RAPPORT dwar l-Istrateġija għall-ibgħad reġjuni: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni

17.4.2008 - (2008/2010(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Margie Sudre

Proċedura : 2008/2010(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0158/2008

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-Istrateġija għall-ibgħad reġjuni: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni

(2008/2010(INI))

Il-Parlament Ewropew,

-    wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2007 bl-isem "Strateġija għall-ibgħad reġjuni: kisbiet u prospettivi" (COM(2007)0507, tat-12 ta' Mejju 2004 (COM(2004)0343) u tat-23 ta' Awwissu 2004 (COM(2004)0543) bl-isem "Sħubija msaħħa għall-ibgħad reġjuni",

-    -wara li kkunsidra l-Artikolu 229 paragrafu 2 tat-Trattat KE li se jiġi sostitwit mill-Artikoli 349 u 355 dwar l-operat ta’ l-Unjoni Ewropea wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-Artikolu 107, paragrafu 3, punt a), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

-    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell ta' l-14 ta' Diċembru 2007,

-    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tat-XIII –il Konferenza tal-Presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi ffirmata f'Madeira fil-5 ta' Ottubru 2007,

-    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi adottati fl-2001 u l-2005,

-    wara li kkonsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0158/2008),

A. iqis li l-gżejjer Azores, il-gżejjer Kanari, il-Guadeloupe, Madeira, il-Martinique u La Réunion huma kkaratterizzati mill-akkumulazzjoni ta' żvantaġġi permanenti u intensi 'mod partikolari d-distanza mill-kontinent Ewropew, l-insularità jew l-għeluq, il-klima u t-topografija diffiċli u ċ-ċokon tas-swieq,

B.  billi Saint-Martin u Saint-Barthélemy li huma amministrattivament u politikament separati mill-Guadalope, jidhru huma speċifikament imsemmija fl-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar l-operat ta’ l-Unjoni Ewropea (it-Trattat KE kif emendat mit-Trattat ta' Liżbona) bħala reġjuni ultraperiferiċi ġodda (RUP),

C. billi l-istruttura ta' l-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi hija kkaratterizzata minn rabta stretta ma' l-agrikoltura u mas-sajd, li jikkostitwixxu attività li flimkien mas-servizzi ta’ attività ekonomika (b'mod partikolari s-servizzi turistiċi), jirrapreżentaw sorsi importanti ta' impjieg f'dawn ir-reġjuni,

D.  billi l-ibgħad reġjuni huma dipendenti, mil-lat soċjoekonomiku, mir-riżorsi tas-sajd taz-zoni ekonomiċi esklussivi tagħhom (ZEE), u billi z-zoni tas-sajd jippreżentaw fraġilità kbira mil-lat bijoloġiku,

E.  billi l-ambjent ġeografiku immedjat tar-reġjuni ultraperiferiċi joffri opportunità ta' suq limitat ħafna, filwaqt li s-swieq ultraperiferiċi huma partikolarment attraenti għall-pajjiżi terzi ġirien kollha,

F.  billi r-reġjuni ultraperiferiċi jinsabu f'pożizzjoni ta' dipendenza assoluta fuq il-mezzi ta' trasport, u billi l-ispejjeż addizzjonali marbutin mat-trasport ta’ persuni u oġġetti, in-nuqqas ta’ frekwenza jew l-abbandun totali, il-livell għoli ta’ tariffi, id-diffikultajiet biex jitwaqqaf jew biex jinżamm mezz ta’ trasport fuq livell reġjonali, jikkostitwixxu ostakoli kbar għall-iżvilupp ta’ l-ekonomija jew ta’ l-aċċessibilità tar-reġjuni ultraperiferiċi;

G. billi f'dawn l-aħħar tliet snin, ir-reġjuni ultraperiferiċi kienu involuti direttament f'riformi komunitarji importanti relatati mal-prospettivi finanzjarji, mal-politika reġjonali 2007-2013, ma' l-FEP, mal-Feader, ma' l-għajnuniet ta' l-Istat, ma' l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (CMO) taz-zokkor u tal-banana, mal-POSEI għall-agrikoltura u s-sajd, u billi dawn l-iżviluppi kienu ħafna drabi mimlijin konsegwenzi għall-dawn ir-reġjuni,

H. billi l-prijoritajiet politiċi ta' l-Unjoni, li għandhom ikunu koerenti ma' l-impenji internazzjonali, li kuljum isiru aktar ristretti minħabba l-globalizzazzjoni speċjalment mill-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq, jikkuntrastaw ma' l-intervenzjonijiet speċifiċi implimentati favur ir-reġjuni ultraperiferiċi,

I.   billi r-responsabilità relatata mar-reġjuni ultraperiferiċi naqset ħafna minn meta l-Unjoni Ewropea kibret minn 12 għal 27 Stat Membru;

J.   billi d-dehra tar-reġjuni ultraperiferiċi ħafna drabi titqabbel mad-dehra ta’ reġjuni dipendenti fuq approprijazzjonijiet komunitarji jew nazzjonali, mingħajr ma jkun iġġustifikat l-impatt pożittiv ta’ dawn il-finanzjamenti, hija ftit bilanċjata mill-valur miżjud reali li huma jagħtu lill-UE f’termini ambjentali, kulturali jew ġeostrateġiċi, kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ispazju, li l-vantaġġi pożittivi tagħhom ma jidhrux immedjatament,

K. billi r-reġjuni ultraperiferiċi jirrapreżentaw pożizzjonijiet prezzjużi avvanzati ta' l-Ewropa fil-qalba tal-Karibew viċin il-Mercosur, qrib l-Afrika fl-oċean Indjan u fl-oċean Atlantiku li grazzi għalihom l-UE tista' tikklejmja l-ewwel spazju marittimu mondjali li jikkonsisti f'25 miljun km2 ta' rikk f'riżorsi ta' kull xorta,

Kisbiet tas-sħubija msaħħa għar-reġjuni ultraperiferiċi

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta' dokumenti politiċi ambizzjużi, bħall-komunikazzjonijiet imsemmija dwar "is-sħubija msaħħa għar-reġjuni ultraperiferiċi", il-Kummissjoni qed tippreżenta komunikazzjoni ġdida dwar dan is-suġġett;

2.  Jitlob b'kunsiderazzjoni għall-firxa ta' l-oqsma trattati u tal-komplessità tal-politiki kkonċernati, li tinżamm l-Unjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fi ħdan id-DĠ REGIO tal-Kummissjoni, u li l-istaff tagħha jissaħħaħ sabiex ikunu garantiti l-mezzi indispensabbli għas-segwitu tal-missjonijiet ta' l-Unjoni;

3.  Jiġbed l-attenzjoni għall-komunikazzjoni dwar il-bilanċ partikolarment pożittiv ta' l-azzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li diversi miżuri li din ta' l-aħħar tikkonforma magħhom iwieġbu parzjalment għall-esiġenzi tar-reġjuni ultraperiferiċi (b'mod partikolari fis-setturi tat-trasport u ta' l-aċċessibilità, tar-riċerka, tas-sajd u tal-koperazzjoni reġjonali) u li bl-ebda mod ma tissemma d-diffikulta li wieħed jiltaqa' magħha u l-isforzi mwettqa mir-reġjuni ultraperiferiċi, pereżempju fil-kuntest tat-tiġdid ta' l-iskemi ta' għajnuniet ta' l-Istat;

4.   Jinnota li l-intervenzjonijiet tal-Fondi strutturali jkomplu jikkontribwixxu bil-kbir għall-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi; jixtieq madanakolli li l-miżura tal-livell ta’ koeżjoni miksuba f’dawn ir-reġjuni tkun inkisbet grazzi għal indikaturi oħra milli mill-Prodott Gross Domestiku tagħhom biss meta mqabblla mal-medja komunitarja u li l-politika ta’ koeżjoni tkun ikkombinata aħjar ma’ politiki komunitaji oħrajn, b’mod transversali, sabiex jitkabbru s-sinerġiji ; Jitlob li l-Kummissjoni tkun iktar flessibbli u tadatta aħjar il-politiki attwali u futuri tagħha għar-realtajiet ultraperiferiċi, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 299 (2) tat-Trattat KE ;

5.  Jikkunsidra r-riżultati sodisfaċenti miksuba fil-qafas tal-POSEI (agrikoltura u sajd) u tat-tkabbir taz-zokkor, rum u banana; jixtieq li jkun hemm kunsiderazzjoni konkreta tal-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu jirriżultaw għal dawn il-prodotti agrikoli fin-negozjati internazzjonali li għaddejjin bħalissa u fl-azzjonijiet imnidija mill-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq; jibqa' attent għall-approċċ tar-reviżjoni intermedja tal-POSEI u għall-valutazzjoni ta' l-iskemi fiskali divrenzjati;

6.   Jappoġġja l-fatt li l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi jeħtieġu strateġija bbażata fuq politiki u miżuri li la huma suġġetti għal kriterji tranżitorji u lanqas għal żvilupp temporanju tal-ġid, li huma adattati għall-bżonnijiet differenti ta’ kull wieħed mir-reġjuni, miżuri li jaffaċċjaw l-iżvantaġġi permanenti li huma suġġetti għalihom dawn ir-reġjuni ;

7.   Jitlob lill-Kummissjoni biex, b'kunsiderazzjoni għall-ispeċifiċitajiet u d-differenzi bejn l-ibgħad reġjuni, min-naħa l-waħda, u ta' l-irwol li dawn għandhom fil-politika marittima Ewropea integrata, min-naħa l-oħra, tintegra fil-pjan tagħha miżuri ta' għajnuna lis-setturi tas-sajd ta' dawn ir-reġjuni; Iqis li l-Kummissjoni għandha tiggarantixxi lill-flotot tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni diskriminazzjoni pożittiva fl-aċċess għar-riżorsi tas-sajd li jeżistu matul il-kosti tagħhom u tissalvagwardja b'attenzjoni partikolari n-natura sostenibbli tas-sajd artiġjanali;

Fażi ta' maturazzjoni tas-sħubija msaħħa għar-reġjuni ultraperiferiċi

8.  Jiddispjaċih li l-proposti mressqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-fażi ta' maturazzjoni li jikkonċernaw il-biċċa l-kbira tal-miżuri diġà eżistenti jew li waslu biex jintemmu (RTE-T, RTE-E, is-7 PCRD - programm-qafas għall-innovazzjoni u għall-kompetittività jew għall-politika reġjonali); jistenna li jiġu ċċarati l-mezzi konkreti u operazzjonali offruti lir-reġjuni ultraperiferiċi għall-iżvilupp ta' dawn l-opportunitajiet;

9.  Jinsab imħasseb dwar l-importanza dejjem tikber li l-Kummissjoni tagħti lill-istrumenti ta' evalwazzjoni tal-politiki u l-istrumenti komunitarji favur ir-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll lill-istima ta' l-effetti kwantitattivi ta' l-iżvantaġġi ta' dawn ir-reġjuni bil-għan li tiġi żviluppata metodoloġija ta' kumpens għal spejjeż addizjonali marbuta ma' l-ultraperiferija;

10. jixtieq li din it-tendenza għall-kunsiderazzjoni ta' ġustifikazzjonijiet iktar u iktar matematiċi tal-miżuri ma tikkostitwixix skuża biex terġa tiġi applikata parti mill-politika ta' l-UE mmirata għar-reġjuni ultraperiferiċi tagħha, jew biex jiġu skoraġġiti l-parteċipanti ewlenin istituzzjonali u ekonomiċi ultraperiferiċi li qed jimponu kundizzjonijiet diffiċli ħafna biex jintlaħqu;

11. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' interess muri mid-DĠ għall-Kummerċ biex jiġu kkunsidrati speċifiċitajiet ultraperiferiċi waqt in-negozjati ta' l-APE u jitlob immedjatament lill-Kummissjoni biex tkompli tfittex kompromess li jirrispetta l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati fil-qafas tal-ftehimiet definittivi li se jiġu konklużi mal-pajjiżi ACP;

12. Jixtieq li l-Kummissjoni tiġġustifika l-intenzjoni reali tagħha biex tiffaċilita l-inklużjoni reġjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi biex tingħata konsistenza lill-"pjan ta' azzjoni għal 'viċinat-kbir' li hija kienet wegħdet fl-2004;

13. Jinsab imħasseb dwar ċerti miżuri proposti mill-Kummissjoni fil-qasam tat-trasport, partikolarment dwar l-evalwazzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi jew il-kunsiderazzjonijiet għall-esternalitajiet ambjentali; jerġa jtenni l-bżonn ta' trattament differenti għar-reġjuni ultraperiferiċi dwar dan is-suġġett speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-inklużjoni ta' l-avjazzjoni ċivili fis-sistema Ewropea ta’ skambju ta’ kwoti ta’ l-emissjonijiet ( ETS) sabiex ma jerġgħux jiġu applikati l-isforzi mwettqa bħala kumpens għall-iżvantaġġ tagħhom għall-aċċessibilità;

14. Iqis li l-intervenzjonijiet komunitarji għandhom jipproduċu l-effett ta' katalizzatur ta' l-inizjattiva għall-iżvilupp, li għandu jibda mir-reġjuni ultraperiferiċi, speċjalment fil-kuntest tas-sħubijiet pubbliċi/privati, ċentri ta' eċċellenza bbażati fuq setturi li jivvalutaw l-aħjar punti tagħhom u l-aħjar kompetenzi tekniċi tagħhom, bħall-immaniġġjar ta' l-iskart, l-enerġiji li jiġġeddu, l-awto-suffiċjenza ta’ l-enerġija, il-bijodiversità, il-mobilità ta' l-istudenti, ir-riċerka fil-qasam tal-klima jew l-immaniġġjar tal-kriżijiet;

15  Ifakkar li diversi azzjonijiet u programmi li għandhom jiġu segwiti u mnidija mmirati għar-reġjuni ultraperiferiċi, huma suxxettibbli li jwasslu għal kontribuzzjonijiet sinifikanti għal prijoritajiet komunitarji u internazzjonali stabbiliti speċjalment f'oqsma bħall-bidla fil-klima, il-ħarsien tal-bijodiversità, l-enerġiji li jiġġeddu, is-saħħa fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, l-ikel, id-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi u produttivi; jilqa’ b’sodisfazzjon l-implimentazzjoni speċjalment tal-programm NET-BIOME li jikkostitwixxi eżempju sinifikanti tal-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-qasam tar-riċerka xjentifika; madanakollu, jistaqsi lilu nnifsu dwar il-fatt li minkejja l-kwantità ta’ proġetti li għaddejjin u l-iskala tal-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi, l-inklużjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar fi ħdan l-Ispazju Ewropew għar-Riċerka (EER) għadha dgħajfa ħafna;

Dibattitu dwar il-futur ta' l-Istrateġija ta' l-Unjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi

16 Jifraħ lill-Kummissjoni għall-inizjattiva tagħha għat-tnidija ta' dibattitu dwar il-futur ta' l-istrateġija favur l-ultraperiferija, f'forma ta' konsultazzjoni pubblika li r-riżultati tagħha se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' proposta ġdida qabel l-2009;

17. Jinsisti madanakollu li dan id-dibattitu ma għandux ikun limitat biss għall-kwistjonijiet imsemmija (il-bidla fil-klima, l-iżvilupp demografiku u t-tmexxija tal-flussi migratorji; l-agrikoltura, il-politika marittima), anke jekk dawn it-temi huma inevitabbli u jqis li d-dibattitu għandu neċessarjament jinkludi l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona għar-reġjuni ultraperiferiċi;

18. Jitlob b'insistenza li l-iskop ta' l-Artikolu 299, paragrafu 2 tat-Trattat KE (minbarra l-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar l-operat ta’ l-Unjoni Ewropea) li huwa l-bażi tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tagħha u l-pilastru li fuqu hija bbażata l-kunsiderazzjoni mogħtija lilhom mis-servizzi tal-Kummissjoni, jiġu inklużi fl-aġenda tad-dibattiti biex dawn ta' l-aħħar jingħataw l-ambitu ġuridiku, istituzzjonali u politiku li qed jitolbu;

19. Jenfasizza l-importanza tas-servizzi pubbliċi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tar-reġjuni ultraperiferiċi, speċjalment fis-setturi tat-trasport bl-ajru u bil-baħar, tal-posta, ta' l-enerġija u tal-komunikazzjonijiet;

20. Jitlob li jkunu adottati b’urġenza l-miżuri maħsuba għall-ġlieda kontra n-natura persistenti tal-qgħad, tal-faqar u ta’ l-inugwaljanzi fit-tqassim tad-dħul fir-reġjuni ultraperiferiċi li f’dan ir-rigward għandhom marbuta magħhom l-ogħla rati fl-UE;

21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri li se jwettqu l-implimentazzjoni tal-klawsola passarella ta' l-Artikolu 355, paragrafu 6 tat-Trattat dwar l-operat ta’ l-Unjoni Ewropea;

22. Iqis li r-reġjuni ultraperiferiċi huma opportunità għall-Unjoni Ewropea fir-riflessjoni tagħha li għaddejja bħalissa dwar it-tibdil fil-klima, kif ukoll dwar l-osservazzjoni tal-perikli, il-prevenzjoni tal-ħsara, ir-reazzjoni għall-katastrofi u l-preservazzjoni ta’ l-ekosistemi; Jitlob f’dan ir-rigward, li l-Kunsill jadotta kemm jista’ jkun malajr il-proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li il-Fondi ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea li direttament l-ispeċifiċità ta' l-ultraperiferija; jixtieq ukoll li l-proposti tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tar-reazzjoni ta’ l-UE f’każ ta’ katastrofi, jisfruttaw ukoll l-għarfien espert marbut mal-lokalizzazzjoni ġeografika ta’ dawn ir-reġjuni;

23. Jixtieq li l-politika futura komuni ta’ l-immigrazzjoni tagħti attenzjoni speċjali għas-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi li kollha huma fruntieri esterni ta’ l-Unjoni Ewropea, imdawrin b’ pajjiżi terzi inqas żviluppati li huma sottomessi għal pressjoni migratorja qawwija ħafna flimkien ma’ tkabbir demografiku li ħafna drabi hu ogħla mill-medja fl-Unjoni Ewropea li qed iwassal għal tensjonijiet ekonomiċi u soċjali preokkupanti f’dawn ir-reġjuni;

24. 17. Jitlob li l-appoġġ komunitarju għall-agrikoltura tar-reġjuni ultraperiferiċi, li huwa trattat b'mod iktar konċiż minn temi oħrajn, iżda ikun is-suġġett ta' riflessjonijiet fil-fond dwar l-identifikazzjoni ta' theddidiet reali, dwar il-bżonn li l-komunità lokali tkun awtosuffiċjenti, dwar il-livell tad-dħul tal-bdiewa, dwar l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom, dwar l-importanza tad-dimensjoni ambjentali u dwar il-kunsiderazzjoni ta' l-impatt tal-ftuħ kummerċjali implimentat mill-APE u mill-ftehimiet futuri ta’ skambju ħieles li qed ikunu nnegozjati bħalissa ma’ diversi reġjuni ta’ l-Amerika Latina;

25. Huwa ta’ l-opinjoni li r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jitpoġġew fil-qalba tal-politika marittima ta’ l-Unjoni u jinsisti li d-dibattitu dwar din il-kwistjoni jkun b’mod partikolari bbażat fuq l-irwol li huma jistgħu jilagħbu fil-qasam ta’ l-esplojtazzjoni sostenibbli ta’ l-ibħra, l-oċeani u z-zoni kostali, kif ukoll fil-governanza marittima internazzjonali;

26. Requests the Commission, the Council and the other EU institutions concerned to efficiently and adequately ensure future Community funding of the Union's strategy to assist ORs and the compensation of handicaps linked to their outermost status ;

27. Jirrakkomanda li l-mezzi biex jingħelbu ċ-ċokon tas-swieq lokali, l-ambjent kompetittiv dejjem iktar miftuħ, l-aċċess diffiċli għal żbokk fis-suq kontinentali Ewropew jew fiz-zoni ġeografiċi rispettivi, it-titjib ta’ l-artikolazzjoni tal-finanzjamenti FEDER/FED u FEDER/ICD għall-proġetti ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien, ikunu wkoll oqsma prijoritarji li jsir ħsib serju dwarhom, kif ukoll dwar il-parteċipazzjoni effettiva tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-politiki Ewropej ta' l-innovazzjoni u tal-ġlieda kontra l-frammentazzjoni diġitali, biex ikun garantit aċċess sħiħ għall-popolazzjonijiet ta’ dawn ir-reġjuni għall-midja u għall-mezzi ta’ komunikazzjoni offruti mit-teknoloġiji l-ġodda, bħal pereżempju l-aċċess għall-broadband internet;

28. Jinsisti sabiex is-sħubija indispensabbli għas-suċċess tad-dibattitu ma tkunx limitata biss għall-istituzzjonijiet pubbliċi Ewropej, nazzjonali u lokali iżda jagħtu l-okkazzjoni bħal ma ġara fil-passat biex jiġi inkluż fid-diskussjoni, in-netwerk ekonomiku ultraperiferiku kollu li huwa rappreżentat minn organizzazzjonijiet strutturati li jgħixu kuljum l-effetti politiċi Komunitarji fuq it-territorju; Jitlob li fil-bidu tal-konferenza konġunta li se sseħħ fi Brussell fl-14 u l-15 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni tippubblika malajr komunikazzjoni ġdida b'kunsidereazzjoni għall-progress li se jwassal għalih dan id-dibattitu:

29. iqis li l-valutazzjoni ta' l-assi partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi bħala bażijiet militari ta' l-UE 'l barra mill-kontinent Ewropew, hija l-aħjar strateġija biex ikun garantit żvilupp endoġenu u sostenibbli ta' dawn ir-reġjuni, speċjalment permezz ta’ turiżmu li jintegra r-rikkezza storika kollha tagħhom u l-patrimonju kulturali, artistiku u arkitettoniku tagħhom li l-Unjoni Ewropea għandha d-dover li tippreserva;

°

°    °

30. Jitlob lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat għar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tar-reġjuni ultraperifeiċi kif ukoll lill-President fil-kariga tal-Konferenza tal-presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Ir-rikonoxximent ġuridiku tar-reġjuni ultraperiferiċi ta' l-Unjoni Ewropea, rikonoxximent li kien gradwali u tard huwa stabbilit fl-Artikolu 299, paragrafu 2 tat-Trattat KE.

Il-gżejjer Azores, il-gżejjer Kanari, il-Guadeloupe, Madeira, il-Martinique u La Reunion, minħabba d-diversi speċifiċitajiet tagħhom, jistgħu jibbenefikaw minn politiki komunitarji adattati mmirati biex ikun iffaċilitat id-dħul tagħhom fil-kuntest Ewropew.

L-Artikoli 299 u 311a tat-Trattat ta' Liżbona, li se jissostitwixxu l-Artikolu 299, paragrafu 2, jinkludu ma' din il-lista l-gżejjer Saint-Martin et de Saint-Barthélemy li huma amministrattivament u politikament separati mill-Guadalope. Għalhekk, dawn iż-żewġ kollettivitajiet se jsiru r-reġjuni ultraperiferiċi l-ġodda.

Il-problema tar-reġjuni ultraperiferiċi madanakollu tissupera l-kuntest ta' l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali li dam tagħhom. Hija tikkostitwixxi wkoll sfida politika; minħabba li dawn ir-reġjuni xi drabi volontarjament għażlu li jkunu parti integrali mill-UE, t-tamiet tagħhom ma għandhomx ikunu diżappuntati. minħabba li huma jagħtu dimensjoni mondjali lill-Unjoni Ewropea billi jikkostitwixxu bażijiet militari li għandhom kuntatt ma' blokki ekonomiċi kbar.

Din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni għandha l-għan li tħejji l-ewwel bilanċ ta' l-"isħubija msaħħa għar-reġjuni ultraperiferiċi" imnidija fl-2004, biex tippreċiża l-attività li għadha tiġi mwettqa sal-lum fit-tieni fażi magħrufa bħala l-maturazzjoni u biex tħejji dibattitu dwar il-futur ta' din l-istrateġija.

Kisbiet tas-sħubija msaħħa għar-reġjuni ultraperiferiċi

Il-Kummissjoni tqis li l-bilanċ ta' l-ewwel fażi ta' "l-isħubija msaħħa" huwa pożittiv ħafna: ġew adottati diversi miżuri komunitarji favur ir-reġjuni ultraperiferiċi, minn perspettiva transversali u kumplimentari, miżuri li kkontribwixxew ħafna għat-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali f'dawn ir-reġjuni.

It-tliet pilastri ta' "l-isħubija msaħħa" (it-tnaqqis tad-defiċit ta' l-aċċessibilità, it-titjib tal-kompettività u l-integrazzjoni reġjonali) jibqgħu relevanti minħabba li huma jirrispondu b'mod xieraq għal prijoritajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Ir-rapporteur tagħkom hija ta' l-opinjoni li dan il-bilanċ huwa ppreżentat b'mod eseġeratament pożittiv u mhux oġġettiv. Ir-riżultat miksub jekk wieħed jitlaq minn intenzjonijiet kredibbli, huwa iktar kontrastanti u l-komunikazzjoni sfortunatament qatt ma ssemmi d-diffikultajiet affaċjati fil-prattika f'ċerti każijiet.

Fażi ta' maturazzjoni tas-sħubija msaħħa għar-reġjuni ultraperiferiċi

Il-Kummissjoni tqis li l-Istrateġija favur ir-reġjuni ultraperiferiċi issa għandha tidħol fit-tieni fażi magħrufa bħala l-maturazzjoni, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-inizjattivi ta' koordinazzjoni tal-FEDER u tal-FED, l-integrazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-ispazju Ewropew ta' riċerka jew saħansitra l-adattazzjoni ta' l-SIEG għall-bżonnijiet tas-swieq lokali;

Għalhekk, hija tixtieq li kull pilastru jkun approfondit permezz ta' l-adozzjoni jew l-implimentazzjoni ta' madwar tletin miżura addizzjonali.

L-iktar miżuri sensittivi huma t-twettiq ta' orjentazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' l-effetti kwantifikabbli ta' l-iżvantaġġi speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi.

Jekk l-imsieħba kollha jirrikonoxxu l-bżonn li tiġi provduta metodoloġija għall-kwantifikazzjoni ta' l-ispejjeż żejda kkawżati mill-ultraperiferija, ir-rapporteur tagħkom qed titlob li l-Parlament Ewropew jibqa' kawtel dwar dan is-suġġett biex miżura maħsuba għall-benefiċċju tar-reġjuni ultraperiferiċi ma tkunx kompromessa b'mod artifiċjali.

Metodoloġija sistematika żżejjed se tkun sproporzjonata u mhix se tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ta' kull wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi li f'ċertu każijiet ma jistgħux isibu punti komparabbli fil-kontinent Ewropew.

Bl-istess mod, l-importanza dejjem tikber mogħtija lill-evalwazzjoni ta' politiki u strumenti komunitarji, jekk din tkun ibbażata fuq prinċipju evidenti tat-tmexxija tajba tal-fondi Ewropej ma jistax ikollha bħala konsegwenza kunsiderazzjoni mill-ġdid ġeneralizzata ta' l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tagħha.

F'dan il-kuntest, il-metodoloġija għandha tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità, u mingħajr ma toħloq strumenti statistiċi superfluwi li jirriskjaw li jkunu jiswew wisq flus minħabba l-iskopijiet limitati tagħhom..

Il-futur ta' l-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi

Il-Kummissjoni nidiet dibattitu dwar il-futur ta' l-istrateġija, filwaqt li enfasizzat erba' temi : il-bidla fil-klima, l-iżvilupp demografiku u t-tmexxija tal-flussi migratorji, l-agrikoltura, il-politika marittima.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' komunikazzjoni ġdida dwar il-futur tas-sħubija mar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Parlament assuma r-responsabilità f'dan il-qasam u esprima l-interess tiegħu dwar dan il-ħsieb permezz ta' dan ir-rapport.

Jekk ir-rapporteur għal opinjoni tilqa' b'sodisfazzjon din l-inizjattiva tal-Kummissjoni, hija tikkunsidra madanakollu, li t-temi magħzula ma jkoprux il-preokkupazzjonijiet kbar kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi, b'riskju li jitnaqqas l-impatt ta' strateġija futura.

Il-kontenut ta' l-Artikolu 299 paragrafu 2 (wara l-Artikoli 299 u 311a tat-Trattat ta' Liżbona), il-konservazzjoni ta' l-agrikoltura tradizzjonali, l-appoġġ imsaħħaħ għall-iżvilupp ta' setturi bħal ma huma t-tkabbir taz-zokkor, tar-rum u tal-banana, il-kwistjoni dwar għajnuniet ta' l-Istat, iż-żamma ta' skemi fiskali divrenzjali, il-kundizzjonijiet ta' l-iżvilupp ta' miżuri, il-kumpens ta' l-ispejjeż addizzjonali, il-valutazzjoni ta' l-assi, fost l-oħrajn, fl-opinjoni tar-rapporteur tagħkom huma suġġetti li ma jistgħux jiġu evitati.

L-Artikolu 311 a jistabbilixxi dispożizzjoni ġdida li tippermetti lill-ċerti pajjiżi u territorji li jinsabu barra minn Franza (PTOM) biex jiksbu stejtus ta' reġjuni ultraperiferiċi wara deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew. Ir-rapporteur tagħkom tixtieq li l-Kummissjoni timpenja ruħha flimkien ma' l-Istati Membri kkonċernati biex tipprepara l-bidliet maħsuba mill-iktar fis possibbli biex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni ta' dawn il-kollettivitajiet lejn l-istejtus il-ġdid tagħhom.

Konklużjoni

L-assigurazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-garanzija lill-popolazzjonijiet ultramarittimi ta' prosperità konkreta, it-tisħiħ tal-kompetittività ta' l-intrapriżi tagħhom u tat-territorji tagħhom, il-konvinzjoni li l-futur ta' l-Ewropa japplika wkoll għar-reġjuni ultraperiferiċi : dawn huma l-objettivi ta' dan ir-rapport ta' inizjattiva.

Jeħtieġ ukoll li nsaħħu l-idea li nkomplu l-attwazzjoni b'iktar mod diversifikat possibbli tar-regoli li qedgħin fis-seħħ, filwaqt li nattivaw l-istrumenti l-iktar adattati għas-soluzzjoni konkreta ta' problemi tar-reġjuni ultraperiferiċi u nerġgħu nirrikorru jekk ikun hemm bżonn għad-derogi adattati għar-realtà reġjonali kkonċernata, mingħajr ma din ixxekkel l-interess ġenerali tal-Komunità.

Wara l-fażijiet tal-bidu ta' l-irkupru strutturali, il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi Ewropej għandha tipprepara l-bidu tad-diversifikazzjoni neċessarja għall-ekonomiji ultraperiferiċi u ma tikkuntentax biss bl-akkwist ta' żviluppi li l-biċċa l-kbira minnhom ikunu nkisbu grazzi għall-Unjoni Ewropea

Il-valutazzjoni ta' l-assi partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi tikkostitwixxi l-unika strateġija li tista' tiggarantixxi żvilupp endoġenu u sostenibbli għall-ultraperiferija: il-manutenzjoni, il-konservazzjoni u l-protezzjoni ma għadhomx biżżejjed; jeħtieġ ukoll l-attrazzjoni, it-tixrid u l-koperazzjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (14.4.2008)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar l-Istrateġija għall-ibgħad reġjuni: Kisbiet u Prospettivi fil-Ġejjieni
(2008/2010(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Pedro Guerreiro

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora dawn is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi, minkejja t-titjib innotat, xorta jibqa' l-bżonn li jkun hemm investimenti ġodda biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-professjonisti tas-sajd, l-infrastrutturi u t-tagħmir tal-port ta' għajnuna għas-sajd, u biex jiġġeddu u jiġu modernizzati l-flotot ta' l-ibgħad reġjuni (OR),

B.   billi l-flotot fil-maġġoranza tagħhom huma magħmula minn dgħajjes antikwati, xi kultant li ilhom iktar minn 30 sena f'ċerti zoni mbiegħda, u billi l-iskop li dawn jingħataw għajnuniet Komunitarji għat-tiġdid tal-flotot ikun ta' ostakolu biex jegħlbu l-iżvantaġġ tagħhom fir-rigward ta' l-istruttura tal-flotot tal-kontinent Ewropew,

C.  billi l-ibgħad reġjuni huma dipendenti, mil-lat soċjoekonomiku, mir-riżorsi tas-sajd taz-zoni ekonomiċi esklussivi tagħhom (ZEE), u billi z-zoni tas-sajd jippreżentaw fraġilità kbira mil-lat bijoloġiku,

1.   Jenfasizza l-importanza tas-settur tas-sajd fir-rigward tas-sitwazzjoni soċjoekonomika, ta' l-impjiegi u tal-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali ta' l-ibgħad reġjuni, immarkati minn ekonomiji sottomessi għal limitazzjonijiet strutturali permanenti u li jgawdu minn ftit possibilitajiet ta' diversifikazzjoni;

2.   Iqis li l-Kummissjoni għandha tiggarantixxi lill-flotot tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni diskriminazzjoni pożittiva fl-aċċess għar-riżorsi tas-sajd li jeżistu matul il-kosti tagħhom u tissalvagwardja b'attenzjoni partikolari n-natura sostenibbli tas-sajd artiġġjanali;

3.   Iqis neċessarju li jinżammu u jissaħħu l-għajnuniet Komunitarji lis-setturi tas-sajd għall-ibgħad reġjuni, li għandhom programm ta' kumpens għall-ispejjeż supplimentari mġarrba mill-fatt li jinsabu 'l bogħod, marbuta mal-fluss tal-prodotti partikulari tas-sajd ta' ċerti reġjuni mbiegħda (POSEI għas-Sajd); jiddefendi, f'dan is-sens, l-idea li dan il-programm m'għandux ikun limitat fiż-żmien, peress li s-sitwazzjoni tad-distanza mbiegħda hija permanenti, u japprezza ż-żieda tal-krediti tal-baġit Komunitarju 2008 għall-programm;

4.   Iqis neċessarju li jittieħdu miżuri ġodda, iktar effikaċji u indipendenti mill-kriterji ta' limitazzjoni fiż-żmien jew minn evoluzzjoni ta' l-istat ta' rikkezza li tkun ġejja minn ċirkostanzi temporanji jew artifiċjali, biex tiġi promossa l-kapaċità ta' l-ibgħad reġjuni meta jkunu ffaċċjati mil-limitazzjonijiet u mill-iżvantaġġi strutturali permanenti li huma sottomessi għalihom, b'mod partikulari fis-settur tas-sajd;

5.   Jitlob lill-Kummissjoni biex, b'kunsiderazzjoni ta' l-ispeċifiċitajiet u d-differenzi bejn l-ibgħad reġjuni, minn naħa, u ta' l-irwol li dawn għandhom fil-politika marittima Ewropea integrata, min-naħa l-oħra, tintegra fil-pjan tagħha miżuri ta' għajnuna lis-setturi tas-sajd ta' dawn ir-reġjuni, li jiffokaw b'mod speċjali fuq il-punti li ġejjin:

- il-ħatra taz-zona li tikkorrispondi għaz-ZEE ta' l-ibgħad reġjuni bħala "zona ta' aċċess esklussiv", sabiex tiggarantixxi s-sostenibilità tas-sistemi ekoloġiċi tal-baħar, ta' l-attività tas-sajd u tal-komunitajiet lokali kkonċernati;

- l-evalwazzjoni xjentifika tal-potenzjal ta' dawn l-ilmijiet fir-riżorsi tal-baħar u, b'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni definit fil-politika komuni tas-sajd, l-għażla taz-ZEE ta' ħdejn l-ibgħad reġjuni għal-flotot lokali rispettivi tagħhom;

- l-evalwazzjoni, b'konformità mal-prinċipju ta' l-istabbilità relattiva, ta' l-impatt soċjoekonomiku li jkollu tkabbir ta' l-isforz tas-sajd u l-użu ta' ċerti magni fid-dgħajjes bl-ikbar kapaċità fiz-zoni ekonomiċi esklussivi ta' ħdejn l-ibgħad reġjuni, fuq in-natura sostenibbli tal-Komunitajiet lokali rispettivi;

- il-garanzija ta' l-għajnuna Komunitarja għat-tiġdid u għall-immodernizzar tal-flotot tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni, b'mod partikulari tal-flotot artiġanali, kundizzjoni indispensabbli għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' konservazzjoni tal-ħut u l-kundizzjonijiet ta' xogħol, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' sigurtà tal-professjonisti tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni;

- it-tisħiħ ta' l-għajnuna Komunitarja għar-riċerka xjentifika fil-qasam tas-sajd u għall-ġbir ta' informazzjoni, li għandha tippermetti li jiġu promossi l-protezzjoni u r-ristawr tar-riżorsi tal-baħar u l-bijodiversità ta' l-ibgħad reġjuni, b'mod partikulari billi tiġi rikonoxxuta n-natura speċifika ta' dawn ir-reġjuni fil-qafas tal-programmi marbuta mas-seba' programm qafas għal azzjonijiet ta' riċerka, ta' l-iżvilupp teknoloġiku u tad-dimostrazzjoni;

- it-titjib tal-magni tas-sajd u l-projbizzjoni ta' l-użu ta' magni tas-sajd li jagħmlu ħsara lis-sistemi ekoloġiċi tal-baħar;

- it-twaqqif ta' miżuri soċjoekonomiċi bl-għan li s-sajjieda jiġu kkumpensati għall-impatt tal-miżuri, volontarji jew le, tal-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar;

- il-ħolqien ta' programm Komunitarju ta' għajnuna għas-sajd żgħir tal-kosta u għas-sajd artiġġanali, li jqis in-naturi speċifiċi u l-importanza soċjoekonomika li joħorġu minn dawn ir-reġjuni;

- l-għajnuna għat-taħriġ u għall-kwalifiki professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' xogħol (inklużi l-kundizzjonijiet ta' iġjene, ta' sigurta u ta' kumdità) u tas-sitwazzjoni ekonomika tas-sajjieda, li jiffavorixxi t-tixtil tas-settur;

- it-tisħiħ ta' l-għajnuna għat-trasformazzjoni, għall-kummerċjalizzazzjoni u għall-promozzjoni tal-prodotti tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni;

- il-modernizzazzjoni u l-ħolqien ta' l-infrastrutturi u tat-tagħmir tal-port ta' appoġġ għas-sajd, li bħalissa mhumiex biżżejjed biex jirrispondu għall-bżonnijiet tas-settur tas-sajd f'ċerti reġjuni mbiegħda;

- it-tisħiħ mill-ġdid ta' l-għajnuna għall-iżvilupp sostenibbli ta' l-akwakultura u tal-produzzjoni akwatika, skond in-natura speċifika ta' kull waħda minn dawn ir-reġjuni mbiegħda;

- l-għajnuna għall-installazzjoni u għall-modernizzazzjoni ta' mezzi xierqa ta' prevenzjoni, ta' salvataġġ, ta' sorveljanza, ta' verifika u ta' kontroll, li għandha tqis il-kobor taz-zoni ekonomiċi esklussivi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, it-tisħiħ tas-sigurtà marittima u s-salvagwardja ta' l-ambjent tal-baħar;

6.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' suddiviżjoni insulari, integrata mal-kunsill konsultattiv reġjonali għall-ilmijiet awstrali tal-Punent, li tkun tista' tittratta b'mod iktar objettiv il-pixkeriji speċifiċi għall-ibgħad reġjuni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

3.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Pedro Guerreiro, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Catherine Stihler, Margie Sudre, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Josu Ortuondo Larrea, Raül Romeva i Rueda, Thomas Wise

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ilda Figueiredo, Willem Schuth

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Victor Boştinaru, Antonio De Blasio, Petru Filip, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Pedro Guerreiro, Gábor Harangozó, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Sérgio Marques, Miguel Angel Martínez Martínez, Miroslav Mikolášik, James Nicholson, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Pierre Pribetich, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Margie Sudre, Kyriacos Triantaphyllides, Lambert van Nistelrooij, Vladimír Železný

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Jan Březina, Brigitte Douay, Den Dover, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Madeleine Jouye de Grandmaison, Ramona Nicole Mănescu, Ljudmila Novak, Mirosław Mariusz Piotrowski, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Manfred Weber

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Gauzès, Manuel Medina Ortega, Jacques Toubon