RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Kodiċi tal-Komunità dwar il-Viżi

18.4.2008 - (COM(2006)0403 – C6‑0254/2006 – 2006/0142(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Henrik Lax

Proċedura : 2006/0142(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0161/2008
Testi mressqa :
A6-0161/2008
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Kodiċi tal-Komunità dwar il-Viżi

(COM(2006)0403 – C6‑0254/2006 – 2006/0142(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0403),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62 (2) (a) u (b) (ii) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0254/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0161/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kemm jista' jkun jipprovdu assistenza lill-applikanti meta l-proċedura ta' applikazzjoni għall-viża tkun trid tiġi ffaċilitata. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-applikanti li l-post ta' residenza tagħhom jinsab f'distanza konsiderevoli mill-missjoni diplomatika jew post konsulari li jkunu qed jittrattaw it-talba tagħhom. Il-post konsulari jew il-missjoni diplomatika ta' l-Istat Membru responsabbli għandhom jipprovaw isibu mezz biex kemm jista' jkun l-applikanti jinqdew f'post wieħed għall-proċeduri meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tipprova tintroduċi ideat ġodda biex tiġi ffaċilitata politika tal-viża għall-applikanti mingħajr ma titneħħa l-proċedura eżistenti dwar liema Stat Membru huwa responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għall-viża.

Emenda 2

Premessa 8

(8) Il-ftehimiet bilaterali konklużi bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għall-viżi għal waqfiet qosra jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(8) Il-ftehimiet bilaterali konklużi bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-viżi għal waqfiet qosra u biex isaħħu d-demokrazija u s-soċjetà ċivili jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-faċilitazzjoni tal-viża tista' tinkludi, fost affarijiet oħra, tnaqqis jew eżenzjoni mill-ispejjeż tal-viża, faċilitazzjoni f'partijiet mill-proċedura tal-viża, eżenzjoni mill-użu ta’ dejta bijometrika u użu aktar frekwenti ta' viżi għal dħul multiplu b'perjodu twil ta' validità. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni bikrija u ċara lill-Parlament Ewropew dwar dawn il-ftehimiet bilaterali.

Emenda 3

Premessa 10

(10) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tas-servizz offrut lill-pubbliku huwa raġonevoli u jsegwiI prattiki amministrattivi tajba. Għal dan l-għan għandhom jallokaw numri xierqa ta’ impjegati mħarrġa kif ukoll riżorsi suffiċjenti.

(10) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tas-servizz offrut lill-pubbliku huwa ta’ standard għoli, orjentat lejn l-applikant u jsegwi prattiki amministrattivi tajba. Għal dan l-għan għandhom jallokaw numri xierqa ta’ impjegati mħarrġa kif ukoll riżorsi suffiċjenti.

Emenda 4

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a) L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-entitajiet kummerċjali kollha involuti fil-forniment ta' servizzi marbuta direttament jew indirettament ma' applikazzjonijiet għall-viża biex jikkunsidraw bis-serjetà l-bżonnijiet ta' l-applikant. L-Istati Membri u l-entitajiet kummerċjali għandhom jiżguraw li kull rewiżit impost fuq l-applikanti jkun proporzjonat u oġġettiv.

Emenda 5

Premessa 11

(11) L-integrazzjoni ta’ l-identifikaturi bijometriċi huwa pass importanti lejn l-użu ta’ elementi ġodda, li jistabbilixxu konnessjoni aktar ta’ min jistrieħ fuqha bejn id-detentur tal-viża u l-passaport biex ikunu evitati identitajiet foloz. Għalhekk id-dehra personali ta’ l-applikant għal viża - għall-inqas għall-ewwel applikazzjoni – għandha tkun waħda mir-rekwiżiti bażiċi għall-ħruġ ta’ viża bir-reġistrazzjoni ta’ l-identifikaturi bijometriċi fis-Sistema ta’ Informazzjoni għall-Viża VIS; l-applikanti għall-ewwel darba m’għandhomx jitħallew jissottomettu applikazzjonijiet permezz ta’ intermedjarji kummerċjali, bħall-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar.

(11) L-identifikaturi bijometriċi jistabbilixxu rabta aħjar li wieħed jista' joqgħod fuqha bejn id-detentur tal-viża u l-passaport sabiex jiġu evitati identitajiet foloz.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jixtieq jevita dikjarazzjoni assoluta fir-Riżoluzzjoni għax per eżempju fil-ftehimiet bilaterali, l-applikazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi tista' ma tkunx permessa.

Emenda 6

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a) Linjigwida dettaljati rigward l-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament u l-kwistjoni tal-kooperazzjoni konsulari lokali għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti dwar kif għandhom jiġu sfruttati u użati teknoloġiji ġodda bħall-internet għal intervisti mill-bogħod, eċċ., sabiex il-proċedura ta' l-applikazzjoni għall-viża tiġi ffaċilitata għall-applikanti kollha.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li niżguraw koerenza u evalwazzjoni kontinwa dwar kwistjonijiet importanti marbuta mal-politika Komunitarja tal-viża bħall-internet u l-użu ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda 7

Premessa 13

(13) L-applikant għandu jidher personalment għall-ewwel reġistrazzjoni ta’ l-identifikaturi bijometriċi. Sabiex tkun iffaċilitata l-proċedura ta’ kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, għandu jkun possibbli li d-data bijometrika tiġi kkupjata mill-ewwel applikazzjoni fi żmien 48 xahar meta jitqies il-perjodu ta’żamma stabbilit fill-VIZ.

(13) L-applikanti għall-ewwel darba m’għandhomx jitħallew jissottomettu applikazzjonijiet permezz ta’ intermedjarji kummerċjali, bħall-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar. L-applikant għandu jidher personalment għall-ewwel reġistrazzjoni ta’ l-identifikaturi bijometriċi. Sabiex tkun iffaċilitata l-proċedura ta’ kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, għandu jkun possibbli li d-data bijometrika tiġi kkupjata mill-ewwel applikazzjoni fi żmien 59 xahar meta jitqies il-perjodu ta’żamma stabbilit fill-VIZ.

Emenda 8

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a) Peress li parti minn dawk il-miżuri huma ta' skop ġenerali u huma ddisinnjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament jew biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri ta' skop ġenerali bil-għan li temenda elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż billi jitħassru ftit minn dawk l-elementi jew jiġu ssuplimentati biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali. Għalhekk għandha tapplika kull fejn hemm bżonn f'dan ir-regolament. Ara wkoll l-emendi 53, 55 u 56.

Emenda 9

Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, legalment preżenti f’pajjiż terz differenti mill-pajjiż tar-residenza tagħhom f’dak il-pajjiż terz. Dawn l-applikanti għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni, sabiex jippreżentaw l-applikazzjoni f’dak il-pajjiż u ma jrid ikun hemm l-ebda dubju dwar l-intenzjoni ta’ l-applikant li jirritorna lejn il-pajjiż tar-residenza.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati, l-applikazzjonijiet għal viża jistgħu jiġu ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi (p.e. għal raġunijiet umanitarji), f’pajjiż terz ieħor.

Ġustifikazzjoni

M'għandux jiddependi mil-liġi tal-pajjiż terz ikkonċernat jekk l-applikant li jitlob għal viża, pereżempju għal raġunijiet umanitarji, huwiex meqjus bħala legalment residenti f'dak il-pajjiż. Għandu jitħalla f'idejn il-konsulat ta' l-Istat Membru jekk jistax joħroġ viża bħal din.

Emenda 10

Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 2

F’dak il-każ, il-missjoni diplomatika jew il-post konsulari li tinsab fil-pajjiż tar-residenza ta’ l-applikant jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-viża jistgħu jkunu konsultati.

F’dak il-każ, bħala regola, trid tinkiseb l-approvazzjoni tal-missjoni diplomatika jew il-post konsolari responsabbli għall-pajjiż tar-residenza ta’ l-applikant, bħala regola ġenerali, qabel ma tinħareġ il-viża.

Ġustifikazzjoni

Il-konsultazzjoni għandha tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni, peress li l-missjoni diplomatika jew il-konsulat fil-pajjiż ta' residenza normalment tkun f'pożizzjoni aħjar biex tiġġudika r-rieda ta' l-applikant li jirritorna lura mill-pajjiż ikkonċernat, tkun infurmata aħjar dwar il-kundizzjonijiet lokali, u għalhekk tkun tista' tevalwa aħjar l-applikazzjoni.

Emenda 11

Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Viża bi dħul multiplu għandha tinħareġ biss fil-pajjiż ta’ residenza ta’ l-applikant sakemm l-applikant jista’ juri li hija meħtieġa eċċezzjoni. F’każijiet ta’ eċċezzjoni bħal dawn, il-viża tista' tinħareġ ukoll f’pajjiż terz ieħor bil-kunsens minn qabel tal-missjoni diplomatika jew konsolat responsabbli mill-pajjiż ta’ residenza ta’ l-applikant.

 

 

Emenda 12

Artikolu 5, paragrafu 1, subparagrafu 1 a

(a) il-missjoni diplomatika jew il-post konsulari ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab l-unika destinazzjoni jew id-destinazzjoni ewlenija taż-żjara, jew

(a) il-missjoni diplomatika jew il-post konsulari ta’ l-Istat Membru biss ta’ destinazzjoni jew, fejn se sseħħ iż-żjara f'bosta Stati Membri, il-missjoni diplomatika jew il-konsulat ta’ kwalunkwe Stat Membru tad-destinazzjoni. Tranżitu ta’ ajruport m’għandux jikkwalifika bħala żjara jew bħala raġuni biex titressaq applikazzjoni għal viża fil-missjoni diplomatika jew konsulat ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed iseħħ it-tranżitu; jew

Emenda 13

Artikolu 5, paragrafu 1, subparagrafu 1 b

(b) jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni ewlenija ma jistax jiġi determinat, il-missjoni diplomatika jew il-post konsulari ta’ l-Istat Membru li d-detentur tal-viża jaqsam il-fruntiera esterna tiegħu biex jidħol fit-territorju ta’ l-Istati Membri.

(b) il-missjoni diplomatika jew il-post konsolari ta’ Stat Membru ieħor li jirrappreżenta l-Istat Membru tad-destinazzjoni jew kull wieħed mill-Istati Membri tad-destinazzjoni skond it-termini ta' arranġament skond l-Artikolu 7(2a) jew (2b).

Emenda 14

Artikolu 5, paragrafu 1, subparagrafu 2

Meta ssir applikazzjoni għal viża bi dħul multiplu, l-Istat Membru tad-destinazzjoni tas-soltu għandu jkun responsabbli biex tkun ipproċessata l-applikazzjoni. Dawn il-viżi jistgħu jinħarġu biss fil-pajjiż tar-residenza ta’ l-applikant.

imħassar

Emenda 15

Artikolu 7, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. L-Istati Membri b’nuqqas ta’ rappreżentazzjoni tagħhom f’pajjiż terz għandhom jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn li għandhom missjonijiet diplomatiċi jew konsulati f’dan il-pajjiż.

Emenda 16

Artikolu 7, paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b. Bil-ħsieb li jkun żgurat li infrastruttura ta’ trasport fqira jew distanzi twal f’reġjun speċifiku jew zona ġeografika ma jeħtieġux sforz sproporzjonat min-naħa ta’ applikanti tal-viża biex ikollhom aċċess għal missjoni diplomatika jew konsulat, l-Istati Membri b’nuqqas ta’ rappreżentanza tagħhom f’dan ir-reġjun jew zona għandhom jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza ma’ Stati Membri oħrajn jew konsulati f’dan ir-reġjun jew zona.

 

Linjigwida dwar jekk vjaġġ lejn missjoni diplomatika jew post konsulari għandu jinkludi sforz spoporzjonat għandhom jitfasslu għal kull pajjiż li jospita fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni konsulari lokali. Dawn il-linjigwida għandhom iqisu, fost l-oħrajn, distanzi u infrastruttura ta’ trasport u għandhom ikunu pubbliċi.

Emenda 17

Artikolu 7, paragrafu 3

3. L-Istat Membru rrappreżentat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar arranġamenti ġodda dwar ir-rappreżentanza jew it-tmiem ta’ dawn l-arranġamenti mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jidħol fis-seħħ jew jintemm il-ftehim.

3. L-Istat Membru rrappreżentat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar arranġamenti ġodda dwar ir-rappreżentanza jew it-tmiem ta’ dawn l-arranġamenti possibilment minn tliet xhur qabel ma jidħol fis-seħħ jew jintemm il-ftehim.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess kemm ta' l-Istati Membri u ta' applikanti, l-arranġamenti ta' rappreżentanza fi żmien qasir jistgħu jkunu neċessarji.

Emenda 18

Artikolu 8, paragrafu 2

2. Din il-konsultazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-iskadenza taż-żmien għall-eżami ta’ l-applikazzjonijiet għal viża, stabbilti fl-Artikolu 20(1).

2. Din il-konsultazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-iskadenza taż-żmien għall-eżami ta’ l-applikazzjonijiet għal viża, stabbilti fl-Artikolu 20(1). F’każijiet ta’ eċċezzjoni dan il-limitu ta’ żmien jista’ jkun estiż fir-rigward ta’ informazzjoni akkwistata mill-konsultazzjoni biex ikunu jistgħu jsiru aktar inkjesti.

Emenda 19

Artikolu 9, paragrafu 2

2. L-awtoritajiet ċentrali kkonsultati għandhom jirreaġixxu fi żmien tlitt ijiem minn meta jirċievu t-talba. In-nuqqas ta’ risposta mill-awtoritajiet ikkonsultati f’dan it-terminu għandha titqies bħala awtorizzazzjoni biex l-awtoritajiet ċentrali li jikkonsultaw biex jippermettu lill-missjoni diplomatika jew lill-post konsulari tagħhom biex toħroġ il-viża.

2. L-awtoritajiet ċentrali kkonsultati għandhom jirreaġixxu fi żmien ħames t’ijiem minn meta jirċievu t-talba. In-nuqqas ta’ risposta mill-awtoritajiet ikkonsultati f’dan it-terminu għandha titqies bħala awtorizzazzjoni biex l-awtoritajiet ċentrali li jikkonsultaw biex jippermettu lill-missjoni diplomatika jew lill-post konsulari tagħhom biex toħroġ il-viża.

Emenda 20

Artikolu 10, paragrafu 1

1. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi mhux aktar minn tliet xhur qabel il-bidu taż-żjara ppjanata.

1. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi mhux aktar minn sitt xhur qabel il-bidu taż-żjara ppjanata.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi permessa l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni fi stadju iżjed qrib, eż. is-soltu, gruppi kbar jew turisti jibdew jippjanaw il-vjaġġ minn kmieni.

Emenda 21

Artikolu 10, paragrafu 2

2. L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jiksbu appuntament għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni. Għal dan l-appuntament jista’ jsiru arranġamenti direttament mal-missjoni diplomatika jew mal-post konsulari jew fejn applikabbli, permezz ta’ intermedjarju. L-appuntament għandu jseħħ fi żmien ġimagħtejn.

2. L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jiksbu appuntament għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni. Għal dan l-appuntament jista’ jsiru arranġamenti direttament mal-missjoni diplomatika jew mal-post konsulari jew fejn applikabbli, permezz ta’ intermedjarju. L-appuntament għandu, bħala regola, jseħħ fi żmien ġimagħtejn.

Emenda 22

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 11

Il-qbid tad-data bijometrika

Il-qbid tad-data bijometrika

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-identifikaturi bijometriċi li jinkludu l-immaġni tal-wiċċ u għaxar marki tas-swaba’ mill-applikant skond is-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Fil-mument tas-sottomissjoni ta’ l-ewwel applikazzjoni għal viża tiegħu/tagħha, kull applicant għandu jkun meħtieġ jidher personalment. F’dak il-ħin għandhom jinġabru l-identifikaturi bijometriċi li ġejjin:

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f’att leġiżlattiv adottat bi qbil ma’ l-Artikolu 251 tat-Trattat.

ritratt, skanjat jew meħud fi żmien l-applikazzjoni

 

għaxar marki tas-swaba’ meħuda ċatti u b’mezzi diġitali.

2. Għal kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti l-identifikaturi bijometriċi għandhom jiġu kkupjati mill-ewwel applikazzjoni, jekk l-aħħar dħul ma jkunx aktar antik minn 48 xahar. Wara dan il-perjodu, applikazzjoni sussegwenti għandha titqies bħala “l-ewwel applikazzjoni”.

 

3. Ir-rekwiżiti tekniċi għar-ritratt u għall-marki tas-swaba’għandhom ikunu skond l-istandards internazzjonali kif stabbiliti fid-dokument ta’ l-ICAO 9303, il-parti 1 (il-passaporti), is-sitt edizzjoni.

 

4. L-identifikaturi bijometriċi għandhom jew jittieħdu minn impjegati kwalifikati u awtorizzati b’mod xieraq tal-missjoni diplomatika jew tal-post konsulari jew, taħt is-superviżjoni tagħhom, mill-fornitur tas-servizzi estern imsemmi fl-Artikolu 37 (1)(c).

Id-data għandha tiddaħħal fis-Sistema ta’ l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biss minn impjegati konsulari awtorizzati b’mod xieraq skond l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(5) u (6) tar-Regolament dwar il-VIS.

5. L-applikanti li ġejjin għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’:

(a) It-tfal li għandhom inqas minn 6 snin;

(b) Il-persuni li għalihom huwa impossibbli li jitteħdulhom il-marki tas-swaba’. Madankollu, jekk huwa possibbli t-teħid tal-marki ta’ inqas minn għaxart iswaba’, għandu jittieħed in-numru rispettiv tal-marki tas-swaba’.

Stat Membru jista’ jipprovdi għall-eċċezzjonijiet mir-rekwiżit tal-ġbir ta’ l-identifikaturi bijometriċi għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz/uffiċjali u passaporti speċjali.

F’kull wieħed minn dawn il-każijiet għandu jkun introdott annotament “mhux applikabbli” fil-VIS.

 

Emenda 23

Artikolu 11 a (ġdid)

 

Artikolu 11a

 

Intervista personali

 

1. Bħala regola ġenerali l-applikant irid juri lill-missjoni diplomatika jew lill-post konsolari permezz ta’ intervista personali li l-kriterji għal ħruġ ta’ viża jintlaħqu. Eżenzjoni mir-rekwiżit li wieħed jidher fiżikament fil-missjoni diplomatika jew post konsolari tista’ tingħata biss fil-każi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 40. Din l-eżenzjoni għandha tkun mingħajr ħsara għall-Artikolu 18(2).

 

2. Jekk ma jkun hemm l-ebda dubju fir-rigward tal-bona fide ta' l-applikant, tista' tingħata deroga f'każijiet individwali mill-ħtieġa għal intervista personali. Dan għandu jkun suġġett għall-forniment ta' garanzija min-naħa ta' l-applikant, fuq il-bażi tal-fatt jekk il-karattru tiegħu ikunx magħruf fil-missjoni diplomatika jew il-post konsulari, li ma jikkostitwixxix riskju dwar ir-rieda tiegħu li jirritorna, il-pussess ta' mezzi adegwati biex imantni ruħu u l-legalità ta' l-iskop taż-żjara tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta’ l-intervista personali għandu jinżamm bħala element ewlieni tal-proċedura ta’ l-applikazzjoni tal-viża: jekk jaqa’, tintilef għodda ta’ kontroll vitali. Jekk ma tkunx prevista intervista personali jew jekk issir l-eċċezzjoni (Artikolu 18(2)), dan ikun ifisser li fir-rigward tas-CCI attwali ir-relazzjoni li hemm sa issa bejn ir-regola u l-eċċezzjoni tinqeleb. Jekk l-intervista personali tiżamm bħala regola, l-eċċezzjoni għandha tingħata lill-persuni li jivvjaġġaw bona fide.

Emenda 24

Artikolu 12 paragrafu 1, punt b

(b) jippreżenta dokument ta’ l-ivvjaġġar validu li d-data ta’ l-iskadenza tiegħu trid tkun mill-inqas tliet xhur wara t-tluq maħsub mit-territorju ta’ l-Istati Membri, u li fih paġna waħda jew aktar liberi għat-twaħħil tal-viża;

(b) jippreżenta dokument ta’ l-ivvjaġġar validu li d-data ta’ l-iskadenza tiegħu għandha tkun mill-inqas tliet xhur wara t-tluq maħsub mit-territorju ta’ l-Istati Membri, u li fih paġna waħda jew aktar liberi għat-twaħħil tal-viża;

Emenda 25

Artikolu 14, paragrafu 1, subparagrafu 1, parti introduttorja

1. L-applikant għal viża għandhom jipproduċu d-dokumenti li ġejjin:

1. L-applikant għal viża għandhom jipprovdu d-dokumenti li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kelma 'jipprovdi' taqbel iżjed ma' l-azzjoni preċiża ta' l-applikant.

Emenda 26

Artikolu 14, paragrafu 1, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

L-applikanti m'għandhomx jintalbu jippreżentaw dokumenti dwar l-akkomodazzjoni jew stedina qabel ma japplikaw għall-viża jekk ikunu kapaċi jagħtu prova għal mezzi suffiċjenti ta' għajxien u għall-ispejjeż ta' akkomodazzjoni fl-Istat Membru jew l-Istati li jkunu bi ħsiebhom iżuru.

L-applikanti għandhom ikunu infurmati li din id-deroga hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit għal applikanti biex ikunu jistgħu jipprovdu dokumenti bħal dawn fil-fruntieri esterni ta’ l-Unjoni jekk jintalbu jagħmlu dan.

Emenda 27

Artikolu 14, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Jekk ikunu meħtieġa traduzzjonijiet tad-dokumenti ta’ appoġġ mill-missjoni diplomatika jew mill-konsolat, l-applikant għandu jkun intitolat li jipprovdihom jew fil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż li jospita jew bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Emenda 28

Artikolu 15, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. L-assigurazzjoni trid tkun valida fit-territorju kollu ta’ l-Istati Membri u trid tkopri l-perjodu kollu tal-waqfa jew tat-tranżitu tal-persuna. Il-kopertura minima għandha tkun ta’ EUR 30 000.

3. L-assigurazzjoni trid tkun valida fit-territorju kollu ta’ l-Istati Membri u trid tkopri l-perjodu kollu tal-waqfa jew tat-tranżitu tal-persuna. Il-kopertura minima għandha tkun ta’ EUR 20 000.

Ġustifikazzjoni

Kopertura minima ta' EUR 30 000 hi eċċessiva. Kopertura minima ta' EUR 20 000 hi biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż li jistgħu jirriżultaw f'każ ta' ripatrijazzjoni għal raġunijiet mediċi, attenzjoni medika urġenti u/jew trattament ta' emerġenza fi sptar.

Emenda 29

Artikolu 15, paragrafu 4

4. Fil-prinċipju, l-applikanti għandhom jagħmlu assigurazzjoni fl-Istat ta’ residenza tagħhom. Fejn dan mhuwiex possibbli, għandhom jippruvaw jiksbu assigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż ieħor.

4. Fil-prinċipju, l-applikanti għandhom jagħmlu assigurazzjoni fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Fejn dan mhuwiex possibbli, l-assigurazzjoni għandha ssir f'pajjiż ieħor.

Ġustifikazzjoni

Kjarifikazzjoni: kopertura ta’ assigurazzjoni hija rekwiżit.. Mhux biżżejjed li “jfittex” li jikseb assigurazzjoni.

Emenda 30

Artikolu 15, paragrafu 10 a (ġdid)

10a. Il-missjonijiet diplomatiċi u konsulati għandhom japprovaw biss assigurazzjoni medika ta' vjaġġar meta l-kumpanija ta' l-assigurazzjoni kkonċernata tħalli l-applikant jikkanċella l-assikurazzjoni mingħajr spejjeż żejda, jekk l-applikazzjoni tal-viża tkun rifjutata.

Ġustifikazzjoni

F'każ li l-applikazzjoni tkun rifjutata l-applikant għandu d-dritt li jikkanċella, mingħajr spejjeż żejda, l-assikurazzjoni li m'għadhiex neċessarja.

Emenda 31

Artikolu 16, paragrafu 1

1. Meta jippreżentaw applikazzjoni għal-viża, l-applikanti għandhom iħallsu tariffa amministrattiva ta’ 60 EUR, li tikkorrispondi ma’ l-ispejjeż amministrattivi ta’ l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni. It-tariffa għandha tiġi imposta f’EURO jew fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz fejn issir l-applikazzjoni mingħajr il-possibbiltà ta’ rifużjoni.

1. Meta jippreżentaw applikazzjoni għal-viża, l-applikanti għandhom iħallsu tariffa amministrattiva ta’ EUR 35. It-tariffa għandha tiġi imposta f’EURO jew fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz fejn issir l-applikazzjoni mingħajr il-possibbiltà ta’ rifużjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tariffa ġdida ta' EUR 60 tagħmel ħsara lill-isem-l-Unjoni Ewropea għaliex din se tidher kontradittorja mad-dikjarazzjonijiet frekwenti li jsiru ta' relazzjonijiet ta' ħbiberija ma' pajjiżi terzi. Barra minn hekk l-ispejjeż reali tal-viża huma ogħla mit-tariffa tal-viża, mill-ispejjeż ta' l-assikurazzjoni medika għall-ivvjaġġar, kif ukoll mill-ispejjeż ta' xogħol neċessarju biex issir viża.

L-Unjoni Ewropea ma tistax f'dan il-kuntest tiġi mqabbla ma' l-Istati Uniti, li huma ferm il bogħod ġeografikament. L-Unjoni Ewropea għandha fruntieri komuni mal-pajjiżi li minnhom jiġu ħafna mit-turisti u l-viżitaturi tagħha. Għall-UE hu importanti li jkollha tariffa fuq il-viża relattivament baxxa u proporzjonata.

Emenda 32

Artikolu 16, paragrafu 4, punt a

a) it-tfal li għandhom inqas minn 6 snin;

a) it-tfal li għandhom sa 12-il sena;

Ġustifikazzjoni

It-tfal normalment jivvjaġġaw mal-ġenituri tagħhom. Jekk familja tħallas tariffa separata tal-viża għat-tfal kollha l-ispiża totali ta' l-applikazzjoni ssir sproporzjonata.

Emenda 33

Artikolu 16, paragrafu 4, punt b a (ġdid)

 

(ba) parteċipanti fi programmi ta’ skambju ta’ l-istudenti;

Emenda 34

Artikolu 16, paragrafu 4, punt c a (ġdid)

 

(ca) parteċipanti ta’ l-età ta’ 25 sena u inqas f’avvenimenti sportivi, kulturali jew tas-soċjetà ċivili ta’ mingħajr profitt;

Emenda 35

Artikolu 16, paragrafu 4, punt c b (ġdid)

 

(cb) persuni li jiġġustifikaw il-ħtieġa tagħhom li jivvjaġġaw fuq bażi umanitarja, fost l-oħrajn meta ħajjithom hija f'riskju u pajjiżhom ta' residenza ma jistax jipprovdi t-trattament mediku meħtieġ, u l-persuni li jakkumpanjawhom.

Emenda 36

Artikolu 16, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4(a), familji li jivvjaġġaw b'aktar minn żewġ t'itfal m'għandhomx ikunu meħtieġa li jħallsu t-tariffa amministrattiva fir-rigward ta' aktar minn żewġ t'itfal.

Emenda 37

Artikolu 16, paragrafu 4 b (ġdid)

 

4b. It-tariffa amministrattiva għandha tkun nofs il-miżata normali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet sussegwenti fi ħdan il-perjodu stipulat fl-Artikolu 11.

Emenda 38

Artikolu 16, paragrafu 5

5. F’każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa li għandu jiġi ċċarġjat jista’ jkun rinunzjat jew imnaqqas skond il-liġi nazzjonali meta din il-miżura sservi biex tipprowmovi l-interessi kulturali kif ukoll l-interessi fil-qasam tal-politika esterna, tal-politika ta’ żvilupp, ta’ oqsma oħrajn ta’ interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.

5. F’każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa li għandu jiġi ċċarġjat jista’ jkun rinunzjat jew imnaqqas skond il-liġi nazzjonali meta din il-miżura sservi biex tipprowmovi l-interessi kulturali u sportivi kif ukoll l-interessi fil-qasam tal-politika esterna, tal-politika ta’ żvilupp, ta’ oqsma oħrajn ta’ interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiffaċilita l-vjaġġi transkonfinali għall-persuni involuti f'attivitajiet sportivi.

Emenda 39

Artikolu 16, paragrafu 8

8. It-tariffa għandha tkun irduppjata f’każijiet fejn l-applikazzjoni għal viża hija sottomessa mill-applikant għall-viża tlitt ijiem jew inqas qabel id-data prevista tat-tluq mingħajr ġustifikazzjoni.

8. 8. It-tariffa tista' tkun irduppjata f’każijiet fejn l-applikazzjoni għal viża hija sottomessa mill-applikant għall-viża tlitt ijiem jew inqas qabel id-data prevista tat-tluq mingħajr ġustifikazzjoni, sakemm ma' jkunx hemm ċirkostanzi li jtaffu l-gravità tal-każ.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tintroduċi ftit flessibilità kemm għall-applikant u għas-servizzi konsulari meta l-viżi jiġu sottomessi qrib id-data tat-tluq.

Emenda 40

Artikolu 18, paragrafu 2, punt a (ġdid)

 

(a) Meta jitqies bħala meħtieġ biex applikant jissejjaħ għal intervista, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq proċedura ‘one-stop’ fejn il-vjaġġ lejn il-missjoni diplomatika jew konsulat mill-post ordinarju ta’ residenza ta’ l-applikant jinkludi sforz sproporzjonat bi qbil mal-linjigwida stipulati fl-Artikolu 7(2b).

Emenda 41

Artikolu 18, paragrafu 2, punt b (ġdid)

 

(b) Intervisti bit-telefown u konnessjonijiet permezz tal-vidjows jistgħu jkunu permessi f’ċerti każi, fost l-oħrajn, fejn l-applikant għandu reġistru ta’ viża pożittiv bi qbil ma’ l-Artikolu 42c jew fejn il-vjaġġ għall-missjoni diplomatika jew konsulat mill-post ordinarju ta’ l-applikant jinkludi sforz sproporzjonat bi qbil mal-linjigwida stipulati fl-Artikolu 7(2b).

Emenda 42

Artikolu 18, paragrafu 4, punt b

(b) li l-persuna ma tikkostitwix periklu għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru billi tikkonsulta lill-SIS u lid-databases nazzjonali;

(b) li l-persuna ma tikkostitwix periklu għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru billi tikkonsulta lill-SIS u, fejn permess mil-liġi nazzjonali, lid-databases nazzjonali;

Emenda 43

Artikolu 20, paragrafu 3, subparagrafu 1 u subparagrafu 2, parti introduttorja

3. Il-viżi bi dħul multiplu, li jintitolaw lid-detentur għal diversi dħul, żjarat ta’ tliet xhur jew diversi tranżiti matul kwalunkwe nofs ta’ sena, jistgħu jinħarġu b’perjodu ta’ validità ta’ massimu ta’ 5 snin

3. Il-missjonijiet diplomatiċi jew konsulati għandhom joħorġu viżi bi dħul multiplu, li jintitolaw lid-detentur għal diversi dħul, żjarat ta’ tliet xhur jew diversi tranżiti matul kwalunkwe nofs ta’ sena, b’perjodu ta’ validità ta’ 12-il xahar fejn l-applikazzjoni hija approvata.

 

F’każi ġustifikati b’mod xieraq, viża bi dħul multiplu b’perjodu ta’ validità ta’ aktar minn 12-il xahar sa massimu ta’ 5 snin tista’ tinħareġ.

 

F’każi ġustifikati b’mod xieraq, fejn il-ħruġ ta’ viża bi dħul multiplu mhux xieraq, viża bi dħul uniku b’perjodu ta’ validità ta’ 6 xhur tista’ tinħareġ.

Il-kriterji li ġejjin huma b’mod partikolari rilevanti għat-teħid tad-deċiżjoni biex jinħarġu dawn il-viżi:

Il-kriterji li ġejjin huma b’mod partikolari rilevanti għat-teħid tad-deċiżjoni biex jinħarġu viżi bi dħul multiplu b’validità ta’ aktar minn 12-il xahar:

Emenda 44

Artikolu 20, paragrafu 3, subparagrafu 2, punt a

(a) il-bżonn ta’ l-applikant li jivvjaġġa ta’ spiss u/jew regolarment minħabba l-istat okkupazzjonali jew familjari tiegħu/tagħha, bħan-negozjanti, l-impjegati taċ-Ċivil li jkollhom kuntatti uffiċjali regolari ma’ l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-membri tal-familja taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni, il-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu fl-Istati Membri, il-baħħara,

(a) il-bżonn ta’ l-applikant li jivvjagga ta’ spiss u/jew regolarment minhabba l-istat okkupazzjonali jew familjari tiegħu/tagħha, bħan-negozjanti, l-impjegati taċ-Ċivil li jkollhom kuntatti ufficjali regolari ma’ l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-membri tal-familja taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni, il-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu fl-Istati Membri, il-baħħara, sewwieqa professjonali li jaqsmu l-fruntieri b’mod regolari u parteċipanti fi programmi ta’ skambju u f’attivitajiet regolari oħrajn tas-soċjetà ċivili,

Emenda 45

Artikolu 21, paragrafu 2

2. L-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istat Membru li l-missjoni diplomatika jew l-uffiċju konsulari tiegħu tkun ħarġet l-LTVs fil-każijiet deskritti fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel sotto-paragrafu ta’ paragrafu 1 għandhom minnufih jiċċirkolaw l-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati Membri l-oħrajn.

2. L-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istat Membru li l-missjoni diplomatika jew l-uffiċju konsulari tiegħu tkun ħarġet l-LTVs fil-każijiet deskritti fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel sotto-paragrafu ta’ paragrafu 1 għandhom minnufih jiċċirkolaw l-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati Membri l-oħrajn. Fejn, fil-każ stipulat fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonsultat skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni ta’ qabel ressaq objezzjonijiet, l-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istat Membru kkonsultat għandhom ikunu provduti bl-informazzjoni relevanti fil-ħin qabel ma’ tinħareġ il-viża.

Emenda 46

Artikolu 22, paragrafu 2, punt a

(a) id-detenturi ta’ viża uniformi għal waqfa qasira jew ta’ viża għat-tranżitu maħruġa minn Stat Membru,

(a) id-detenturi ta’ permess ta' residenza, viża uniformi għal waqfa qasira jew ta’ viża għat-tranżitu maħruġa minn Stat Membru,

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' konsistenza mal-Konvenzjoni li tapplika għal Ftehima ta' Schengen (Art. 21(1).

Emenda 47

Artikolu 23, paragrafu 3

3. L-applikanti li ma jingħatawx viża għandu jkollhom id-dritt għall-appell. L-appelli għandhom jitmexxew skond il-liġi nazzjonali. Għandha tingħata indikazzjoni bil-miktub tal-punti ta’ kuntatt sabiex tipprovdi tagħrif dwar rappreżentanti kompetenti li jaġixxu f’isem l-applikanti skond il-liġi nazzjonali lill-applikanti.

3. L-applikanti li ma jingħatawx viża għandu jkollhom id-dritt għall-appell. Fejn l-applikanti jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jappellaw, reviżjoni dettaljata tad-deċiżjoni u tar-raġunijiet għal rifjut għandha titwettaq. L-applikant għandu jkun infurmat bir-riżultati tar-reviżjoni kif ukoll ikun provdut b’aktar raġunijiet dettaljati dwar għaliex il-viża kienet rifjutata.

 

L-appelli għandhom jitmexxew skond il-liġi nazzjonali. Għandha tingħata indikazzjoni bil-miktub tal-punti ta’ kuntatt sabiex tipprovdi tagħrif dwar rappreżentanti kompetenti li jaġixxu f’isem l-applikanti skond il-liġi nazzjonali lill-applikanti.

Emenda 48

Artikolu 24

Il-pussess ta’ viża għal żjara qasira jew viża ta’ tranżitu biss ma’ tagħtix id-dritt għad-dħul b’mod awtomatiku.

Il-pussess ta’ viża għal żjara qasira jew viża ta’ tranżitu għandu jagħti d-dritt għad-dħul b’mod awtomatiku, sakemm meta tasal mal-fruntiera esterna l-persuna li tivvjaġġa tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)1 u sakemm ikun inħareġ allert fis-sistema SIS jew f'reġistru nazzjonali jew toħroġ informazzjoni ġdida li tagħti prova li l-applikazzjoni tal-viża saret b'qerq.

______________

1 ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Jekk persuni jkunu fil-pussess ta' viża valida għal żjara qasira jew viża ta' tranżitu, ir-regola ġenerali għandha tkun li jkollhom id-dritt għad-dħul sakemm jissodisfaw il-kriterji eżistenti kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE.

Emenda 49

Artikolu 28, paragrafu 5

5. Għandha tiġi ċċarġjata tariffa ta’ 30 EUR għall-estensjoni ta’ viża.

5. Għandha tiġi ċċarġjata tariffa ta’ 17.5 EUR għall-estensjoni ta’ viża.

Emenda 50

Artikolu 31, paragrafu 1

1. L-awtoritajiet tal-kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jiddeċiedu li jqassru t-tul ta’ waqfa awtorizzata minn viża jekk jiġi stabbilit li d-detentur m’għandux mezzi xierqa ta’ appoġġ għat-tul maħsub inizjalment tal-waqfa.

1. L-awtoritajiet tal-kontroll fuq il-fruntiera u l-awtoritajiet amministrattivi responsabbli ta' l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jqassru t-tul ta’ waqfa awtorizzata minn viża jekk jiġi stabbilit li d-detentur mgħandux mezzi xierqa ta appoġġ għat-tul maħsub inizjalment tal-waqfa.

Ġustifikazzjoni

F'ħafna każi mhumiex l-awtoritajiet tal-kontroll fuq il-fruntiera li jaċċertaw dan it-tip ta' każ imma l-awtoritajiet fuq il-post li għalhekk għandhom ikunu f'posizzjoni li jqassru t-tul ta' żmien tal-viża lokali.

Emenda 51

Artikolu 32, paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a. Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġabra ta’ dejta bijometrika skond l-Artikolu 11 għandhom japplikaw b'mod xieraq, minbarra li d-dejta bijometrika se tinġabar u mdaħħla fil-VIS mill-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ viżi fil-fruntiera.

Emenda 52

Artikolu 33, paragrafu 3

3. Dan l-Artikolu għandu jgħodd mingħajr preġudjzzju għall-Artikolu 32(3), (4) u (5).

3. Dan l-Artikolu għandu jgħodd mingħajr preġudjzzju għall-Artikolu 32(3), (4), (5) u (6a).

Emenda 53

Artikolu 35, paragrafu 2

2. L-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ adegwat kemm lill-impjegati espatrijati kif ukoll lil impjegati impjegati lokalment u għandhom ikunu responsabbli biex jipprovduhom b’informazzjoni kompluta, preċiża u aġġornata dwar il-liġi Komunitarja u nazzjonali rilevanti.

2. L-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ adegwat kemm lill-impjegati espatrijati kif ukoll lil impjegati impjegati lokalment u għandhom ikunu responsabbli biex jipprovduhom b’informazzjoni u b'edukazzjoni kompluta, preċiża u aġġornata dwar il-liġi Komunitarja u nazzjonali rilevanti kif ukoll dwar il-politika ta' Schengen dwar il-viża.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun hemm enfasi fuq il-bżonn ta' edukazzjoni xierqa għall-istaff. Konsli u staff konsulari sorprendentement ħafna drabi huma neqsin mit-tagħrif dwar kwistjonijiet ta' politika tal-viża li jwassal għal politika ta' Schengen mhix ċara.

Emenda 54

Artikolu 36

Artikolu 36

Il-kondotta ta’ l-istaff li jipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għal viża

Artikolu 36

Il-kondotta ta’ l-istaff involut fl-applikazzjonijiet tal-viża

1. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċji konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu bil-korteżija kollha.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu bil-korteżija kollha mill-istaff kollhu involut fl-applikazzjonijiet tal-viża.

2. L-impjegati konsulari għandhom, fit-twettiq tad-dmirijet tagħhom, jirrispettaw b’mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-għanijiet segwiti minn dawn il-miżuri.

2. L-impjegati kollha, għandhom, fit-twettiq tad-dmirijet tagħhom, jirrispettaw b’mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem u l-integrità ta’ l-applikant. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-għanijiet segwiti.

3. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-impjegati konsulari m’għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

3. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-impjegati m’għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Ġustifikazzjoni

Test adottat fis-CCI

Emenda 55

Artikolu 37

Artikolu 37

Il-forom ta’ kooperazzjoni f’relazzjoni ma’ l-irċevuta ta’ l-applikazzjonijiet għal viża

Artikolu 37

Il-forom ta’ kooperazzjoni f’relazzjoni ma’ l-irċevuta ta’ l-applikazzjonijiet għal viża

1. L-Istati Membri jistgħu jinvolvu rwieħhom fil-forom ta’ kooperazzjoni li ġejjin:

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f’att leġiżlattiv adottat bi qbil ma’ l-Artikolu 251 tat-Trattat.

a) “ko-lokalità”: l-impjegati mill-postijiet diplomatiċi u mill-missjonijiet konsulari ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jipproċessaw l-applikazzjonijiet (inklużi l-identifikaturi bijometriċi) indirizzati lilhom fil-post konsulari u fil-missjoni konsulari ta’ Stat Membru ieħor u jaqsmu t-tagħmir ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri konċernati għandhom jaqblu dwar it-tul u l-kundizzjonijiet għat-tmiem tal-ko-lokalità kif ukoll dwar il-parti tat-tariffa amministrattiva li għandu jirċievi l-Istat Membru li qed jintuża l-post diplomatiku jew il-missjoni konsulari tiegħu.

 

b) “Ċentri Komuni għall-Applikazzjonijiet”: l-impjegati ta’ postijiet diplomatiċi u ta’ missjonijiet konsulari ta’ żewġ Stati Membri jew aktar huma ppuljati f’bini wieħed biex jirċievu l-applikazzjonijiet għal viża (inklużi l-identifikaturi bijometriċi) indirizzati lilhom. L-applikanti għandhom jiġu diretti lejn l-Istat Membru responsabbli mill-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni għal viża. L-Istati Membri għandhom jaqblu dwar it-tul u l-kundizzjonijiet għat-tmiem ta’ din il-kooperazzjoni kif ukoll dwar il-qsim ta’ l-ispejjeż fost l-Istati Membri parteċipanti. Stat Membru wieħed għandu jkun responsabbli mill-kuntratti f’relazzjoni mal-loġistika u r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiż ospitanti.

 

c) Il-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni: fejn għal raġunijiet li jirrelataw mas-sitwazzjoni lokali tal-post konsulari mhuwiex xieraq li l-uffiċċju konsulari jkun mgħammar biex jaqbad/jiġbor l-identifikaturi bijometriċi jew biex jorganizza l-ko-lokalità jew Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet, Stat Membru jew diversi Stati Membri b’mod konġunt jistgħu jikkooperaw ma’ fornitur tas-servizzi estern għall-ilqugħ ta’ l-applikazzjonijiet għal viża (inklużi l-identifikaturi bijometriċi). F’dan il-każ, l-Istati(i) Membru(i) konċernat(i) għandu(hom) jibqa’(jibqħu) responsabbli mill-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għal viża.

 

Emenda 56

Artikolu 38

Artikolu 38

Artikolu 38

It-tipi ta’ kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni

It-tipi ta’ kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni

1. Il-ko-operazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni għandha tieħu s-sura li ġejja:

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f’att leġiżlattiv adottat bi qbil ma’ l-Artikolu 251 tat-Trattat.

il-fornitur tas-servizzi esterni jaġixxi bħala ċentru għas-sejħiet li jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni għal viża u huwa inkarigat mis-sistema ta’ l-appuntamenti; u/jew,

 

il-fornitur tas-servizzi esterni jipprovdi l-informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni għal viża, jiġbor l-applikazzjonijiet, id-dokumenti ta’ appoġġ u d-data bijometrika mingħand l-applikanti għal viża u jiġbor it-tariffa amministrattiva (kif provdut fl-Artikolu 16) u jittrażmetti l-fajls u d-data kompluti lill-missjoni diplomatika jew llil-post konsulari ta’ l-Istat Membru kompetenti għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni.

 

2. L-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) għandu(hom) jagħżel(jagħżlu) fornitur tas-servizzi esterni li jista’ jiżgura l-miżuri tas-sigurtà tekniċi u organizzattivi kollha u l-miżuri xierqa tekniċi u organizzattivi kollha mitluba mill-Istat(i) Membru(i) sabiex iħares id-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew kontra l-liġi jew it-telf aċċidentali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzati, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni tad-data fuq netwerk kif ukoll l-irċevuta u t-trażmissjoni tal-fajls u d-data lill-post konsulari, u kontra l-forom l-oħra kollha kontra l-liġi ta’ l-ipproċessar.

 

Meta jagħżlu l-fornituri tas-servizzi esterni, il-missjonijiet diplomatiċi jew il-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom jiskrutinaw is-solvenza u l-kredibilità tal-kumpanija (inklużi l-liċenzji meħtieġa, ir-reġistrazzjoni kummerċjali, l-istatuti tal-kumpanija, il-kuntratti tal-bank) u għandhom jiżguraw li mhemm l-ebda kunflitt ta’ interessi.

 

3. Il-fornituri tas-servizzi esterni m’għandux ikollhom aċċess għall-VIS għal kwalunkwe skop. L-aċċess għall-VIS għandu jkun irriżervat esklużivament għall-impjegati tal-missjonijiet diplomatiċi jew tal-postijiet konsulari awtorizzati b’mod xieraq.

 

4. L-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) għandu(hom) jikkonkludi kuntratt mal-fornitur tas-servizzi esterni skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46. Qabel ma tikkonkludi dan il-kuntratt, il-missjoni diplomatika jew il-post konsulari ta’ l-Istat Membru konċernat, fi ħdan il-kooperazzjoni konsulari lokali għandha tgħarraf lill-missjonijiet diplomatiċi u lill-postijiet konsulari ta’ Stati Membri oħrajn u lid-delegazzjoni tal-Kummissjoni għaliex il-kuntratt huwa meħtieġ.

 

5. Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46, il-kuntratt għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li:

 

a) jiddefinixxu r-responsabbiltajiet eżatti tal-fornitur tas-servizzi;

 

b) jeħtieġu li l-fornitur tas-servizzi jaġixxi skond l-istruzzjonijiet ta’ l-Istati Membri responsabbli u jipproċessa d-data biss għall-għanijiet ta’ l-ipproċessar tad-data personali ta’ l-applikazzjonijiet għal viża f’isem l-Istati Membri responsabbli f’konformità mad-Direttiva 95/46KE;

 

c) jeħtieġu li l-fornitur tas-servizzi jipprovdi lill-applikanti bl-informazzjoni meħtieġa taħt ir-Regolament …. [l-abbozz tar-Regolament dwar il-VIS];

 

d) jipprovdu għal aċċess mill-impjegati konsulari għall-uffiċċju tal-fornitur tas-servizzi fil-ħinijiet kollha;

 

e) jeħtieġu li l-fornitur tas-servizzi josserva r-regoli tal-kunfidenzjalità (inkluża l-protezzjoni tad-data miġbura f’relazzjoni għall-applikazzjonijiet għal viża);

 

f) jinkludu klawżola ta’ sospensjoni u ta’ tmiem.

 

6. L-Istat(i) Membru(i) kkonċernati) għandu(hom) jimmonitorja(w) l-implimentazzjoni tal-kuntratt, inklużi:

 

a) l-informazzjoni ġenerali provduta mill-fornitur tas-servizzi lill-applikanti għal viża,

 

b) il-miżuri tas-sigurtà tekniċi u organizzattivi u l-miżuri xierqa tekniċi u organizzattivi biex tiġi mħarsa d-data personali kontra kontra l-qerda aċċidentali jew kontra l-liġi jew it-telf aċċidentali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni tad-data fuq netwerk, u kontra l-forom l-oħra kollha kontra l-liġi ta’ l-ipproċessar kif ukoll l-irċevuta u t-trażmizzjoni tal-fajls u tad-data lill-post konsulari;

 

c) il-qbid ta’ l-identifikaturi bijometriċi;

 

d) il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjoni tal-protezzjoni tad-data.

 

7. L-ammont totali tat-tariffi ċċarġjati mill-fornitur tas-servizzi esterni għall-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għal viża m’għandux jeċċedi t-tariffa stabbilita fl-Artikolu 16.

 

8. L-impjegati konsulari ta’ l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) għandom iħarrġu lill-fornitur tas-servizzi, li jikkorrispondi għall-għarfien meħtieġ biex jiġu offruti servizz xieraq u informazzjoni suffiċjenti lill-applikanti għal viża.

 

Emenda 57

Artikolu 39

Artikolu 39

Artikolu 39

L-aspetti ta’ l-organizzazzjoni

L-aspetti ta’ l-organizzazzjoni

1. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom jagħtu tagħrif preċiż dwar il-mezzi biex jinkiseb appuntament u biex tiġi sottomessa applikazzjoni għal viża lill-pubbliku ġenerali.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f’att leġiżlattiv adottat bi qbil ma’ l-Artikolu 251 tat-Trattat.

2. Irrispettivament mit-tip ta’ kooperazzjoni magħżula, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-possibbiltà li jagħtu lok għal aċċess dirett ta’ l-applikanti biex jippreżentaw applikazzjoni għal viża direttament fl-uffiċċji tal-missoni diplomatika jew tal-post konsulari tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità ta’ l-irċevuta u l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni għal viża, fil-każ ta’ tmiem f’daqqa ta’ kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn jew ma’ kwalunkwe tip ta’ fornitur tas-servizzi esterni.

 

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kif biħsiebhom jorganizzaw l-irċevuta u l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għal viża f’kull lokalità konsulari. Il-Kummissjoni se tiżgura l-pubblikazzjoni xierqa.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-kuntratti li jikkonkludu.

 

Emenda 58

Artikolu 40, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-irċevuta ta' applikazzjonijiet ta' viża minn intermedjarji kummerċjali m'għandhiex teħles il-missjonijiet diplomatiċi u konsolati ta' l-Istati Membri mid-dover li jikkontrollaw bir-reqqa u b'mod indipendenti li l-kundizzjonijiet kollha għall-ħruġ tal-viża jintlaħqu bi qbil ma' l-Artikolu 18 f'kull każ individwali. Jekk hemm xi dubju, jista' jkun meħtieġ għall-applikant li jippreżenta lilu nnifsu fiżikament fil-missjoni diplomatika jew konsolat bi qbil ma' l-Artikolu 18(2).

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li aġenziji kummerċjali ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet minn qabel dwar is-suċċess ta' applikazzjoni għall-viża.

Emenda 59

Artikolu 40, paragrafu 2, punt c

(c) il-kuntratti mal-linji ta’ l-ajru, li jridu jinkludu vjaġġi bir-ritorn iffissat ’il barra u ggarantiti.

(c) arranġamenti ta' min joqgħod fuqhom għall-vjaġġi 'l barra bir-ritorn.

Emenda 60

Artikolu 40, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. L-intermedjarji kummerċjali għandhom jiġu ttrattati b'mod ġust u ekwu. Huma għandhom jitħallew imexxu l-azzjonijiet kummerċjali tagħhom b'mod xieraq u effettiv.

Ġustifikazzjoni

L-intermedjarji kummerċjali m'għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet inġusti li jistgħu ifixklu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom.

Emenda 61

Artikolu 41, paragrafu 2

2. L-Istat Membru li jirrappreżenta u l-Istat Membru rrappreżentat jgħarrfu lill-pubbliku ġenerali dwar il-ftehimiet dwar arranġamenti kif previst fl-Artikolu 7 tliet xhur qabel ma dawn it-tipi ta’ arranġamenti jidħlu fis-seħħ. Dan it-tagħrif għandu jkun fiha d-dettalji tal-kategoriji possibbli ta’ l-applikanti li jridu japplikaw direttament f’missjoni diplomatika jew f’post konsulari ta’ l-Istat Membru rrappreżentat.

2. L-Istat Membru li jirrappreżenta u l-Istat Membru rrappreżentat jgħarrfu lill-pubbliku ġenerali dwar il-ftehimiet dwar arranġamenti kif previst fl-Artikolu 7 possibilment tliet xhur qabel ma dawn it-tipi ta’ arranġamenti jidħlu fis-seħħ. Dan it-tagħrif għandu jkun fiha d-dettalji tal-kategoriji possibbli ta’ l-applikanti li jridu japplikaw direttament f’missjoni diplomatika jew f’post konsulari ta’ l-Istat Membru rrappreżentat.

Ġustifikazzjoni

Arranġamenti għal perjodu ta' żmien qasir li jirrigwardaw ir-rappreżentazzjoni jistgħu jkun meħtieġa fl-interessi ta' l-Istati Membri u ta' l-applikanti.

L-għoti ta' informazzjoni minn tliet xhur qabel m'hux possibbli.

Emenda 62

Artikolu 41, paragrafu 6

6. Il-pubbliku ġenerali għandu jkun mgħarraf li s-sempliċi pussess ta’ viża ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul u li d-detenturi tal-viża jistgħu jintalbu jippreżentaw dokumenti ta’ appoġġ fuq il-fruntiera.

6. Il-pubbliku ġenerali għandu jkun mgħarraf li s-sempliċi pussess ta’ viża ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul u li d-detenturi tal-viża jistgħu jintalbu jippreżentaw dokumenti ta’ appoġġ fuq il-fruntiera. Fil-mument tal-ħruġ ta' viża d-detentur tal-viża għandu jiġi mfakkar espressament dwar dan bil-miktub.

Ġustifikazzjoni

Din l-informazzjoni hija importanti għad-detentur tal-viża b'mod partikolari, u għalhekk għandu jiġi mfakkar dwar dan espressamnent u bil-miktub.

Emenda 63

Artikolu 41, paragrafu 7

7. Il-pubbliku ġenerali għandu jkun mgħarraf dwar ir-rata ta’ kambju applikata mill-missjonijiet diplomatiċi u mill-postijiet konsulari ta’ l-Istat Membru meta tiġi ċċarġjata t-tariffa amministrattiva f’munita lokali.

7. Il-pubbliku ġenerali għandu jkun mgħarraf dwar l-ammont tat-tariffa għall-ipproċessar fil-valuta uffiċjali tal-pajjiż ospitanti u dwar ir-rata ta’ kambju applikata mill-missjonijiet diplomatiċi u mill-postijiet konsulari ta’ l-Istat Membru meta tiġi ċċarġjata t-tariffa amministrattiva f’munita lokali.

Ġustifikazzjoni

L-ewwelnett huwa importanti li l-pubbliku jkun imgħarraf dwar kemm hi t-tariffa ta' l-ipproċessar.

Emenda 64

Artikolu 41, paragrafu 7 a (ġdid)

 

7a. Għandu jkun stabbilit sit komuni ta' l-internet dwar il-viża Schengen sabiex jiżdied l-appoġġ għall-applikazzjoni tal-politika komuni dwar il-viża. Dan is-sit ta’ l-internet għandu jappoġġja wkoll l-immaniġġjar tal-proċedura tal-viża.

 

L-informazzjoni għall-pubbliku ġenerali kif stipulata fil-punti minn 1 sa 7 għandha tkun disponibbli permezz tas-sit komuni ta' l-internet dwar il-viża Schengen.

Emenda 65

Artikolu 42, paragrafu 1, subparagrafu 2

Jekk fir-rigward ta’ wieħed jew iżjed mill-punti (a) sa (d), l-evalwar fi ħdan il-kooperazzjoni konsulari lokali tikkonferma l-ħtieġa għal approċċ armonizzat lokali, miżuri dwar dan l-approċċ armonizzat għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 46(2).

Jekk fir-rigward ta’ wieħed jew iżjed mill-punti (a) sa (d), l-evalwar fi ħdan il-kooperazzjoni konsulari lokali tikkonferma l-ħtieġa għal approċċ armonizzat lokali, miżuri dwar dan l-approċċ armonizzat għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 46(2a).

Emenda 66

Artikolu 42, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fi ħdan il-koperazzjoni konsulari lokali, għandhom ikunu stabbiliti proċeduri koerenti li jippermettu l-applikanti li jistabbilixxu appuntament għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni bit-telefown, bl-internet, jew b’metodi oħrajn.

Emenda 67

Artikolu 42, paragrafu 5, subparagrafu 2

Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali f’kull ġurisdizzjoni li għandu jkun sottomess lill-Kunsill.

Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali f’kull ġuriżdizzjoni li għandu jkun sottomess lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-proċedura ta' kodeċiżjoni tapplika hawnhekk, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat dwar esperjenza 'prattika' fuq il-post l-istess bħall-Kunsill.

Emenda 68

It-Titolu V

IT-TITOLU V: Id-dispożizzjonijiet finali

IT-TITOLU V: L-iffaċilitar tal-viża

Ġustifikazzjoni

Hemmm bżonn ta' titolu ġdid għall-iffaċilitar tal-viża.

Emenda 69

Artikolu 42 a (ġdid)

 

Artikolu 42a

L-evalwazzjoni

 

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tagħmel analiżi ta' l-impatt ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament u l-arranġamenti ta' koperazzjoni konsulari lokali bejn l-Istati Membri rigward il-proċeduri tal-viża. Għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-ħtiġijiet speċjali tal-kumpaniji tal-ġarr tal-passiġġieri bil-baħar u kumpaniji tat-turisti li jwettqu u jipprovdu servizzi fir-reġjuni ta' fruntiera taz-zona tax-Schengen, il-kwistjonijiet tal-bijometriki u dispożizzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar u l-issimplifikar tal-proċedura tal-viża. Wara din l-analiżi, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament.

Emenda 70

Artikolu 42 b (ġdid)

Artikolu 42b

 

Ftehimiet bilaterali rigward il-faċilitazzjoni tal-viża

 

Ftehimiet bilaterali li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal viżi ta' żjarat qosra jistgħu jiġu konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

 

Dawn il-ftehimiet għandhom jiġu konklużi wara li jingħata l-kunsens tal-Parlament Ewropew skond il-proċedura fl-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu tat-Trattat.

 

L-Istati li huma parti mill-politika għall-viċinanzi u s-sħubija ta' l-Unjoni u li kkonformaw ma' l-istandards tal-Komunità għandu jkollhom prijorità f'dawn l-arranġamenti. L-arranġamenti bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-viża għandhom isegwu l-linjigwida bażiċi stipulati permezz ta’ dan ir-Regolament.

 

L-impatt tal-ftehimiet ta’ faċilitazzjoni għandhom ikunu analizzati kull sentejn biex tkun stabbilita l-ħtieġa għal aktar miżuri ta’ faċilitazzjoni u l-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ applikanti.

Ġustifikazzjoni

Pajjiżi terzi li jkollhom koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri taz-zona Schengen għandu jkollhom il-possibilità li jiksbu trattament preferenzjali permezz ta' ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-viża. Madankollu huwa importanti li dawn l-arranġamenti jsegwu l-prinċipji tal-kodiċi tal-viża u li l-ideat prinċipali tal-faċilitazzjoni jkunu stipulati fil-kodiċi tal-viża. Il-Parlament għandu jkun informat bis-sħiħ, u fejn ikun meħtieġ, għandu jintalab jagħti l-kunsens tiegħu.

Emenda 71

Artikolu 42 c (ġdid)

 

Artikolu 42c

Vjaġġaturi frekwenti

 

Jekk l-applikant ikkonforma b’mod sħiħ mal-kundizzjonijiet tal-viża matul tliet perjodi tal-viża konsekuttivi fl-Istati Membri fi żmien perjodu ta’ ħames snin (reġistru tal-viża pożittiv), u jekk l-applikant japplika għal viża fi żmien ħames snin mill-iskadenza ta’ l-aħħar mit-tliet viżi meħtieġa, l-applikant se jkun intitolat li jibbenefika minn proċedura simplifikata.

 

Il-proċedura simplifikata tista’ tinkludi l-għoti ta’ viża bi dħul multiplu b’perjodu ta’ validità itwal, ebda ħtieġa ta' intervista, inqas dokumenti ta’ prova u partijiet mill-proċedura ta’ l-applikazzjoni tal-viża għandhom ikunu possibbli bl-internet.

 

Din il-proċedura simplifikata għandha tkun definita aktar fl-istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi tal-Viża stipulat fl-Artikolu 45.

Emenda 72

Artikolu 42 d (ġdid)

 

Artikolu 42d

Proċedura għat-tneħħija mis-sistema tal-viża

 

Meta pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet, bħal rati baxxi ta' rifjut, applikazzjoni ta' ftehima ta' ammissjoni mill-ġdid, persentaġġ baxx ta' ċittadini li jibqgħu f’pajjiż għal żmien itwal milli tippermettilhom il-viża u għadd żgħir ta’ individwi li jiġu ddeportati minħabba xogħol illegali, il-Kummissjoni għandha tqis jekk tipproponi jew ma tipproponix li tneħħi l-obbligu tal-viża għal dan il-pajjiż skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001.

Emenda 73

Artikolu 43 a (ġdid)

 

Artikolu 43a

 

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b'konformità ma' l-Artikolu 251 tat-Trattat, għandhom jadottaw kull deċiżjoni li tikkonċerna ż-żmien u l-metodi użati għall-introduzzjoni ta' rekwiżiti għal identifikaturi bijometriċi għal dawk il-pajjiżi li saritilhom offerta għall-prospett ta' sħubija fl-UE permezz ta' negozjati ta' adeżjoni u għal dawk il-pajjiżi li huma suġġetti għal programmi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Ġustifikazzjoni

Fl-ispirtu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u peress li l-Kodiċi tal-Viża għandu jimmira lejn simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-viża, l-adozzjoni ta' miżuri ġodda li jintroduċu identifikaturi bijometriċi fil-viżi għal ċittadini ta' pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programmi Ewropej tal-Viċinat u pajjiżi oħra b'kooperazzjoni aktar mill-qrib ma' l-UE, għandha tiġi deċiża bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda 74

Titolu Va (ġdid)

 

TITOLU Va: Id-dispożizzjonijiet finali

Emenda 75

Artikolu 44, paragrafu 1

1. L-Annessi III, IV, V, VI, VIII, IX, X u XI għandhom jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

1. L-Annessi VI u XI għandhom jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2a).

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta’ l-emenda 5.

Emenda 76

Artikolu 44, paragrafu 2

2. Mingħajr preġudizzju fuq l-Artikolu 47 (2) it-tibdil fuq l-Anness I u II għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 46 (2).

2. (2) Mingħajr preġudizzju fuq l-Artikolu 47(2) it-tibdil fuq Annessi oħrajn għandu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Elementi essenzjali tar-Regolament għandu jkun emendat biss skond il-proċedura leġiżlattiva peress li dan diġà huwa l-każ fil-Kodiċi tal-Fruntieri tax-Schengen (Regolament (KE) Nru 562/2006).

Emenda 77

Artikolu 45

Struzzjonijiet ta’ tħaddim li jistabbilixxu l-prattiki u l-proċeduri armonizzati li għandhom isegwu l-postijiet diplomatiċi u l-missjonijiet konsulari ta’ l-Istati Membri meta jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal viża għandom jitfasslu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2).

Struzzjonijiet ta’ tħaddim li jistabbilixxu l-prattiki u l-proċeduri armonizzati li għandhom isegwu l-postijiet diplomatiċi u l-missjonijiet konsulari ta’ l-Istati Membri meta jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal viża għandom jitfasslu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2a).

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta’ l-emenda 5.

Emenda 78

Artikolu 46, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, flimkien ma' l-Artikolu 8 ta' l-istess deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta’ l-emenda 5.

Emenda 79

Anness III, punt 15

15. Stat Membru tad-destinazzjoni prinċipali

15. Stat(i) ta' Destinazzjoni

Ġustifikazzjoni

Kif propost, se jkun hemm possibilità estiża li wieħed japplika għal viża għand waħda mir-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulati li jirrappreżentaw il-pajjiżi li l-applikant ikun biħsiebu jżur. (Ara l-Artikolu 5.1(a) propost). B'hekk l-informazzjoni dwar il-pajjiżi li l-applikant ikun biħsiebu jżur trid tkun iddikkjarata fl-applikazzjoni.

Emenda 80

Anness III, punt 20

20. Għan tal-vjaġġ

20. Għan tal-vjaġġ (immarka dik/dawk applikabbli għall-applikazzjoni tal-viża)

Turiżmu Negozju Żjara lill-familja Żjara lill-ħbieb Kulturali Sports Żjara uffiċjali Raġunijiet mediċi Oħrajn (jekk jogħġbok ispeċifika):

Turiżmu Negozju Żjara lill-familja Żjara tal-ħbieb Kulturali Sports Żjara uffiċjali Raġunijiet mediċi Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm il-possibilità li wieħed jimmarka bosta raġunijiet għall-ivvjaġġar, għax dan jikkorispondi aħjar mar-realtà.

Hemm differenza fl-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tal-viża għall-ħbieb u għall-membri tal-familja. Għalhekk hemm raġunijiet biżżejjed sabiex dan il-punt jinqasam f'żewġ punti differenti.

Emenda 81

Anness III, punt 23

23. Isem ta' l-ospitant fl-Istati Membri. Jekk dan ma japplikax, agħti l-isem tal-lukanda jew l-indirizz temporanju fl-Istati Membri.

23. Isem ta' l-ospitant fl-Istati Membri. Jekk dan ma japplikax, agħti l-isem tal-lukanda jew l-indirizz temporanju fl-Istati Membri.

indirizz (u l-indirizz ta' l-e-mail ta' l-ospitant)

indirizz (u l-indirizz ta' l-e-mail ta' l-ospitant)

numru tat-telefon (u tal-fax)

numru tat-telefon (u tal-fax)

 

(M'għandekx bżonn timliha, jekk għandek provi adegwati li għandek mezzi biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż tas-susistenza u ta' l-akkomodazzjoni fl-Istat jew Stati ta' Schengen li biħsiebek iżżur.)

Ġustifikazzjoni

Mhix proporzjonata li tirrikjedi li l-vjaġġi ikunu ppjanati minn qabel f'kull dettal. L-applikant f'ħafna każi jintalab li jkun jaf id-dettalji ta' l-akkomodazzjoni u ta' l-itinerarji qabel it-tluq. Għandu jkun biżżejjed jekk l-applikant jista' juri li għandu mezzi suffiċjenti ta' għajxien u ta' akkomodazzjoni fejn ma jkunx hemm dubju dwar il bona fede ta' l-applikant. Għandu jkun aċċettabbli li għal parti mill-vjaġġ l-applikant ma jkollux persuna kkonfermata li tilqgħu, lukanda jew indirizz temporanju.

Emenda 82

Anness X, paragrafu 4, subparagrafu 4 a (ġdid)

Jekk in-numru ta' ġranet hu inqas minn 90, in-numru ta' ġranet ifisser dak in-numru ta' ġranet fi żmien kull perjodu ta’ 6 xhur.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tar-regoli. Din il-prattika hija diġà applikata minn bosta Stati Membri taz-zona Schengen. Madankollu għadha mhix applikata mill-Membri kollha, u dan ikkawża xi konfużjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

I.         L-isfond tal-proposta

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bħalissa qiegħed jaħdem fuq diversi proposti leġiżlattivi li għandu jkollhom impatt sinifikanti fuq il-politika tal-pajjiżi tax-Schengen dwar il-viża:

- is-sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS);

- adattament ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (CCI) li jintroduċu inter alia l-bijometriċi[1];

- il-proposta leġiżlattiva kurrenti li għandha l-għan li tirriforma l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u li tibdilhom f'Kodiċi Komunitarja dwar il-Viżi ġdida;

L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (CCI) bħalissa huma l-istrument bażiku li jmexxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal perjodu qasir, viżi ta' tranżitu u viżi ta' tranżitu ta' l-ajruport.

II.        Proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tippreżenta din il-proposta fil-kuntest tal-Programm ta' l-Aja, li jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm iżjed żvilupp tal-politika komuni dwar il-viża bħala parti minn sistema li hi maħsuba biex tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu bil-viża u biex tindirizza l-immigrazzjoni illegali permezz ta' iżjed armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u iżjed prattiċi ta' pproċessar fil-missjonijiet konsulari lokali.

Sabiex jilħaq l-għanijiet tal-Programm ta’ l-Aja u jsaħħaħ il-koerenza tal-politika komuni dwar il-viżi fir-rigward tal-ħruġ ta’ dawn it-tipi ta’ viżi msemmija hawn fuq, ir-Regolament propost:

- L-inkorporazzjoni, f’Kodiċi uniku dwar il-Viżi, tad-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw il-ħruġ tal-viżi u d-deċiżjonijiet dwar ir-rifjut, l-estensjoni, l-annullament, ir-revoka, u t-tqassir tal-viżi maħruġa: dan ikopri Viżi ta' Tranżitu ta' l-Ajruport (ATV), il-ħruġ ta' viżi fil-fruntiera, l-annullament u r-revoka tal-validità tal-viża, l-estensjoni ta' viża diġà maħruġa, u l-iskambju ta' l-istatistiki. Fir-rigward ta' l-ATVs, sabiex jinkiseb l-objettiv ġenerali ta' l-armonizzazzjoni ta' l-aspetti kollha tal-politika dwar il-viża, ġiet abbandunata l-possibilità li Stati Membri individwali jimponu xi rekwiżit ta' l-ATV fuq ċerti nazzjonalitajiet.

- Dimensjonijiet ġodda tal-proċedura għall-ħruġ tal-viżi: l-istabbiliment tas-Sistema ta’ l-Informazzjoni dwar il-Viża fir-rigward ta’ l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri dwar il-viżi għall-waqfiet qosra (VIS) se jibdel b’mod fundamentali l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għall-viżi. Min-naħa l-waħda, l-Istati Membri se jiksbu aċċess b’mod awtomatiku għall-informazzjoni dwar il-persuni kollha li jkunu applikaw għal viża (fi ħdan il-perjodu ta’ 5 snin għaż-żamma tad-dejta). Dan se jiffaċilita l-verifika ta’ l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-viżi. Min-naħa l-oħra, l-introduzzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi bħala rekwiżit għall-applikazzjoni għal viża se jkollha impatt konsiderevoli fuq l-aspetti prattiċi ta’ l-ilqugħ ta’ l-applikazzjonijiet. Minħabba li l-VIS hi mistennija li tibda taħdem dalwaqt, il-Kummissjoni għażlet li taġġorna s-CCI fi proposta legali separata, li tistipula l-istandards għall-identifikaturi bijometriċi li għandhom jinġabru u tipprovdi sensiela ta' għażliet għall-organizzazzjoni prattika ta' missjonijiet diplomatiċi u ta' uffiċċji konsulari ta' l-Istati Membri għar-reġistrazzjoni ta' l-applikanti għall-viża kif ukoll għal qafas legali għall-koperazzjoni ta' l-Istati Membri li jkollhom fornituri tas-servizz esterni (1) (li l-Barunessa LUDFORD hija r-rapporteur tagħhom). Il-kontenut ta’ dik il-proposta huwa mdaħħal fi u adattat għall-istruttura ta’ din il-proposta, li se tkun emendata ladarba jkunu finalizzati n-negozjati dwar il-proposta separata. Id-dispożizzjonijiet għall-koperazzjoni ma’ l-intermedjarji kummerċjali, bħall-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar u l-operaturi fit-turiżmu, ġew imsaħħa, sabiex tkun ikkunsidrata din is-sitwazzjoni l-ġdida.

- L-iżvilupp ta' ċerti partijiet ta' l-acquis: il-Kummissjoni tiddiskuti l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar ħruġ massimu ta’ żmien; distinzjoni ċara bejn applikazzjonijiet inammissibbli u applikazzjonijiet rifjutati formalment; trasparenza sħiħa dwar il-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għal konsultazzjoni preċedenti; formola armonizzata li tipprovdi prova ta’ l-istedina, tal-ħlas mill-isponser u ta’ l-akkomodazzjoni; obbligu li l-Istati Membri jinnotifikaw u jimmotivaw deċiżjonijiet negattivi; qafas legali biex jiġi żgurat metodu armonizzat għall-kooperazzjoni kemm bejn il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri kif ukoll mal-fornituri kummerċjali tas-servizzi esterni; u regoli obbligatorji għall-kooperazzjoni bejn il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri u l-intermedjarji kummerċjali.

- Kjarifika ta’ xi kwistjonijiet sabiex titjieb l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet leġislattivi: din tirrigwarda b'mod partikulari lil Viżi li jkollhom Validità Territorjali Limitata (LTV) u l-Assigurazzjoni Medika għall-Ivvjaġġar (TMI).

- Itejjeb it-trasparenza u ċ-ċertezza legali billi jiċċara l-istat legali tad-dispożizzjonijiet tas-CCI u l-Annessi tagħhom billi jneħħi mill-istrument legali dispożizzjonijiet li huma żejda jew li huma ta’ natura operattiva prattika: l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni kurrenti fihom tmintax-il anness li jinkludu numru ta' dispożizzjonijiet legali u siltiet varji ta' informazzjoni: listi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-viża, eżenzjonijiet għal min ikollu ċerti tipi ta' dokumenti ta' vjaġġar, tabella ta' rappreżentazzjoni, dokumenti li jintitolaw lil dak li jkun li jidħol f'pajjiż mingħajr viża, speċifikazzjonijiet tekniċi eċċ. Sabiex jiġi ċċarat l-istatus legali ta' dawn l-annessi, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm biss dawk l-annessi li huma konnessi b'mod dirett ma' l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li hemm fil-korp tat-test, jiġifieri l-annessi I-XIII tar-Regolament. Barra minn dan, il-Kummissjoni qed tipproponi li tħassar ir-riferenzi għal dawn li ġejjin: viżi nazzjonali (viżi "D"); il-viża nazzjonali għall-waqfiet twal valida fl-istess ħin bħala viża ta’ Schengen għal waqfa qasira (il-viża "D+C"): viżi kollettivi; Anness 2 u Anness 6 tas-CCI

- l-applikazzjoni armonizzata fuq il-livell operattiv tal-"Kodiċi dwar il-Viżi": il-Kodiċi dwar il-Viżi għandu jkun fih biss dispożizzjonijiet legali dwar il-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra u viżi ta' tranżitu kif ukoll dwar viżi ta' tranżitu ta' l-ajruport. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri minn issa ma jkomplux bil-prattika attwali tagħhom li jfasslu istruzzjonijiet nazzjonali biex “jissovvrapponu” r-regoli komuni, għandu jitfassal sett wieħed komuni ta’ istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-leġislazzjoni. Meta kienet qed tipprepara l-proposta dwar il-Kodiċi dwar il-Viżi, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod parallel il-forma u l-kontenut ta’ “l-Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi dwar il-Viżi” li jistabbilixxu l-prattika u l-proċeduri armonizzati li għandhom ikunu segwiti mill-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri meta dawn ikunu qed jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-viżi. Dawn l-Istruzzjonijiet, li se jitfasslu fi ħdan il-proċedura provduta fit-Titolu V tar-Regolament, bl-ebda mod m’hu se jżidu obbligi legali għall-Kodiċi dwar il-Viżi iżda se jkunu biss ta’ natura operattiva. Għandhom ikunu finalizzati sad-data meta jidħol fis-seħħ il-Kodiċi.

Fl-aħħar, il-proposta tal-Kummissjoni tiddiskuti l-konsegwenzi ta' diversi protokolli li huma annessi mat-Trattati, minħabba li dan ir-Regolament se jibni fuq l-acquis ta’ Schengen. Din tiddiskuti l-konsegwenzi fuq l-Istati l-Membri l-ġodda tal-proċedura f'żewġ stadji għall-istrumenti ta' implimentazzjoni li huma bbażati fuq l-acquis ta’ Schengen.

III.      Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur hu tal-fehma li fil-biċċa l-kbira tal-punti l-Kummissjoni rnexxielha tidentifika l-problemi reali tal-prattika tal-viża fiz-zona tax-Schengen. Il-bżonn li jkun hemm koordinazzjoni aħjar fuq livell lokali, l-importanza ta' taħriġ ulterjuri kontinwu għall-impjegati fil-konsulati u s-sinifikat ta' aċċess faċli għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li l-applikanti jridu jissodisfaw sabiex jiksbu viża kienu wħud mill-kwistjonijiet li r-rapporteur kien kapaċi jikkonferma fuq il-post fl-Alġerija, f'Kiev, f'San Pietruburgu u f'Varsavja. Bosta mill-innovazzjonijiet li hemm fil-proposta tal-Kummissjoni jfittxu li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

Bil-maqlub ta' dan, kien diffiċli ħafna li jkun hemm djalogu ġenwinament miftuħ mal-ministeri responsabbli mill-politika dwar il-viżi. Il-kultura tat-teħid tad-deċiżjoni xorta hija karatterizzata bl-abitudnijiet li żviluppaw tul iż-żmien fi ħdan l-awtoritajiet tas-sigurtà. Dan ifisser diskrezzjoni u volontà li tkun infurmata d-dinja dwar l-attivitajiet tagħhom. F'dan l-isfond, kien diffiċli, pereżempju, li wieħed jaċċerta kemm ċerti passi u rekwiżiti fil-proċess tal-viża huma tassew importanti. Il-politika dwar il-viża taz-zona tax-Schengen hija parti importanti ta' l-immaġini esterna ta' l-UE. L-emendi mressqa mir-rapporteur tiegħek ikopru ħames kategoriji ewlenin li huma diġà mfissrin fid-dokument ta' ħidma ta' Diċembru 2006. Dawn il-kategoriji huma dawn li ġejjin:

(1) Immaġini esterna komuni

(2) Impressjoni pożittiva u servizz għall-konsumatur

(3) Oqsma problematiċi u rimedji

(4) Għażliet politiċi tal-Komunità

(5) Kommunikazzjoni diretta

Dawn il-ħames suġġetti xprunaw sensiela ta' emendi. "Stampa esterna komuni" hija koperta bl-emendi ma' l-Artikoli 5, 7, 18, 35, 40, 41 u 42. "Impressjoni pożittiva u servizz għall-konsumatur" huma indirizzati bl-emendi ma' l-Artikoli 4, 5, 7, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 18, 20, 40, 41, 42 u 45a, u ma' l-Anness III u X. L-emendi ma’ l-Artikolu 41, 43a u 46a jindirizzaw “Oqsma ta’ problemi u rimedji”. "Alternattivi politiċi tal-Komunità" huma spjegati bl-emendi ma' l-Artikoli 16, 20 u 44a. "Komunikazzjoni diretta" hija koperta bl-emenda ma' l-Artikolu 42 dwar il-ħolqien ta' portal komuni għall-viża. Xi emendi huma koperti b'aktar minn intestatura waħda. Iz-zona tax-Schengen hija zona ta' moviment ħieles u tirrapreżenta wieħed mill-iżjed proġetti ta' suċċess ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni. Bħala kunċett, iz-zona tax-Schengen ġiet aċċettata mhux biss fl-UE iżda wkoll barra l-UE, fejn it-terminu 'Viża Schengen' irċieva rikonoxximent ġenerali. Minkejja dan, għad fadal ħafna xi jsir sabiex iz-zona tax-Schengen ikollha immaġini esterna komuni. Pereżempju, għad m'hemmx websajt komuni għall-Viża Schengen. Ir-regoli dwar il-viża ta' konsulati differenti fl-istess lok jistgħu jvarjaw b'mod kunsiderevoli. Fejn Stat Membru ma jkollux rappreżentazzjoni f'post partikulari, bħal Spanja fil-Murmansk, m'huwiex possibbli li l-popolazzjoni lokali tikkuntattja lill-konsulat Finlandiż li jinsab hemmhekk. Minflok wieħed ikollu jivvjaġġa sa San Pietruburgu, li jinsab 24 siegħa 'l bogħod bit-tren, biex japplika għal viża Spanjola tax-Schengen għal vaganza komuni. Għandu jkun hemm rekwiżit permanenti għall-Istati Membri biex jikkonkludu ftehimiet ta' koperazzjoni ma' xulxin meta l-konsulat responsabbli jkun jinsab 'l bogħod iżżejjed. Il-bżonn ta' arranġamenti bħal dawn se jsir iżjed urġenti jekk jiġu introdotti l-identifikaturi bijometriċi, li fil-prattika jfisser li l-applikanti kollha jridu jattendu personalment fil-konsulat rilevanti.

Mingħajr ma jikkompromettu l-kwistjonijiet essenzjali ta' sigurtà, huwa importanti li l-konsulati tax-Schengen jadottaw metodi ta' ħidma li jkunu orjentati lejn il-konsumatur. Persuni li jkollhom jagħmlu vjaġġ eċċezzjonalment twil jew estremament diffiċli lejn l-eqreb konsulat (ġieli l-applikanti jkollhom, pereżempju, l-ewwel jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor li għalih ikun hemm bżonn ta' viża sabiex imbagħad ikunu jistgħu japplikaw għal viża għaz-zona tax-Schengen) għandu jkollhom l-opportunità li jagħmel tali vjaġġ darba biss. Ir-rapporteur jemmen ukoll li t-tariffa tal-viża trid tinżamm f'livell relattivament baxx (€35), u li xi kategoriji, bħal tfal li jkunu akkumpanjati mill-ġenituri jew minn persuni li jkunu parti minn programm ta' skambju, għandhom ikunu eżentati mit-tariffa. Barra minn dan, għandha tiġi estiża l-prattika li jinħarġu viżi bi dħul multiplu. Vjaġġaturi bona fide, jiġifieri persuni li jkunu rċevew Viża Schengen diversi drabi u li la qatt ikunu użawha ħażin jew kisru r-regoli taz-zona tax-Schengen, għandhom jibbenefikaw ukoll u mhux biss sempliċiment numru ta' kategoriji predeterminati bħal negozjanti, ċerti gruppi ta' studenti u qraba. Il-kategorizzazzjoni eċċessivament stretta tan-nies toħloq problemi ta' demarkazzjoni. X'jiġri meta xi ħadd ikun lesta n-negozjati kummerċjali tiegħu ma' kumpanija li tkun fiz-zona Schengen? X'jiġri ladarba wieħed ikun lesta l-istudji tiegħu, eċċ? Il-leġiżlatur ma jistax jiġġudika jekk vjaġġatur ikunx bona fide sempliċiment abbażi ta' tqegħid f'kategorija jew oħra. Għalhekk, meta ssir evalwazzjoni ta' applikazzjoni għal viża ta' xi ħadd, għandu jitqies ukoll ir-rekord passat tal-viża ta' dak li jkun. Barra minn dan, trid issir ukoll evalwazzjoni kritika ta' x'dokumenti tassew ikun jeħtieġ sabiex ikun jista' japplika għal viża u ta' kemm trid tkun dettaljata d-deskrizzjoni ta' l-itinerarju li jkun jeħtieġ iressaq.

Ir-rapporteur tiegħek sab xi nuqqasijiet li jistħoqqilhom attenzjoni ulterjuri. Fil-propsota tagħha l-Kummissjoni ma qisitx biżżejjed iċ-ċirkostanzi speċjali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-vapuretti tal-passiġġieri li jaħdmu fir-reġjun Baltiku, fil-Mediterran u fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Illum hemm traffiku sostanzjali bejn l-Istati Membri ta' l-UE, iżda t-traffiku bejn iz-zona tax-Schengen u pajjiżi terzi huwa limitat ħafna, l-iżjed minħabba dawn ir-regoli tal-viża. Din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata iżjed fil-fond.

Huwa importanti wkoll li pajjiż terz ikun jaf x'kundizzjonijiet irid jissodisfa sabiex ikun eżentat mir-rekwiżit tal-viża. Ir-rapporteur jemmen li l-pajjiżi tax-Schengen iridu jfasslu regoli ċari għal meta pajjiż ikun eżentant mir-rekwiżiti tal-viża. Dan il-mekkaniżmu jrid ikun eżentat fuq il-kriterji li ġejjin: numru baxx ta' rifjuti, applikazzjoni ta' sponsorhip u ftehim ta' akkomodazzjoni, persentaġġ baxx ta' ċittadini oħrajn li joqgħodu għal perjodu itwal mill-validità tal-viżi tagħhom, numru baxx ta' persuni li jkunu ġew irrifjutati għal diversi raġunijiet, garanzija ta' dokumenti ta' vjaġġar ġenwini u spezzjonijiet effettivi fuq il-fruntieri.

Barra minn dan, il-politika ta' l-UE dwar il-viża trid tirrifletti l-prijoritajiet fundamentali tal-politika barranija tagħha. Fil-prinċipju, dan hu sodisfatt bl-eżistenza tal-ftehimiet li jissimplifikaw il-viża, iżda analiżi iżjed mill-qrib ta' dawn il-ftehimiet turi li dawn huma ta' natura minimalista. Ir-rapporteur jemmen li ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-viża għandhom ikopru wkoll kwistjonijiet prinċipali bħall-frekwenza ikbar ta' viżi maħruġin b'perjodu ta' validità ta' bosta snin, l-implimentazzjoni tad-dejta bijometrika u wkoll it-tnaqqis sinifikanti fit-tariffi. Barra minn dan, huwa importanti li l-Parlament Ewropew ikun involut fit-tfassil tal-mandati tan-negozjati ta' ftehimiet bħal dawn u fit-twettiq tan-negozjati. Huwa inkwetanti wkoll li bosta żgħażagħ li jgħixu fil-konfini ta' l-UE qatt ma siefru ta' l-inqas darba. L-Unjoni għandha r-responsabilità li ma tiżolax lil dawn in-nies. Jekk le, jistgħu jibdew jikbru tendenzi nazzjonalisti u radikali.

  • [1]  Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending the Common Consular Instructions on visas for diplomatic missions and consular posts in relation to the introduction of biometrics including provisions on the organisation of the reception and processing of visa applications. (COM (2006)0269).

PROĊEDURA

Titolu

Kodiċi Komunitarja dwar il-Viżi

Referenzi

COM(2006)0403 – C6-0254/2006 – 2006/0142(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.7.2006

Kumitat responsabbli

Data mħabbra fis-sessjoni plenarja

LIBE

26.9.2006

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Henrik Lax

22.2.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

28.11.2006

19.12.2006

5.6.2007

27.6.2007

 

12.9.2007

29.11.2007

26.3.2008

8.4.2008

Data ta' l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat ta' l-aħħar votazzjoni

+:

–:

0:

42

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Michael Cashman, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Esther De Lange, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Roland Gewalt, Lilli Gruber, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Sarah Ludford, Claude Moraes, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Simon Busuttil, Genowefa Grabowska, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Marianne Mikko, Siiri Oviir, Nicolae Vlad Popa, María Isabel Salinas García, Rainer Wieland