RAPPORT dwar il-Green Paper dwar żarmar aħjar ta' bastimenti
16.4.2008 - (2007/2279(INI))
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Johannes Blokland
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Green Paper dwar żarmar aħjar ta' bastimenti
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kif ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni, "Green Paper dwar żarmar aħjar tal-bastimenti" (COM(2007)0269),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat KE, li jistipulaw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ta' l-ambjent għandhom jiġu integrati fis-setturi differenti tal-politika u l-miżuri tal-Komunità sabiex issir promozzjoni ta' żvilupp ambjentali sostenibbli ta’ attività ekonomika,
- wara li kkunsidra l-Linjigwida ta’ l-ILO għal pajjiżi Ażjatiċi u t-Turkija dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fiż-Żarmar ta’ Vapuri, adottati f’Marzu 2004;
– wara li kkunsidra l-Artikolu 175 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar trasport bil-baħar ta’ skart[1] (minn issa ‘l quddiem riferuti bħala ‘Regolament ta’ Trasport bil-Baħar ta’ Skart’);
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu, li n-Nazzjonijiet Uniti approvat fit-22 ta’ Marzu 1989 bħala qafas għar-regolamentazzjoni ta' trasport bil-baħar internazzjonali ta' skart perikoluż,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0156/2008),
A. billi f’kosti varji ta’ l-Asja tan-Nofsinhar u postijiet oħra bastimenti enormi li kienu jbaħħru qed ikunu żarmati skond kundizzjonijiet tax-xogħol li jagħmlu ħsara lill-ambjent u bi trattament mhux uman; billi uħud minn dawn il-bastimenti joriġinaw mill-Unjoni Ewropea,
B. billi minħabba spejjeż ta’ xogħol baxxi ħafna, regolamenti ta' sigurtà totalment mhux adegwati, u l-assenza totali ta' regolament ambjentali applikabbli għaż-żarmar tal-vapuri, prezzijiet relattivament għolja għall-iskrapp jiġu offruti f'pajjiżi bħall-Bangladexx, l-Indja, il-Pakistan, li jipperswadu ħafna proprjetarji ta' bastimenti jagħżlu dwan il-pajjiżi,
C. billi, fi studju ta’ l-2000[2], il-Kummissjoni eżaminat l-ekonomija ta’ l-iskrappjar ta’ vapuri, iżda ma ħadet ebda azzjoni għaliex l-istudju qiesha bħala diffiċli ħafna biex ir-riċiklar ta' vapuri jkun vijabbli f'sens ekonomiku u fl-istess waqt jirrispetta standards anbjentali serji; billi din il-prijorità ta’ profitti fuq perjodu ta’ żmien qasir fuq il-ħajjiet umani u tniġġis ambjentali mhix aċċettabbli,
D. billi huwa ta’ dispjaċir li azzjoni possibbli tkun diskussa biss wara każi ta’ profil għoli, bħall-attentat tal-gvern Franċiż li jarmi l-vapur li kien iġorr l-ajruplani “Clémenceau” barra l-UE ħoloq għarfien pubbliku dwar din il-kwistjoni,
E. billi huwa possibbli li din is-sitwazzjoni tmur għal aktar agħar minħabba li fis-snin li ġejjin it-tankers kollha b’buq wieħed mhux se jibqgħu operattivi, b’numru massimu fl-2010, waqt li fl-istess ħin teżisti kapaċità mhux suffiċjenti ta’ żarmar fl-UE biex tindirizzahom, u b’hekk lanqas il-kapaċità ambjentali ta’ żarmar serja,
F. billi l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) qiegħda tfassal konvenzjoni biex issolvi din il-problema mad-dinja kollha; billi, madankollu, huwa antiċipat li jistgħu jgħaddu s-snin biex konvenzjoni ta’ l-IMO bħal din tiġi adottata, li wara dan jistgħu jgħaddu snin qabel tidħol fis-seħħ minħabba proċess ta' ratifika li jieħu t-tul,
G. billi t-tħassib politiku li jeżisti kemm f'pajjiżi industrijalizzati u li qed jiżviluppaw rigward il-kwantitajiet dejjem jiżdiedu ta' skart perikoluż li pajjiżi industrijalizzati esportaw lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw għal trattament fihom b'mod mhux ikkontrollat u perikoluż wassal għall-emenda ta' l-1995 tal-Konvenzjoni ta' Basel li tipprojbixxi b’mod strett it-trasferiment ta' skart perikoluż mill-pajjiżi ta' l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni Ekonomika u ta’ Żvilupp (OECD) għal pajjiżi li mhumiex membri fl-OECD, billi minkejja li din l-emenda ġiet inkorporata b’mod sħiħ fir-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar, b’dispjaċir hija għadha ma daħlitx fis-seħħ fil-livell internazzjonali;
H. billi huwa possibbli għal vapur li jsir skart kif definit fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Basel u fl-istess waqt jista’ jkun definit bħala vapur skond regoli internazzjonali oħra, u billi dan in-nuqqas huwa sfruttat b’mod sistematiku, li jwassal għal bosta vapuri ta’ l-UE jkunu skrappjati fl-Asja bi ksur sħiħ tal-projbizzjoni ta’ Basel u d-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu tar-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar,
I. billi l-Parlament minn qabel, fl-2003, stieden biex ikunu żviluppati linjigwida mill-Kummissjoni biex jindirizzaw dan in-nuqqas waqt ir-reviżjoni tar-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar, iżda l-Kunsill irrifjuta li jaċċetta dan, u minflok kienet posposta aktar azzjoni għall-ħidma konġunta mit-tliet entitajiet internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Basel, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-IMO) biex tistabbilixxi rekwiżiti obbligatorji fil-livell globali;
J. billi kull vapur li fih kwantitajiet sostanzjali ta’ sustanzi perikolużi jew mil-liema vapur dawn is-sustanzi ma tneħħewx b’mod xieraq skond il-formolazzjoni tal-Kodiċi ta’ l-Iskart CG 030 ta’ l-OECD u li skond l-elenkar tal-Konvenzjoni ta’ Basel huwa klassifikat bħala skart perikoluż, u għalhekk it-trasferiment ta’ bastiment bħal dan mill-UE għal pajjiż mhux ta’ l-OECD għal żarmar huwa projbit skond ir-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar, li inkorpora l-Konvenzjoni ta’ Basel f’liġi Komunitarja,
billi l-bastimenti li huma meqjusa bħala skart perikoluż għandhom jiġu żarmati skond kundizzjonijiet ambjentali korretti f'pajjiż ta' l-OECD jew, wara d-dekontaminazzjoni (sabiex ma jikkostitwixxux aktar skart perikoluż) jistgħu jiġu ttrasferiti għal pajjiżi li mhumiex fl-OECD; billi madankollu dan ir-rekwiżit huwa skartat b’mod sistematiku,
L. billi kemm il-liġi marittima u l-konvenzjonijiet ta’ l-IMO jistipulaw li stati mal-kosta għandhom id-dritt u d-dmir li jinfurzaw dispożizzjonijiet legali internazzjonali relevanti kollha bil-għan li jipproteġu l-ambjent; billi, madankollu, rari jkun hemm konformità mal-Konvenzjoni ta’ Basel fir-rigward ta’ vapuri għal skrappjar, fost l-oħrajn minħabba nuqqas ta’ volontà politika li jkunu eliminati nuqqasijiet u biex ikun indirizzat il-ħabi strutturali ta’ responsabilità fis-settur tal-bastimenti, preżentat l-aħjar bil-fenomenu tal-pajjiżi li joffru reġistrazzjoni (flag states),
M. billi fil-livell ta’ l-UE ir-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar huwa l-qafas regolatorju għal implimentar tal-Konvenzjoni ta’ Basel, inkluża l-esportazzjoni ta’ vapuri fit-tmiem ta’ l-użu tagħhom; billi l-infurzar ta’ dan ir-regolament mhux adegwat fir-rigward ta’ vapuri għal skrappjar, bħal vapuri fil-pussess ta’ l-Ewropej, jew li joperaw f’ilmijiet Ewropej jew reġistrati fl-UE li jmorru fi vjaġġ ‘normali’ finali, u huma biss dikjarati bħala skart ladarba jħallu ilmijiet Ewropej, bl-ebda mekkaniżmi ta’ kontroll ulterjuri jew gwida ta' infurzar biex iwaqqfu ksur bħal dan tal-liġi internazzjonali u Komunitarja,
N. Jirreferi għall-preambolu tar-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar, li jistipula li ‘Huwa meħtieġ li jkun żgurat l-immaniġġjar sikur u ambjentali serju għal żarmar tal-vapur biex ikunu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent’,
O. billi bil-ħsieb tat-tneħħija ta’ nuqqasijiet misjuba fir-reġim tal-Konvenzjoni ta’ Basel, l-IMO qed tħejji abbozz ta’ konvenzjoni mfassal biex isolvi din il-problema mad-dinja kollha;
P. billi fis-Seba’ Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Basel, partijiet li jinkludu l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, biex ikun applikat aktar sforz fir-rigward tal-prevenzjoni ta' l-esportazzjoni ta' vapuri tossiċi, stiednu lill-IMO biex tkompli tqis it-twaqqif fir-regolamenti tagħha ta' rekwiżiti obbligatorji, inkluża sistema ta' rappurtar għal vapuri destinati għal żarmar, li tiżgura livell ta’ kontroll ekwivalenti għal dak stabbilit skond il-Konvenzjoni ta’ Basel u biex tkompli b’ħidma mmirata lejn twaqqif ta’ rekwiżiti obbligatorji li jiżguraw immaniġġjar ambjentali serju ta’ żarmar ta’ vapuri, li jistgħu jinkludu it-tindif ta' kontaminazzjoni minn qabel fi ħdan l-iskop tagħha,
Q. billi l-abbozz tal-Konvenzjoni ta' l-IMO dwar riċiklaġġ tal-vapuri fil-forma attwali tiegħu ma stabbilixxiex livell ta’ kontroll ekwivalenti għal dak tal-Konvenzjoni ta’ Basel u r-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar, lanqas l-abbozz ta prova li tkun evitata l-esportazzjoni ta' skart tossiku għal pajjiżi li qed jiżviluppaw, lanqas ma ħaseb f'mekkaniżmi bbażati fuq il-prinċipju li min iniġġes iħallas, u lanqas il-prinċipju ta' sostituzzjoni għal disinn ta' vapur li ma jagħmlix ħsara lill-ambjent, lanqas standards verifikati għal tarznari ta' riċiklar ta’ vapuri, fost tħassib ieħor, u huwa possibbli f’kull każ li ma jkunx jista’ jistabbilixxi ratifiki minn stati ta’ riċiklar ta’ vapuri attwali jew stati ta’ reġistrazzjoni prominenti,
R. u billi, f’kull każ, huwa previst li jistgħu jgħaddu s-snin biex konvenzjoni ta’ l-IMO bħal din tiġi adottata, u wara dan jistgħu jgħaddu snin biex tidħol fis-seħħ minħabba proċess ta' ratifika li jieħu fit-tul,
S. billi l-UE għandha kapaċità suffiċjenti biex iżżarma l-vapuri tagħha (dawk li jbaħħru b’reġistrazzjoni ta’ l-UE jew fil-pussess ta' pussessuri ta' l-UE) b'mod nadif u billi dan japplika b'mod partikulari għall-flotta ta' bastimenti merkantili; billi n-nuqqas ta’ kapaċità se jiżdied b’mod drammatiku fl-2010 minħabba t-tneħħija mis-servizz aċċellerat ta’ tankers b’buq wieħed,
T. billi azzjoni regolatorja konkreta fil-livell ta’ l-UE għalhekk hija urġenti ħafna jekk dawn it-tankers b’buq wieħed mhux se jagħmlu aktar ħsara lill-bajjiet u xtajtiet ta’ xmajjar ta’ l-Asja tan-Nofsinhar; billi m’hemm ebda skuża għal falliment milli tittieħed azzjoni, b'mod partilulari peress li dawn it-tankers b'buq wieħed jistgħu jkunu identifikati b'mod ċar,
U. billi s-suq primarju għaż-żarmar tal-bastimenti attwalment jopera f’bosta każi skond kundizzjonijiet foqra ħafna biss, li jiksru serjament il-prinċipji aċċettati soċjali, ambjentali u tas-saħħa ta' l-UE,
1. Iqis li huwa etikament mhux aċċettabbli li jkunu permessi kundizzjonijiet umanament degradanti u ambjentalment distruttivi involuti fiż-żarmar ta’ vapuri biex ikomplu aktar, b’hekk ikun aċċettat li s-saħħa ta’ eluf ta’ impjegati fil-Lvant Imbiegħed tkun imqiegħda f’riskju;
2. Jirrikonoxxi li l-Unjoni Ewropea hija parzjalment responsabbli għall-problemi soċjali u ambjentali eżistenti fil-qasam taż-żarmar tal-bastimenti; għalhekk jistieden għal azzjoni immedjata u konkreta min-naħa ta' l-UE, f'koperazzjoni ma' l-IMO, biex titwaqqaf il-prattika ta' dumping soċjali u ambjentali li tirriżulta minn inċentivi ekonomiċi u biex tinkiseb soluzzjoni globali sostenibbli;
3. Minkejja li xi grad ta’ xogħol għat-tfal għal xogħol ħafif huwa komuni, iqis li mhux aċċettabbli f’sens etiku li t-tfal jintużaw minn xi kuntratturi taż-żarmar biex iwettqu xogħol iebes u perikoluż u li dawn it-tfal m’humiex provduti b’edukazzjoni u b’faċilitajiet rikreattivi suffiċjenti;
4. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Green Paper tal-Kummissjoni li jiddiskuti fid-dettall il-problemi soċjali u ambjentali serji ħafna marbuta maż-żarmar ta' bastimenti fin-Nofsinhar ta' l-Asja; iżda, jenfasizza li din l-inizjattiva hija mill-inqas għaxar snin tard;
5. Jilqa’ b'sodisfazzjon l-analiżi komprensiva tal-Green Paper dwar il-problemi soċjali u ambjentali ewlenin ikkawżati mill-attività ta’ żarmar ta’ bastimenti fil-pajjiżi tan-Nofsinhar ta’ l-Asja;
6. Iqis li miżuri prattiċi jridu jittieħdu malajr fil-livell Ewropew u dak internazzjonali, bl-iskop ewlieni li jkunu protetti s-saħħa pubblika u l-ambjent mingħajr ma l-problemi jintefgħu fuq pajjiżi oħra; l-aktar mod effettiv li jintlaħaq dan il-għan huwa billi tkun adottata u implimentata ftehima internazzjonali li tistabbilixxi obbligi li jorbtu l-partijiet kollha involuti fil-proċess ta’ żarmar tal-vapuri;
7. Iqis li ż-żarmar tal-vapuri se jkompli jkollu impatt soċjali u ekoloġiku anki fil-futur imbiegħed, b'mod partikulari minħabba li l-ammont ta' vapuri li qed jinbnew ilu jiżdied għal numru ta' snin; għalhekk jenfasizza l-importanza kontinwa ta' l-innovazzjoni u l-iżvilupp Ewropej fl-industrija tal-bini tal-vapuri sabiex il-bastimenti jkunu aħjar u jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tipproċedi b'enerġija kbira bil-programm LeaderSHIP 2015;
8. Jenfasizza l-urġenza partikolari, peress li prevedibbilment se jiġu skrappjati kważi 800 tanker b'buq singolu fl-2010[3]; jinnota li konvenzjoni tal-futur ta’ l-IMO se tindirizza l-kwistjoni iżda mhux probabbli li tidħol fis-seħħ qabel l-2012;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji abbozz ta’ linjigwida u mekkaniżmi rekwiżiti fis-sens li kull vapur għall-iskrapp u li ma jissodiffax ir-rekwiżiti kollha tal-konvenzjonijiet internazzjonali u, b'konsegwenza ta' dan ma jkollux ċertifikazzjoni valida maħruġa minn reġistri rikonoxxuti mill-UE, jitqies bħala 'skart' , bi qbil mad-definizzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart[4], biex tkun evitata l-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Trasport ta' Skart bil-Baħar, u sabiex jiġi żgurat l-irtirar mis-suq mingħajr problemi u sikur ta' dawk il-bastimenti li jkunu laħqu l-limitu tal-'ħajja' operattiva tagħhom;
10. Jenfasizza li l-preambolu tar-Regolament ta’ Trasport ta' Skart bil-Baħar jistipula li ‘Huwa meħtieġ li jkun żgurat l-immaniġġjar sikur u ambjentali serju għal żarmar tal-vapur biex ikunu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent’; jenfasizza li din hija kwistjoni ewlenija li għandha tkun osservata b’mod strett minn dawk kollha kkonċernati.
11. Jappoġġja inizjattivi fil-livell internazzjonali biex jiksbu standards minimi li jorbtu dwar riċiklar u jippromwovu t-twaqqif ta' faċilitajiet ta' riċiklaġġ nodfa bi ħsieb xieraq għal kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwistjonijiet assoċjati ta’ saħħa u sikurezza, b’mod speċjali fil-faċilitajiet ta' l-iskrapp ta' l-Asja tan-Nofsinhar, biex ikunu protetti l-ħaddiema u l-ambjent mill-impatti negattivi ta' skart perikoluż u prattiki ta' xogħol perikolużi;
12. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor u żżomm lista ta’ vapuri li jbaħħru bil-probabilità li jkun skrappjati fi żmien ftit snin u biex taħseb f’mekkaniżmi fejn vapuri bħal dawn jitqiesu bħala ‘vapuri ta’ qabel l-iskart’ li għalihom jeħtieġ li jitfassal pjan ta’ rimi qabel ma’ jinbiegħu għal skrappjar; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet portwali, li jrid ikollhom is-setgħa li jidentifikaw vapuri ‘li waslu fi tmiem ta’ l-użu tagħhom’, biex jużaw din il-lista biex jaċċelleraw l-immonitorjar ta’ dawn il-vapuri, li jistgħu jkunu skrappjati. iqis li, f’dan ir-rigward, adozzjoni ta’ malajr tar-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar il-kontroll ta’ l-istat ta’ port[5] tkun mixtieqa;
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinnegozjaw konvenzjoni ta’ l-IMO li tinkorpora rekwiżiti estensivi u regolamenti li:
- jiżguraw livell ta’ kontroll mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-Konvenzjoni ta’ Basel,
- jipprovdu għal sikurezza globali għolja u standard ambjentali għal riċiklaġġ ta' vapuri li jkun verifikat u ċertifikat minn parti terza,
- jiskwalifikaw l-‘beaching’ bħala metodoloġija xierqa għal żarmar,
- ma jippermettux żarmar ta’ vapuri minn partijiet mhux ikkonċernati;
- jistabbilixxu l-prinċipju ta’ sostituzzjoni biex ikun eliminat l-użu attwali ta’ materjali perikolużi fil-kostruzzjoni ta' vapuri ġodda;
- iqis li din il-konvenzjoni tal-futur għandha timponi rekwiżit jew biex jitneħħew il-materjali perikolużi kollha minn bastimenti qodma qabel dawn il-vapuri jiġu skrappjati għal żarmar lejn pajjiżi mhux ta’ l-OECD jew biex jibgħatuhom lejn faċilitajiet ta’ riċiklaġġ awtorizzati speċjali fl-OECD jew pajjiżi ta' l-UE li jikkonformaw ma' standards ta' sikurezza u ambjentali definiti b'mod ċar;
14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra miżuri possibbli biex jitnaqqsu l-implikazzjonijiet finanzjarji potenzjali taż-żarmar tal-bastimenti billi jiġu stabbiliti standards ta' produzzjoni aktar stretti, bħal restrizzjoni fuq l-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi;
15. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinnegozja fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima bil-għan li jiġu standardizzati l-materjali użati fil-bini u t-tiswija tal-bastimenti u biex ir-rekwiżiti ambjentali relatati magħhom ikunu iktar stretti;
16. Jirrakkomanda b’mod qawwi l-isforzi ta’ l-UE li jimmiraw biex jissalvagwardjaw standards minimi li jiżguraw l-ogħla protezzjoni ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza u jinkludu b’mod partikulari regolamenti għat-tfassil u kostruzzjoni ta’ vapuri, l-operazzjoni tagħhom, il-preparazzjoni ta' vapuri għal riċiklaġġ, l-operazzjoni ta' faċilitajiet ta' riċiklaġġ ta' vapuri u t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' infurzar xieraq għal riċiklaġġ ta' vapuri, li jinkorpora rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u ta’ rappurtar;
17. Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta bħala kwistjoni ta’ urġenza sistema effiċjenti ta’ kontrolli fuq l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Basel fuq vapuri destinati għal skrappjar;
18. Iqis li mmonitorjar ta’ l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni ta’ l-IMO tal-futur għandha tkun stretta bħal fil-każ tal-Konvenzjoni ta’ Basel: l-istandards relevanti kollha ta’ l-ILO jridu jkunu inkorporati fl-istrument, b’ebda eċċezzjoni permessa, nuqqasijiet serji fl-interpretazzjoni u infurzar tal-qafas regolatorju attwali jridu jkunu eliminati u jittieħdu miżuri biex jevitaw vapuri fit-tmiem ta’ l-użu tagħhom li fihom skart perikoluż milli jitilqu għal pajjiżi bi stallazzjonijiet mhux adegwati u li m'humiex partijiet kontraenti għal din il-konvenzjoni;
19. Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, fuq il-livell Ewropew u internazzjonali, immirati lejn is-salvagwardja ta' standards minimi li jiżguraw l-ogħla livelli ta' protezzjoni għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza u lejn ir-rispett tal-prinċipju miġbur fl-Artikoli 34 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar it-trasport ta' l-iskart bil-baħar[6] ('l-Emenda tal-Projbizzjoni ta' Basel') li għandu jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' skart perikoluż lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw; għal dan il-għan jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament dwar id-disinn u l-bini tal-bastimenti, it-tħaddim tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u l-preparazzjoni tagħhom għar-riċiklaġġ, l-operat tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' infurzar xieraq għar-riċiklaġġ tal-bastimenti, li jinkorpora ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni u ta' rapportaġġ;
20. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis id-deċiżjonijiet tat-tielet sessjoni li jmiss tal-Grupp ta’ Ħidma Konġunt ta’ l-ILO/IMO/BC dwar Skrappjar ta’ Vapuri (il-Konvenzjoni ta’ Basel) dwar attivitajiet konġunti ta’ koperazzjoni teknika u approċċ koordinat ta’ miżuri temporanji li jridu jittieħdu qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ l-IMO l-ġdida dwar riċiklaġġ tal-vapuri;
21. Jitlob għal miżuri immedjati għall-iżvilupp ta' industrija kompetittiva għall-iskrappjar ta' bastiment fir-rispett ta' l-ambjent u ta’ rimedjazzjoni (pre-cleaning) fl-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri f’dan ir-rigward biex jitolbu t-tindif minn qabel u riċiklaġġ nadif tal-vapuri kollha li huma proprjetà ta' l-Istat, inklużi vapuri tal-gwerra, u biex iżarmawhom b'mod sikur u serju għall-ambjent fil-faċilitajiet ta' l-UE li għandhom jitwettqu permezz ta' offerti pubbliċi b'regoli ta’ l-akkwist pubbliku stretti b’rispett sħiħ tar-Regolament Nru 1013/2006; huwa ta' l-opinjoni li l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' skrappjar fit-tarzni Ewropej għandu jiġi promoss fil-qafas tal-politika komuni industrijali, strutturali u ta' koeżjoni;
22. Huwa tal-fehma li l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u l-vapuri kollha li jidħlu fil-portijiet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu obbligati jġorru lista tal-materjali u tal-prodotti wżati fil-bini u t-tiswija tagħhom;
23. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa lista ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ ta’ vapuri preferuti li jikkonformaw ma' standards internazzjonali rikonoxxuti tad-drittijiet tal-bniedem u tas-saħħa u s-sikurezza; jilqa' s-suġġeriment mill-Kummissjoni li sistemi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ tikkettar għandhom ikunu stabbiliti għal faċilitajiet ta’ riċiklaġġ sikuri u nodfa u jqis li sussidji tal-Komunità għandhom jingħataw lill-industrija tat-tbaħħir biss bil-kundizzjoni li huma jadottaw ir-Regolament ta’ Trasport ta’ Skart bil-Baħar u rekwiżiti ta’ l-UE oħrajn, bħall-użu ta’ faċilitajiet ċertifikati u verifikati regolarment; jenfasizza li din mhix intenzjoni li jinqered is-suq tan-Nofsinhar ta' l-Asja għall-iskrappjar tal-bastimenti, iżda sabiex dan jibqa' jinżamm bis-saħħa ta' metodi li jirrispettaw l-ambjent;
24. Iqis li hemm bżonn li l-UE, tkun fuq quddiem u tħeġġeġ azzjoni globali, b’għan ċar li jispiċċaw bil-mod il-prattiki attwali taż-żarmar tal-bastimenti fin-nofsinhar ta' l-Ażja, u li tersaq lejn l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' Konvenzjoni internazzjonali li tistabbilixxi standards ambjentali u soċjali għall-partijiet involuti kollha;
25. Jistieden għal strateġija globali li tiżgura li r-riċiklaġġ tal-bastimenti jitwettaq b'mod li dawk kollha involuti fil-proċess (inklużi s-sidien tal-bastimenti, il-faċilitajiet tar-riċiklaġġ/taż-żarmar, l-Istat ta' Reġistrazzjoni tal-bastiment, l-Istat fejn se jseħħ iż-żarmar tal-bastiment, eċċ.) ikunu kkoordinati u jerfgħu s-sehem rispettiv tar-responsabiltà tagħhom;
26. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tat-trasferiment ta' l-għarfien u tat-teknoloġija sabiex jgħinu lill-postijiet ta’ żarmar fin-Nofsinhar ta' l-Asja jikkonformaw ma' standards internazzjonali tas-sikurezza u ta’ l-ambjent; jemmen li dan l-iskop għandu jitqies fil-qafas l-aktar wiesa’ tal-politika ta’ l-UE ta’ l-għajnuna għall-iżvilupp lejn dawn il-pajjiżi; f’dan il-kuntest, iqis li l-użu tat-tagħrif possibbli ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-sindikat;
27. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati diġà miksuba permezz tal-proġett SHIPDISMANTL iffinanzjat permezz tal-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, li taħtu qed jiġu żviluppati sistemi ta' appoġġ li se jkunu disponibbli mingħajr ħlas għall-industrija taż-żarmar tal-bastimenti madwar id-dinja; huwa konvint li se jkun possibbli li jsir titjib ulterjuri bħala riżultat tas-sejħiet il-ġodda għal proposti li jikkonċentraw b'mod speċifiku fuq strateġiji għall-bastimenti li jkunu waslu fi tmiem l-użu tagħhom;
28. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tistudja u tevalwa bir-reqqa l-benefiċċji ta' koperazzjoni finanzjarja mtejba ma' siti ta' żarmar magħżula fin-Nofsinhar ta’ l-Asja u l-investimenti diretti f'dawn is-siti, biex b'hekk tgħin biex jiġi ffurmat netwerk ta' siti ta' żarmar ċertifikati u approvati mill-UE li jkun jista' jiġġenera qligħ ikbar mill-investiment f'termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali.
29. Iqis li l-prinċipju li min iħammeġ iħallas u l-prinċipju tar-responsabilità tal-produttur għandu jiġi applikat b'mod strett bil-ħsieb ta' soluzzjoni strutturali ta' din il-problema;
30. Huwa tal-ħsieb li l-operatur/pussessur tal-vapur huwa dejjem responsabbli mill-effetti ta’ ħsara taż-żarmar fuq il-ħaddiema, is-saħħa pubblika u l-ambjent, indipendentement mill-post fejn iż-żarmar iseħħ (kemm ġewwwa u kemm barra l-UE);
31. Jemmen li jridu jsiru sforzi mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni sabiex jinħoloq fond obbligatorju għar-riċiklaġġ tal-bastimenti ffinanzjat b'mod konġunt mit-tarzni u mis-sidien tal-bastimenti (pereżempju permezz ta' taxxi imposti fuq bastimenti ġodda, imposti tal-port u taxxi annwali marbuta mar-reġistrazzjoni ta' l-IMO) u b'responsabilità konġunta, li għandu jiffaċilita t-tindif minn qabel ta' bastimenti li fihom materjali perikolużi u l-iżvilupp ta' impjanti ta' riċiklaġġ ta' bastimenti fl-Unjoni;
32. Jilqa' l-proposta għall-ħolqien ta' fond għall-iskrappjar ta' vapuri u jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jaħdmu b’determinazzjoni favur il-għan li jitwaqqaf dan il-fond kemm fil-livell ta’ l-IMO kif ukoll dak ta’ l-UE; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward ukoll biex tinvestiga l-mekkaniżmu finanzjarju disponibbli, inkluż rekwiżit ta' assigurazzjoni obbligatorju u l-użu ta' miżati portwali, biex tiżgura riċiklaġġ ambjentali serju mill-mument meta vapur jibda jopera, bil-ħsieb li l-vapur jista’ jkollu aktar minn pussessur wieħed waqt l-użu tiegħu;
33. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-gvernijiet tal-Bangladexx, iċ-Ċina, l-Indja u l-Pakistan u lit-Turkija, kif ukoll lill-IMO.
- [1] ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1. Rettifika fil-ĠU L 249, 13.9.2006, p.19.
- [2] Det Norske Veritas / Appledore International, Technological and Economic Feasibility Study of Ship Scrapping in Europe. Rapport Finali (Nru 2000-3527), 13.2.2001
- [3] Kummissjoni Ewropea Direzzjoni Ġenerali Enerġija u Trasport: Rapport finali tal-COWI dwar "Oil tanker phase-out and the ship-scrapping industry“ ta' Ġunju 2004.
- [4] ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9-21
- [5] Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-infurzar, fil-każ ta' bastimenti li jużaw il-portijiet tal-Komunità u jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' normi internazzjonali dwar is-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-ħajja u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord (il-kontroll portwali ta' l-Istat) (ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1).
- [6] ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
NOTA SPJEGATTIVA
1. Daħla
Fi xtut tan-Nofsinhar ta' l-Asja jiġu skrappjati bastimenti enormi tat-tbaħħir, li huma żarmati mod li jagħmel ħsara mhux biss lill-ambjent iżda lill-persuni wkoll. Kwantità ta' materjal tossiku b'hekk jasal ma' l-art, max-xatt u fil-baħar, u l-ħruq ta' kopertura tal-kulur u tal-plastik iniġġes l-arja. Fix-xogħol ta' skrappjat jiġu użati t-tfal għax it-tfal faċilment jistgħu jiddefsu fi spazji dojoq. It-tfal iridu jneħħu dawn is-sustanzi tossiċi mingħajr ebda protezzjoni. Splużjonijiet fatali jiġru kuljum, inċidenti ta' kull tip dejjem jiżdiedu u l-prekawzjonijiet ta' sigurtà huma totalment insuffiċjenti. Il-ħaddiema jomordu b’mard kroniku li ma jitfejjaqx - 16% tal-ħaddiema tat-tarzna Indjana Alang li ġew f'kuntatt ma' l-asbestos qed isofru minn asbestosi. Fil-Bangladexx mietu aktar minn 400 ħaddiem fl-aħħar 20 sena f'inċidenti u aktar minn 6.000 ħaddiem korrew serjament fl-istess perjodu.[1]
Dan, fil-qosor, huwa l-qofol tal-problema, li għandha tiġi solvuta, peress li aħna naħsbu li etikament mhuwiex responsabbli li prattiki bħal dawn jiġu tollerati aktar. B’dispjaċir, bosta vapuri mill-Ewropa jispiċċaw fix-xtajta ta’ l-Indja, il-Pakistan u l-Bangladexx, pereżempju, b’dan il-mod. Spejjeż tax-xogħol baxxi (pagi baxxi ħafna u regolamenti tas-sikurezza totalment mhux adegwati) u l-assenza kompleta ta’ miżuri ambjentali huma attraenti finanzjarjament. Fis-suq ta' l-oġġetti użati jista' jsir profitt kbir bil-bejgħ ta' l-azzar. Il-konsegwenza hija li l-proprjetarji tal-vapuri jistgħu jbigħu vapuri li jixtiequ jiskrappjaw hemmhekk, u jakkwistaw l-ogħla prezz għall-azzar li jkun fihom.
Fit-22 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni pubblikat Green Paper dwar żarmar aħjar ta' vapuri. Hija fiha rendikont ċar tal-problema, li jkopri l-aspetti kollha. Iżda, din hija problema bi storja itwal.
2. Sfond
It-tbaħħir tal-vapuri huwa settur importanti mad-dinja kollha. Il-flotta merkantili internazzjonali b'mdawar 50.000 bastiment ta' tbaħħir hija indispensabbli għall-kummerċ internazzjonali. Bastimenti tat-tbaħħir iridu jissodisfaw rekwiżiti stretti u aktar ma jiqdiemu, aktar jiżdiedu l-ispejjeż ta' manutenzjoni. Wara medja ta' 25 sena il-biċċa l-kbira tal-vapuri jkunu waslu biex jiġu skrappjati.
Fis-snin sebgħin il-maġġoranza tal-bastimenti kienu jiġu skrappjati fl-Ewropa fejn l-impjanti ta' l-iskrappjar kienu kollha mekkanizzati u x-xogħol jitwettaq f’baċiri. L-ispejjeż dejjem jogħlew u r-rekwiżiti ambjentali, tas-saħħa u tas-sigurtà wasslu għat-trasferiment ta' dan is-settur industrijali f'pajjiżi Asjatiċi li qed jiżviluppaw.
Kull sena jiġu skrappjati 200 u 600 bastimenti kbar, biex minnhom jiġu akkwistati l-azzar u materja prima oħra. Wara diżastri bħal dak ta' Exxon Valdez (Kanada 1989), Erika (Franza 1999) u Prestige (Spanja 2002) l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea ħarġu dispożizzjonijiet ibsin għat-tankers taż-żejt. Fl-2003 kemm il-Komunità kif ukoll l-IMO iddikjaraw il-projbizzjoni tat-tankers b'buq singolu.
Minħabba dawn l-iżviluppi l-Parlament, fit-tieni qari tal-proposta għal regolament dwar it-trasport ta' l-iskart, ippropona espressament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dispożizzjonijiet u kontrolli aktar stretti. Sfortunatament, il-Kunsill u l-Kummissjoni rribattew il-proposta tal-Parlament billi rreferew għal soluzzjoni li kellha tasal malajr fil-livell ta' IMO.
3. Taqsira tal-Green Paper
Fortunatament, il-Kummissjoni issa għamlet l-ewwel pass lejn soluzzjoni ta' din il-problema qabel ma tidħol fis-seħħ konvenzjoni futura ta' l-IMO f'dan ir-rigward. L-aktar importanti huma l-ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent. Il-kwistjoni mhijiex li tinbena industrija artifiċjali għall-iskrappjar tal-vapuri fl-Unjoni Ewropea u li lill-pajjiżi tan-nofsinhar ta' l-Asja li qed jiżviluppaw jitteħdilhom dħul importanti u materjal neċessarju. L-għan, wara kollox, huwa s-soluzzjoni sostenibbli tal-problema madwar id-dinja. Apparti l-aspetti soċjali, ekonomiċi, ekoloġiċi u ta' sigurtà msemmija hawn fuq, il-Green Paper tal-Kummissjoni tittratta l-punti li ġejjin:
3.1. Sitwazzjoni legali
Il-Konvenzjoni ta' Basel ta' l-1989 tipprovdi l-qafas legali internazzjonali għat-trasport traskonfinali ta' skart perikoluż. Il-projbizzjoni assoluta tat-trasport ta' skart perikoluż minn stati ta' l-OECD għal stati li mhumiex membri fl-OECD ("Il-projbizzjoni ta' Basel") ġiet adottata fil-liġi Komunitarja u torbot legalment lill-Istati Membri. Sfortunatament, din il-projbizzjoni diffiċli tiġi infurzata, meta vapur jitlaq mill-ibħra Ewropej.
3.2. Qafas internazzjonali
Mill-2005 l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali qed taħdem flimkien ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-Programm dwar l-ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti fuq dispożizzjonijiet internazzjonali obbligatorji għall-iskrappjar tal-bastiment fir-rispett ta' l-ambjent. Bħalissa għaddejjin negozjati dwar konvenzjoni għaż-żarmar li għandha tiġi adottata fl-2009 u ftit snin wara tidħol fis-seħħ. Fl-abbozz ta' konvenzjoni li teżisti fil-mument il-bastimenti tal-gwerra u vapuri oħra tal-gvern huma esklużi. Għad m'hemmx qbil fuq norma barra l-qafas ta' l-IMO, normi bażiċi għall-impjanti ta' skrappjar, id-dmir ta' rappurtar (fost affarijiet oħra l-informnazzjoni bejn l-istati) kif ukoll poteri ta' infurzar.
3.3. Applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar it-trasport ta' l-iskart.
Minbarra koperazzjoni aħjar fost l-Istati Membri u linjigwida dwar id-definizzjoni ta' skart u lista ta' kumpaniji ta' riċiklaġġ aċċettabbli, dan jeħtieġ aktar spezzjonijiet mill-awtoritajiet ta' trasport ta' skart u mill-awtoritajiet portwali tal-portijiet Ewropej, b’mod partikulari bi ffukar fuq vapuri eqdem (eż. dawk li għandhom 25 sena) jew vapuri li huwa probabbli li jkunu żarmati. Barra minn hekk bastimenti li jiġu skrappjati għandhom ikunu identifikati aħjar. F'dan il-kuntest, għandu jkun hemm kooperazzjoni aħjar b'mod partikolari ma' stati terzi (bħall-Eġittu minħabba l-Kanal ta' Suez).
3.4. Tisħiħ tal-kapaċità ta’ l-UE għaż-żarmar tal-bastimenti
Il-kapaċitajiet ta' żarmar fl-Unjoni Ewropea u stati oħra ta' l-OECD (bħat-Turkija) mhumiex biżżejjed għall-iskrappjar ta' bastimenti tal-gwerra u vapuri oħra tal-gvern fl-10 snin li ġejjin, u dan ifisser li dalwaqt se jkun hawn nuqqas serju ta' impjanti ta' żarmar li jkunu kif suppost. L-"impjanti ħodor", imsejħa hekk għax jirrispettaw l-ambjent, ċertament ma jistgħux jikkompetu ma' l-impjanti ta' żarmar tan-nofsinhar ta' l-Asja. L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għalhekk għandhom jagħtu l-eżempju u jiggarantixxu li l-iskrappjar tal-bastimenti tal-gwerra tagħhom isir f'impjanti "ħodor". Din ir-responsabilità għandha tiġi estiża permezz ta' l-inklużjoni ta' klawsola dwar iż-żarmar fil-kuntratti dwar il-bejgħ ta' bastimenti tal-gwerra lil terzi stati.
Fir-rigward tal-flotta merkanitili ħafna aktar b'saħħitha, hemm bżonn ta' inizjattivi għal tibdil fis-settur tat-tbaħħir. Possibilità tista' tkun il-ħolqien ta' fond li jiġi ffinanzjat minn proprjetarji ta' bastimenti u interessati oħra fis-settur għall-iskrappjar ta' vapuri mingħajr periklu u fir-rispett ta' l-ambjent. Il-Kummissjoni tipproponi fil-Green Paper li l-ispejjeż taż-żarmar fir-rispett ta' l-ambjent għandhom jiddaħħlu ma' l-ispejjeż ta' operazzjoni tal-bastimenti. Il-ħolqien ta' fond għaż-żarmar tal-vapuri fir-rispett ta' l-ambjent bħala parti obbligatorja ta' konvenzjoni futura ta' l-IMO dwar l-iskrappjar tal-bastimenti ikun pass pożittiv li jintlaqa' b'sodisfazzjon. Analoġikament, fil-qafas tal-konvenzjoni tal-MARPOL diġà ġie stabbilit fond għat-tniġġis biż-żejt.
3.5. Appoġġ għal terzi stati
Minkejja l-iżvantaġġi soċjali u ekoloġiċi, l-industrija taż-żarmar tal-bastimenti fir-rispett ta' l-ambjent tikkontribwixxi b’mod kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti pajjiżi tan-Nofsinhar ta' l-Asja. Għalhekk, it-titjib ta' l-infrastrutturi ta' dawn il-pajjiżi permezz ta' għajnuna teknika u dispożizzjonijiet legali stretti għandu jiġi meqjus. Ir-rabta mill-qrib tal-problema mal-faqar strutturali u ma' problemi oħra soċjali u ġuridiċi hija ċara ħafna. Sabiex it-tibdil ikun sostenibbli għal żmien twil jeħtieġ appoġġ fuq bażi wiesgħa ħafna.
3.6. Inċentivi għal miżuri volontarji
Is-sid huwa responsabbli biex jiddisponi mill-bastiment mingħajr periklu. Jeżistu eżempji fejn sisien ta' vapuri Ewropej impenjaw ruħhom li jgħinu impjanti taż-żarmar biex itejbu l-kwalità tas-servizzi tagħhom. Kodiċi dwar azzjonijiet volontarji u ftehimiet flimkien ma' sistema ta' tikkettar u ċertifikazzjoni fuq il-bażi tar-responsabilità soċjali ta' l-impriżi jistgħu jagħtu kontribut ta' suċċess fi żmien qasir.[2] Dan l-approċċ jista’ jaħdem biss jekk il-ftehimiet ikunu f’qafas xieraq. Jekk l-impenji ta' ftehim volontarji ma jinżammux, dejjem tista' tgħin il-leġiżlazzjoni.
4. Analiżi tal-Green Paper
Kif diġà ġie spjegat hawn fuq, il-Green Paper telabora fid-dettall il-problematika u t-tentattivi ta' soluzzjoni tal-Kummissjoni. L-għan prinċipali huwa l-protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent, fejn ir-responsabilità m'għandhiex tintefa' fuq stati terzi. Il-mistoqsija li trid tkun indirizzata hija din: Kif jista' jintlaħaq dan? L-impenn ta' Stati Membri individwali u saħansitra ta' l-Unjoni Ewropea kollha mhumiex suffiċjenti. Fis-snin li ġejjin, hija meħtieġa soluzzjoni urġenti tal-problema taż-żarmar ta' bastimenti. Sfortunatament fil-livell internazzjoni ma tantx ittieħdet azzjoni s'issa. Għalhekk il-Kummissjoni issa ħadet l-inizjattiva li l-ewwel ħaġa tassumi r-responsabilità tal-flotta tagħha stess. Dan għandu jiġi milqugħ b'sodisfazzjon. Veru l-Unjoni Ewropea trid tagħmel l-akrobaziji biex tasal għal dan, imma li toqgħod tistenna li l-pajjiżi kollha tad-dinja jikoperaw hija soluzzjoni agħar. L-Unjoni Ewropea ma tistax toqgħod tosserva kif l-affarijiet imorru ħażin fin-nofsinhar ta' l-Asja mingħajr ma taġixxi. L-azzjonijiet huma urġenti u l-Unjoni Ewropea tista' tkun ta' eżempju hawn billi tagħmel l-ewwel pass. Il-messaġġ joħroġ minn din ir-riżoluzzjoni, li f'kelma waħda għandha titqies bħala t-tweġiba mixtieqa tal-Parlament għall-Green Paper tal-Kummissjoni.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (27.3.2008)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-Green Paper dwar żarmar aħjar ta' bastimenti
(2007/2279(INI))
Rapporteur għal opinjoni:David Hammerstein
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora dawn is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jirrikonoxxi li l-Unjoni Ewropea hija parzjalment responsabbli għall-problemi soċjali u ambjentali eżistenti fil-qasam taż-żarmar tal-bastimenti; għalhekk jistieden sabiex tittieħed azzjoni immedjata u konkreta min-naħa ta' l-UE, f'koperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), biex titwaqqaf il-prattika ta' dumping soċjali u ambjentali li tirriżulta minn inċentivi ekonomiċi u tinstab soluzzjoni globali sostenibbli;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra miżuri possibbli biex jitnaqqsu l-implikazzjonijiet finanzjarji potenzjali taż-żarmar tal-bastimenti billi jiġu stabbiliti standards ta' produzzjoni aktar stretti, bħal restrizzjoni fuq l-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi;
3. Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, fuq il-livell Ewropew u internazzjonali, immirati lejn is-salvagwardja ta' standards minimi li jiżguraw l-ogħla livelli ta' protezzjoni għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza u lejn ir-rispett tal-prinċipju miġbur fl-Artikoli 34 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar it-Trasport ta' l-Iskart bil-Baħar[1] ('l-Emenda tal-Projbizzjoni ta' Basel') li għandu jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' skart perikoluż lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw; għal dan il-għan jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament dwar id-disinn u l-bini tal-bastimenti, it-tħaddim tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u l-preparazzjoni tagħhom għar-riċiklaġġ, l-operat tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u t-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' infurzar xieraq għar-riċiklaġġ tal-bastimenti, li jinkorpora ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni u ta' rapportaġġ;
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipparteċipaw b'mod attiv fin-negozjati fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jiġi żgurat li fil-konvenzjoni li ġejja jkun hemm l-adozzjoni ta' livell ekwivalenti ta' kontroll u infurzar indipendenti bħal dak adottat fil-Konvenzjoni ta' Basel ta' l-1992 dwar il-Kontroll Transkonfinali ta' l-Iskart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu u fl-Emenda tal-Projbizzjoni ta' Basel u kif ukoll l-inkorporazzjoni, bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwistjonijiet relatati ta' saħħa u sikurezza, ta' l-istandards minimi msemmija qabel li jiżguraw l-ogħla ħarsien ambjentali;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinnegozja fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima bil-għan li jiġu standardizzati l-materjali użati fil-bini u t-tiswija tal-bastimenti u biex ir-rekwiżiti ambjentali relatati magħhom ikunu iktar stretti;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-kuntest tan-negozjati ta' l-IMO biex jipproponu t-twaqqif ta' mekkaniżmu sostenibbli għall-iffinanzjar li jiżgura żarmar nadif u sikur tal-bastimenti, speċjalment fl-impjanti ta' l-iskrappjar fin-Nofsinhar ta’ l-Asja;
7. Huwa tal-fehma li l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u l-vapuri kollha li jidħlu fil-portijiet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu obbligati jġorru lista tal-materjali u tal-prodotti wżati fil-bini u t-tiswija tagħhom;
8. Sabiex jiġi evitat it-trasferiment ta' skart perikoluż lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw, jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ il-bini ta' kapaċità suffiċjenti ta' żarmar ta' bastimenti fl-Unjoni Ewropea u biex tippubblika lista ta' siti għaż-żarmar li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ambjentali, tas-saħħa u ta' sikurezza;
9. Jinsisti li l-bastimenti kollha li jbaħħru bil-bandiera ta' Stat Membru u li jitilqu minn port fl-Unjoni, jew li s-sidien tagħhom huma fil-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, għandhom ikunu mnaddfa minn qabel minn kwalunkwe skart perikoluż qabel kull konsenja finali f'pajjiż mhux membru ta' l-OECD;
10. Jemmen li jridu jsiru sforzi mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni sabiex jinħoloq fond obbligatorju għar-riċiklaġġ tal-bastimenti ffinanzjat b'mod konġunt mit-tarzni u mis-sidien tal-bastimenti (eżempju permezz ta' taxxi imposti fuq bastimenti ġodda, imposti tal-port u taxxi annwali marbuta mar-reġistrazzjoni ta' l-IMO) u b'responsabilità konġunta, li għandu jiffaċilita t-tindif minn qabel ta' bastimenti li fihom materjali perikolużi u l-iżvilupp ta' impjanti ta' riċiklaġġ ta' bastimenti fl-Unjoni;
11. Jappella biex is-sussidji lill-industrija tat-trasport bil-baħar ikunu dipendenti fuq l-użu ta' metodi ta' żarmar ta' bastimenti jew ta' tindif minn qabel li jirrispettaw l-ambjent, fil-każ ta' kull bastiment li jbaħħar bil-bandiera ta' Stat Membru u li jitlaq minn port fl-Unjoni, jew li s-sidien tiegħu jkunu fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
12. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-bastimenti tal-gvern ikunu riċiklati fl-Unjoni u jħeġġiġhom bis-sħiħ biex jagħmlu l-istess bil-bastimenti tal-gwerra; madankollu, huwa tal-fehma li biex fl-UE tiżdied il-kapaċità ta' servizzi, li jirrispettaw l-ambjent, ta' żarmar u ta' tindif minn qabel ta' bastimenti, dan għandu jsir permezz ta' offerti pubbliċi b'regoli stretti ta' appalt pubbliku f'konformità sħiħa mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;
13. Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-vijabiltà tal-faċilitajiet ta' żarmar tagħhom billi jinsistu fuq it-trasparenza miżjuda fiż-żarmar tal-bastimenti tal-gvern u billi jikkoordinaw aħjar l-azzjonijiet tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' skedi ta' żmien u standards ta' kwalità armonizzati tal-kuntratti għaż-żarmar;
14. Meta jinnota n-numru kbir ta' tankers b’buq wieħed li fl-2010 se jkunu lesti biex jiżżarmaw, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni xierqa u fil-ħin sabiex tiffaċċja dan in-numru kbir;
15. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati diġà miksuba permezz tal-proġett SHIPDISMANTL iffinanzjat permezz tal-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, li taħtu qed jiġu żviluppati sistemi ta' appoġġ li se jkunu disponibbli mingħajr ħlas għall-industrija taż-żarmar tal-bastimenti madwar id-dinja; huwa konvint li se jkun possibbli li jsir titjib ulterjuri bħala riżultat tas-sejħiet il-ġodda għal proposti li jikkonċentraw b'mod speċifiku fuq strateġiji għall-bastimenti li jkunu waslu fi tmiem l-użu tagħhom;
16. Jinsisti li hemm bżonn ta' koperazzjoni xjentifika ikbar bejn l-Unjoni Ewropea u l-Asja sabiex ikomplu jiġu investigati possibilitajiet oħra għaż-żarmar tal-bastimenti u l-implikazzjonijiet tagħhom b'mod iktar integrat, inklużi l-aspetti ambjentali, soċjali, ekonomiċi u istituzzjonali; jemmen li, f'dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi t-trasferiment ta' teknoloġiji rilevanti u ta' l-aħjar prattiki;
17. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tistudja u tevalwa bir-reqqa l-benefiċċji ta' koperazzjoni finanzjarja mtejba ma' siti ta' żarmar magħżula fin-Nofsinhar ta’ l-Asja u l-investimenti diretti f'dawn is-siti, biex b'hekk tgħin biex jiġi ffurmat netwerk ta' siti ta' żarmar ċertifikati u approvati mill-UE li jkun jista' jiġġenera qligħ ikbar mill-investiment f'termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta’ l-adozzjoni |
27.3.2008 |
|
|
|
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 0 0 |
||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Březina, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Adam Gierek, András Gyürk, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eugenijus Maldeikis, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Anni Podimata, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Alejo Vidal-Quadras |
|||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Danutė Budreikaitė, Eija-Riitta Korhola, Esko Seppänen, Vladimir Urutchev |
|||||
- [1] ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (27.2.2008)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-Green Paper dwar żarmar aħjar ta' bastimenti
(207/2279(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Robert Evans
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Jilqa’ b'sodisfazzjon l-analiżi komprensiva tal-Green Paper dwar il-problemi soċjali u ambjentali ewlenin ikkawżati mill-attività ta’ żarmar ta’ bastimenti fil-pajjiżi tan-nofsinhar ta’ l-Ażja;
2. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fil-futur ser tindirizza l-kwistjoni però din mhix maħsuba li tidħol fis-seħħ qabel l-2012, filwaqt li t-talba għaż-żarmar tal-bastimenti ser tilħaq massimu fl-2010, meta mijiet ta’ tankers b'buq wieħed ser jiġu eliminati; aktar minn hekk jinnota li hemm defiċjenzi serji fl-interpretazzjoni u fl-infurzar tal-qafas regolatorju eżistenti skond il-Konvenzjoni ta’ Basel b'rabta mal-bastimenti fi tmiem l-użu;
3. Jikkunsidra li hemm bżonn li l-UE, tkun fuq quddiem u tħeġġeġ azzjoni globali, b’għan ċar li jispiċċaw bil-mod il-prattiki attwali taż-żarmar tal-bastimenti fin-nofsinhar ta' l-Ażja, u li tersaq lejn l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' Konvenzjoni internazzjonali li tistabbilixxi standards ambjentali u soċjali għall-partijiet involuti kollha.
4. Jappella għal infurzar aħjar tar-Regolament tat-Trasport ta' l-Iskart permezz ta’ kontrolli aktar stretti u monitoraġġ mill-awtoritajiet tal-port fl-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta linji gwida f’dan ir-rigward;
5. Jitlob għal strateġija globali li tiżgura li r-riċiklaġġ tal-bastimenti jitwettaq b'mod li dawk kollha involuti fil-proċess (is-sidien tal-bastimenti, il-faċilitajiet tar-riċiklaġġ/taż-żarmar, l-Istat ta' Reġistrazzjoni tal-bastiment, l-Istat fejn se jseħħ iż-żarmar tal-bastiment, eċċ.) ikunu kkoordinati u jerfgħu s-sehem rispettiv tar-responsabiltà tagħhom;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex fil-Konvenzjoni ta’ l-IMO fil-futur, jinsistu dwar l-inklużjoni ta’ obbligi u dispożizzjonijiet sostanzjali li jiżguraw livell adegwat ta’ kontroll; iqis li l-Konvenzjoni fil-futur għandu jkollha rekwiżit li jew jitneħħew il-materjali perikolużi kollha mill-bastimenti li ma jistawx jintużaw aktar qabel ma jintbagħtu għaż-żarmar jew jintbagħtu f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ aġġornati b’awtorizzazzjoni speċjali - b'infrastruttura xierqa biex jiġu ttrattati l-materjali kollha fuq il-bastiment (residwi mill-fjuwil, materjal perikoluż) - li jkunu konformi ma’ standards speċifiċi ta’ sikurezza, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ħaddiema f'dawk il-faċilitajiet, u bl-istandards ambjentali neċessarji, b'mod li ma ssirx ħsara lill-ambjent;
7. Għalhekk, jitlob sabiex kull bastiment li jkun wasal biex jiżżarma u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjonijiet internazzjonali u, b'konsegwenza ta' dan ma jkollux ċertifikazzjoni valida maħruġa minn reġistri rikonoxxuti mill-UE, jitqies bħala 'skart' sabiex jiġi żgurat l-irtirar mis-suq mingħajr problemi u sikur ta' dawk il-bastimenti li jkunu laħqu l-limitu tal-'ħajja' operattiva tagħhom;
8. Jinsisti li għandu jingħata appoġġ immedjat għall-iżvillupp ta’ industrija ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti ta' l-UE li tkun kompetittiva u nadifa; f’dan il-kuntest:
– iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżidu d-domanda għal riċiklaġġ nadif billi jimpenjaw ruħhom biex jiżguraw li l-bastimenti ta' l-Istat jiżżarmaw b'mod sikur u b'rispett lejn l-ambjent;
– jemmen li l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ta’ riċiklaġġ fit-tarzni Ewropej għandhom jiġu appoġġjati fi ħdan il-qafas tal-politiki industrijali, strutturali u ta’ koeżjoni ta’ l-UE; iqis li l-politika ta' l-UE dwar iż-żarmar tal-bastimenti m'għandhiex tkun immirata biex tneħħi dawk l-attivitajiet mill-pajjiżi ta' l-Ażja tan-Nofsinhar, minħabba l-importanza ekonomika tal-pajjiżi kkonċernati;
9. Iqis li ż-żarmar tal-vapuri se jkompli jkollu impatt soċjali u ekoloġiku anki fil-futur imbiegħed, b'mod partikulari minħabba li l-ammont ta' vapuri li qed jinbnew ilu jiżdied għal numru ta' snin; għalhekk jenfasizza l-importanza kontinwa ta' l-innovazzjoni u l-iżvilupp Ewropej fl-industrija tal-bini tal-vapuri sabiex il-bastimenti jkunu aħjar u jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tipproċedi b'enerġija kbira bil-programm LeaderSHIP 2015;
10. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri konkreti għall-promozzjoni tat-trasferiment ta' l-għarfien u tat-teknoloġija sabiex jgħinu lill-postijiet ta’ żarmar fin-nofsinhar ta' l-Ażja jikkonformaw ma' standards internazzjonali tas-sikurezza u ta’ l-ambjent, u b'mod partikulari ma' l-istandards li se jiġu stabbiliti mill-Konvenzjoni IMO dwar iż-żarmar tal-bastimenti; jemmen li dan l-objettiv għandu jitqies fil-qafas aktar wiesa’ tal-politika ta’ l-UE ta’ l-għajnuna għall-iżvilupp lejn dawn il-pajjiżi;
11. Jilqa’ b’sodisfazzjon is-suġġeriment tal-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti skemi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ttikkettar għal faċilitajiet ta’ riċiklaġġ sikuri u nodfa u jikkunsidra li kull ffinanzjar Komunitarju għall-industrija tal-bastimenti għandu jkollu l-kundizzjoni li min ser jibbenefika jrid jagħmel użu minn faċilitajiet bħal dawn;
12. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għall-istabbiliment ta’ fond ta’ żarmar skond il-“prinċipju ta’ min iħammeġ iħallas” u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, b’mod determinat, ikomplu jsegwu l-għan għall-ħolqien ta' finanzjament bħal dan fil-livell ta' l-IMO.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta’ l-adozzjoni |
26.2.2008 |
|
|
|
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 0 0 |
||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Brigitte Fouré, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle |
|||||
|
Sostitut(i) preżenti għall- votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Philip Bradbourn, Anne E. Jensen, Helmuth Markov, Vladimír Remek, Leopold Józef Rutowicz, Ari Vatanen, Corien Wortmann-Kool |
|||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta' l-adozzjoni |
26.3.2008 |
|
|
|
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 0 1 |
||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Peter Liese, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Guido Sacconi, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Åsa Westlund, Glenis Willmott |
|||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Christofer Fjellner, Johannes Lebech, Kartika Tamara Liotard, Miroslav Mikolášik, Justas Vincas Paleckis, Bart Staes |
|||||