jipprovdi s-sħana jew biex imexxi t-turbini jew il-magni b'kombustjoni interna għall-enerġija motriċi jew elettrika. Huwa jista’ jintuża wkoll bħala mezz għall-ħżin ta’ l-enerġija. Pereżempju, meta l-produzzjoni ta’ l-elettriku li jiġġedded tkun ogħla mid-domanda, l-enerġija ż-żejda tista’ tintuża biex tipproduċi l-idroġenu permezz ta' l-elettroliżi, biex b’hekk tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ l-elettriku li jiġġedded fis-suq ta’ l-enerġija.

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni hija relatata mat-twaqqif ta' l-FCH JU skond l-Artikolu 171 tat-Trattat. L-FCH JU għandha titqies bħala korp Komunitarju u għandha tkun stabbilita għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. L-uffiċċji tagħha se jkunu fi Brussell, il-Belġju.

Implikazzjonijiet finanzjarji

L-evalwazzjoni baġitarja tindika nefqa massima tal-Komunità ta' EUR 420 miljun għall-perjodu inizjali ta' l-Impriża Konġunta FCH (sa l-2017), spiża li jeħtieġ li tkun allokata qabel il-31 ta' Diċembru 2013, meta l-baġit ta' l-FP7 jasal fi tmiemu. Għandu jiġi allokat total inizjali ta' EUR 30 miljun fl-2008, li minnhom EUR 28.1 miljunI Jmorru għan-nefqa operattiva u EUR 1.9 miljuni għan-nefqa amministrattiva.

 

L-attivitajiet tar-riċerka se jkunu ffinanzjati b’mod konġunt mill-Komunità, mill-Grupp Industrijali u mill-universitajiet parteċipanti, iċ-ċentri pubbliċi għar-riċerka eċċ. u l-kontribuzzjoni tal-Komunità titħallas f'kontanti u l-kontribuzzjoni tal-parteċipanti titħallas b’oġġetti fi ħdan il-proġetti.

 

L-ispejjeż kurrenti ta’ l-Impriża Konġunta FCH se jkunu koperti b’partijiet ugwali (50/50) mill-Komunità u mill-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk jiġi stabbilit Grupp tar-Riċerka u dan japplika biex jingħaqad ma’ l-Impriża Konġunta FCH, il-Grupp tar-Riċerka jkollu siġġu fil-Bord tat-Tmexxija u mbagħad għandu jikkontribwixxi 1/12 ta’ l-ispejjeż kurrenti.

 

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità se tiġi mil-linji baġitarji li ġejjin tal-Programm Speċifiku ta' l-FP7 “Kooperazzjoni”: L-Enerġija; in-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni; It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika); u l-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima) fid-DG RTD u t-Trasport fid-DG TREN. Ovvjament, l-allokazzjonijiet operazzjonali ta' l-FCH JU għandhom jinżammu separati bħala elementi individwali taħt dawn l-artikoli tal-baġit ta' l-FP7 minħabba li, apparti fil-proposti preċedenti tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta' Impriżi Konġunti, il-prosta ta' l-FCH JU ma tinkludiex l-intenzjoni li tinħoloq linja baġitarja separata għan-nefqa "operattiva" ta' l-Impriża Konġunta. Tissemma biss linja separata għan-nefqa amministrattiva (08 01 04 20).

 

Il-proposta tal-Kummissjoni fiha l-profil tan-nefqa li ġej:

f’miljuni ta' EUR (sa 3 postijiet deċimali)

 

Taqsima

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Nefqa operattiva

Impenn

Approprjazzjonijiet (CA)

8.1

a

28.100

70.300

90.100

106.800

73.800

80.900

450.000

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (PA)

 

b

28.100

70.300

90.100

106.800

73.800

80.900

450.000

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) Spejjeż ta’ persunal + 50%

8.2.4

c

1.900

2.700

3.400

4.190

3.705

4.105

20.000

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA

Approprjazzjonijiet għall-Impenji

 

a+c

30.000

73.000

93.500

110.990

77.505

85.005

470.000

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet

 

b+c

30.000

73.000

93.500

110.990

77.505

85.005

470.000

Evalwazzjoni

L-emendi tar-rapporteur għal opinjoni huma bbażati l-aktar fuq żewġ kwistjonijiet:

1) L-Impriża Konġunta hija stabbilita għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 (li jista' wkoll jiġi estiż sa data aktar tard), filwaqt li l-MFF ikopri biss il-perjodu sa l-2013. Għalhekk, kwalunkwe talba għal finanzjar Komunitarju għall-FCH JU li ssir wara l-2013 trid tkun evalwata mill-ġdid fil-kuntest tan-negozjati għal qafas finanzjarju ġdid.

Għall-perjodu attwali, il-proposta - għalkemm taqa’ taħt l-Intestatura 1a bil-marġni tagħha dejjem jonqsu - hija kompatibbli ma’ l-MMF, għas-sempliċi raġuni li l-kontribuzzjoni meħtieġa ta' l-UE tittieħed mis-7 Programm ta’ Qafas u diġà ġiet inkluża fl-ipprogrammar finanzjarju tal-Kummissjoni.

Madanakollu, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tixtieq tiġbed l-attenzjoni li l-ebda impenn finanzjarju ma jista' jsir għaż-żmien ta' wara l-MFF attwali (Emendi 1, 2, 6 u 10).

2) B'analoġija man-negozjati dwar l-Impriża Komuni ITER fil-bidu ta' l-2007, li wasslu għall-Konklużjonijiet miftehma fit-Trilogu tas-7 ta' Marzu 2007, l-FCH JU trid titqies bħala aġenzija fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 185 FR u għalhekk hija suġġetta għal ftehima mill-awtorità baġitarja dwar l-iffinanzjar tagħha (Emendi 3-5,, 7-9, u 11-16).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-livell massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) attwali 2007 - 2013 u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kwalunkwe finanzjar lil hinn mill-2013 għandu jiġi evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss;

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jinnota li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma teskludix ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu;

Emenda  3

Proposta għal regolament

Ċitazzjonijiet 1 a u 1 b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej 1 (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

 

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod2 (IIA), u b'mod partikolari l-Punt 47 tagħha,

 

________________________________

ĠU L 248 ,16.9.2002, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

 

2 ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

Ġustifikazzjoni

Bħalma ġara fil-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Konġunta għall-ITER, l-Impriża Konġunta FCH trid titqies ukoll bħala aġenzija Komunitarja sabiex ikun applikat il-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA). Dan għandu jidher fil-bażi legali msemmija fir-Regolament.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp imwaqqaf mill-Komunità u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Madankollu, għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTI bħala sħubija pubblika privata u b’mod partikolari mill-kontribuzzjoni tas-settur privat lill-baġit. (16)

(15) L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp imwaqqaf mill-Komunitajiet u l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Bħalma ġara fil-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Konġunta għall-ITER, il-Parlament Ewropew għandu jingħata r-responsabiltà sħiħa u bla kundizzjonijiet tal-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta FCH.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta, suġġetta għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi msejsa fuq il-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tagħha li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità u ma’ dak privat.

(16) Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju1, sakemm dan ma jkunx meħtieġ b’mod speċifiku għall-bżonnijiet ta' l-operat tagħha, b'mod partikulari, il-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità ma’ dak privat. Hemm bżonn tal-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' kwalunkwe regola li tidderoga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata b'dawn id-derogi.

 

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39

Ġustifikazzjoni

Derogi mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għandhom jinżammu għal minimu assolut. L-Impriża Konġunta trid tipprova mingħajr dubju li deroga bħal din hija l-uniku mod kif ikun garantit l-operat xieraq tagħha skond il-limiti tar-regolament li jwaqqafha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – Paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-implimentazzjoni ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-‘JTI’) dwar ‘iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu’, Impriża Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta FCH”) fit-tifsira ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat b’dan qiegħda titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

1. Għall-implimentazzjoni ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-‘JTI’) dwar ‘iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu’, Impriża Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta FCH”) fit-tifsira ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat b’dan qiegħda titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’reviżjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Impriża Konġunta FCH hija korp imwaqqaf skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda dwar iċ-Ċitazzjonijiet.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista’ titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

1. Ir-regolamenti finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tagħha u suġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar dawn id-derogi.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond il- proċedura stabbilita bir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

4. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 15.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiġi konkluż ftehim ospitanti bejn l-Impriża Konġunta FCH u l-Belġju dwar l-akkomodazzjoni ta’ l-uffiċini, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta FCH.

Għandu jiġi konkluż ftehim ospitanti bejn l-Impriża Konġunta FCH u l-Belġju dwar l-għajnuna ta' l-Istat ospitanti fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni ta’ l-uffiċini, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun stipulat b'mod ċar li l-pajjiż ospitanti ta' kwalunkwe aġenzija jew korp simili tal-Komunità huwa mistenni li jipprovdi għajnuna finanzjarja u kull għajnuna oħra meħtieġa sabiex ikun iffaċilitat it-twaqqif u l-operat tal-korp Komunitarju.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stabbilita mill-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31.12.2017.

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stabbilita mill-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. L-Impriża Konġunta FCH hija korp imwaqqaf b'konformità ma' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda dwar iċ-Ċitazzjonijiet.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 15 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jiġġustifika u japprova kwalunkwe devjazzjoni mir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH f’konformità ma’ l-Artikolu 8;

– japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta FCH f’konformità ma’ l-Artikolu 8 wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.5 – paragrafu 15 – inċiż 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

jiġġustifika kwalunkwe xewqa ta' deroga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, japprova kwalunkwe deroga wara kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u jinforma lill-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe deroga li tiġi approvata;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – Artikolu I.11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista’ titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx neċessarju għall-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ kwalunkwe regola li tvarja mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar dawn id-derogi.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 16.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja r-rendikont finanzjarju proviżorju ta’ l-Impriża Konġunta għandu jiġu ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (‘il-Qorti ta’ l-Awdituri’). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni. Il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja għandhom jintbagħtu s-sena ta' wara lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida dawn fil-kontijiet annwali ta' l-UE. Ir-rendikont finanzjarju annwali ta’ l-Impriża Konġunta għandu jitħejja u jiġi awditjat skond ir-Regoli tal-Kontabbiltà tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

5. Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja r-rendikont finanzjarju proviżorju ta’ l-Impriża Konġunta għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (‘il-Qorti ta’ l-Awdituri’). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Konġunta. Il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja għandhom jintbagħtu s-sena ta' wara lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni jkun jista' jikkonsolida dawn fil-kontijiet annwali ta' l-UE. Il-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità baġitarja. Ir-rendikont finanzjarju annwali ta’ l-Impriża Konġunta għandu jitħejja u jiġi vverifikat skond ir-Regoli tal-Kontabbiltà tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-kontijiet u l-karti tal-bilanċ jintbagħtu liż-żewġ fergħat ta’ l-awtorità baġitarja għal skopijiet ta' tagħrif.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f’konformità mal-proċedura kif prevista mir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

6. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta FCH għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill, f’konformità ma' proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta FCH.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Premessa 15.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Anness – Artikolu I.16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riżorsi umani għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan tal-persunal li għandu jitfassal fil-baġit annwali.

1. Ir-riżorsi umani għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan tal-persunal li għandu jitfassal fil-baġit annwali u li għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Bħalma jsir fil-każ ta’ l-Impriżi Konġunti diġà eżistenti, il-pjan ta’ stabbiliment ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandu jkun ippubblikat mill-Kummissjoni flimkien mal-PDB.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-Regolament li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

Referenzi

COM(2007)0571 – C6-0446/2007 – 2007/0211(CNS)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.12.2007

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Jutta Haug

20.9.2004

 

 

Data ta' l-adozzjoni

28.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

15

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Reimer Böge, Valdis Dombrovskis, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Anne E. Jensen, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Cătălin-Ioan Nechifor, Theodor Dumitru Stolojan, László Surján, Helga Trüpel, Ralf Walter

  • [1]  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 66-241.

PROĊEDURA

Titolu

It-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

Referenzi

COM(2007)0571 – C6-0446/2007 – 2007/0211(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

30.11.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

10.12.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.12.2007

CONT

10.12.2007

ENVI

10.12.2007

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

12.11.2007

ENVI

27.11.2007

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Pia Elda Locatelli

18.12.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

29.1.2008

6.3.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Etelka Barsi-Pataky, Ivo Belet, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Robert Goebbels, Satu Hassi, Gunnar Hökmark, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Peter Skinner, Silvia-Adriana Ţicău

Data tat-tressiq

10.4.2008