Proċedura : 2007/0022(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0154/2008

Testi mressqa :

A6-0154/2008

Dibattiti :

PV 19/05/2008 - 20
CRE 19/05/2008 - 20

Votazzjonijiet :

PV 21/05/2008 - 5.3
CRE 21/05/2008 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0215

RAPPORT     ***I
PDF 298kWORD 543k
15.4.2008
PE 400.698v01-00 A6-0154/2008

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

(COM(2007)0051 – C6‑0063/2007 – 2007/0022(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Hartmut Nassauer

Rapporteur għal opinjoni (*):

Dan Jørgensen, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel

(*) Proċedura b’kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (*)
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

(COM(2007)0051 – C6‑0063/2007 – 2007/0022(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0051),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0063/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0154/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 4 a (ġdida)

(4a) Huwa ċar li s-suċċess ta’ l-isforzi biex jinstab tarf tar-reati kontra l-ambjent f’kuntest transkonfinali jiddependi minn rwol xieraq għall-korpi li jikkoordinaw proċeduri internazzjonali ta’ qabel il-kawża (Europol, Eurojust, timijiet konġunti ta’ l-investigazzjoni) u minn effikaċja akbar ta’ dawk il-korpi fir-rigward tal-kompetenzi u ta’ l-organizzazzjoni.

Emenda 2

Premessa 5

(5) L-impożizzjoni ta' sanzjonijiet tiġi fdata f'idejn awtoritajiet ġudizzjarji, minflok f'idejn awtoritajiet amministrattivi, r-responsabbiltà għall-investigazzjoni u l-infurzar tal-ħarsien tar-regolamenti dwar l-ambjent taqa' fuq awtoritajiet li huma indipendenti minn dawk li joħorġu liċenzji ta' utilizzazzjoni u awtorizzazzjonijiet.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Tieħu post il-prinċipju tal-‘koperazzjoni leali’ u l-prinċipju legali stabbilit ta’ ‘effet utile’. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jistipula li l-‘Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm jekk ġenerali kif ukoll jekk partikulari, biex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-obbligi li jinħolqu minn dan it-Trattat jew li joriġinaw minn azzjoni meħuda mill-istituzzjonijiet tal-Komunità. Għandhom jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tal-Komunità’.

Emenda 3

Premessa 6

(6) Sabiex jinkiseb ħarsien ta' l-ambjent effettiv, hemm bzonn partikulari ta' sanzjonijiet aktar dissważivi għal attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, li tipikament jikkaġunaw jew aktarx li jikkaġunaw ħsara sostanzjali fl-arja, inkluż l-istratosfera, l-ħamrija, l-ilma, l-annimali jew il-pjanti, inkluż lil-konservazzjoni ta' l-ispeċi.

(6) Sabiex jinkiseb ħarsien ta' l-ambjent effettiv, hemm bżonn partikulari ta' sanzjonijiet aktar dissważivi għal attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, li tipikament jikkaġunaw jew aktarx li jikkaġunaw ħsara sostanzjali lill-pajsaġġ, fl-arja, inkluża l-istratosfera, fis-sodda tal-blat, fil-ħamrija, fl-ilma, lill-annimali jew lill-pjanti, kif ukoll lill-konservazzjoni ta' l-ispeċijiet.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward ta’ l-attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, m’hemm l-ebda referenza għas-sodda tal-blat (il-litosfera). Il-ħamrija (fejn hemm minnha) hija sempliċement il-qoxra ta’ barra – fonda mhux iżjed minn metru u nofs – li tifforma fuq il-blat oriġinali.

Miżbliet u ħażniet ta’ skart (li jista’ jkun fihom skart perikoluż jew radjuattiv) jistgħu jinstabu f’mini jew f'barrieri antiki (u għalhekk fis-sodda tal-blat stess).

Ix-xogħol fil-minjieri tat-tip ‘open-cast’ jista’ jħarbat l-ekosistemi ta’ l-art u jikkawża ħsara kbira.

Emenda 4

Premessa 6 a (ġdida)

(6a) Il-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness għal din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għal miżuri marbuta mal-liġi kriminali, sabiex ikun żgurat li r-regoli dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent ikunu effettivi għalkollox.

Emenda 5

Premessa 6 b (ġdida)

(6b) L-obbligi imposti minn din id-Direttiva jirrigwardaw biss id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness tagħha li jħallu obbligu fuq l-Istati Membri, meta jimplimentaw dik il-leġiżlazzjoni, li jaħsbu għal miżuri projbittivi.

Emenda 6

Premessa 9 a (ġdida)

(9a) Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri biex fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom idaħħlu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju tal-liġi Komunitarja dwar il-ħarsien ta' l-ambjent. Ma toħloqx obbligi fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta' sanzjonijiet bħal dawn jew fir-rigward ta' strumenti legali oħra disponibbli f'każijiet individwali.

Ġustifikazzjoni

Skond is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Ottubru 2007 (C-440/05), għalkemm bħala prinċipju l-liġi kriminali u r-regoli tal-proċedura kriminali m’humiex parti mill-kompetenza Komunitarja, il-leġiżlatur Komunitarju jista’ jirrikjedi li l-Istati Membri jaħsbu għal sanzjonijiet ta’ dan it-tip biex ikun żgurat li l-liġijiet maħruġa f’qasam partikulari jkunu effettivi għalkollox.

Emenda 7

Premessa 11

(11) Barra minn hekk, id-differenzi sinifikanti bejn is-sanzjonijiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri jeħtieġu li jkun previst, taħt ċerti ċirkustanzi, taqrib ta' dawk il-livelli li jikkorrispondi mas-serjetà tar-reat.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bħala konsegwenza tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Ottubru 2007 (C‑440/05), sentenza li tgħid li l-għażla tat-tip u tal-livell ta’ pieni kriminali li jkunu applikati m’hijiex parti mill-kamp ta’ kompetenza tal-Komunità (ara l-paragrafu 70).

Emenda 8

Premessa 12

(12) Dan it-taqrib hu partikularment importanti f'każi meta r-reati jkollhom riżultati serji jew meta r-reati jitwettqu fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali li għandhom rwol sinifikanti fir-reati kontra l-ambjent.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bħala konsegwenza tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Ottubru 2007 (C‑440/05), sentenza li tgħid li l-għażla tat-tip u tal-livell ta’ pieni kriminali li jkunu applikati m’hijiex parti mill-kamp ta’ kompetenza tal-Komunità (ara l-paragrafu 70).

Emenda 9

Premessa 12 a (ġdida)

(12a) Meta, wara perjodu ta’ żmien, jidher li attività kontinwa tikkaġuna ħsara ambjentali li mbagħad tista’ twassal għar-responsabiltà kriminali skond din id-Direttiva, il-kwistjoni dwar jekk min għamel il-ħsara għamilhiex intenzjonalment jew b'negliġenza, għandha tkun stabbilita b'referenza għaż-żmien meta min għamel il-ħsara sar jaf, jew kellu jkun jaf, bil-fatti li jikkostitwixxu r-reat u mhux għaż-żmien meta min għamel il-ħsara beda l-attività tiegħu. Wieħed għandu jżomm f'moħħu, f'dan ir-rigward, li l-għoti minn qabel ta' awtorizzazzjoni, liċenzja jew konċessjoni m'għandux iservi bħala difiża f'ċirkustanzi bħal dawn.

Emenda 10

Premessa 12 b (ġdida)

(12b) L-element mentali sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu r-reati kriminali skond din id-Direttiva għandu jkun l-intenzjoni jew talanqas in-negliġenza kbira. Bl-istess mod, l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni u l-qrati fl-Istati Membri għandu jkollhom id-diskrezzjoni li ma jħarrkux għal reati marbuta ma’ l-ispeċijiet protetti ta’ flora u fawna selvaġġi, jew ma’ partijiet jew prodotti tagħhom, meta l-imġiba li jkun sar ilment dwarha tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ speċijiet u għandha impatt negliġibbli fuq l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċijiet konċernati u meta l-persuna jew il-persuni involuti ma kinux jafu dwar l-istatus ta’ protezzjoni tal-flora jew tal-fawna selvaġġi konċernati.

Emenda 11

Premessa 13

(13) Peress li din id-Direttiva tiddisponi għal regoli minimi, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar stretti għall-ħarsien effettiv tal-liġi kriminali għall-ħarsien ta' l-ambjent.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bħala konsegwenza tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Ottubru 2007 (C‑440/05), sentenza li tgħid li l-għażla tat-tip u tal-livell ta’ pieni kriminali li jkunu applikati m’hijiex parti mill-kamp ta’ kompetenza tal-Komunità (ara l-paragrafu 70).

Emenda 12

Premessa 13 a (ġdida)

(13a) It-Trattat Euratom u l-leġiżlazzjoni sekondarja maħruġa skond dan it-Trattat, jirregolaw il-ħarsien ambjentali fir-rigward ta' l-attività nukleari. Għaldaqstant, l-illegalità ta’ azzjonijiet li jaffettwaw lill-ambjent minħabba l-attivitajiet nukleari tista’ tkun stabbilita biss b’referenza għat-Trattat Euratom u għal-leġiżlazzjoni sekondarja maħruġa skond it-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Il-Kapitolu III tat-Trattat Euratom huwa l-bażi legali għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien ambjentali fejn tkun involuta l-attività nukleari. Huwa importanti ħafna li t-test isir konformi billi jkun speċifikat li t-Trattat Euratom jibqa’ l-bażi għal kwistjonijiet marbuta ma' l-attività nukleari. Konsegwentement, kull ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja li jkun sar fuq il-bażi tat-Trattat, jekk joriġina mill-attività nukleari, irid jitqies illegali.

Emenda 13

Premessa 15

(15) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jiġi żgurat ħarsien ta' l-ambjent aktar effettiv, ma jistgħux jinkisbu b' mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta' sussidarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-għanijiet.

(15) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jiġi żgurat ħarsien ta' l-ambjent aktar effettiv, pereżempju permezz tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fuq skala kbira li tikkaġuna ħsara ambjentali kbira, ma jistgħux jintlaħqu b' mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk il-għanijiet.

Emenda 14

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabilixxi miżuri fir-rigward tal-liġi kriminali sabiex l-ambjent jiġi mħares b'mod aktar effettiv.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-liġi kriminali sabiex l-ambjent jitħares b'mod aktar effettiv. Tikkonċerna biss ir-responsabilità kriminali u hija bla ħsara għal-liġi Komunitarja jew nazzjonali, u għal kull regola li toħroġ minnha, fir-rigward tar-responsabilità ċivili għall-ħsara ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun żgurat li prosekuzzjoni kriminali ma tipprekludix fl-istess waqt l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabilità ambjentali, li tiffoka fuq it-tiswija tal-ħsara.

Emenda 15

Artikolu 2, punt a

(a) "illegali" tfisser ksur ta' leġiżlazzjoni jew liġi Komunitarja , regolament amministrattiv jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti fi Stat Membru li jkollhom l-għan tal-ħarsien ta' l-ambjent.

(a) illegali tfisser ksur ta’ att Komunitarju elenkat fl-Anness A ta’ din id-Direttiva jew ta’ liġi, regolament amministrattiv jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti fi Stat Membru maħsuba biex tkun trasposta l-leġiżlazzjoni Komunitarja.

 

Rigward l-attivitajiet koperti mit-Trattat Euratom, tfisser il-ksur ta’ kull att Komunitarju elenkat fl-Anness B ta’ din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Il-Kapitolu III tat-Trattat Euratom huwa l-bażi legali għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien ambjentali fejn tkun involuta l-attività nukleari. Huwa importanti ħafna li t-test isir konformi billi jkun speċifikat li t-Trattat Euratom jibqa’ l-bażi għal kwistjonijiet marbuta ma' l-attività nukleari. Konsegwentement, kull ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja li jkun sar fuq il-bażi tat-Trattat, jekk joriġina mill-attività nukleari, irid jitqies illegali.

Emenda 16

Artikolu 2, punt a a (ġdid)

(aa) "Speċijiet protetti ta’ fawna u flora slavaġ" tfisser:

 

(i) għar-reat imsemmi fl-Artikolu 3(g), dawk elenkati:

 

– fl-Anness IV għad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa1;

 

– fl-Anness I u msemmjia fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/409/KEE tal-Kunsill tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi2; u

 

(ii) għar-reat marbut mal-kummerċ imsemmi fl-Artikolu 3(ga), dawk elenkati:

 

– fl-Annessi A jew B għar-Regolament (KE) Nru 338/97 tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom3;

 

__________________________________

 

1 ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

 

2 ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

 

3 ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1332/2005 tal-Kummissjoni (ĠU L 215, 19.8.2005, p. 1).

Emenda 17

Artikolu 2, punt a b (ġdid)

(ab) “ħabitat f’post protett”, tfisser kull ħabitat ta’ speċijiet li għalihom zona hija kklassifikata bħala zona speċjali ta’ protezzjoni skond l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 79/409/KEE, jew kull ħabitat naturali jew ħabitat ta’ speċijiet li għalihom post jintgħażel bħala zona speċjali ta’ konservazzjoni skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

Emenda 18

Artikolu 2, punt b

(b) "persuna ġuridika" tfisser kull entità ġuridika li jkollha dan l-istatus taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli, għajr għall-Istati jew il-korpi l-oħra pubbliċi huma u jaġixxu fl-eżerċizzju tal-poteri sovrani tagħhom u għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

(b) persuna legali” tfisser kull entità legali li jkollha dan l-istatus skond il-liġijiet nazzjonali applikabbli, għajr għall-Istati jew il-korpi pubbliċi huma u jaġixxu fl-eżerċizzju tal-poteri sovrani tagħhom u għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni standard tat-terminu “persuna legali” fl-atti tal-KE; emenda editorjali.

Emenda 19

Artikolu 2, punt b

(b) "persuna ġuridika" tfisser kull entità ġuridika li jkollha dan l-istatus taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli, għajr għall-Istati jew il-korpi l-oħra pubbliċi huma u jaġixxu fl-eżerċizzju tal-poteri sovrani tagħhom u għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

(b) persuna legali” tfisser kull entità legali li jkollha dan l-istatus skond il-liġijiet nazzjonali applikabbli, għajr għall-Istati jew kull korp pubbliku ieħor huma u jaġixxu fl-eżerċizzju tal-prerogattiva tagħhom ta’ setgħa pubblika, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet imniżżla fid-Direttiva jridu jaqblu ma’ l-istess definizzjonijiet li jidhru f’direttivi oħra adottati mill-Parlament, u partikolarment fir-riżoluzzjoni P6_TA(2007) dwar id-dokument COM(2006)0168, adottata fil-25 ta' April 2007.

Emenda 20

Artikolu 3, parti introduttorja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta tkun twettqet b'mod intenzjonali jew ta' l-anqas b'negliġenza serja:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta tkun illegali u tkun twettqet b'mod intenzjonat jew ta' l-anqas b'negliġenza serja:

Emenda 21

Artikolu 3, punt a

(a) ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta' kwantità ta' materjali jew ta' radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma, li jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna;

imħassar

Emenda 22

Artikolu 3, punt b

(b) Ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni illegali ta' kwantità ta' materjali jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma li jikkawżaw, jew x'aktarx li jikkawżaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(b) ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta' kwantità ta' materjali jew radjazzjoni jonizzanti f’wiċċ id-dinja, jew fl-arja, fis-sodda tal-blat, fil-ħamrija jew fl-ilma li jikkawżaw, jew x'aktarx li jikkawżaw il-mewt jew feriti serji lil xi ħadd jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, tal-blat jew ta' l-ilma jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Ġustifikazzjoni

L-illegalità bħala karatteristika ta’ reat diġà ddaħħlet fil-parti introduttorja ta’ l-Artikolu u għalhekk, m’hemmx bżonn li titniżżel fil-punti individwali;

Id-dispożizzjoni tonqos milli ssemmi s-saff ta' barra nett tal-litosfera, fejn it-topografija (relief, esponiment) tinfluwenza b’mod dirett it-tixird tar-radjazzjoni jonizzanti u ta’ materjali oħra.

Emenda 23

Artikolu 3, punt c

(c) it-trattament illegali, nkluż ir-rimi u l-ħażna, it-trasport, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni illegali ta' l-iskart, inkluż l-iskart perikoluż, li jikkaġuna jew li x'aktarx jikkaġuna l-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(c) il-ġbir, it-trasport, l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart, inklużi s-sorveljanza ta’ ħidmiet bħal dawn kif ukoll il-manutenzjoni ta’ impjanti tar-rimi ta’ l-iskart, u inklużi l-prattiki f’idejn negozjanti u sensara (l-immaniġġjar ta’ l-iskart), li jikkaġunaw jew li x’aktarx jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil xi ħadd, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, tal-ħamrija, tal-blat jew ta’ l-ilma jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Ġustifikazzjoni

1. L-illegalità bħala karatteristika ta’ reat diġà ddaħħlet fil-parti introduttorja ta’ l-Artikolu u għalhekk, m’hemmx bżonn li titniżżel fil-punti individwali.

2. Definizzjoni legali tat-terminu ‘l-immaniġġjar ta’ l-iskart’, inkluża referenza għas-‘sorveljanza’, kif stipulat fid-Direttiva futura [.../.../KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart (COD/2005/0281).

Emenda 24

Artikolu 3, punt d

(d) il-tħaddim illegali ta' impjant li fih titwettaq attività perikoluża jew li fih jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi u li, barra mill-impjant jikkaġuna jew x'aktarx li jikkaġuna l-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(d) it-tħaddim ta' impjant li fih titwettaq attività perikoluża jew li fih jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi u li, barra mill-impjant tikkaġuna jew x'aktarx li tikkaġuna l-mewt jew feriti serji lil xi ħadd, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, tal-blat jew ta' l-ilma jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Ġustifikazzjoni

L-illegalità bħala karatteristika ta’ reat diġà ddaħħlet fil-parti introduttorja ta’ l-Artikolu u għalhekk, m’hemmx bżonn li titniżżel fil-punti individwali.

Emenda 25

Artikolu 3, punt e

(e) Il-ġarr illegali ta' skart kif definit fl-Artikolu 2(35) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal qligħ u fi kwantità li mhix negliġibbli, kemm jekk il-ġarr isir f'operazzjoni waħda kif ukoll f'diversi operazzjonijiet li jidhru konnessi;

(e) il-ġarr ta' skart, meta din l-attività taqa’ taħt l-Artikolu 2(35) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-qligħ u fi kwantità li mhix negliġibbli;

Ġustifikazzjoni

1. L-illegalità bħala karatteristika ta’ reat diġà ddaħħlet fil-parti introduttorja ta’ l-Artikolu u għalhekk, m’hemmx bżonn li titniżżel fil-punti individwali.

2. Definizzjoni standard skond it-terminoloġija tal-liġi Ewropea dwar l-iskart.

3. Il-klawżola mħassra ma fiha xejn ġdid jew rilevanti mil-lat regolatorju u għalhekk m’hijiex meħtieġa.

Emenda 26

Artikolu 3, punt f

(f) il-fabbrikazzjoni, it-trattament, il-ħażna, l-użu, t-trasport, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni illegali ta' materjali nukleari jew ta' sustanzi radjoattivi oħra perikolużi, li jikkaġunaw jew li x'aktarx jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(f) il-fabbrikazzjoni, it-trattament, il-ħażna, l-użu, it-trasport, il-bejgħ u d-distribuzzjoni kif ukoll l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' materjali nukleari jew ta' sustanzi radjuattivi oħra perikolużi, li jikkaġunaw jew li x'aktarx jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil xi ħadd, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tas-sodda tal-blat, tal-ħamrija jew ta' l-ilma jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tonqos milli tkopri l-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ materjali perikolużi.

1. L-illegalità bħala karatteristika ta’ reat diġà ddaħħlet fil-parti introduttorja ta’ l-Artikolu u għalhekk, m’hemmx bżonn li titniżżel fil-punti individwali.

2. Emenda editorjali.

Emenda 27

Artikolu 3, punt g

(g) il-pussess, it-teħid, il-ħsara, il-qtil jew il-kummerċ illegali ta', jew ta' kampjuni ta', speċji protetti tal-fawna u flora selvaġġi jew ta' partijiet jew tnissil tagħhom;

(g) il-pussess, it-teħid, il-ħsara, l-ipproċessar jew il-qtil ta' kampjuni ta' speċijiet protetti ta’ fawna u flora selvaġġi jew ta' partijiet jew prodotti tagħhom u l-qtil jew il-qerda ta' kampjuni bħal dawn, ħlief f’każijiet meta l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ dawk il-kampjuni u meta jkollha impatt negliġibbli fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċijiet;

Emenda 28

Artikolu 3, punt g a (ġdid)

(ga) il-kummerċ ta’ kampjuni ta’ speċijiet protetti ta’ flora u fawna selvaġġi jew ta’ partijiet jew prodotti tagħhom, ħlief f’każijiet meta l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ dawk il-kampjuni u meta jkollha impatt negliġibbli fuq l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċijiet;

Emenda 29

Artikolu 3, punt h a (ġdid)

(ha) id-deterjorament sinifikanti ta’ ħabitat f’post protett minħabba x-xogħol tal-bini, it-tneħħija ta' ġebel, id-deforestazzjoni, ix-xogħol ta' tħaffir u ta' tħawwil, u l-ħruq intenzjonat jew kull att serju paragunabbli;

Emenda 30

Artikolu 3, punt i

(i) il-kummerċ illegali f'sustanzi li jnaqqsu l-ożonu jew l-użu illegali tagħhom.

(i) il-kummerċ, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq, id-distribuzzjoni jew l-użu ta' sustanzi li jfaqqru s-saff ta’ l-ożonu.

Emenda 31

Artikolu 4

Il-parteċipazzjoni u l-istigazzjoni

L-istigazzjoni u l-għajnuna u l-kompliċità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni fl-imġiba referita fl-Artikolu 3 jew l-istigazzjoni tagħha jikkostitwixxu reat kriminali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istigazzjoni ta’ l-imġiba intenzjonata msemmija fl-Artikolu 3, kif ukoll l-għajnuna li tingħata u l-kompliċità fiha, isiru reati li jistgħu jkunu kkastigati.

Ġustifikazzjoni

1. L-istigazzjoni u l-għajnuna u l-kompliċità japplikaw biss meta r-reati jitwettqu intenzjonalment.

2. Emenda editorjali.

Emenda 32

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati referiti fl-Artikoli 3 u 4 jkun ikkastigat b'sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa biex ikun żgurat li t-twettiq tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jkun ikkastigat b'sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (h) jkun ikkastigat b'massimu ta' mill-inqas bejn sena u tliet snin ta' priġunerija meta r-reat jitwettaq b'negliġenza serja u jikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lill-ħamrija, l-ilma, l-annimali jew l-pjanti.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati li ġejjin ikun ikkastigat b'massimu ta' mill-inqas bejn sentejn u ħames snin ta' priġunerija:

 

(a) ir-reat referit fl-Artikolu 3(a), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'negliġenza serja;

 

(b) ir-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (f), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'negliġenza serja u jikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil xi persuna;

 

(c) ir-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (h) fejn ir-reat jiġi mwettaq b'mod intenzjonali u jikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lill-ħamrija, l-annimali jew l-pjanti;

 

(d) ir-reati referiti fl-Artikolu 3, fejn ir-reat jiġi mwettaq fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni ta' Qafas [… dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata]

 

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati li ġejjin ikun ikkastigat b'massimu ta' mill-inqas bejn ħames snin u għaxar snin ta' priġunerija:

 

(a) ir-reat referit fl-Artikolu 3 (a), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'mod intenzjonali;

 

(b) ir-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (f), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'mod intenzjonali u jikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil xi persuna;

 

5. Mas-sanzjonijiet kriminali previsti f'dan l-Artikolu jistgħu jiżdiedu sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari:

 

(a) l-iskwalifika ta' persuna naturali milli jingaġġa f'attività li teħtieġ awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni uffiċjali, jew it-twaqqif, il-ġestjoni jew id-direzzjoni ta' kumpanija jew fondazzjoni, meta l-fatti li jkunu wasslu għall-kundanna tiegħu juru riskju ovvju illi tista' terga' tiġi segwita l-istess tip ta' attività kriminali;

 

(b) il-pubblikazzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjali fir-rigward ta' kundanna jew ta' xi sanzjonijiet jew ta' miżuri applikati;

 

(c) l-obbligu li l-ambjent jiġi restitwit.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda editorjali.

Bħala konsegwenza tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Ottubru 2007 (C‑440/05), sentenza li tgħid li l-għażla tat-tip u tal-livell ta’ pieni kriminali li jkunu applikati m’hijiex parti mill-kamp ta’ kompetenza tal-Komunità (ara l-paragrafu 70).

Emenda 33

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi persuna ġuridika li tkun miżmuma responsabbli għal reat skond l-Artikolu 6 tiġi kkastigata b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew multi mhux kriminali.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ikun żgurat illi persuna legali li titqies responsabbli għal reat skond l-Artikolu 6 tiġi kkastigata b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2. Il-multi previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

 

(a) ta' massimu ta' mill-inqas bejn EUR 300 000 u EUR 500 000 f'każi fejn reat referit fl-Artikolu 3 (b) sa (h) jiġi mwettaq b'negliġenza serja u jikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lil-ħamrija, lill-ilma, lill-annimali jew lil-pjanti.

 

(b) ta' massimu ta' mill-inqas bejn EUR 500 000 u EUR 750 000 f'każi fejn:

 

(i) Ir-reat referit fl-Artikolu 3 (a) jiġi mwettaq b'negliġenza serja, jew

 

(ii) reat referit fl-Artikolu 3 (b) sa (h):

 

- tiġi mwettqa b'negliġenza serja u tikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil persuna, jew

 

- tiġi mwettqa b'mod intenzjonali u tikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lil-ħamrija jew lill-ilma jew lill-annimali jew lil-pjanti, jew

 

(iii) reat referit fl-Artikolu 3 jiġi mwettaq b'mod intenzjonali fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni ta' Qafas [… dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata];

 

(c) ta' massimu ta' mill-inqas bejn EUR 750 000 u EUR 1 500 000 f'każi fejn:

 

(i) reat referit fl-Artikolu 3 (a) jiġi mwettaq b'mod intenzjonali, jew

 

(ii) reat referit fl-Artikolu 3 (b) sa (f) jiġi mwettaq b'mod intenzjonali u jikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil xi persuna.

 

L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema li permezz tagħha il-multa tkun proporzjonata mal-fatturat tal-persuna ġuridika, mal-vantaġġ finanzjarju miksub jew previst bit-twettiq tar-reat, jew ma' kwalunkwe valur ieħor li jindika s-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna ġuridika, sakemm din is-sistema tkun tippermetti multi massimi, li jkunu mill-inqas ekwivalenti għall-minimu tal-multi massimi. L-Istati Membri li jimplimentaw din id-Direttiva skond sistema bħal din għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni li bi ħsiebhom jagħmlu hekk.

 

3. L-Istati Membri li fihom ma gietx adottata l-Euro għandhom japplikaw ir-rata ta' kambju bejn l-Euro u l-valuta tagħhom kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-[…].

 

4. Mas-sanzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu jistgħu jiżdiedu sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari:

 

(a) l-obbligu li l-ambjent jiġi restitwit;

 

(b) l-esklużjoni mill-intitolament għal benefiċċji jew għajnuna pubbliċi;

 

(c) l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet industrijali jew kummerċjali;

 

(d) it-tqegħid taħt sorveljanza ġudizzjarja;

 

(e) ordni ġudizzjali għal stralċ;

 

(f) l-obbligu li jiġu adottati miżuri speċifiċi sabiex jiġu eliminati l-konsegwenzi tal-kondotta bħal dik li fuqha kienet imsejsa r-responsabbiltà kriminali;

 

(g) il-pubblikazzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjali fir-rigward ta' kundanna jew ta' xi sanzjonijiet jew ta' miżuri applikati.

 

Ġustifikazzjoni

1. Emenda editorjali.

2. Bħala konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Ottubru 2007 (C‑440/05), paragrafu 66.

Bħala konsegwenza tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Ottubru 2007 (C‑440/05), sentenza li tgħid li l-għażla tat-tip u tal-livell ta’ pieni kriminali li jkunu applikati m’hijiex parti mill-kamp ta’ kompetenza tal-Komunità (ara l-paragrafu 70).

Emenda 34

Artikolu 8

Artikolu 8

imħassar

Ir-rappurtaġġ

 

Sa mhux aktar tard minn ... ,u kull tliet snien minn dakinhar, l-Istati Membri għandhom jgħaddu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fil-forma ta' rapport.

 

Fuq il-bażi ta' dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Il-liġi Komunitarja hija differenti minn oqsma oħra fit-tielet pilastru sal-punt li l-Kummissjoni tista’ tuża l-mezzi xierqa sabiex tiżgura li l-leġiżlazzjoni titħares. Għalhekk l-obbligu tar-rappurtaġġ huwa miżura burokratika li m’hijiex meħtieġa.

Emenda 35

Artikolu 8 a (ġdid)

Artikolu 8a

 

Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida

 

Kull meta tkun adottata leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, għandha tispeċifika meta jkun xieraq li l-Annessi għal din id-Direttiva jridu jkunu emendati.

Emenda 36

Artikolu 9, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn […]. Għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn […].

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni mħassra għandha tkun inkorporata fi premessa. Id-dettalji m'humiex meħtieġa.

Emenda 37

Anness A (ġdid)

Anness A

 

LISTA TA’ LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA LI L-KSUR TAGĦHA JIKKOSTITWIXXI MĠIBA ILLEGALI SKOND IT-TIFSIRA TA’ L-ARTIKOLU 2(a) TA’ DIN ID-DIRETTIVA

 

- Id-Direttiva 70/220/KEE tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi b’mutur positive-ignition (se tkun irrevokata mit-2 ta’ Jannar 2013 bir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

 

- Id-Direttiva 72/306/KEE tal-Kunsill tat-2 ta’ Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni diesel għall-użu fil-vetturi (se tkun irrevokata mit-2 ta’ Jannar 2013 bir-Regolament (KE) Nru 715/2007);

 

- Id-Direttiva 75/439/KEE tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta’ żejt użat;

 

- Id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (se tkun irrevokata u sostitwita b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2009 bir-Regolament REACH (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill));

 

- Id-Direttiva 77/537/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija;

 

- Id-Direttiva 78/176/KEE tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1978 dwar l-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju;

 

- Id-Direttiva 79/117/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi;

 

- Id-Direttiva 79/409/KEE tal-Kunsill tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi;

 

- Ir-Regolament (KEE) Nru 348/81 ta’ l-20 ta’ Jannar 1981 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti miċ-ċetaċji;

 

- Id-Direttiva 82/176/KEE tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1982 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta’ merkurju mill-industrija ta’ l-elettrożi tal-kloruri alkalini (revoka proposta);

 

- Id-Direttiva 83/513/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 1983 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariku tal-kadmju (revoka proposta);

 

- Id-Direttiva 84/156/KEE tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-ħruġ ta’ merkurju minn setturi għajr l-industrija ta’ elettroliżi chlor-alkali (revoka proposta);

 

- Id-Direttiva 84/491/KEE tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-ħruġ ta’ hexachlorocyclohexane (revoka proposta);

 

- Id-Direttiva 86/278/KEE tal-Kunsill tat-12 ta Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura;

 

- Id-Direttiva 86/280/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-ħruġ ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/464/KEE (revoka proposta);

 

- Id-Direttiva 90/219/KEE tal-Kunsill tat-23 ta’ April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament;

 

- Id-Direttiva 91/271/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi;

 

- Id-Direttiva 91/414/KEE tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

 

- Id-Direttiva 91/689/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż;

 

- Id-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi;

 

- Id-Direttiva 92/112/KEE tal-Kunsill tal-15 Diċembru 1992 dwar proċeduri għall-armonizzar tal-programmi għat-tnaqqis u l-eliminazzjoni eventwali ta’ tniġġis ikkawżat mill-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju;

 

- Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz;

 

- Id-Direttiva 96/59/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT);

 

- Id-Direttiva 96/82/KE tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi;

 

- Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq;

 

- Ir-Regolamnet (KE) Nru 338/97 tal-Kunsill (KE) tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom;

 

- Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali;

 

- Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE;

 

- Id-Direttiva 1999/13/KE tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta' taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u installazzjonijiet;

 

- Id-Direttiva 1999/31/KE tal-Kunsill tas-26 ta’April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma;

 

- Id-Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE;

 

- Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw;

 

- Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija;

 

- Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma;

 

- Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart;

 

- Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu;

 

- Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE;

 

- Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti pollutanti fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni;

 

- Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE);

 

- Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE;

 

- Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi;

 

- Id-Direttiva 2005/78/KE tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Novembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi u li temenda l-Annessi I, II, III, IV u VI tagħha;

 

 

 

- Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità;

 

- Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart;

 

- Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE;

 

- Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE;

 

- Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE;

 

- Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament;

 

- Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta' skart;

 

- Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (se jirrevoka d-Direttiva 70/220/KEE b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013);

 

- Ir-Regolament (KE) Nru 1418/2007 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar l-esportazzjoni għall-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni ta’ l-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ l-iskart ma tapplikax.

Emenda 38

Anness B (ġdid)

Anness B

 

LISTA TA’ LIĠIJIET KOMUNITARJI LI L-KSUR TAGĦHOM JIKKOSTITWIXXI MĠIBA ILLEGALI SKOND IT-TIFSIRA TAT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-PUNT (A) TA’ L-ARTIKOLU 2 TA’ DIN ID-DIRETTIVA, FIR-RIGWARD TA’ L-ATTIVITAJIET NUKLEARI

 

- Id-Deċiżjoni 87/600/Euratom tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika;

- Id-Direttiva 96/29/Euratom tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti;

- Id-Direttiva 2003/122/Euratom tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontroll ta' sorsi radjuattivi siġillati ta' attività għolja;

- Id-Direttiva 2006/117/Euratom tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi ta' skart radjuattiv u ta' kombustibbli nukleari eżawrit.

 

 

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-Kapitolu III tat-Trattat Euratom huwa l-bażi legali għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien ambjentali fejn tkun involuta l-attività nukleari. Huwa importanti ħafna li t-test isir konformi billi jkun speċifikat li t-Trattat Euratom jibqa’ l-bażi għal kwistjonijiet marbuta ma' l-attività nukleari. Konsegwentement, kull ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja li jkun sar fuq il-bażi tat-Trattat, jekk joriġina mill-attività nukleari, irid jitqies illegali.


NOTA SPJEGATTIVA

I.         Kuntest ġenerali

Il-kuntest ta’ l-abbozz tad-Direttiva huwa spjegat fid-dettall fil-punt I tad-dokument ta’ ħidma tar-rapporteur tat-12 ta’ Ġunju 2007, dokument li diġà ntbagħat lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali.

II.       Is-sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Ottubru 2007

Fis-sentenza li qatgħet fit-23 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża C-440/05 (Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill: Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill biex jissaħħaħ il-qafas tal-liġi kriminali għall-infurzar tal-liġi kontra t-tniġġis ikkawżat minn vapuri), il-Qorti tal-Ġustizzja stipulat b’mod espliċitu għall-ewwel darba li d-deċiżjoni dwar it-tip u l-livell ta’ pieni kriminali li għandhom ikunu applikati m’hijiex kwistjoni li tagħmel parti mill-kamp ta’ kompetenza tal-Komunità. Il-proposta tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2007 għal direttiva dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali (COM(2007)0051) tmur kontra dik is-sentenza u għalhekk għandha tkun ikkoreġuta kif u fejn meħtieġ.

III.      L-abbozz ta’ rapport tal-Kumitat

Fil-qosor, ir-rapporteur jipproponi lill-membri tal-Kumitat li l-abbozz tal-Kummissjoni jiġi emendat kif ġej:

1. Is-sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Ottubru 2007 għandha tiddaħħal fl-Artikoli 5 u 7. Ladarba, skond is-sentenza, m’huwiex il-kompitu tal-Komunità li tiddeċiedi dwar it-tip u l-livell ta’ pieni kriminali li għandhom ikunu applikati, il-paragrafu 2 u l-paragrafi kollha ta’ wara għandhom jitħassru fiż-żewġ każijiet.

2. Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ċċarati jew għandhom jitfissru aħjar sabiex tkun iggarantita l-eżattezza xierqa. Il-kelma ‘illegali’ għandha titfisser b’mod iktar preċiż. F’dan il-każ tinħoloq kompetenza anċillari. Jingħataw definizzjonijiet iktar kompleti għal ‘speċijiet protetti ta’ flora u fawna selvaġġi’ u għal ‘ħabitat protett’.

3. Rigward ir-reati msemmija fl-Artikolu 3, l-atti intenzjonati u l-atti ta’ negliġenza kbira għandhom jitqiesu separatament. Dan jikkorrispondi ma’ l-istruttura tad-Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/667/JHA tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2005. Fir-rigward ta’ l-elementi individwali tar-reati, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-ħtieġa għal ċertezza u eżattezza legali fit-tfassil tal-liġi, jeħtieġ li jiddaħħlu għadd ta' dettalji, u l-aġġustamenti meħtieġa għandhom isiru sabiex il-liġi tkun aktar reċenti.

4. L-obbligi ta’ rappurtaġġ li l-Kummissjoni qed tipproponi li jiġu imposti fuq l-Istati Membri huma burokratiċi u f’dan il-każ m’humiex meħtieġa, ladarba għall-għanijiet tal-liġi Komunitarja, kuntrarju għall-pożizzjoni dwar it-tielet pilastru tat-Trattati Ewropej, jeżistu l-mezzi xierqa biex tkun żgurata l-konformità.

*****


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (*) (27.2.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

(COM(2007)0051 – C6‑0063/2007 – 2007/0022(COD))

Rapporteur għal opinjoni: (*) Dan Jørgensen

(*) Proċedura b’kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-isfond ġenerali:

Fl-1998, il-Kunsill għall-ewwel darba laħaq ftehim biex tittieħed azzjoni dwar il-ħarsien ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali, u wara d-diskussjoni u d-deċiżjonijiet li ttieħdu dak iż-żmien, il-Kummissjoni adottat proposta għal direttiva fl-2001 u l-Parlament adotta rapport fl-ewwel qari fl-2002.

Il-punt ewlieni kien li tkun żgurata applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-Komunità billi jiġi definit sett komuni minimu ta' reati. Il-Kunsill, madanakollu ma ddiskutiex il-proposti tal-Parlament u tal-Kummissjoni iżda minflok adotta deċiżjoni ta' qafas f'Jannar 2003 bbażata fuq it-tielet pilastru (Trattat UE).

Din id-deċiżjoni ta' qafas kienet annullata mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba li nstab li l-għan ewlieni ta' din id-deċiżjoni kien il-ħarsien ta' l-ambjent - u li dan jista' u għandu jsir billi jkun applikat l-Artikolu 175 tat-Trattat KE (li huwa l-ewwel pilastru).

Ir-riżultat kien in-nuqqas ta' leġiżlazzjoni jew regolamentazzjoni f'dan il-qasam minħabba li l-Kunsill kien adotta deċiżjoni tat-tielet pilastru li kienet annullata mill-Qorti filwaqt li ma kienet stabbilita l-ebda deċiżjoni ta' l-ewwel pilastru.

Għalhekk, kemm il-Parlament kif ukoll il-Kummissjoni qablu dwar il-ħtieġa tal-proposta ġdida li tressqet is-sena li għaddiet (COM(2007)0051).

Il-proposta:

Iż-żewġ partijiet l-aktar essenzjali u kontroversjali tal-proposta attwali tal-Kummissjoni għandhom l-għan li (1) jistabbilixxu sett standard ta' reati li għandhom jiġu kkastigati b'sanzjonijiet kriminali mill-Istati Membri kollha, u (2) jiġu standardizzati jew approssimati sanzjonijiet b'mod partikolari kontra reati kriminali serji kontra l-ambjent billi jiġi miftiehem qafas komuni.

Dawn il-miżuri tqiesu meħtieġa biex ikun żgurat ħarsien effettiv ta' l-ambjent u biex ikunu żgurati l-infurzar u l-implimentazzjoni uniformi u ġusti fil-Komunità kollha.

Reċentement, madanakollu, il-Qorti li kienet qed tisma' l-każ tat-tniġġis tal-vapur (sentenza tat-23 ta' Ottubru 2007 fil-każ C-440/05) żiedet il-pressjoni speċifikament fuq id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5 u 7 tal-proposta attwali dwar l-approssimazzjoni ta' sanzjonijiet dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi rispettivament.

L-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent:

Ir-rapporteur għal opinjoni jqis li l-qafas imressaq mill-Kummissjoni huwa tajjeb biżżejjed biex l-ambjent jitħares b'mod effettiv u biex ikunu żgurati l-infurzar u l-implimentazzjoni uniformi u ġusti fil-Komunità kollha.

Għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni ma titħassarx jew ma tiġix emendata fir-rigward ta' dawn il-punti partikolari.

Rigward ir-reati, ir-rapporteur għal opinjoni jixtieq isaħħaħ il-kliem u t-tifsira ta' ċerti aspetti speċifiċi.

Il-ħarsien ta' l-ambjenti naturali għandu jkun prijorità ewlenija iżda l-proposti tal-Kummissjoni kienu kkritikati mill-Istati Membri minħabba li ma kinux ċari u għalhekk ir-rapporteur għal opinjoni ppropona emenda biex ikun iċċarat u definit eżattament x'wieħed jifhem b'"ambjenti naturali protetti".

Barra minn hekk, ir-rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi li tiġi enfasizzata r-responsabilità tal-manifatturi, l-esportaturi, l-importaturi, it-trasportaturi eċċ.

F'każijiet fejn hemm provi li l-prodott jew is-sustanza ta' periklu x'aktarx li se jikkawżaw il-mewt ta' persuni jew feriti serji lil persuni jew li x'aktarx se jikkawżaw ħsara konsiderevoli lill-ambjent, skond din id-Direttiva, il-bejgħ, il-ħażna jew xi attività simili, għandhom jitqiesu bħala reat.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jiġi ċċarat l-obbligu ta' l-Istati Membri li dawn jiżguraw biżżejjed riżorsi, staff u taħriġ biex fil-fatt tonqos il-kriminalità ambjentali permezz ta' l-approċċ il-ġdid kif imfisser f'din id-Direttiva.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)

 

 

Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 5

(5) L-impożizzjoni ta' sanzjonijiet tiġi fdata f'idejn awtoritajiet ġudizzjarji, minflok f'idejn awtoritajiet amministrattivi, r-responsabbiltà għall-investigazzjoni u l-infurzar tal-ħarsien tar-regolamenti dwar l-ambjent taqa' fuq awtoritajiet li huma indipendenti minn dawk li joħorġu liċenzji ta' utilizzazzjoni u awtorizzazzjonijiet.

(5) Jekk l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet tiġi fdata f'idejn awtoritajiet ġudizzjarji, minflok f'idejn awtoritajiet amministrattivi, ir-responsabiltà għall-investigazzjoni u l-infurzar tal-ħarsien tar-regolamenti dwar l-ambjent taqa' fuq l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li fih issir il-ħsara ġeoloġika li tikkostitwixxi reat kriminali u li huma indipendenti minn dawk li joħorġu liċenzji ta' utilizzazzjoni u awtorizzazzjonijiet għall-emissjoni u r-rimi.

Ġustifikazzjoni

Din hija importanti għall-post li fih jitressqu l-proċeduri għad-danni ambjentali jew għal reat magħmul intenzjonalment li jikkawża l-mewt jew feriti serji. Minħabba l-fatt li s-sustanzi li jniġġsu ġeneralment jinġarru minn fruntiera għal oħra, l-awtoritajiet li jkunu l-iżjed adattati biex jinvestigaw il-kwistjoni u jimponu s-sanzjonijiet m'humiex l-awtoritajiet kompetenti ta' l-istat li fih tkun oriġinat il-ħsara, iżda dawk ta' l-istat li fih tkun ġiet ikkaġunata l-ħsara lill-ambjent u lis-saħħa pubblika.

Emenda 2

Premessa 6

(6) Sabiex jinkiseb ħarsien ta' l-ambjent effettiv, hemm bzonn partikulari ta' sanzjonijiet aktar dissważivi għal attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, li tipikament jikkaġunaw jew aktarx li jikkaġunaw ħsara sostanzjali fl-arja, inkluż l-istratosfera, l-ħamrija, l-ilma, l-annimali jew il-pjanti, inkluż lil-konservazzjoni ta' l-ispeċi.

(6) Sabiex jinkiseb ħarsien ta' l-ambjent effettiv, hemm bżonn partikulari ta' sanzjonijiet aktar dissważivi għal attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, li tipikament jikkaġunaw jew aktarx li jikkaġunaw ħsara sostanzjali fil-pajsaġġ, fl-arja, inkluża l-istratosfera, fis-sodda tal-blat, fil-ħamrija, fl-ilma, lill-annimali jew lill-pjanti, anke lill-konservazzjoni ta' l-ispeċi.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward ta’ l-attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, m’hemm l-ebda referenza għas-sodda tal-blat (il-litosfera). Il-ħamrija (fejn hemm minnha) hija sempliċement il-qoxra ta’ barra – mhux iżjed fonda minn metru u nofs – li tifforma fuq il-blat oriġinali.

Miżbliet u ħażniet ta’ skart (li jista’ jkun fihom skart perikoluż jew radjuattiv) jistgħu jinstabu f’mini antiki jew f'barrieri antiki (u għalhekk fis-sodda tal-blat stess).

Ix-xogħol fil-minjieri tat-tip ‘open-cast’ jista’ jħarbat l-ekosistemi ta’ l-art u jikkawża ħsara kbira.

Emenda 3

Premessa 7

(7) In-nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligu ġuridiku li tittieħed azzjoni jista' jkollu l-istess effett bħal imġieba attiva u għalhekk għandu jiġi soġġett għal sanzjonijiet xierqa, ukoll.

(7) In-nuqqas ta' ħarsien ta' l-obbligu ġuridiku li tittieħed azzjoni jista' jkollu konsegwenzi li huma daqs jew iżjed serji minn dawk ikkaġunati minn imġiba attiva u għalhekk għandu jiġi soġġett għal sanzjonijiet xierqa, ukoll.

Emenda 4

Premessa 9

(9) Sabiex jinkiseb ħarsien ta' l-ambjent effettiv, il-parteċipazzjoni u l-istigazzjoni ta' dawn it-tip ta' attivitajiet għandu jitqies bħala reat kriminali wkoll.

(9) Sabiex jinkiseb ħarsien ta' l-ambjent effettiv, il-parteċipazzjoni f'dan it-tip ta' attivitajiet u l-istigazzjoni ta' dan it-tip ta' attivitajiet jew ta’ imġiba li, permezz ta’ azzjoni jew ommissjoni, tikkaġuna ħsara u/jew theddida ta’ ħsara ambjentali serja, għandhom jitqiesu bħala reati kriminali wkoll u, bil-għan li jitħares l-ambjent b'mod effettiv u skond il-prinċipji tal-prevenzjoni u l-prekawzjoni, l-istrumenti li bihom isiru reati għandhom ikunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ prekawzjoni ġenwini.

Emenda 5

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabilixxi miżuri fir-rigward tal-liġi kriminali sabiex l-ambjent jiġi mħares b'mod aktar effettiv.

Din id-Direttiva tistabilixxi miżuri fir-rigward tal-liġi kriminali sabiex l-ambjent jitħares b'mod aktar effettiv. Din tirrigwarda r-responsabilità kriminali biss u hija bla ħsara għal-liġi Komunitarja jew nazzjonali, u għal kwalunkwe regola li toħroġ minnha, fir-rigward tar-responsabilità ċivili għall-ħsara ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-prosekuzzjoni kriminali ma tipprekludix fl-istess waqt l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tar-responsabilità ambjentali, li tiffoka fuq it-tiswija tal-ħsara.

Emenda 6

Artikolu 2, punt (a)

(a) "illegali" tfisser ksur ta' leġiżlazzjoni jew liġi Komunitarja , regolament amministrattiv jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti fi Stat Membru li jkollhom l-għan tal-ħarsien ta' l-ambjent.

"illegali" tfisser ksur ta' leġiżlazzjoni jew liġi Komunitarja, regolament amministrattiv jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti fi Stat Membru li jkollhom l-għan tal-ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Ir-reati u s-sanzjonijiet ittrattati fl-Artikoli 3, 5 u 7 tal-proposta jkopru kwistjonijiet relatati ma' diversi aspetti tal-ħajja u tas-saħħa pubblika, kif ukoll ma' l-ambjent. L-Artikolu 7 jaħseb għal multi speċifiċi u kumpensi finanzjarji fir-rigward ta’ reati li jikkawżaw mewt jew feriti serji.

Emenda 7

Artikolu 2, punt (b)

(b) "persuna ġuridika" tfisser kull entità ġuridika li jkollha dan l-istatus taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli, għajr għall-Istati jew il-korpi l-oħra pubbliċi huma u jaġixxu fl-eżerċizzju tal-poteri sovrani tagħhom u għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

(b) ''persuna ġuridika'' tfisser kull entità ġuridika li jkollha dan l-istatus taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli, inklużi l-Istati jew il-korpi l-oħra pubbliċi huma u jaġixxu fl-eżerċizzju tal-poteri sovrani tagħhom u għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-korpi pubbliċi m’għandhomx ikunu eżentati milli jħarsu l-liġi ambjentali jew mir-responsabilità kriminali, kif stipulat f’din id-Direttiva.

Emenda 8

Artikolu 2, punt (b a) (ġdid)

 

(ba) "ambjent naturali protett" tfisser kwalunkwe nħawi identifikati bħala zona ta' protezzjoni speċjali skond l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 79/409/KEE jew bħala zona speċjali għall-konservazzjoni skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE.

Emenda 9

Artikolu 3, punt (a)

(a) ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta' kwantità ta' materjali jew ta' radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma, li jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna;

(a) ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta' kwantità ta' materjali jew ta' radjazzjoni jonizzanti fuq wiċċ id-dinja, fl-arja, fis-sodda tal-blat, fil-ħamrija jew fl-ilma, li jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna jew annimal;

Emenda 10

Artikolu 3, punt (b)

(b) Ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni illegali ta' kwantità ta' materjali jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma li jikkawżaw, jew x'aktarx li jikkawżaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(b) ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni illegali ta' kwantità ta' materjali jew radjazzjoni jonizzanti fuq wiċċ id-dinja, fl-arja, fis-sodda tal-blat, fil-ħamrija jew fl-ilma li jikkawżaw, jew x'aktarx li jikkawżaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, tal-blat, ta' l-ilma, kif ukoll lill-annimali jew lill-pjanti;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tonqos milli ssemmi s-saff ta' barra nett tal-litosfera, fejn it-topografija (relief, esponiment) tinfluwenza b’mod dirett it-tixird tar-radjazzjoni jonizzanti u ta’ materjali oħrajn.

Emenda 11

Artikolu 3, punt (c)

(c) it-trattament illegali, nkluż ir-rimi u l-ħażna, it-trasport, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni illegali ta' l-iskart, inkluż l-iskart perikoluż, li jikkaġuna jew li x'aktarx jikkaġuna l-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(c) it-trattament illegali, inklużi r-rimi u l-ħażna, it-trasport, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni illegali ta' l-iskart, inkluż l-iskart perikoluż, li jikkaġuna jew li x'aktarx jikkaġuna l-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, lis-sodda tal-blat, tal-ħamrija, ta' l-ilma, kif ukoll lill-annimali jew lill-pjanti;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward ta’ l-attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, m’hemm l-ebda referenza għas-sodda tal-blat (il-litosfera). Il-ħamrija (fejn hemm minnha) hija sempliċement il-qoxra ta’ barra – mhux iżjed fonda minn metru u nofs – li tifforma fuq il-blat oriġinali..

Miżbliet u ħażniet ta’ skart (li jista’ jkun fihom skart perikoluż jew radjuattiv) jistgħu jinstabu f’mini antiki jew f'barrieri antiki (u għalhekk fis-sodda tal-blat stess).

Emenda 12

Artikolu 3, punt (d)

(d) il-tħaddim illegali ta' impjant li fih titwettaq attività perikoluża jew li fih jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi u li, barra mill-impjant jikkaġuna jew x'aktarx li jikkaġuna l-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(d) l-operat irregolari, il-funzjonament ħażin minħabba att illegali, in-negliġenza, it-traskuraġni, in-nuqqas ta' ġudizzju jew in-nuqqas ta' manutenzjoni jew it-tħaddim illegali ta' impjant li fih titwettaq attività perikoluża jew li fih jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi u li, barra mill-impjant jikkaġuna jew x'aktarx li jikkaġuna l-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, kif ukoll lill-annimali jew lill-pjanti;

Emenda 13

Artikolu 3, punt (f)

il-fabbrikazzjoni, it-trattament, il-ħażna, l-użu, t-trasport, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni illegali ta' materjali nukleari jew ta' sustanzi radjoattivi oħra perikolużi, li jikkaġunaw jew li x'aktarx jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

(f) il-fabbrikazzjoni, it-trattament, il-ħażna, l-użu, t-trasport, il-bejgħ u d-distribuzzjoni u l-esportazzjoni jew l-importazzjoni illegali ta' materjali nukleari jew ta' sustanzi radjuattivi oħra perikolużi, li jikkaġunaw jew li x'aktarx jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tas-sodda tal-blat, tal-ħamrija, ta' l-ilma, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tonqos milli tkopri l-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ materjali perikolużi.

Emenda 14

Artikolu 3, punt (h)

(h) it-taħsir illegali u sinifikanti ta' abitat protett;

(h) kwalunkwe imġiba li tikkawża t-taħsir sinifikanti ta' ambjent naturali protett, anke permezz ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni, tneħħija ta’ ġebel, deforestazzjoni, xogħol ta' tħaffir u tħawwil, u ħruq;

Emenda 15

Artikolu 3, punt (i a) (ġdid)

 

(ia) il-manifattura, it-trattament, il-ħażna, l-użu, it-trasport, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta':

 

- organiżmi mmodifikati ġenetikament, ir-rilaxx tagħhom fl-ambjent, il-kummerċjalizzazzjoni ta' organiżmi bħal dawn u n-nuqqas li tinkixef evidenza ġdida dwar ir-riskji tagħhom;

 

- splussivi għal użu ċivili,

 

- materjali pirotekniċi,

 

- sustanzi kimiċi,

 

- bijoċidi u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti,

 

li jikkawżaw jew li x'aktarx li jikkawżaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma, kif ukoll lill-annimali jew lill-pjanti.

Emenda 16

Artikolu 3, punt (i b) (ġdid)

 

(ib) l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ njam jew ta' bijomassa miġbura illegalment;

Emenda 17

Artikolu 3, punt (i c) (ġdid)

 

(ic) il-pussess jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ mezzi tat-trasport bil-baħar li għandhom impatt negattiv kbir fuq l-ambjent li jkun ġie pprovat xjentifikament (inter alia l-pussess jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ vapuri ‘rustbucket’ b’buq wieħed).

Emenda 18

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni fl-imġiba referita fl-Artikolu 3 jew l-istigazzjoni tagħha jikkostitwixxu reat kriminali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni fl-imġiba msemmija fl-Artikolu 3 jew l-istigazzjoni tagħha titqies bħala reat u għandhom jiżguraw, b'mod ġenerali, li imġiba li, b'azzjoni jew b'omissjoni, tagħmel ħsara jew tista' tikkaġuna ħsara kbira lill-ambjent tikkostitwixxi reat ukoll.

Emenda 19

Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bil-għan li jitħares l-ambjent b'mod effettiv u skond il-prinċipji tal-prevenzjoni u l-prekawzjoni, l-istrumenti li bihom isir reat, kemm jekk ikunu theddida kif ukoll jekk jagħmlu xi ħsara, ikunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ prekawzjoni ġenwini (konfiska).

Emenda 20

Artikolu 5, paragrafu 5, punt (a)

(a) l-iskwalifika ta' persuna naturali milli jingaġġa f'attività li teħtieġ awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni uffiċjali, jew it-twaqqif, il-ġestjoni jew id-direzzjoni ta' kumpanija jew fondazzjoni, meta l-fatti li jkunu wasslu għall-kundanna tiegħu juru riskju ovvju illi tista' terga' tiġi segwita l-istess tip ta' attività kriminali;

(a) l-iskwalifika ta' persuna fiżika jew ta’ persuni fiżiċi milli jieħdu sehem f'attività li teħtieġ awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni uffiċjali, jew it-twaqqif, il-ġestjoni jew id-direzzjoni ta' kumpanija, koperattiva, assoċjazzjoni jew fondazzjoni, meta l-fatti li jkunu wasslu għall-kundanna tagħha jew tagħhom juru riskju ovvju illi tista' terga' ssir l-istess tip ta' attività kriminali;

Emenda 21

Artikolu 6, paragrafu 1, parti introduttorja

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jiġu miżmuma responsabbli għal reati riferiti fl-Artikolu 3 fejn dawn ir-reati jiġu mwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, hija u taġixxi jew individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, imsejsa fuq:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli – lil hinn mir-responsabilità ċivili – għal reati msemmija fl-Artikolu 3 fejn dawn ir-reati twettqu għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, hija u taġixxi jew individwalment jew bħala parti minn entità tal-persuna ġuridika, li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika jew li kellha pożizzjoni bħal din fiż-żmien meta twettaq ir-reat jew matul il-perjodu tan-negliġenza, imsejsa fuq:

Emenda 22

Artikolu 6, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabilità kriminali ta’ persuna ġuridika ma tiqafx meta l-persuna ġuridika ma tibqax teżisti, u li, meta ssir xi ħsara u/jew jinkixef it-twettiq tar-reat jew negliġenza, il-membri tal-persuna ġuridika li kienu membri tal-persuna ġuridka fiż-żmien tat-twettiq jew matul il-perjodu tar-reat jew tan-negliġenza, ikunu responsabbli skond il-liġi kriminali u ċivili.

Emenda 23

Artikolu 6, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli mill-atti msemmija hawn fuq ikunu pprojbiti, b’mod temporanju jew permanenti, milli jokkupaw karigi pubbliċi.

Emenda 24

Artikolu 7, paragrafu 4, parti introduttorja

4. Mas-sanzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu jistgħu jiżdiedu sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari:

4. Mas-sanzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu għandhom jiżdiedu, meta xieraq, sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari:

Emenda 25

Artikolu 7 a (ġdid)

 

Artikolu 7a

 

Miżuri ta' prekawzjoni

 

L-Istati Membri għandhom idaħħlu jew jibqgħu japplikaw miżuri xierqa ta’ prekawzjoni.

Emenda 26

Artikolu 9, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn […]. Għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn […]. Għandhom jiżguraw li s-servizzi rilevanti jkollhom biżżejjed staff u taħriġ li jippermettu lill-awtoritajiet jew lill-qrati biex jegħlbu l-isfida tat-tnaqqis sostanzjali tar-reati ambjentali. Għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħarsien ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2007)0051 – C6-0063/2007 – 2007/0022(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.3.2007

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

12.7.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Dan Jørgensen

24.5.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

19.12.2007

28.1.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

26.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Magor Imre Csibi, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Iles Braghetto, Kathalijne Maria Buitenweg, Philip Bushill-Matthews, Genowefa Grabowska, Jutta Haug, Erna Hennicot-Schoepges, Johannes Lebech, Jiří Maštálka, Alojz Peterle, Lambert van Nistelrooij

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (27.3.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

(COM(2007)0051 – C6‑0063/2007 – 2007/0022(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Luis Herrero-Tejedor

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni tal-kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jixtieq jissuġġerixxi r-rimarki li ġejjin lir-rapporteur tal-kumitat għall-Affarijiet Legali fir-rigward tal-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali(1).

Ir-rapporteur għal opinjoni huwa tal-fehma li, kemm jista' jkun, leġiżlazzjoni li tħares l-ambjent għandha tkun infurzata permezz ta' sanzjonijiet kriminali, minħabba li dawn ta' l-aħħar biss se jkollhom effett li hu dissważiv u deterrent biżżejjed.

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni tissostitwixxi l-Proposta għal Direttiva dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent Permezz tal-Liġi Kriminali (2001/0076(COD) sabiex tiġi implimentata s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) fl-hekk imsejjaħ 'każ ambjentali'(2), li permezz tagħha d-Deċiżjoni ta' Qafas 2003/80/JHA ġiet annullata. F'dan il-każ l-ECJ iddeċidiet li l-Komunità setgħet tieħu miżuri relatati mal-liġi kriminali ta' l-Istati Membri li l-Komunità tqis li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li r-regoli li jikkonċernaw il-ħarsien ambjentali jkunu effettivi b'mod sħiħ. Kien għaldaqstant neċessarju li tiġi rtirata l-proposta ta' l-2001 u li tiġi ppreżentata proposta ġdida. It-test il-ġdid jikkunsidra l-Artikoli 1-7 tad-Deċiżjoni ta' Qafas annullata hekk kif kellhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 175 Trattat KE minflok fuq il-bażi tat-Titolu VI TEU.

L-għan tagħha hu li tiżgura approssimazzjoni parzjali fir-rigward ta' vjolazzjonijiet serji ta' leġiżlazzjoni ambjentali li għandhom ikunu kkunsidrati reati kriminali fl-UE kollha. Dawn ir-reati għandhom ikunu kkastigati permezz ta' sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, u fl-aktar każijiet serji l-livell ta' sanzjonijiet ukoll huwa suġġett għal approssimazzjoni.

Dan l-aħħar, fit-23 ta' Ottubru 2007, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha fl-hekk imsejjaħ 'każ tat-tniġġis li ġej mill-vapuri'(3). F'dan il-każ l-ECJ ikkonfermat is-sentenza tagħha tat-13 ta' Settembru 2005 (il-każ ambjent). Dwar il-kwistjoni jekk il-Komunità kinitx kompetenti li tiddetermina t-tip u l-livell ta' penali kriminali li l-Istati Membri kienu meħtieġa li jistabbilixxu, madankollu, l-ECJ iddikjarat b'mod ċar li dan ma kienx kompetenza tal-Komunità(4). B'dispjaċir kbir tar-rapporteur għal opinjoni, l-ECJ ma tat l-ebda motivazzjoni għal din l-aħħar kwistjoni u għadu mhux ċar kif waslet għal din id-deċiżjoni. Speċjalment meta titqies il-loġika wara l-proposta (in-natura transkonfinali tar-reat ambjentali) dan il-punt huwa diżappuntanti. Ifisser li dawk li jiksru l-liġi xorta għadhom f'pożizzjoni li jisfruttaw għall-vantaġġ tagħhom id-differenzi eżistenti bejn il-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri (minħabba li l-livell tas-sanzjonijiet li huma applikati għal reati simili fl-Istati Membri differenti huma differenti ħafna) minħabba li milli jidher, kif inhuma l-affarijiet bħalissa, l-ebda approssimazzjoni tal-livell ta' penali fil-livell Komunitarju m'hu permess. Ir-rapporteur għal opinjoni għaldaqstant jaħseb li, sabiex l-ambjent jiġi mħares b'mod effettiv, l-approssimazzjoni tal-livell tas-sanzjonijiet hija ta' importanza fundamentali, u jiddispjaċih li l-ECJ ma tatx din il-fakultà lill-Komunità.

Wieħed għad irid jara x'jista' joffri t-Trattat ta' Liżbona (li probbabilment se jidħol fis-seħħ fl-2009) dwar dan il-punt, minħabba li mbagħad hemm prevista l-possibilità li jiġu stabbiliti regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet kriminali permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni(5).

Meta titqies in-natura transkonfinali tad-delitt ambjentali, sett stabbilit ta' standards minimi li jikkonċernaw id-delitt u s-sanzjonijiet ambjentali għandu jkun strument utli fiż-żamma ta' strateġija komprensiva u effettiva għall-ħarsien ambjentali.

Ir-rapporteur għal opinjoni għaldaqstant jagħti l-parir lir-rapporteur tal-kumitat għall-Affarijiet Legali biex jikkunsidra l-emendi li ġejjin:

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 11

11. Barra minn hekk, id-differenzi sinifikanti bejn is-sanzjonijiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri jeħtieġu li jkun previst, taħt ċerti ċirkustanzi, taqrib ta' dawk il-livelli li jikkorrispondi mas-serjetà tar-reat.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Meta titqies is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' Ottubru 2007, jaqbel li titħassar din il-premessa li ssemmi l-armonizzazzjoni tal-livelli tas-sanzjonijiet.

Emenda 2

Premessa 12

12. Dan it-taqrib hu partikularment importanti f'każi meta r-reati jkollhom riżultati serji jew meta r-reati jitwettqu fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali li għandhom rwol sinifikanti fir-reati kontra l-ambjent.

12. Il-fatt li jitwettaq dan il-ksur fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali għandu jitqies bħala ċirkostanza aggravanti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija koerenti ma' l-emenda li titlob it-tħassir tal-Premessa 11. Huwa, madankollu, mixtieq li jintalab li l-fatt li jitwettqu reati li jipperikolaw l-ambjent fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali jitqies bħala ċirkostanza aggravanti. Dan bl-ebda mod ma jipperikola l-poter ta' l-Istati Membri li jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet.

Emenda 3

Artikolu 3, punt (a)

(a) ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta' kwantità ta' materjali jew ta' radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma, li jikkaġunaw il-mewt jew feriti serji lil kwalunkwe persuna;

imħassra

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun issanzjonata bħala reat kriminali, imġiba partikulari għandha tkun neċessarjament kontra l-liġi (jiġifieri li tikser il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew xi liġi). Għaldaqstant, għandha tiġi eskluża l-possibilità li tiġi ssanzjonata b'mod kriminali mġiba li mhix kontra l-liġi.

Emenda 4

Artikolu 3, (h a) (ġdid)

 

(ha) l-introduzzjoni fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetifikament (GMOs) li mhumiex awtorizzati mill-Unjoni Ewropea;

Ġustifikazzjoni

Ir-riskji li l-GMOs joħolqu għall-bniedem u għall-ambjent għadhom mhumiex magħrufa ħafna. Għalhekk, l-ebda GMO m'għandu jiġi introdott fl-ambjent. Iżda jekk dan isir xorta waħda, għandu biss isir wara li dawn ikunu ġew awtorizzati mill-Unjoni Ewropea. L-introduzzjoni intenzjonali tal-GMOs mhux awtorizzati għandha titqies bħala reat.

Emenda 5

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni fl-imġiba referita fl-Artikolu 3 jew l-istigazzjoni tagħha jikkostitwixxu reat kriminali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni intenzjonata fl-imġiba msemmija fl-Artikolu 3 jew l-istigazzjoni tagħha jikkostitwixxu reat kriminali.

Ġustifikazzjoni

Minn perspettiva legali, il-parteċipazzjoni f'imġiba negliġenti jew l-istigazzjoni tagħha bilkemm tista' tkun ikkunsidrata reat kriminali. Il-parteċipazzjoni u l-istigazzjoni intenzjonati biss jistgħu jkunu kkunsidrati tali.

Emenda 6

Artikolu 5, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati referiti fl-Artikoli 3 u 4 jkun ikkastigat b'sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati referiti fl-Artikoli 3 u 4 jkun ikkastigat sistematikament b'sanzjonijiet ta' natura kriminali effettivi, proporzjonati u disważivi

Ġustifikazzjoni

Din il-formulazzjoni tippermetti li jiġi espress b'mod iktar ċar il-fatt li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom f'kull każ ikunu kkastigati b'sanzjonijiet kriminali, mingħajr madankollu ma tiġi eskluża l-possibilità għall-Istati Membri li jżidu sanzjonijiet supplimentari ta' natura oħra (ara emenda dwar l-Artikolu 5 (paragrafu 5)).

Emenda 7

Artikolu 5, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (h) jkun ikkastigat b'massimu ta' mill-inqas bejn sena u tliet snin ta' priġunerija meta r-reat jitwettaq b'negliġenza serja u jikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lill-ħamrija, l-ilma, l-annimali jew l-pjanti.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Fis-sentenza tagħha tat-23 ta' Ottubru 2007 (C-440/05, Kummissjoni v. Kunsill), l-ECJ ddikjarat b'mod ċar li "... fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tip u tal-livell tal-pieni kriminali li għandhom jiġu applikati ...din ma taqax fil-kompetenza tal-Komunità." Sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tkun konsistenti mas-sentenza, dawn il-paragrafi għandhom jitħassru.

Emenda 8

Artikolu 5, paragrafu 3

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati li ġejjin ikun ikkastigat b'massimu ta' mill-inqas bejn sentejn u ħames snin ta' priġunerija:

imħassra

(a) ir-reat referit fl-Artikolu 3(a), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'negliġenza serja;

 

(b) ir-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (f), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'negliġenza serja u jikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil xi persuna;

 

(c) ir-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (h) fejn ir-reat jiġi mwettaq b'mod intenzjonali u jikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lill-ħamrija, l-annimali jew l-pjanti;

 

(d) ir-reati referiti fl-Artikolu 3, fejn ir-reat jiġi mwettaq fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni ta' Qafas [… dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata]

 

Ġustifikazzjoni

Fis-sentenza tagħha tat-23 ta' Ottubru 2007 (C-440/05, Kummissjoni v. Kunsill), l-ECJ ddikjarat b'mod ċar li "... fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tip u tal-livell tal-pieni kriminali li għandhom jiġu applikati ...din ma taqax fil-kompetenza tal-Komunità." Sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tkun konsistenti mas-sentenza, dawn il-paragrafi għandhom jitħassru.

Emenda 9

Artikolu 5, paragrafu 4

4. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twettiq tar-reati li ġejjin ikun ikkastigat b'massimu ta' mill-inqas bejn ħames snin u għaxar snin ta' priġunerija:

imħassra

(a) ir-reat referit fl-Artikolu 3 (a), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'mod intenzjonali;

 

(b) ir-reati referiti fl-Artikolu 3 (b) sa (f), fejn ir-reat jiġi mwettaq b'mod intenzjonali u jikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil xi persuna;

 

Ġustifikazzjoni

Fis-sentenza tagħha tat-23 ta' Ottubru 2007 (C-440/05, Kummissjoni v. Kunsill), l-ECJ ddikjarat b'mod ċar li "... fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tip u tal-livell tal-pieni kriminali li għandhom jiġu applikati ...din ma taqax fil-kompetenza tal-Komunità." Sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tkun konsistenti mas-sentenza, dawn il-paragrafi għandhom jitħassru.

Emenda 10

Artikolu 5, paragrafu 5

5. Is-sanzjonijiet kriminali previsti f'dan l-Artikolu jistgħu jiżdiedu magħhom sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari:

5. Dawn is-sanzjonijiet kriminali jistgħu jiżdiedu sanzjonijiet jew miżuri supplimentari ta' natura amministrattiva jew ċivili.

(a) l-iskwalifika ta' persuna naturali milli jingaġġa f'attività li teħtieġ awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni uffiċjali, jew it-twaqqif, il-ġestjoni jew id-direzzjoni ta' kumpanija jew fondazzjoni, meta l-fatti li jkunu wasslu għall-kundanna tiegħu juru riskju ovvju illi tista' terga' tiġi segwita l-istess tip ta' attività kriminali;

(a) l-iskwalifika ta' persuna naturali milli tinvolvi ruħha f'attività li teħtieġ awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni uffiċjali, jew it-twaqqif, il-ġestjoni jew id-direzzjoni ta' kumpanija jew fondazzjoni, meta l-fatti li jkunu wasslu għall-kundanna tagħha juru riskju ovvju illi tista' terga' tiġi segwita l-istess tip ta' attività kriminali;

(b) il-pubblikazzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjali fir-rigward ta' kundanna jew ta' xi sanzjonijiet jew ta' miżuri applikati;

(b) il-pubblikazzjoni ta' deċiżjoni ġudizzjali fir-rigward ta' kundanna jew ta' xi sanzjonijiet jew ta' miżuri applikati;

(c) l-obbligu li l-ambjent jiġi restitwit.

(c) l-obbligu li l-ambjent jiġi restitwit.

Emenda 11

Artikolu 5, paragrafu 5a (ġdid)

 

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqabbid ta' reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 fi ħdan organizzazzjoni kriminali kif definita fid-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill [… u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (COM(2005)6)] għandha titqies bħala ċirkostanza aggravanti.

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li jintalab li l-fatt li jitwettqu reati li jipperikolaw l-ambjent fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali jitqies bħala ċirkostanza aggravanti. Dan bl-ebda mod ma jipperikola l-poter ta' l-Istati Membri li jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet.

Emenda 12

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Il-multi previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

imħassra

(a) ta' massimu ta' mill-inqas bejn EUR 300 000 u EUR 500 000 f'każi fejn reat referit fl-Artikolu 3 (b) sa (h) jiġi mwettaq b'negliġenza serja u jikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lil-ħamrija, lill-ilma, lill-annimali jew lil-pjanti.

 

(b) ta' massimu ta' mill-inqas bejn EUR 500 000 u EUR 750 000 f'każi fejn:

 

i) Ir-reat referit fl-Artikolu 3 (a) jiġi mwettaq b'negliġenza serja, jew

 

(ii)            reat referit fl-Artikolu 3 (b) sa (h):

 

- tiġi mwettqa b'negliġenza serja u tikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil persuna, jew

 

- tiġi mwettqa b'mod intenzjonali u tikkaġuna ħsara sostanzjali lill-arja, lil-ħamrija jew lill-ilma jew lill-annimali jew lil-pjanti, jew

 

(iii) reat referit fl-Artikolu 3 jiġi mwettaq b'mod intenzjonali fi ħdan is-sistema ta' organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni ta' Qafas [… dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata];

 

(c) ta' massimu ta' mill-inqas bejn EUR 750 000 u EUR 1 500 000 f'każi fejn:

 

(i) reat referit fl-Artikolu 3 (a) jiġi mwettaq b'mod intenzjonali, jew

 

(ii)           reat referit fl-Artikolu 3 (b) sa (f) jiġi mwettaq b'mod intenzjonali u jikkaġuna l-mewt ta' jew feriti serji lil xi persuna.

 

L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema li permezz tagħha il-multa tkun proporzjonata mal-fatturat tal-persuna ġuridika, mal-vantaġġ finanzjarju miksub jew previst bit-twettiq tar-reat, jew ma' kwalunkwe valur ieħor li jindika s-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna ġuridika, sakemm din is-sistema tkun tippermetti multi massimi, li jkunu mill-inqas ekwivalenti għall-minimu tal-multi massimi. L-Istati Membri li jimplimentaw din id-Direttiva skond sistema bħal din għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni li bi ħsiebhom jagħmlu hekk.

 

Ġustifikazzjoni

Fis-sentenza tagħha tat-23 ta' Ottubru 2007 (C-440/05, Kummissjoni v. Kunsill), l-ECJ ddikjarat b'mod ċar li "... fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tip u tal-livell tal-pieni kriminali li għandhom jiġu applikati ...din ma taqax fil-kompetenza tal-Komunità." Sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tkun konsistenti mas-sentenza, dawn il-paragrafi għandhom jitħassru.

Emenda 13

Artikolu 7, paragrafu 3

3. L-Istati Membri li fihom ma gietx adottata l-Euro għandhom japplikaw ir-rata ta' kambju bejn l-Euro u l-valuta tagħhom kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-[…].

imħassra

Ġustifikazzjoni

Fis-sentenza tagħha tat-23 ta' Ottubru 2007 (C-440/05, Kummissjoni v. Kunsill), l-ECJ ddikjarat b'mod ċar li "... fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tip u tal-livell tal-pieni kriminali li għandhom jiġu applikati ...din ma taqax fil-kompetenza tal-Komunità." Sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tkun konsistenti mas-sentenza, dawn il-paragrafi għandhom jitħassru.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħarsien ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2007)0051 – C6-0063/2007 – 2007/0022(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.3.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Luis Herrero-Tejedor

20.3.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

18.12.2007

26.3.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

26.3.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Giusto Catania, Carlos Coelho, Elly de Groen-Kouwenhoven, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Armando França, Urszula Gacek, Patrick Gaubert, Lilli Gruber, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Sarah Ludford, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Inger Segelström, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Anne Ferreira, Ignasi Guardans Cambó, Luis Herrero-Tejedor, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Jean Lambert, Jörg Leichtfried, Siiri Oviir, Nicolae Vlad Popa

(1)

COM(2007)0051 tad-9 ta' Frar 2007.

(2)

C-176/03, tat-13 ta' Settembru 2005.

(3)

C-440/05 (Kummissjoni v. Kunsill).

(4)

Paragrafu 70 tas-sentenza.

(5)

Artikolu 69 (f) paragrafu 2, għalkemm ir-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka (flimkien ma' Stati Membri oħrajn) se jkunu jistgħu jgħafsu l-'brejk ta' l-emerġenza' biex iwaqqfu l-adozzjoni ta' miżuri ta' liġi kriminali.


PROĊEDURA

Titolu

Il-ħarsien ta' l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2007)0051 – C6-0063/2007 – 2007/0022(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.2.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.3.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.3.2007

LIBE

15.3.2007

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.7.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Hartmut Nassauer

10.4.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

25.6.2007

26.2.2008

27.3.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

11

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Titus Corlăţean, Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Monica Frassoni, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Alain Lipietz, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Daniel Strož, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Bowles, Mogens Camre, Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Arlene McCarthy, Georgios Papastamkos, Michel Rocard, József Szájer, Jacques Toubon

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Rack

Avviż legali - Politika tal-privatezza