RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

18.4.2008 - (11406/4/2007 – C6‑0056/2008 – 2005/0281(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Caroline Jackson

Proċedura : 2005/0281(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0162/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

(11406/4/2007 – C6‑0056/2008 – 2005/0281(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11406/4/2007 – C6‑0056/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0667),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0162/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(1) Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart tistabbilixxi qafas leġiżlattiv għall-immaniġġjar ta’ l-iskart fil-Komunità. Hija tiddefinixxi kunċetti ewlenin bħall-iskart, l-irkupru u r-rimi u tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-immaniġġar ta’ l-iskart, b'mod partikolari obbligu li stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart ikollha permess jew tkun irreġistrata, u obbligu li Stati Membri jfasslu pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart. Hija wkoll tistabbilixxi prinċipji ewlenin bħall-obbligu li l-iskart ikun ittrattat b’mod li ma jkollux impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, bħall-inkoraġġiment li tkun applikata l-ġerarkija ta' l-iskart, u, skond il-prinċipju li min iniġġes iħallas, ir-rekwiżit li l-ispiża tar-rimi ta' l-iskart għandha tinġarr mid-detentur ta' l-iskart, minn detenturi preċedenti jew mill-produtturi tal-prodott li minnu ġie l-iskart.

(1) Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart tistabbilixxi qafas leġiżlattiv għall-immaniġġjar ta’ l-iskart fil-Komunità. Hija tiddefinixxi kunċetti ewlenin bħall-iskart, l-irkupru u r-rimi u tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-immaniġġar ta’ l-iskart, b'mod partikolari obbligu li stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart ikollha permess jew tkun irreġistrata, u obbligu li Stati Membri jfasslu pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart. Hija wkoll tistabbilixxi prinċipji ewlenin bħall-obbligu li l-iskart ikun ittrattat b’mod li ma jkollux impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, il-ġerarkija ta' l-iskart, u, skond il-prinċipju li min iniġġes iħallas, ir-rekwiżit li l-ispiża tar-rimi ta' l-iskart għandha tinġarr mid-detentur ta' l-iskart, minn detenturi preċedenti jew mill-produtturi tal-prodott li minnu ġie l-iskart.

(Emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Ġustifikazzjoni

Kumplementarja għall-emenda 21 tar-rapporteur li tistabbilixxi l-ġerarkija ta’ l-iskart bħala regola ġenerali. Konsegwentement, id-direttiva mhux “tinkoraġġixxi” biss lill-Istati Membri biex japplikaw il-ġerarkija ta’ l-iskart.

Emenda  2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 1 a (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(1a) L-ewwel objettiv ta' kwalunkwe politika dwar l-iskart għandu jkun li jiġu mminimizzati l-effetti negattivi li għandhom l-iġġenerar u l-immaniġġjar ta' l-iskart fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-leġiżlazzjoni dwar l-iskart għandha timmira wkoll li tnaqqas l-użu ta' riżorsi, u li tkun favur l-applikazzjoni prattika tal-ġerarkija ta' l-iskart.

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-parlament fl-ewwel qari (emenda 1). Ikun xieraq li din tiġi l-ewwel fil-lista ta' premessi peress li tagħti idea ġenerali siewja ta' dak li l-Parlament iqis li huma l-objettivi ewlenin ta' l-UE fl-immaniġġjar ta' l-iskart.

Emenda  3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 1 b (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(1b) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 1997 dwar strateġija tal-Komunità għall-immaniġġjar ta' l-iskart, il-Kunsill ikkonferma li l-prevenzjoni ta' l-iskart għandha tkun l-ewwel prijorità fl-immaniġġjar ta' l-iskart, u li l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjal għandhom jieħdu preċedenza fuq l-irkupru permezz ta' l-enerġija ta' l-iskart, meta u sakemm dawn ikunu l-aħjar għażliet ekoloġiċi.

 

1 ĠU C 76, 11.3.1997, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 1). Huwa importanti li tiddaħħal ir-riferenza għall-istorja tal-ġerarkija ta' l-iskart sabiex il-premessa tkun tista' tagħti sfond komplut għal din il-proposta.

Emenda  4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(2) Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità għall-Ambjent5 issejjaħ għall-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni fuq l-iskart, inkluża kjarifika tad-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart, u għall-iżvilupp ta' miżuri rigward il-prevenzjoni ta' l-iskart.

(2) Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità għall-Ambjent5 issejjaħ għall-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni fuq l-iskart, inkluża kjarifika tad-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart, u għall-iżvilupp ta' miżuri rigward il-prevenzjoni ta' l-iskart, inkluż l-iffissar ta' objettivi.

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta' kompletezza, tinħtieġ riferenza għall-inklużjoni ta' l-objettivi tal-Parlament fil-premessi.

Emenda  5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 8

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(8) Għandhom jiġu applikati regoli effettivi u konsistenti dwar it-trattament ta' l-iskart, suġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet, għall-proprjetà mobbli li d-detentur jarmi jew li bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi.

(8) Għandhom jiġu applikati regoli effettivi u konsistenti dwar it-trattament ta' l-iskart, suġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet, għal sustanzi u oġġetti mobbli li d-detentur jarmi jew li bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi.

(Emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Ġustifikazzjoni

It-terminu “proprjetà” hija potenzjalment qarrieqa, peress li donnha tagħti x’tifhem li r-regoli japplikaw biss għall-iskart li jappartieni lill-persuna li tkun qed tarmih. Madanakollu, peress li huwa x’aktarx possibbli li xi ħadd jista’ jarmi xi ħaġa li ma hix tiegħu/tagħha, it-terminu “proprjetà” għandha tinbidel mat-termini wżati fid-definizzjoni ta’ “skart”.

Emenda  6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(12) Il-klassifikazzjoni ta' l-iskart bħala skart perikoluż għandha tkun ibbażata, inter alia, fuq il-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sustanzi kimiċi, partikolarment fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' preparati bħala perikolużi, inklużi l-valuri tal-limitu ta' konċentrazzjoni użati għal dak l-iskop. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tinżamm is-sistema li biha kienu ġew ikklassifikati l-iskart u l-iskart perikoluż skond il-lista tat-tipi ta' skart kif stabbilita l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE, sabiex tkun imħeġġa klassifikazzjoni armonizzata ta' l-iskart u tkun żgurata d-determinazzjoni armonizzata ta' skart perikoluż fi ħdan il-Komunità.

(12) It-tipi differenti ta' skart perikoluż huma kkwalifikati skond kriterji ta' periklu u ta' riskju. Bħala riżultat, jeħtieġ li jiġu rregolati skond speċifikazzjonijiet stretti sabiex, kemm jista' jkun, jew jinżammu milli jseħħu jew ikunu limitati effetti negattivi kkawżati minħabba tmexxija mhix xierqa li taf taffettwa l-ambjent u toħloq riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem. Minħabba l-karatteristiċi perikolużi tiegħu, l-iskart perikoluż jeħtieġ immaniġġjar xieraq li jinvolvi tekniki ta' ġbir u ta' trattament speċifiċi u adattati, kontrolli partikolari u modalitajiet dedikati tat-traċċabilità ta' l-iskart. L-operaturi kollha ta' l-iskart perikoluż jeħtieġ li jkollhom il-kwalifiki u t-taħriġ adegwati.

(Emenda 11 adottata fl-Ewwel Qari)

Ġustifikazzjoni

Peress li d-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma (WFD) se tirrevoka d-Direttiva dwar l-Iskart Perikoluż, huwa importanti b’mod partikulari li jkun żgurat li s-settur ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart perikoluż ikun meqjus b’mod adegwat fit-test tad-Direttiva.

Emenda  7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 17

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(17) Id-definizzjonijiet ta’ rkupru u rimi jeħtieġ li jkunu mmodifikati sabiex jiżguraw distinzjoni ċara bejn iż-żewġ kunċetti, ibbażati fuq differenza ġenwina fl-impatt ambjentali permezz tas-sostituzzjoni tar-riżorsi naturali fl-ekonomija u bl-għarfien tal-benefiċċji potenzjali ta' l-użu ta' l-iskart bħala riżors fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Barra minn dan, jistgħu jiġu żviluppati linji gwida sabiex jiġu ċċarati l-każijiet fejn fil-prattika huwa diffiċli li tkun applikata din id-distinzjoni jew fejn il-klassifikazzjoni ta’ l-attività bħala rkupru ma taqbilx ma’ l-impatt ambjentali reali ta' l-operazzjoni.

(17) Id-definizzjonijiet ta’ rkupru u rimi jeħtieġ li jkunu mmodifikati sabiex jiżguraw distinzjoni ċara bejn iż-żewġ kunċetti, ibbażati fuq differenza ġenwina fl-impatt ambjentali permezz tas-sostituzzjoni tar-riżorsi naturali fl-ekonomija u bl-għarfien tal-benefiċċji potenzjali ta' l-użu ta' l-iskart bħala riżors fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Barra minn dan, għandhom jiġu żviluppati kriterji sabiex jiġu ċċarati l-każijiet fejn fil-prattika huwa diffiċli li tkun applikata din id-distinzjoni jew fejn il-klassifikazzjoni ta’ l-attività bħala rkupru ma taqbilx ma’ l-impatt ambjentali reali ta' l-operazzjoni.

(Emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura, u f’konformità ma’ l-emenda 38/108/157/140/141 mill-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma’ l-emenda l-ġdida għall-Artikolu 8(2) ta' l-istess awturi. Fil-każ li f’din id-direttiva jkunu stabbiliti kriterji ta’ effiċjenza għall-ħruq ta’ l-iskart, l-istess għandu jsir għal operazzjonijiet ta’ rkupru oħra biex l-operazzjonijiet ta’ rkupru vera jkunu magħżula minn operazzjonijiet ta’ rkupru finta. Minħabba li kriterji bħal dawn ikunu elementi essenzjali, huma għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ ko-deċiżjoni.

Emenda  8

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 20

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(20) M'għandux ikun hemm konfużjoni bejn l-aspetti varji tad-definizzjoni ta' skart, u għandhom jiġu applikati l-proċeduri xierqa, fejn meħtieġ, għall-prodotti sekondarji li mhumiex skart, minn naħa waħda, jew għal skart li ma jibqax skart, min-naħa l-oħra. Sabiex jiġu speċifikati ċerti aspetti tad-definizzjoni ta' l-iskart, din id-Direttiva għandha tikkjarifika:

(20) M'għandu jkun hemm l-ebda konfużjoni bejn l-aspetti varji tad-definizzjoni ta' skart, u għandhom jiġu applikati l-proċeduri xierqa għal skart li ma jibqax skart. Sabiex jiġu speċifikati ċerti aspetti tad-definizzjoni ta' l-iskart, din id-Direttiva għandha tikkjarifika meta ċertu skart ma jibqax skart, l-istabbiliment ta' kriterji dwar it-tmiem ta’ l-iskart li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u benefiċċju ambjentali u ekonomiku; kategoriji possibbli ta' skart li għalihom speċifikazzjonijiet u kriterji dwar "it-tmiem ta’ l-iskart" għandhom jiġu żviluppati huma, fost oħrajn, skart mill-bini u d-demolizzjoni, xi rmied u fdalijiet, metalli skrappjati, kompost, skart ta' karti u ħġieġ. Il-kunċetti ta’ skart li ma jibqax skart m'għandux japplika għall-fini ta’ ġarr transkonfinali lejn pajjiżi terzi.

– meta sustanzi jew oġġetti li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni li mhux primarjament immirat lejn il-produzzjoni ta' tali sustanzi jew oġġetti huma prodotti sekondarji u mhux skart. Id-deċiżjoni li sustanza mhix skart tista' tittieħed biss abbażi ta' approċċ koordinat, li jrid jiġi aġġornat regolarment, u fejn dan ikun konsistenti mal-protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. Jekk l-użu ta' prodott sekondarju huwa permess taħt liċenzja ambjentali jew regoli ambjentali ġenerali, dan jista' jintuża mill-Istati Membri bħala għodda sabiex jiġi deċiż li mhux mistenni li jseħħ xi impatt ġenerali negattiv fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem; u

 

– meta ċertu skart ma jibqax skart, l-istabbiliment ta' kriterji dwar it-tmiem ta’ l-iskart li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u benefiċċju ambjentali u ekonomiku; kategoriji possibbli ta' skart li għalihom speċifikazzjonijiet u kriterji dwar "it-tmiem ta’ l-iskart" għandhom jiġu żviluppati huma, fost oħrajn, skart mill-bini u d-demolizzjoni, xi rmied u fdalijiet, metalli skrappjati, kompost, skart ta' karti u ħġieġ. Għall-finijiet li jintlaħaq status ta' tmiem ta' l-iskart, operazzjoni ta' rkupru tista' tkun sempliċi daqs l-ikkontrollar ta' l-iskart biex ikun verifikat li jissodisfa l-kriterji tat-tmiem ta' l-iskart.

 

(L-ewwel parti hija emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura, u t-tieni parti hija ġdida biex tindirizza punt li tħalla barra bi żball fl-ewwel qari sabiex tkun żgurata l-koerenza ma’ l-obbligi internazzjonali.)

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti: F’konformità ma’ l-emendi 4 u 11 tar-rapporteur, l-iskart jista’ jieqaf milli jkun skart biss meta l-operazzjoni ta’ l-użu mill-ġdid, jew tar-riċiklaġġ, jew ta’ l-irkuprar tkun kompluta. Li sempliċement isir kontroll ta’ l-iskart m’huwiex ekwivalenti għat-tlestija ta' operazzjoni ta' rkuprar.

It-tieni parti: Il-kunċetti ta’ sottoprodotti u ta’ skart li ma jibqax aktar skart m’humiex magħrufa fil-leġislazzjoni internazzjonali dwar l-iskart bħal m’hi l-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-ġarr transkonfinali ta’ skart perikoluż u tipi ta’ skart oħra. Sabiex tkun żgurata konformità sħiħa ma’ l-obbligi internazzjonali, dawn ma jistgħux japplikaw għal ġarr transkonfinali.

Il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni (21 ta' Frar 2007) huma l-qafas relevanti biex tiġi ċċarata din il-kwistjoni u biex jiġu evitati proċeduri legali potenzjali. Id-definizzjoni li tinsab fil-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tista' tikkawża konfużjoni akbar u tista' twassal għal reklassifikazzjoni mhix mixtieqa ta' l-iskart bħala sottoprodotti.

Emenda  9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 20 a (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(20a) L-istatus ta’ tmiem l-iskart m’għandux, b’mod globali, jkollu impatt ta’ ħsara fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa minħabba l-użu tas-sustanza jew l-oġġett. Dan ifisser f’kull każ li prodotti sekondarji m’għandhomx ikun fihom livelli ta’ kontaminanti ogħla minn materjali mhux ipproċessati primarji komparabbli. Għandha tintuża sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità biex jiġi applikat dan il-kriterju.

(Il-pożizzjoni komuni temenda l-artikolu dwar l-istatus ta’ tmiem l-iskart. Dan jagħmilha ħaġa meħtieġa li tingħata kjarifika.)

Ġustifikazzjoni

L-istatus ta’ tmiem l-iskart m’għandux jagħmel ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa. Madanakollu, l-inkorporazzjoni ta’ kontaminanti fi prodott jista’ jwassal għar-riżultat li kontaminanti jinfirxu fl-ambjent. Pereżempju, l-użu ta’ ħġieġ taċ-ċomb ippurifikat li ġej minn tubijiet vakwi tal-katodi biex jiġu mmanifatturati materjali tal-bini jista’ jwassal għar-riżultat li fil-ġejjieni jseħħ rilaxx ta' ċomb meta tkun qed issir id-demolizzjoni. Dan ma jkunx użu sostenibbli ta’ prodotti sekonarji.

Emenda  10

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 21

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(21) Sabiex jiġi verifikat jew kalkulat jekk intlaħqux il-miri ta' riċiklaġġ u rkupru mniżżlin fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m' għadhomx jintużaw, id-Direttiva 2002/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE kif ukoll leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, l-ammonti ta' l-iskart li ma jibqax skart għandu jitqies bħala skart riċiklat u rkuprat.

(21) Sabiex jiġi verifikat jew kalkulat jekk intlaħqux il-miri ta' riċiklaġġ u rkupru mniżżlin fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m' għadhomx jintużaw, id-Direttiva 2002/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE kif ukoll leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, l-iskart li ma jibqax skart għandu jitqies biss bħala skart riċiklat u rkuprat meta l-operazzjoni ta’ l-użu mill-ġdid, jew tar-riċiklaġġ, jew ta’ l-irkuprar tkun kompluta.

Ġustifikazzjoni

It-test tal-pożizzjoni komuni fir-rigward ta' l-iskart li ma jibqax skart inbidlet meta mqabbla mat-test oriġinali tal-Kummissjoni. Sabiex tinżamm l-integrità tal-kunċett tar-riċiklaġġ huwa għaldaqstant importanti li t-tmiem ta' l-iskart ma jiġix mfixkel mar-riċiklaġġ, u dan huwa l-għan ta' din l-emenda.

Emenda  11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 22

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(22) Abbażi tad-definizzjoni ta' skart, sabiex wieħed jinkoraġixxi ċ-ċertezza u l-konsistenza, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida biex tispeċifika f'ċerti każijiet meta sustanzi jew oġġetti jsiru skart. Tali linji gwida jistgħu jiġu żviluppati, inter alia, għal tagħmir elettriku u elettroniku u vetturi.

(22) Abbażi tad-definizzjoni ta' skart, sabiex wieħed jinkoraġixxi ċ-ċertezza u l-konsistenza, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex tispeċifika f'ċerti każijiet meta sustanzi jew oġġetti jsiru skart. Tali miżuri għandhom jiġu żviluppati b'urġenza, inter alia, għal tagħmir elettriku u elettroniku u għal vetturi biex jingħalqu l-lakuni li hemm fil-leġislazzjoni dwar il-ġarr ta’ l-iskart. .

Tirreferi għall-emenda 17 u għall-ftehima 103 ta’ l-ewwel qari.

Ġustifikazzjoni

Kwantitajiet kbar ta’ tagħmir elettriku u elettroniku skartat jinġarru lejn l-Afrika taparsi se jiġu wżati mill-ġdid, biex imbagħad jintremew hemmhekk. Bastimenti qodma jagħmlu l-aħħar vjaġġ tagħhom lejn l-Asja, biex jiġu żarmati taħt kundizzjonijiet li huma għal kollox inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-Kummissjoni messha ilha li żviluppat linji gwida biex tagħlaq il-lakuni li jinsabu fir-regolamentazzjoni tal-ġarr ta’ l-iskart fir-rigward tad-definizzjoni ta’ l-iskart.

Emenda  12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 26

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(26) Din id-Direttiva għandha tgħin biex tressaq lill-UE eqreb lejn "soċjetà riċiklanti", billi tfittex li tevita l-ġenerazzjoni ta' l-iskart u li tuża l-iskart bħala riżors. B'mod partikolari, is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni għall-Ambjent isejjaħ għal miżuri mmirati biex jiżguraw is-separazzjoni fis-sors, il-ġbir u r-riċiklaġġ ta' flussi prijoritarji ta' skart. Bi qbil ma' dak l-objettiv u bħala mezz biex ikun faċilitat jew imtejjeb il-potenzjal ta' l-irkupru tiegħu, l-iskart għandu jinġabar separatament jekk dan ikun prattikabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament, qabel ma jgħaddi minn operazzjonijiet ta' rkupru li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali globali.

(26) Din id-Direttiva għandha tgħin biex tressaq lill-UE eqreb lejn "soċjetà li tirriċikla", billi tfittex li tevita l-ġenerazzjoni ta' l-iskart u li tuża l-iskart bħala riżors. B'mod partikolari, is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni għall-Ambjent isejjaħ għal miżuri mmirati biex jiżguraw is-separazzjoni fis-sors, il-ġbir u r-riċiklaġġ ta' flussi prijoritarji ta' skart. Bi qbil ma' dak l-objettiv u bħala mezz biex ikun faċilitat jew imtejjeb il-potenzjal ta' l-irkupru tiegħu, l-iskart għandu jinġabar separatament u s-sustanzi komposti perikolużi għandhom ikunu sseparati mill-flussi ta’ l-iskart, jekk dan ikun prattikabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament, qabel ma jgħaddi minn operazzjonijiet ta' rkupru li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali globali.

(Emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura f’konformità ma’ l-emenda 54 mill-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Is-separazzjoni ta’ komposti perikolużi, fejn ikun possibbli, itejjeb il-possibiltajiet għall-irkupru. Komposti perikolużi għandhom jinħarġu miċ-ċiklu ekonomiku, u mhux jikkontaminaw il-prodotti l-ġodda wara l-irkupru.

Emenda  13

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 26 a (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(26a) L-Istati Membri m’għandhomx jappoġġjaw l-inċinerazzjoni ta’ materja prima sekondarja (riċiklati segregati bħal m’hi l-karta rkuprata), f'konformità ma' l-għan li tinħoloq soċjetà li tirriċikla.

Ġustifikazzjoni

Wara li l-Kummissjoni ppubblikat il-Pakkett rigward Azzjoni dwar il-Klima u l-Enerġija li Tiġġedded, b'mod partikulari l-proposta għal direttiva dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu, huwa importanti li wieħed jara li l-istrumenti ekonomiċi ma jkunux użati b’mod li jirrendu l-ġerarkija mingħajr siwi.

Emenda  14

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 26 b (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(26b) Filwaqt li jżommu kif inhu l-livell meħtieġ ta' protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw għażliet ta' ġestjoni li huma suffiċjenti u effettivi f'termini ta' spejjeż għall-iskart li jinħoloq mill-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ fl-għarfien tal-kontribut ewlieni ta' l-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ fit-tnaqqis ta' l-ammont tar-rimi finali. Fdal ta' skart bħal dan jirrappreżenta xkiel importanti għal aktar żidiet fil-kapaċitajiet ta' riċiklaġġ u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa f'konformità ma' l-għan li tinħoloq is-'soċjetà li tirriċikla'.

(Emenda 9 ta’ l-ewwel qari tal-PE)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-punt li “l-iskart sekondarju” li jiġi minn operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ jeħtieġ li jkun sar ippjanar għalih sabiex wieħed jasal għal soċjetà li tirriċikla u biex jinħolqu swieq ewlenin fl-UE.

Emenda  15

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 28

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(28) Il-ġerarkija ta' l-iskart ġeneralment tikkostitwixxi l-aqwa għażla ambjentali ġenerali fil-leġislazzjoni u l-politika ta' l-iskart, filwaqt li jista' jkun meħtieġ li ma tiġix segwita l-ġerarkija għal flussi ta' skart speċifiċi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta', inter alia, fattibbiltà teknika, vijabbiltà ekonomika u protezzjoni ambjentali.

(28) Il-ġerarkija ta' l-iskart ġeneralment tistabbilixxi ordni ta’ prijorità ta’ x’inhu li jikkostitwixxi l-aqwa għażla ambjentali ġenerali fil-leġislazzjoni u l-politika ta' l-iskart, filwaqt li jista' jkun meħtieġ li ma tiġix segwita l-ġerarkija għal flussi ta' skart speċifiċi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta', inter alia, fattibbiltà teknika, vijabiltà ekonomika u protezzjoni ambjentali.

(Emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Ġustifikazzjoni

Il-ġerarkija bħala tali ma tikkostitwixxix l-aħjar għażla ambjentali fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, imma tistipula lista ta' prijoritajiet biex tiġi identifikata l-aħjar għażla ambjentali.

Emenda  16

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 29

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(29) Sabiex il-Komunità kollha ssir awtosuffiċjenti fir-rimi ta’ l-iskart u fl-irkupru ta' skart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jersqu lejn dik il-mira individwalment, huwa meħtieġ li jsir provvediment għal network ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ impjanti tar-rimi u impjanti għall-irkupru ta' skart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi u l-ħtieġa għal impjanti speċjalizzati għal ċerti tipi ta’ skart.

(29) Skond il-prinċipju tal-qrubija, skart li jkun għar-rimi għandu jkun ittrattat f’wieħed mill-installazzjonijiet adattati l-aktar viċin, permezz ta’ l-aktar metodi u teknoloġiji adattati sabiex ikun żgurat li jkun hemm livell għoli ta’ ħarsien għall-ambjent u għas-saħħa pubblika. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa, f’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, sabiex ikun stabbilit netwerk integrat u adegwat ta’ installazzjonijiet tar-rimi, filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli.

(L-ispirtu ta’ l-Emenda 109 ta' l-ewwel qari tal-PE)

Ġustifikazzjoni

It-trattament ta’ l-iskart fil-Komunità m'għandux ikun iddefinit minn fruntieri nazzjonali iżda mill-operazzjoni ta’ trattament li fit-totalità tagħha tkun l-aktar waħda serja f’sens ambjentali. Is-Suq Intern minn dejjem kien il-mutur għal standards ambjentali għolja u armonizzati. Madanakollu, huma meħtieġa restrizzjonijiet għall-iskart li jkun għar-rimi. Il-prinċipju tal-qrubija jiżgura li jkun evitat li skart li jkun għar-rimi u li ma jkun iservi għall-ebda għan ta’ siwi jiġi ttrasportat fuq distanzi twal.

Emenda  17

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 32

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(32) Huwa importanti, skond il-ġerarkija ta' l-iskart, u għall-fini tat-tnaqqis ta' emissjoni ta' gassijiet b'effett serra li oriġina minn rimi ta' skart f'radam, li jkunu faċilitati l-ġbir separat u t-trattament xieraq tal-bijoskart sabiex ikunu prodotti kompost sigur ambjentalment u materjali oħrajn ibbażati fuq il-bijoskart. Wara valutazzjoni dwar l-immaniġġar tal-bijoskart, il-Kummissjoni ser tippreżenta proposti għal miżuri leġislattivi, jekk dan ikun kunsiljabbli.

(32) Huwa importanti, skond il-ġerarkija ta' l-iskart, u għall-fini tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra li oriġinaw minn rimi ta' skart f'landfills, li jkun żgurat li jkun hemm ġbir separat u t-trattament xieraq tal-bijoskart sabiex ikunu prodotti kompost li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u materjali oħrajn ibbażati fuq il-bijoskart. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva kriterji għall-ġbir, l-użu u t-trattament tal-bijoskart. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ ġbir separati għall-bijoskart.

(Emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura, u f’konformità ma’ l-emenda 112/138 mill-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Skond l-ewwel qari tal-PE il-kriterji kollha dwar il-bijoskart għandhom ikunu stipulati f’din id-direttiva. M'għandux jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jieħdu azzjoni dwar il-bijoskart. Hemm biżżejjed informazzjoni dwar il-benefiċċji ta' l-ikkompostjar sabiex tkun mitluba azzjoni immedjata. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jistabbilixxu sistemi ta’ ġbir separati għall-bijoskart. Minflok, l-istudju tal-Kummissjoni għandu jservi sabiex jistabbilixxi l-livell ġust ta' objettivi minimi.

Emenda  18

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 37

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(37) Sabiex jittejjeb il-mod kif azzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ l-iskart fl-Istati Membri jitmexxew 'il quddiem u għall-faċilitazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta’ l-aħjar prattika f’dan il-qasam, huwa meħtieġ li jissaħħu d-dispożizzjonijiet rigward il-prevenzjoni ta’ l-iskart u li jiddaħħal rekwiżit għall-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart li jikkonċentraw fuq l-impatti ambjentali ewlenin u li jieħdu kont taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti u l-materjali. Tali miżuri għandhom jimmiraw li jaqgħtu r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart. Il-partijiet interessati, kif ukoll il-pubbliku ġenerali, għandhom ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-programmi, u għandhom ikollhom aċċess għalihom ladarba jkunu mfasslin, f'konformità mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent.

(37) Sabiex jittejjeb il-mod kif azzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ l-iskart fl-Istati Membri jitmexxew 'il quddiem u għall-faċilitazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta’ l-aħjar prattika f’dan il-qasam, huwa meħtieġ li jiġu adottati miri u miżuri Komunitarji rigward il-prevenzjoni ta’ l-iskart u li jiddaħħal rekwiżit għall-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart li jikkonċentraw fuq l-impatti ambjentali ewlenin u li jieħdu kont taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti u l-materjali. Tali miżuri għandhom jimmiraw li jaqtgħu r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u t-tkabbir fil-volumi ta' l-iskart kif ukoll l-impatti ambjentali u fuq is-saħħa assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart, billi jintlaħaq tnaqqis nett fil-ġenerazzjoni ta' l-iskart, fil-perikolożità tiegħu u fl-impatti negattivi tiegħu. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali, għandhom ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-programmi, u għandhom ikollhom aċċess għalihom ladarba jkunu mfasslin, f'konformità mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent.

(Introduzzjoni mill-ġdid ta' l-emenda 10 mill-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa għall-allinjament tal-premessi ma' l-emenda 18 tar-Rapporteur.

Emenda  19

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 40

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(40) Fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja u r-riflessjoni tal-benefiċċji ambjentali, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' żejt użat għandhom jiġu integrati f'din id-Direttiva, u d-Direttiva 75/439/KEE għandha għalhekk tiġi revokata. L-immaniġġar ta' żjut użati għandu jitmexxa skond il-prinċipju ta' gwida tal-ġerarkija ta' l-iskart u għandha tingħata preferenza għall-possibilitajiet li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali globali. Il-ġbir separat ta' żjut użati jibqa' kruċjali għall-immaniġġar tagħhom kif suppost u l-prevenzjoni ta' ħsara lill-ambjent mir-rimi tagħhom li jsir mhux kif suppost.

(40) Fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' żejt użat għandhom jiġu integrati f'din id-Direttiva, u d-Direttiva 75/439/KEE għandha għalhekk tiġi revokata. L-immaniġġar ta’ żjut użati għandu jitmexxa skond il-prinċipju ta’ gwida tal-ġerarkija ta’ l-iskart, u l-prijorità mogħtija lir-riġenerazzjoni għandha tinżamm. Il-ġbir separat ta' żjut użati jibqa' kruċjali għall-immaniġġar tagħhom kif suppost u l-prevenzjoni ta' ħsara lill-ambjent mir-rimi tagħhom li jsir mhux kif suppost.

(Emenda ġdida bbażata fuq l-Artikolu 62(2)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Ġustifikazzjoni

L-unika raġuni aċċettabbli għall-integrazzjoni tad-direttiva dwar żejt użat fid-direttiva qafas dwar l-iskart hija s-simplifikazzjoni. Din l-integrazzjoni ma toffri l-ebda benefiċċju ambjentali.

Emenda  20

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt (b)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(b) art (in situ) inkluża ħamrija kontaminata mhux skavata u bini konness ma' l-art b'mod permanenti ma' l-art;

mħassar

(Terġa' tiddaħħal b'mod parzjali l-emenda 15/134/102/123/126 ta' l-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Skond il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, ħamrija kontaminata mhux skavata għandha titqies bħala skart. Għalhekk din m'għandiex tkun eskluża kompletament mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, iżda eskluża biss sal-punt li tista' tkun koperta minn leġislazzjoni Komunitarja futura dwar il-ħamrija. Postijiet kontaminati huma problema ambjentali kbira u għandhom ikunu indirizzati kif xieraq.

Emenda  21

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt (c)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(c) ħamrija mhux kontaminata u materjal ieħor li jirriżulta b'mod naturali skavat waqt attivitajiet ta' kostruzzjoni fejn huwa ċert li l-materjal ser jintuża għal finijiet ta' kostruzzjoni fl-istat naturali tiegħu fuq is-sit li minnu kien skavat;

(c) materjali skavati mhux kontaminati li jistgħu jintużaw, jew fl-istess post jew f'xi post ieħor, sakemm dawn il-materjali ġeoloġiċi naturali ma jkollhomx karatteristiċi li aktarx jikkawżaw impatt notevoli fuq l-ambjent fejn jitqiegħdu;

Idaħħal mill-ġdid it-test mill-ewwel qari tal-PE.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe materjal skavat mhux kontaminat, mhux sempliċiment materjal skavat tul l-attività ta' bini, għandu jkun eżenti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. M'hemmx bżonn li tkun applikata l-liġi ta' l-iskart għal dawn il-materjali. L-għan hu li jkun evitat li sseħħ kwalunkwe bidla fl-ambjent li jirċivihom minħabba l-inkorporazzjoni ta' materjali ġeoloġiċi naturali minn bnadi oħra, pereżempju jekk dawn il-materjali naturalment ikun fihom livelli għolja ta' waħda jew aktar sustanzi li l-effett tagħhom ikun li jibdlu l-bilanċ naturali inizjali.

Emenda  22

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt (fa) (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(fa) sedimenti u ħama naturali li ma fihomx il-karatteristiċi perikolużi msemmija fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emendi 15/134/102/123/126). Fil-fehma tal-Parlament, l-ikklassifikar bħala trattament ta' l-iskart, tat-tneħħija ta' sediment u ta' ħama minn massa ta' ilma u tat-tqiegħed mill-ġdid tiegħu f'parti oħra ta' l-istess massa ta' ilma, la huwa prattiku u lanqas joffri ebda benefiċċju ambjentali. Il-Parlament jippreferi jsegwi l-approċċ ta' l-OECD li jimplika li ċ-ċaqliq ta' dan il-materjal fl-istess ambjent tiegħu huwa forma ta' użu mill-ġdid, u li għaldaqstant il-materjal ma jsir skart.

Emenda  23

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt (da) (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(da) il-ħama tad-drenaġġ, meta jintuża fil-biedja skond id-Direttiva 86/278/KEE tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-ħarsien ta' l-ambjent, u l-aktar tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fil-biedja1.

_____

1 ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122,16.5.2003 p.36).

Ġustifikazzjoni

Ibbażata fuq emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emendi 15/134/102/123/126). Ir-riċiklaġġ tal-ħama għall-użu tal-biedja, wara l-ipproċessar meħtieġ, għandu jkun eżentat minn din id-Direttiva peress li diġà huwa kopert mid-Direttiva 86/278/KEE tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' l-ambjent, u l-aktar, tal-ħamrija. Dik id-Direttiva tkopri l-ipproċessar tal-ħama b'mod li jkunu evitati kwalunkwe effetti possibbli ta' ħsara fuq il-ħamrija, il-pjanti, l-annimali u l-bnedmin. Għandha tkun evitata kwalunkwe dupplikazzjoni fiż-żewġ Direttivi.

Emenda  24

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

4) "bijo-skart" tfisser skart bijodegredabbli tal-ġnien u l-ġonna, skart ta' l-ikel u l-kċina mid-djar, ristoranti, fornituri ta' l-ikel u postijiet tal-bejgħ u skart komparabbli minn impjanti ta' l-ipproċessar ta' l-ikel;

4) 'bijo-skart' tfisser skart li joriġina minn annimal jew minn pjanta, għal skopijiet ta' rkupru, li jista' jiġi dekompost minn mikroorganiżmi, minn organiżmi li jgħixu fil-ħamrija jew minn enżimi; materjal ta' ħamrija mingħajr kontenut sinifikanti ta' bijo-skart u fdalijiet ta' pjanti mill-produzzjoni agrikola li huma parti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' Artikolu 2(1)(f) m'humiex bijo-skart;

Ġustifikazzjoni

Emenda 30 ta’ l-ewwel qari tal-PE.

Emenda  25

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 10 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

10a) "ġbir separat" tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta' skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika ta' l-iskart u huwa ttrasportat b'mod separat;

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir separat se jkun dejjem iktar importanti biex noqorbu lejn soċjetà li tirriċikla u biex ikunu ffurmati swieq ewlenin għar-riċiklaġġ. (Emenda 104 ta' l-ewwel qari tal-PE, appoġġjata mill-Kummissjoni).

Emenda  26

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 11 – punt (c)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(c) il-kontenut ta' sustanzi ta' ħsara f'materjali u prodotti;

(c) il-kontenut ta' sustanzi perikolużi f'materjali u prodotti;

Ġustifikazzjoni

It-terminu "perikolużi" huwa iktar adegwat mit-terminu "ta' ħsara" minħabba li din hija l-kelma ġenerika li tintuża fil-leġislazzjoni ta' l-UE dwar sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi.

Emenda  27

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 14

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

14) "irkupru" tfisser kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli permezz tas-sostituzzjoni ta’ materjali oħra li inkella kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat b'mod li jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’. L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta' operazzjonijiet ta' rkupru;

(14) "irkupru" tfisser operazzjoni ta' trattament ta’ l-iskart li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

(a) li tirriżulta fi skart li jissostitwixxi riżorsi oħra li kieku kienu jintużaw sabiex iwettqu dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija ġenerali, jew li jiġi ppreparat għal tali użu;

 

(b) li tirriżulta fi skart li jservi skop ġenwin, permezz ta' dik is-sostituzzjoni;

 

(c) li tissodisfa ċerti kriterji ta’ effiċjenza, stabbiliti skond l-Artikolu 35(1);

 

(d) li tnaqqas l-impatti negattivi ġenerali fuq l-ambjent permezz ta' l-użu ta' l-iskart bħala sostitut għal riżorsi oħra;

 

(e) li tiżgura li l-prodotti jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Komunità dwar is-sikurezza u ma' l-istandards tal-Komunità;

 

(f) li tagħti prijorità għolja lill-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent u timminimizza l-formazzjoni, ir-rilaxx u t-tixrid ta' sustanzi perikolużi fil-proċess.

 

L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta' operazzjonijiet ta' rkupru;

Justification

Amendment adopted by Parliament at first reading (amendment 127). This is an important definition and needs to cover more aspects than the Council's text. The words 'in the plant or in the wider economy' are needed, in the rapporteur's view, because otherwise the recovery definition would only apply to plants where waste is used to power a process (e.g. cement kilns). But in fact many plants produce power and heat for external use (in the 'wider economy') in housing schemes ('district heating') or industry or community projects (schools, swimming pools). Given the increasing realisation now of the EU's shortage of home grown energy, it would be absurd to deny the right of the latter such plants, if energy efficient, to be deemed 'recovery' operations. This amendment therefore seeks to take account of the new fact of the EU's energy crisis while retaining the Parliament's full definition of recovery.

Emenda  28

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 - punt 16

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

16) "riċiklaġġ" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali ta’ l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta' materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta' enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;

16) ‘riċiklaġġ’ tfisser l-ipproċessar mill-ġdid ta' materjali jew sustanzi fi skart permezz tal-proċess ta' produzzjoni li bih jiġu prodotti jew jiġu inkorporati fi prodotti, materjali jew sustanzi ġodda, għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi l-ipproċċessar mill-ġdid ta' materjal organiku iżda ma jinkludix, inter alia, l-irkupru ta' enerġija, il-konverżjoni għall-użu bħala fjuwil, proċessi li jinvolvu l-kombustjoni jew l-użu bħala sors ta' enerġija, inklużi l-enerġija kimika, jew operazzjonijiet ta' radam;

Emenda  29

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 18

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

18) "rimi" tfisser kull operazzjoni li mhijiex irkupru anki meta l-operazzjoni għandha bħala konsegwenza sekondarja r-reklamazzjoni ta' sustanzi jew enerġija. L-Anness I fih lista mhux eżawrjenti ta' operazzjonijiet ta' rimi;

18) "rimi" tfisser kull operazzjoni li mhijiex irkupru anki meta l-operazzjoni għandha bħala konsegwenza sekondarja r-reklamazzjoni ta' sustanzi jew enerġija. L-Anness I fih lista mhux eżawrjenti ta' operazzjonijiet ta' rimi; L-operazzjonijiet kollha ta' rimi għandhom jagħtu prijorità għolja lill-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent;

Emenda  30

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 18 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(18a) "rkupru ta' l-enerġija" tfisser l-użu ta' skart kombustibbli bħala fjuwil għall-ġenerazzjoni ta' enerġija permezz ta' inċinerazzjoni diretta, bi skart jew fjuwil ieħor, jew mingħajrhom, iżda bl-irkupru tas-sħana. L-inċinerazzjoni ta' l-iskart li fil-proċess tagħha tiġi miżjuda aktar enerġija milli tinkiseb ma titqisx bħala rkupru ta' enerġija;

Ġustifikazzjoni

Emenda 26 ta’ l-ewwel qari tal-PE. L-implimentazzjoni korretta tad-direttiva titlob li fl-Artikolu 3 titqiegħed definizzjoni preċiża ta' "rkupru ta' enerġija". Skond id-definizzjoni proposta, l-irkupru ta' enerġija għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni fejn l-iskart kombustibbli jintuża bħala fjuwil għall-ħolqien ta' enerġija. Sabiex issir distinzzjoni bejn l-irkupru u r-rimi, il-proposta tistipula li l-proċess jista' jkun trattat bħala rkupru ta' enerġija biss jekk l-effiċjenza tal-proċess turi li l-enerġija qed tinħoloq mill-iskart.

Emenda  31

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 19 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(19a) "l-aqwa tekniki disponibbli għall-immaniġġjar ta' l-iskart" tfisser l-iktar stadju effettiv u avvanzat fl-iżvilupp ta' attivitajiet u l-metodi tagħhom kif joperaw li jindika l-adegwatezza prattika ta' tekniki partikulari sabiex, matul operazzjoniiet ta' mmaniġġjar ta' l-iskart, ikunu evitati perikli għas-saħħa tal-bniedem u ħsara lill-ambjent; l-Artikolu 2(11) u l-Anness IV tad-Direttiva 96/61/KE għandhom japplikaw kif meħtieġ;

Ġustifikazzjoni

Emenda 32 ta' l-ewwel qari.

Emenda  32

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 3 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Ġerarkija ta' l-iskart

 

1. Il-ġerarkija ta' l-iskart, kif inhi hawn taħt, għandha tapplika bħala regola ġenerali fil-prevenzjoni ta' l-iskart u fil-leġislazzjoni u l-politika ta' l-immaniġġjar:

 

(a) prevenzjoni u tnaqqis;

 

(b) preparazzjoni għal użu mill-ġdid;

 

(c) riċiklaġġ;

 

(d) irkupru ieħor, eż. irkupru ta' enerġija; u

 

(e) rimi.

 

2. Waqt l-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkuraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista' jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta' skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan huwa ġġustifikat mill-idea taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' tali skart. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan ikun proċess sħiħ u trasparenti li jirrispetta r-regoli nazzjonali ta' ppjanar li jikkonċernaw il-konsultazzjoni u s-sehem taċ-ċittadini u tal-persuni interessati.

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji ta' protezzjoni ambjentali ġenerali ta' prekawzjoni u sostenibbiltà, tal-fattibbiltà teknika u l-vijabilità ekonomika, tal-protezzjoni tar-riżorsi kif ukoll l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem, u dawk ekonomiċi u soċjali ġenerali, skond l-Artikoli 1 u 10.

(dak li qabel kien l-artikolu 11. Ir-referenzi kollha għall-'Artikolu 11' għandhom għaldaqstant jinbidlu f'Artikolu 3a').

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkludi l-emendi 21 u 22 ta' l-abbozz ta' rakkomandazzjoni. L-għan ta' din l-emenda ġdida huwa li l-Artikolu 11 dwar il-ġerarkija ta' l-iskart jingħata post iktar prominenti fid-Direttiva. Fil-proposta tal-Kummissjoni l-ġerarkija ta’ l-iskart tinsab fl-Artikolu 1. It-test dwar il-ġerarkija ta' l-iskart, inklużi l-emendi 21 u 22, huwa għalhekk imqiegħed f'dan l-Artikolu 3a ġdid u għaldaqstant l-Artikolu 11 għandu jitħassar.

Emenda  33

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Artikolu 4

mħassar

Prodotti sekondarji

 

1. Sustanza jew oġġett, li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni, li l-għan primarju tgħhom mhuwiex il-produzzjoni ta' dak l-artikolu, jista' jitqies li mhuwiex skart kif imsemmi fil-punt (1) ta' l-Artikolu 3 iżda bħala prodott sekondarju biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) użu ulterjuri tas-sustanza jew l-oġġett huwa ċert;

 

(b) is-sustanza jew l-oġġett jistgħu jiġu użati direttament mingħajr kwalunkwe proċessar ulterjuri ħlief prattika industrijali normali;

 

(c) is-sustanza jew l-oġġett huma prodotti bħala parti integrali ta' proċess ta' produzzjoni; u

 

(d) użu ulterjuri huwa skond il-liġi, i.e. is-sustanza jew l-oġġett jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tal-prodott, dawk ambjentali u ta' protezzjoni tas-saħħa għall-użu speċifiku u mhuwiex ser jirriżulta f'impatti ġenerali li jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem.

 

2. Abbażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jistgħu jiġu adottati miżuri biex jiġu determinati l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi li għandhom jitqiesu bħala prodotti sekondarji u mhux bħala skart kif imsemmi fil-punt (1) ta' l-Artikolu 3. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

 

(Il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni (21 ta' Frar 2007) huma l-qafas relevanti biex tiġi ċċarata din il-kwistjoni u biex jiġu evitati proċeduri legali potenzjali.)

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni li tinsab fil-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tista' twassal għal aktar konfużjoni u għal reklassifikazzjoni mhix mixtieqa ta' l-iskart bħala sottoprodotti. Għalhekk il-kunċett ta' 'sottoprodott' jirrappreżenta għajn konsiderevoli ta' azzjonijiet legali u theddida għall-ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa, kif ukoll għall-objettivi ta' protezzjoni ta' livell għoli f'dawn iż-żewġ oqsma. M'hemmx raġuni biex tiżdied kategorija ġdida bejn prodotti u skart.

Emenda  34

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Ċertu skart speċifikat m'għandux jibqa' jkun skart skond it-tifsira tal-punt (1) ta' l-Artikolu 3 meta dan ikun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u jikkonforma ma' kriterji speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tiddetermina jekk, bħala eċċezzjoni, tip ta' skart ma jibqax jiġi kkunsidrat bħala skart meta dan ikun għadda minn operazzjoni ta' rkupru għal skopijiet ta' riċiklaġġ u jikkonforma ma' kriterji speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati skond il-kondizzjonijiet li ġejjin

(a) is-sustanza jew l-oġġett ikun użat komunement għal skop speċifiku;

(a) is-sustanza jew l-oġġett ikun użat normalment għall-iskopijiet speċifiċi;

(b) jeżistu suq jew domanda għal tali sustanza jew oġġett;

(b) jeżisti suq għal tali sustanza jew oġġett;

(c) is-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għall-iskop speċifiku msemmi fil-punt (a) u jissodisfa l-leġislazzjoni u l-istandards applikabbli eżistenti għall-prodotti; u

(c) is-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għall-iskopijiet speċifiċi u jissodisfa l-leġislazzjoni u l-istandards applikabbli eżistenti għall-prodotti; u

(d) l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwasslux għal impatti ġenerali li jagħmel ħsara lill-ambjenta jew lis-saħħa tal-bniedem .

(d) l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwasslux għal impatti ġenerali li jagħmel ħsara lill-ambjenta jew lis-saħħa tal-bniedem.

Ġustifikazzjoni

Skond l-liġi attwali ta' l-UE, skart li jiġi proċessat biex isir fjuwil jibqa' skart sakemm jinħaraq jew issir kombustjoni. Id-Direttiva dwar l-Inċinerazzjoni ta' l-Iskart tipprovdi reġim regolatorju strett kif ukoll standards ta' operat li jiżguraw livelli għolja ta' ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent. Id-deklassifikazzjoni ta' tali skart ifisser li l-ħruq tiegħu ma jibqax suġġett għad-Direttiva dwar l-Inċinerazzjoni ta' l-Iskart u lanqas għar-regolament dwar il-ġarr ta' l-iskart. Dan jista' jkollu impatt ambjentali kuntrarju.

Emenda  35

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Il-kriterji għandhom iqisu r-riskji ta’ l-użu jew trasport, li jikkawżaw ħsara lill-ambjent, tas-sustanza jew l-oġġett, u għandhom ikunu stabbiliti f’livell li jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' tintroduċi t-test tal-proposta tal-Kummissjoni, li l-Kunsill kien ħassar. Huwa importanti għall-Parlament li tingħata prijorità għolja għat-trażżin tar-riskju u għall-kisba ta' livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent meta l-iskart ma jibqax ikkunsidrat skart.

Emenda  36

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 - paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-miżuri relatati ma' l-adozzjoni ta' tali kriterji u li jispeċifikaw l-iskart, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

2. Sa ...* il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni tagħha skond paragrafu 1, tressaq proposta leġiżlattiva li tispeċifika l-kriterji ambjentali u ta’ kwalità li jridu jkunu sodisfati biex kategoriji speċifiċi ta' prodotti, materjali jew ta’ sustanzi, ta’ l-iskart, jitqiesu li m’għadhomx skart.

 

* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp ta’ kriterji ambjentali biex ikun deċiż l-istatus ta' tmiem l-iskart għandu jinġieb lura taħt il-kodeċiżjoni, minflok il-komitoloġija (fuq il-bażi ta’ l-emenda 45 ta’ l-ewwel qari). Dan b’żieda mas-sejħa għal proposti potenzjali dwar il-lista tas-sustanzi speċifikati li għandhom ikunu eżaminati għall-istatus ta’ tmiem l-iskart, bħall-ħġieġ u l-karta.

Emenda  37

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 - paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Skart li ma jibqax skart bi qbil mal-kondizzjonijiet u l-kriterji speċifiċi imsemmija fil-paragrafu 1 ma jibqax skart bi qbil mal-paragrafu 1 ukoll għall-fini tal-miri ta' l-irkupru u r-riċiklaġġ mniżżlin fid-Direttivi 94/62/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2006/66/KE u leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra.

3. Skart li ma jibqax skart bi qbil mal-paragrafi 1 u 2 jitqies biss għall-fini tal-miri ta' l-irkupru u r-riċiklaġġ mniżżlin fid-Direttivi 94/62/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2006/66/KE u leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra meta l-operazzjoni ta' użu mill-ġdid, jew ta' riċiklaġġ jew ta' rkupru titlesta.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu tal-Pożizzjoni Komuni ġie mtawwal u kemmxejn mfassal mill-ġdid meta mqabbel mat-test oriġinali tal-Kummissjoni. Din l-emenda hija maħsuba sabiex tintroduċi kjarifika akbar. Sabiex tinżamm l-integrità tal-kunċett tar-riċiklaġġ huwa importanti li t-tmiem ta' l-iskart ma jiġix mfixkel mar-riċiklaġġ, u dan huwa l-għan ta' din l-emenda.

Emenda  38

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

4. Fejn il-kriterji ma ġewx stabbiliti fil-livell Komunitarju taħt il-proċedura mniżżla fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu każ b'każ jekk ċertu skart ma baqax ikun skart b'kont meħud tal-każistika applikabbli. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tali deċiżjonijiet skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi fejn dan hu mitlub minn dik id-Direttiva.

mħassar

Ġustifikazzjoni

Tħassir ta' paragrafu ġdid introdott mill-Kunsill. Wara l-emenda 12 tar-rapporteur, li tkopri l-kwistjoni tal-kriterji dwar it-tmiem ta’ l-iskart permezz ta’ proposta tal-kummissjoni, dispożizzjoni li tħalliha f’idejn l-istati membri individwali m’hijiex meħtieġa aktar. Barra minn hekk, biex ikunu evitati listi mhux armonizzati ta’ l-iskart u biex tkun evitata kompetizzjoni inġusta, dan il-paragrafu irid jitħassar.

Emenda  39

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. Sa ..........* il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tagħmel proposti biex ikun determinat jekk talanqas il-flussi ta’ l-iskart li ġejjin jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, u jekk dan ikun il-każ liema speċifikazzjonijiet għandhom japplikaw għalihom: il-kompost, iż-żrar (aggregates), il-karta, il-ħġieġ, il-metall, it-tajers li ma jistgħux jintużaw aktar, u l-iskart tat-tessuti.

 

*5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda (emenda 45 fl-ewwel qari) kienet iddaħħlet mill-Kunsill f'premessa fejn tinsab imniżżla fost affarijiet li d-direttiva "għandha tiċċara" - iżda li fil-fatt ma tiċċarax. Id-direttiva toffri opportunità li ssir kjarifika leġiżlattiva li hija ferm meħtieġa. Din l-opportunità m'għandhiex tintilef. Il-kliem 'ħwejjeġ użati" inbidlu għal 'skart tat-tessuti' sabiex ikun hemm konformità mat-termini tal-Katalogu Ewropew dwar l-Iskart (Deċiżjoni 2000/532/KE tal-Kummissjoni).

Emenda  40

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Stat Membru jista’ jqis skart bħala skart perikoluż fejn, anki jekk ma jkunx imniżżel hekk fil-lista ta’ skart, ikollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni fir-rapport ipprovdut fl-Artikolu 34(1), u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

2. Stat Membru jista’ jqis skart bħala skart perikoluż fejn, anki jekk ma jkunx imniżżel hekk fil-lista ta’ skart, ikollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. L-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament tali każijiet lill-Kummissjoni. Huwa għandu jiddokumentahom fir-rapport ipprovdut fl-Artikolu 34(1), u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 50). Il-Parlament jagħti prijorità għolja sabiex jiżgura li r-revoka tad-Direttiva dwar l-Iskart perikoluż ma tkunx tfisser tnaqqis ta' l-istandards ta' protezzjoni.

Emenda  41

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafi 3, 3 a (ġdid), 4 u 4 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Fejn Stat Membru jkollu provi li juru li skart speċifiku li jidher fil-lista bħala skart perikoluż ma juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III, jista’ jqis dak l-iskart bħala skart mhux perikoluż. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni fir-rapport ipprovdut fl-Artikolu 34(1), u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

3. Fejn Stat Membru jkollu provi li juru li skart speċifiku li jidher fil-lista bħala skart perikoluż ma juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III, huwa għandu jinnotifika immedjatament tali każijiet lill-Kummissjoni u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

 

3a. Il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż m’għandhiex issir permezz ta’ dilwizzjoni jew taħlit ta’ l-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi li jniġġsu għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu l-karattru perikoluż ta' skart.

4. Il-miżuri relatati mar-reviżjoni tal-lista biex jiġi deċiż l-adattament tagħha skond il-paragrafi 2 u 3, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

4. Il-miżuri relatati mar-reviżjoni tal-lista biex jiġi deċiż l-adattament tagħha skond il-paragrafi 2 u 3, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

 

4a. L-Istati Membri jistgħu jittrattaw l-iskart bħala skart mhux perikoluż wara li l-adattazzjoni tal-lista tkun ġiet adottata.

Qed titressaq mill-ġdid l-emenda 46 ta’ l-ewwel qari tal-PE.

Ġustifikazzjoni

Tintroduċi mill-ġdid l-emenda 51/172 ta’ l-ewwel qari. L-ewwel parti ta' l-emenda tikkonċerna t-tħassib tal-Parlament li jinżamm standard għoli ta' ħarsien u ta' rappurtaġġ. It-tieni parti tirrappreżenta kjarifika meħtieġa.

Emenda  42

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 4 b (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

4b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista ta’ l-iskart u kwalunkwe reviżjoni ta’ din il-lista tissodisfa l-prinċipji ta’ ċarezza, komprensibilità u aċċessibilità għall-utenti, b’mod partikulari l-SMEs.

Ġustifikazzjoni

Emenda simili għall-emenda 36, li kienet adottata fl-ewwel qari (‘Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tiftiehem b’mod ħafif biżżejjed mill-SMEs u li tkun faċilment aċċessibbli’). Il-lista ta’ l-iskart fil-forma attwali hija dokument kumpless li huwa f’kunflitt ma’ l-objettivi ta’ leġiżlar aħjar u simplifikazzjoni sostnuti mill-istituzzjonijiet Ewropej.

Emenda  43

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Sabiex jissaħħu l-prevenzjoni u l-irkupru ta' l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġislattivi jew mhux leġislattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa u tittratta jew tbigħ prodotti (produttur tal-prodott) għandha responsabbiltà estiża tal-produttur.

1. Sabiex jissaħħu l-prevenzjoni, l-irkupru, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jieħdu miżuri leġislattivi jew mhux leġislattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment timmanifattura prodotti, jew timporta prodotti fit-territorju tal-Komunità, jkollha responsabbiltà estiża tal-produttur.

Tali miżuri jistgħu jinkludu aċċettazzjoni ta' prodotti meħudin lura u ta' l-iskart li jibqa' wara li dawk il-prodotti jkunu ntużaw, kif ukoll l-immaniġġar sussegwenti ta' l-iskart u r-responsabbiltà finanzjarja għal tali attivitajiet.

Tali miżuri jistgħu jinkludu aċċettazzjoni ta' prodotti meħudin lura u ta' l-iskart li jibqa' wara li dawk il-prodotti jkunu ntużaw, kif ukoll l-immaniġġar sussegwenti ta' l-iskart u r-responsabbiltà finanzjarja għal tali attivitajiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-obbligu li tingħata informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku dwar il-punt sa fejn il-prodott jista' jiġi użat mill-ġdid jew riċiklat.

Ġustifikazzjoni

Emenda bbażata fuq l-emendi adottati fl-ewwel qari (emendi 35 u 37) adattati għat-test attwali tal-Kunsill. It-test tal-Kunsill iżomm dawn il-miżuri fakoltattivi filwaqt li l-Parlament jemmen, fl-emenda tiegħu għall-Artikolu 5 l-qadim, li għandhom ikunu obligatorji. Il-Parlament jagħti prijorità għolja lis-sehem tal-pubbliku fil-proċessi ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ.

Emenda  44

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu d-disinn ta' prodotti b'mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta' skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta' prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 10 u 11.

2. Il-produtturi għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiddisinjaw prodotti b’mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta’ skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta’ prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 10 u 11.

 

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa, skond il-paragrafu 1, biex jinkoraġġixxu d-disinn ta’ prodotti għall-istess għanijiet.

Tali miżuri jistgħu jinkludu, inter alia, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adatti għal użu multiplu, li teknikament idumu u li huma, wara li jsiru skart, adatti għal irkupru korrett usikur u rimi li huwa ambjentalment kompatibbli.

Tali miżuri jistgħu jinkludu, inter alia, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adatti għal użu multiplu, li teknikament idumu u li huma, wara li jsiru skart, adatti għal irkupru korrett u sikur u rimi li huwa ambjentalment kompatibbli. Dan għandu jinkludi l-obbligu min-naħa tal-produtturi jew l-importaturi li jipprovdu informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku dwar sa fejn il-prodott skartat jista’ jiġi riċiklat.

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabbiltà għad-disinn għall-prevenzjoni u r-riċiklar għandha tkun tal-produtturi. L-Istati Membri għandhom imbagħad jappoġġjaw dan b’miżuri xierqa li jinkoraġġixxu dan, jekk ikun meħtieġ b’rekwiżiti leġiżlattivi dwar oqsma ta’ prodotti ta’ prijorità speċifika – kif sar bl-iskart ta’ tagħmir elettroniku u elettriku. Biex jippromwovu l-operazzjonijiet ta’ riċiklar adatti, il-produtturi jew l-importaturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar sa fejn il-prodotti tagħhom jistgħu jkunu riċiklati meta jsiru skart.

Emenda  45

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 - paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jinkuraġġixxu l-istabbiliment ta' faċilitajiet li jagħmlu possibbli t-tiswija u l-użu mill-ġdid u ta' faċilitajiet għall-ġbir separat, teħid lura, u rimi ta' prodotti b'mod responsabbli fit-tmiem il-ħajja tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Emenda bbażata fuq emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 35). Il-Parlament jemmen li dan it-test huwa meħtieġ biex isaħħaħ l-appoġġ tiegħu għat-tiswija u għall-użu mill-ġdid.

Emenda  46

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 - paragrafu 2b (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

2b. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu fir-rapport tagħhom dwar l-implimentazzjoni skond l-Artikolu 34. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kemm tkun adattata l-introduzzjoni ta’ skemi ta’ responsabilità estiża tal-produttur għal flussi speċifiċi ta’ skart fil-livell ta’ l-UE, fuq il-bażi ta’ l-esperjenza ta’ l-Istati Membri.

(Riintroduzzjoni parzjali ta’ l-emenda 35 ta’ l-ewwel qari f’forma mmodifikata)

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 35). Huwa meħtieġ li jkun hemm monitoraġġ kontinwu tar-responsabilità tal-produttur sabiex ikun żgurat li dawn l-iskemi jkunu effettivi.

Jekk il-ħidma mill-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur se tibqa’ fuq bażi volontarja, huma għandhom għall-inqas jirrapurtaw dwar il-ħidmiet kollha li jkunu ħadu f’dan l-ambitu, bil-għan li titħaffef il-ħidma Komunitarja.

Emenda  47

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

4. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-respnsabbiltà għall-immaniġġar ta' l-iskart kif previst fl-Artikolu 13(1).

4. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-responsabilità għall-immaniġġar ta’ l-iskart kif previst fl-Artikolu 13(1) u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar flussi speċifiċi ta’ skart.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara dispożizzjoni ġdida li kienet introdotta mill-Kunsill fil-pożizzjoni komuni tiegħu. Issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar flussi speċifiċi ta’ skart.

Emenda  48

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Prevenzjoni ta’ l-iskart

 

L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikoli 1 u 3a, u filwaqt li jitqiesu l-Artikolu 7 u d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li jistabbilixxi qafas għat-tfassil ta' rekwiżiti ta' ekodisinn għall-prodotti li jużaw l-enerġija1, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jistabilizzaw il-produzzjoni ġenerali tagħhom ta’ l-iskart sa l-2012 kif imqabbla mal-produzzjoni ġenerali annwali tagħhom ta’ l-iskart fl-2009.

 

L-istabilizzazzjoni tfisser li ma jkun hemm ebda żieda oħra fil-ġenerazzjoni meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu ta' stabilizzazzjoni.

 

Bħala azzjoni preliminari meħtieġa għall-miżuri stipulati fl-Artikolu 26, wara konsultazzjoni mal-partijiet b’interess relevanti kollha, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti dwar miżuri meħtieġa bħala appoġġ għall-ħidmiet ta’ prevenzjoni ta’ l-Istati Membri, biex ikopru:

 

(a) sa l-2009, lista ta’ indikaturi li jagħmluha possibbli li l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ, jevalwaw u jirrappurtaw dwar il-progress tal-programmi u l-miżuri tagħhom ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart;

 

(b) sa l-2010, il-formulazzjoni ta’ politika ta' disinn ekoloġiku tal-prodott li tindirizza kemm il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart kif ukoll il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi fl-iskart, bil-għan li tippromwovi t-teknoloġiji li jiffukaw fuq prodotti li jdumu jservu, u li jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu rriċiklati;

 

(c) sa l-2010, ikunu stabbiliti objettivi kwalitattivi u kwantitattivi għat-tnaqqis ta' l-iskart għall-2020, ibbażati fuq l-aħjar prattika disponibbli;

 

(d) sa l-2010, il-formulazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għal aktar miżuri ta’ appoġġ f’livell Ewropew b’mod partikulari biex jinbidlu x-xejriet attwali tal-konsum. .

 

1 ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/28/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48).

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 37). Il-Parlament jagħti prijorità għolja għall-adozzjoni ta' dawn il-miri, għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart. Huwa importanti li l-produtturi jkunu involuti fil-prevenzjoni ta’ l-iskart. Fl-ewwel qari l-Parlament adotta dispożizzjonijiet dettaljati dwar kif ir-responsabbiltà tal-produttur tista’ tkun ittrattata b’referenza inter alia għall-produzzjoni ta’ l-iskart. Il-Kunsill aċċetta parti minn dan. Din l-emenda timmira li tistabbilixxi għal darb’oħra r-responsabbiltà tal-produttur fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ l-iskart f’forma kemmxejn aktar ċara.

Emenda  49

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-skart jgħaddi minn operazzjonijiet ta' rkupru, skond l-Artikoli 10 and 11

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skond l-Artikolu 1, biex jiżguraw li l-skart jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rkupru, skond l-Artikoli 3a u 10.

 

Dawn għandhom talanqas jinkludu l-operazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, sakemm jissodisfaw id-definizzjoni ta’ rkupru fil-punt 14 ta' l-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Riintroduzzjoni parzjali ta’ l-emenda 38 kif adottata fl-ewwel qari.

Emenda  50

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Sa…* il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat biex tistabbilixxi kriterji ambjentali u ta’ effiċjenza bbażati fuq l-aħjar metodi disponibbli għal operazzjonijiet ta’ rkupru fl-Anness II.

 

* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(Riintroduzzjoni parzjali ta’ emenda 38/108/157/140 u 141 ta’ l-ewwel qari.)

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li f’din id-direttiva jkunu stabbiliti kriterji ta’ effiċjenza għall-ħruq ta’ l-iskart, l-istess għandu jsir għal operazzjonijiet ta’ rkupru oħra biex l-operazzjonijiet ta’ rkupru vera jintgħarfu minn operazzjonijiet ta’ rkupru finta. Minħabba li kriterji bħal dawn ikunu elementi essenzjali, huma għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ ko-deċiżjoni.

Emenda  51

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 2 b (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

2b. L-Istati Membri jistgħu jwettqu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja u għal dan il-għan għandhom jadottaw skemi ta’ ġbir isseparat kull fejn ikun meħtieġ biex jiżguraw il-livelli stabbiliti ta’ kwalità meħtieġa għas-setturi ta’ riċiklaġġ relevanti.

 

Sa l-2015 l-Istati Membri għandhom iwaqqfu skemi ta’ ġbir ta’ l-iskart isseparat għal talanqas dawn li ġejjin: il-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ, it-tessuti, skart bijodegradabbli ieħor, żjut u skart perikoluż. Dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti jew futura ta’ flussi ta’ skart jew tar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 18.

Ġustifikazzjoni

Qed titressaq mill-ġdid emenda 141 adottata fl-ewwel qari.

Emenda  52

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Użu mill-ġdid jew riċiklaġġ

 

1. L-Istati Membri, waqt li jqisu l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/32/KE, għandhom iwettqu miżuri biex jippromwovu l-użu mill-ġdid tal-prodotti, l-aktar permezz tat-twaqqif u l-appoġġ ta’ netwerks akkreditati ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija u bit-twaqqif, fejn ikun meħtieġ, ta’ standards għall-proċessi u l-prodotti relevanti.

 

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri oħra biex jippromwovu l-użu mill-ġdid, bħall-użu ta’ strumenti ekonomiċi, kriterji ta’ akkwist, objettivi kwantitattivi jew projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti.

 

2. Sabiex ikunu konformi ma’ l-objettivi ta’ din id-Direttiva, u biex jersqu lejn soċjetà Ewropea li tirriċikla, b’livell għoli ta’ effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri, waqt li jqisu l-Artikolu 7 u tad-Direttiva 2005/32/KE, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:

 

(a) sa l-2020, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart tad-djar u ta' skart simili għandha tiżdied għal mill-anqas 50% tal-piż;

 

(b) sa l-2020, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart tal-bini u tat-twaqqigħ, ta’ l-iskart tal-manifattura u l-iskart industrijali għandhom jiżdiedu għal mill-inqas 70% tal-piż.

 

Għal dawk il-pajjiżi li għandhom livell ta' riċiklaġġ ta' inqas minn 5% f'dawn il-kategoriji jew li m'għandhom ebda ċifri uffiċjali, skond id-data ta' l-Eurostat ta' bejn l-2000 u l-2005, jista' jingħata perjodu addizzjonali ta' 5 snin sabiex jintlaħqu l-miri.

 

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja u għal dan il-għan għandhom jadottaw skemi ta’ ġbir isseparat kull fejn ikun meħtieġ biex jiżguraw l-istandards ta’ kwalità meħtieġa għas-setturi ta’ riċiklaġġ relevanti.

 

Sa l-2015 l-Istati Membri għandhom iwaqqfu skemi ta’ ġbir ta’ l-iskart isseparat għal talanqas dawn li ġejjin: il-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ, it-tessuti, skart bijodegradabbli ieħor, iż-żjut u skart perikoluż. Dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti jew futura ta’ flussi ta’ skart jew tar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 18.

 

Sabiex jarmonizzaw il-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tad-data prodotta u biex jagħmlu d-data kompatibbli, l-Istati Membri għandhom jirrappurtawhom skond ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika ta’ l-iskart1. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2) ta’ din id-Direttiva, tiffissa regoli ddettaljati għall-verifika tal-konformità ta’ l-Istati Membri mal-miri stabbiliti f’dan il-paragrafu.

 

1 ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (ĠU L 393, tat-30.12.2006, pġ. 1).

(l-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post emenda 19 fl-abbozz tar-rakkomandazzjoni, għax it-test ġie rfinut biex jinkludi l-kliem ‘skart simili’ (paragrafu 2a) u biex ineħħi l-kliem ‘iħejju għal’ (paragrafi 2a u 2b). Kif imfassla, l-abbozz ta’ direttiva jesprimi b’mod mhux adegwat il-prijoritajiet espressi fl-istrateġija tematika: din l-emenda, li hija bbażata fuq l-emendi 38/108/157/140/141 ta’ l-ewwel qari, hija mfassla biex tirrimedja dan. Madankollu, paragrafu 2 ta’ l-emenda nkiteb mill-ġdid fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  53

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-irkupru skond l-Artikolu 8(1) ma jsirx, l-iskart jgħaddi mill-operazzjonijiet ta' rimi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-irkupru skond l-Artikolu 8(1) ma jsirx, l-iskart jgħaddi mill-operazzjonijiet sikuri ta' rimi li jissodisfaw l-għanijiet ta' l-Artikolu 10.

 

Għandhom jipprojbixxu l-abbandun, ir-rimi bl-addoċċ (dumping), jew rimi mhux ikkontrollat ta’ l-iskart.

 

L-operazzjonijiet ta' rimi kklassifikati skond l-Anness I bħala D 11 (Inċinerazzjoni fuq il-baħar) u D7 (Rilaxx fl-ibħra/l-oċeani inkluż l-irdim f'qiegħ il-baħar) għandhom ikunu pprojbiti.

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emendi 39 u 158). L-emenda hija meħtieġa għall-kopertura komprensiva tar-rimi ta' l-iskart. Għandu jkun espliċitu li l-inċinerazzjoni fuq il-baħar u r-rilaxx fl-ibħra/fl-oċeani, inkluż l-irdim f'qiegħ il-baħar, huma pprojbiti.

Emenda  54

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Artikolu 11

 

imħassar

Ġerarkija ta' l-iskart

 

1. Il-ġerarkija ta' l-iskart, kif inhi hawn taħt, għandha tapplika bħala prinċipju ta' gwida fil-prevenzjoni ta' l-iskart u fil-leġislazzjoni u l-politika ta' l-immaniġġar:

 

(a) prevenzjoni;

 

(b) preparazzjoni għal użu mill-ġdid;

 

(c) riċiklaġġ;

 

(d) irkupru ieħor, eż. irkupru ta' enerġija; u

 

(e) rimi.

 

2. Waqt l-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista' jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta' skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan huwa ġġustifikat minn ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' tali skart.

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji ta' protezzjoni ambjentali ġenerali ta' prekawzjoni u sostenibbiltà, fattibbiltà teknika u vijabbiltà ekonomika, protezzjoni tar-riżorsi kif ukoll l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem, u dawk ekonomiċi u soċjali ġenerali, skond l-Artikoli 1 u 10.

 

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta tal-Kummissjoni l-ġerarkija ta’ l-iskart tinsab fl-Artikolu 1. Din l-emenda hija marbuta ma’ l-emenda preċedenti li ċaqalqet it-test dwar il-ġerarkija ta’ l-iskart, inklużi l-emendi 21 u 22, minn Artikolu 11, fejn daħħalha l-Kunsill, għal Artikolu 3a ġdid. Sussegwentement l-Artikolu 11 għandu jitneħħa.

Emenda  55

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

B'deroga mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu, sabiex jipproteġu n-network tagħhom, jillimitaw il-vjeġġi ta' skart li jkun dieħel iddestinat għall-inċineraturi li huwa kklassifikat bħala rkupru, fejn ġie stabbilit li tali vjeġġi jkollhom il-konsegwenza li l-iskart nazzjonali jkollu jintrema jew li l-iskart ikun irid trattat b'mod li mhuwiex koerenti mal-pjan nazzjonali tagħhom ta' l-immaniġġar ta' l-iskart. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni. L-Istati Membri jistgħu ukoll jillimitaw il-vjeġġi ta' skart li jkun ħiereġ għal raġunijiet ambjentali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

B'deroga mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu, sabiex jipproteġu l-ambjent jew in-network tagħhom, jillimitaw l-importazzjonijiet ta’ skart iddestinat għall-inċineraturi, fejn kien stabbilit li tali kunsinni jkollhom il-konsegwenza li l-iskart nazzjonali jkollu jintrema jew li l-iskart ikun irid jiġi trattat b’mod li mhuwiex konformi mal-pjan nazzjonali tagħhom ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni. L-Istati Membri jistgħu ukoll jillimitaw l-esportazzjonijiet ta' skart għal raġunijiet ambjentali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

Ġustifikazzjoni

Test mhux meħtieġ. Kull tip ta’ ħruq għandu jkun kopert hi x’inhi l-klassifikazzjoni tiegħu. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll li ma jħallux li ssir l-importazzjoni ta’ skart għall-inċineraturi nazzjonali tagħhom minħabba raġunijiet ambjentali (per eżempju t-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet u l-irmied tossiku li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni).

Emenda  56

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 14 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Traċċabilità u kontroll ta' skart perikoluż

 

Skond id-dispożizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva dwar l-iskart perikoluż, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-produzzjoni, il- ġbir u t-trasport ta’ skart perikoluż, kif ukoll il-ħażna u t-trattament tiegħu, isiru f’kundizzjonijiet li jipprovdu l-aħjar ħarsien ta’ l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tas-sikurezza ta’ l-operaturi, tas-siti industrijali u ta’ l-individwi, inkluż bħala minimu t-teħid ta' miżuri li jiżguraw it-traċċabilità u l-kontroll mill-produzzjoni sad-destinazzjoni finali ta' kwalunkwe skart perikoluż u evalwazzjoni tar-riskju xierqa matul l-immaniġġjar tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 52). Il-Parlament jagħti prijorità għolja sabiex jiżgura li r-revoka tad-Direttiva dwar l-Iskart perikoluż ma tkunx tfisser tnaqqis ta' l-istandards ta' protezzjoni.

Emenda  57

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(ca) l-operazzjoni ta' taħlit m'għandhiex l-objettiv li sustanzi perikolużi fl-iskart jiġu dilwiti biss sabiex ikunu konformi ma' standards ta' ħarsien ambjentali u ta' saħħa għat-trattament ulterjuri jew għar-rimi ta' skart li huma aktar baxxi minn dawk applikabbli għal skart mhux dilwit.

Ġustifikazzjoni

Il-Kunsill iddikjara li l-projbizzjoni fuq it-taħlit ta’ l-iskart perikoluż tapplika wkoll għad-dilwizzjoni ta’ l-iskart perikoluż. Madankollu, id-definizzjoni tirrikjedi aktar kjarifika dwar it-tifsira prattika tal-projbizzjoni.

Emenda  58

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu s-separazzjoni ta’ komposti perikolużi mill-flussi kollha ta’ l-iskart qabel ma jidħlu fil-katina ta’ l-irkupru.

(Riintroduzzjoni ta’ l-emenda 54 ta’ l-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Is-separazzjoni ta’ komposti perikolużi, fejn ikun possibbli, itejjeb il-possibilitajiet għall-irkupru. Komposti perikolużi għandhom jinħarġu miċ-ċiklu ekonomiku, u mhux jikkontaminaw il-prodotti l-ġodda wara l-irkupru.

Emenda  59

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(b) iż-żjut għar-rimi jiġu ttrattati skond l-Artikoli 10 u 11;

(b) iż-żjut għar-rimi jiġu ttrattati skond l-Artikoli 3a u 10, u, fejn ikun possibbli, tingħata preferenza lir-riġenerazzjoni;

(Riintroduzzjoni parzjali ta’ l-emenda 56 ta’ l-ewwel qari.)

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti, u l-objettiv mistqarr ta’ l-UE li ssir "soċjetà li tirriċikla", il-preferenza għar-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi għandha tkun stabbilita b’mod espliċitu. Din l-emenda se tiżgura li tingħata preferenza lir-riċiklaġġ materjali taż-żjut għar-rimi minkejja r-revoka tad-Direttiva dwar iż-Żejt għar-Rimi. Se tkun konsistenti ma’ l-objettiv mistqarr ta’ l-UE li ssir "soċjetà li tirriċikla".

Emenda  60

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 18 – paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Jekk żjut għar-rimi, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, huma suġġetti għal rekwiżiti ta' riġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li dawn iż-żjut għar-rimi għandhom jiġu rriġenerati jekk dan huwa teknikament fattibbli u, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.

3. Fejn il-limitazzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u organizzattivi jippermettu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħtu prijorità lill-ipproċessar taż-żjut użati permezz tar-riġenerazzjoni. Minħabba f’hekk, fejn japplika l-Artikolu 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu ­l-ġarr transkonfinali taż-żjut użati mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut użati.

(Emenda li tirriżulta mir-riintroduzzjoni ta’ emenda 56 ta’ l-ewwel qari.)

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti, u l-objettiv mistqarr ta’ l-UE li ssir "soċjetà li tirriċikla", il-preferenza għar-riġenerazzjoni taż-żjut użati għandha tkun stabbilita b’mod espliċitu. Meta tali preferenza tkun rekwiżit Komunitarju, ma jkunx hemm aktar ħtieġa għal rekwiżiti ta’ l-Istati Membri. Il-prijorità mogħtija lir-riġenerazzjoni taż-żjut użati fid-Direttiva 75/439 għandha tinżamm. Minħabba ż-żieda kontinwa fid-domanda għaż-żejt fl-istess waqt li r-riżors qiegħed dejjem jonqos, huwa essenzjali li jsir użu ta’ kull riżors disponibbli. L-importanza globali taż-żejt tagħmel iż-żamma tal-prijorità mogħtija lir-riġenerazzjoni kwistjoni ta’ urġenza.

Emenda  61

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 19

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Bijoskart

Ġbir u użu tal-bijoskart

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, jekk ikun il-każ, u skond l-Artikoli 10 u 11, biex jinkoraġġixxu:

1. Għandha tingħata prijorità għall-irkupru materjali ta' l-iskart, fid-djar jew f'impjanti lokali jew reġjonali tal-bijoskart.

(c) il-ġbir separat tal-bijoskart;

2. Bil-għan li jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom, sa ...*, jiżviluppaw sistema għall-ġbir isseparat tal-bijoskart.

(b) it-trattament tal-bijoskart b'mod li jilħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali;

Għandhom jiġu adottati rekwiżiti minimi ta' sikurezza għall-ġbir u t-trattament, u kriterji ambjentali u ta’ kwalità li jinkludu valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu għall-użu ta’ materjali sikuri mil-lat ambjentali prodotti mill-bijoskart f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

(c) l-użu ta' materjali ambjentalment siguri prodotti mill-bijoskart.

Mhux aktar tard minn ...*, il-Kumissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva dwar objetgtivi minimi għall-ġbir isseparat tal-bijoskart.

Il-Kumissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta' l-immaniġġar tal-bijoskart bil-ħsieb li tippreżenta proposta jekk ikun hekk xieraq.

 

 

* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Emenda 112 ta’ l-ewwel qari tal-PE. Il-bijoskart għandu rwol essenzjali fit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-metanu. Barra minn hekk, l-irkupru tal-bijoskart jikkontribwixxi għall-protezzjoni tar-riżorsi li inkella kienu se jintużaw għal dak il-għan. Prijorità għandha tingħata għall-irkupru materjali tal-bijoskart.

Emenda  62

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 19 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Trattament tal-bijoskart

 

1. Il-produtturi u d-detenturi għandhom, qabel il-bijoskart jinfirex fl-art, jissottomettuh għal trattament li jiżgura li jkun sikur mil-lat tas-saħħa tal-bniedem, ta’ l-annimali u tal-pjanti. Dan għandu japplika wkoll għall-iskart ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel prodott mir-restoranti u l-faċilitajiet ta’ l-ikel fejn m’huwiex rekwiżit li jintrema skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

 

2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2), tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni, filwaqt li tispeċifika r-rekwiżiti minimi għall-kontroll tas-sikurezza mil-lat tas-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti.

 

3. Biex tiżgura li t-tifrix tal-bijoskart fl-art jitwettaq b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2), tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni, waqt li tispeċifika l-kriterji ambjentali u ta’ kwalità li jridu jkunu sodisfati biex il-bijoskart jinfirex fl-art użata għall-agrikoltura, l-imsaġar jew għal finijiet ta’ ortikoltura/ġonna, u sabiex jitqies li m’għadux skart.

 

4. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni stipulati fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu mill-inqas valuri ta’ limitu li jorbtu għal metalli ta’ densità għolja, kontaminanti fiżiċi u kontenut ta’ żerriegħa vijabbli u partijiet minn pjanti li kapaċi jinbtu kif ukoll lista ta’ materji primi adattati.

 

5. Il-kriterji għandhom iqisu kwalunkwe riskju ta’ l-użu jew trasport tal-bijoskart li jikkaġuna ħsara ambjentali, u għandhom ikunu stabbiliti f’livell li jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Emenda 112 ta’ l-ewwel qari tal-PE. Il-bijoskart għandu rwol essenzjali fit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-metanu. Barra minn hekk, l-irkupru tal-bijoskart jikkontribwixxi għall-protezzjoni tar-riżorsi li inkella kienu se jintużaw għal dak il-għan. Prijorità għandha tingħata għall-irkupru materjali tal-bijoskart.

Emenda  63

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 19 b (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 19b

 

Kontrolli

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex isir monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19a, jiwaqqfu u jitħaddmu sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testijiet għal sustanzi li jagħmlu l-ħsara jsiru regolarment.

Ġustifikazzjoni

Emenda 112 ta’ l-ewwel qari tal-PE. Il-bijoskart għandu rwol essenzjali fit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-metanu. Barra minn hekk, l-irkupru tal-bijoskart jikkontribwixxi għall-protezzjoni tar-riżorsi li inkella kienu se jintużaw għal dak il-għan. Prijorità għandha tingħata għall-irkupru materjali tal-bijoskart.

Emenda  64

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 19 c (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 19c

 

Skart ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel

 

L-irkupru ta’ skart mhux ittrattat minn stabbilimenti ta’ l-ikel biex jintuża bħala għalf għandu jkun ipprojbit. L-iskart minn stabbilimenti ta’ l-ikel għandu jiġi eliminat b’mod ivverifikat minn intrapriżi liċenzjati u jiġi sterilizzat u mormi b’mod sikur permezz ta’ operazzjonijiet xierqa. L-użu ta’ l-iskart ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel bħala għalf għall-ħnieżer jista’ jkun awtorizzat mill-Istati Membri biss bil-kundizzjoni li jkun hemm, f’kull rigward, monitoraġġ ta’ rkupru sikur, sterilizzazzjoni u konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Ġustifikazzjoni

Emenda 98/113 ta’ l-ewwel qari tal-PE. Għalf magħmul minn skart mhux ittrattat minn kċejjen u faċilitajiet ta’ l-ikel iċċentralizzati jġorr riskju għoli ta’ mard. Mingħajr sistema ta’ rimi rregolata u mmonitorjata, il-projbizzjoni fuq l-għalf ma tkunx prattikabbli. L-użu ta’ skart sterilizzat b’mod ivverifikat minn stabbilimenti ta’ l-ikel bħala għalf għandu jkun permess, taħt kundizzjonijiet ssorveljati b’mod strett, biex ikun evitat għalf illegali magħmul minn skart ta’ l- ikel mhux ittrattat.

Emenda  65

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 20 – paragrafu 5 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

5a. L-impjanti kollha għat-trattament ta’ l-iskart perikoluż għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżit ta’ permess speċifiku li għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri ppjanati biex jiżguraw li l-impjant huwa ddisinjat, mgħammar u operat b’mod adattat għall-kategoriji ta’ l-iskart ittrattati u r-riskji relatati.

 

Il-permess maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti għandu jispeċifika:

 

(a) l-ammonti u l-kategoriji ta’ skart perikoluż ittrattat;

 

(b) ir-rekwiżiti tekniċi għall-attivitajiet ta' trattament ta’ l-iskart li jipprovdu l-aħjar ħarsien ta’ l-ambjent u li jiggarantixxu livell għoli ta’ sikurezza.

 

Meta l-operatur ta’ impjant ta’ trattament ta’ skart mhux perikoluż ikun qed jistenna bidla fl-operazzjoni li tkun tinvolvi skart perikoluż, din għandha titqies bħala bidla sostanzjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(10)(b) tad-Direttiva 96/61/KE, u l-Artikolu 12(2) ta’ dik id-Direttiva għandu japplika.

Ġustifikazzjoni

Permessi li jingħataw lil faċilitajiet għat-trattament ta’ skart perikoluż għandhom iqisu l- karatteristiċi proprji ta’ tali skart u r-riskji marbuta mat-trattament tiegħu. M’għandha tkun permessa l-ebda deroga. L-emenda 58 adottata fl-ewwel qari kienet tittratta dan ir-rekwiżit speċifiku.

Emenda  66

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 21

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) stabbilimenti jew intrapriżi għall-operazzjonijiet li ġejjin:

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) stabbilimenti jew intrapriżi għar-rimi ta’ l-iskart mhux perikoluż tagħhom stess fil-post tal-produzzjoni.

(a) rimi ta' l-iskart mhux perikoluż tagħhom stess fil-post tal-produzzjoni; or

 

(b) irkupru ta' l-iskart.

 

(Riintroduzzjoni parzjali ta’ l-emenda 161 ta’ l-ewwel qari.)

Ġustifikazzjoni

Mhux aċċettabbli li l-Istati Membri jingħataw il-possibbilità assoluta li jeżentaw kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru mir-rekwiżiti tal-permess, inkluż anki l-iskart perikoluż.

Emenda  67

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

L-ebda eżenzjoni ma tingħata għat-trattament ta’ skart perikoluż.

(Riintroduzzjoni parzjali ta’ emenda 161 ta’ l-ewwel qari f’forma mmodifikata.)

Ġustifikazzjoni

It-trattament ta’ l-iskart perikoluż għandu dejjem ikun suġġett għal permess.

Emenda  68

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 22 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. B’żieda mar-regoli ġenerali previsti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għal eżenzjonijiet relatati ma’ skart perikoluż, inklużi tipi ta’ attività, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ sabiex jitwettqu tipi ta’ rkupru differenti u, fejn hu rilevanti, il-valuri ta' limitu fir-rigward tal-kontenut ta’ sustanzi perikolużi fl-iskart kif ukoll il-valuri ta' limitu ta' emissjonijiet.

imħassar

(Qed titressaq mill-ġdid emenda 188 ta’ l-ewwel qari.)

Ġustifikazzjoni

It-trattament ta’ l-iskart perikoluż għandu dejjem ikun suġġett għal permess.

Emenda  69

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 23 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

 

 

Fejn ikun possibbli, ir-rekords eżistenti miżmuma mill-awtorità kompetenti se jintużaw biex tinkiseb l-informazzjoni relevanti għal dan il-proċess ta’ reġistrazzjoni biex titnaqqas kemm jista' jkun il-burokrazija.

Ġustifikazzjoni

Emenda li m'għandhiex bżonn spjegazzjoni, emenda 163 adottata fl-ewwel qari, biex tkun evitata d-duplikazzjoni fil-ħidmiet amministrattivi.

Emenda  70

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 24 – paragrafu 4 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. Standards minimi adottati skond dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu bħala leġiżlazzjoni Komunitarja fit-tifsira ta’ l-ewwel vers taħt Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu żdied mal-pożizzjoni komuni, iżda jqajjem dubji fir-rigward tat-trasport transkonfinali ta’ l-iskart. Meta l-iskart jinġarr għall-irkupru, tista’ ssir oġġezzjoni skond ir-regolament dwar it-trasport ta’ l-iskart, jekk l-istandards ta’ l-impjant li fih ikun se jittieħed l-iskart huma aktar baxxi minn dawk tal-pajjiż li jibgħat l-iskart. Dan, madankollu, mhuwiex aktar possibbli jekk jeżistu l-istandards fil-livell Komunitarju. M’hemmx ġustifikazzjoni għall-esklużjoni ta’ din il-bażi għat-tressiq ta’ oġġezzjoni, jekk tali standards minimi jkunu stabbiliti permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija.

Emenda  71

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 1 u 11, jistabbilixxu programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart mhux aktar tard minn ...*.

1. L-Istati membri għandhom, skond l-Artikoli 1, 3a u 7a, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jistabilizzaw il-ġenerazzjoni globali tagħhom ta' skart. L-istabbilizzazzjoni tfisser li ma jkun hemm ebda żieda oħra fil-ġenerazzjoni ta' skart meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu ta' stabilizzazzjoni. Bħala l-ewwel pass, l-Istati Membri għandhom, skond l-istess Artikoli, jistabbilixxu programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart mhux aktar tard minn ...*.

Ġustifikazzjoni

Emenda bbażata fuq l-emenda mressqa mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 69) u fuq informazzjoni ġdida. Il-Parlament jagħti prijorità għolja għall-adozzjoni ta' miri għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart.

Emenda  72

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 26 – paragrafi 3 u 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. L-Istati Membri għandom jiddeterminaw il-punti ta' referenza kwalitattivi jew kwantitattivi xierqa għall-miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart li jkunu adottati biex jimmonitorjaw u jivvalutaw il-progress tal-miżuri u jistgħu jiddeterminaw miri kwalitattivi jew kwantitattivi speċifiċi u indikaturi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 4, għall-istess għan.

3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-miri kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi fi programmi bħal dawn ibbażati talanqas fuq l-objettiv inizjali li tkun stabilizzata l-ġenerazzjoni ta' l-iskart sa l-2012 u li titnaqqas ulterjorment b'mod sinifikattiv sa l-2020, kif stipulat fl-Artikolu 7a.

4. L-indikaturi għall-miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 36(3).

 

Ġustifikazzjoni

Emenda bbażata fuq l-emenda mressqa mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 69) u fuq informazzjoni ġdida. Il-Parlament jagħti prijorità għolja għall-adozzjoni ta' miri għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart.

Emenda  73

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 26 – paragrafu 5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tassisti lill-Istati Membri fil-tħejjija tal-Programmi.

5. Il-Kummissjoni għandha toħloq sistema għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fir-rigward tal-prevenzjoni ta' l-iskart u tiżviluppa linji gwida sabiex tassisti lill-Istati Membri fil-tħejjija tal-Programmi

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa fl-ewwel qari (emenda 69). Sistema bħal din tippermetti lill-awtoritajiet sabiex jispiraw ruħhom minn miżuri effettivi meħuda fi stat membru ieħor.

Emenda  74

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 27

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta' l-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin, u riveduti kif ikun xieraq.

L-Istati Membri għandhom jevalwaw, b’mod regolari, il-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart u, bħala minimu, jirreveduhom mill-inqas kull 5 snin. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tinkludi, fir-rapport annwali tagħha, reviżjoni tal-progress fit-tlestija u fl-implimentazzjoni ta' programmi bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tiġi kkonsultata sabiex il-Kummissjoni u l-Parlament ikunu megħjuna jifhmu xi jseħħ fil-fatt. L-Istati membri jistgħu faċilment jevitaw li jkunu kontrollati sempliċement billi jdewmu l-preżentazzjoni tar-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni. Skond id-Direttiva 91/692/KEE, l-Istati membri kellhom jippreżentaw ir-rapporti perjodiċi tagħhom li jikkonċernaw id-Direttiva ta' Qafas attwali dwar l-Iskart sat-30 ta' Settembru 2004. Sal-31 ta' Diċembru 2004, 9 biss kienu għamlu dan. Dawn huma l-Ġermanja, d-Danimarka, il-Greċja, il-Finlandja, il-Portugall, l-Iżvezja, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovenja u l-Islovakkja. Tintroduċi mill-ġdid l-emenda 71 ta’ l-ewwel qari.

Emenda  75

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 29 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 29a

 

Miżuri supplimentari

 

Sa ...* il-Kummissjoni għandha tfassal rapport bil-ħsieb li tqis il-miżuri li jistgħu jikkontribwixxu biex jinkiseb it-twettiq b’mod sħiħ ta’ l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 1 u 3a b’mod aktar effettiv. Ir-rapport għandu jingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur mit-tlestija tiegħu, akkumpanjat minn proposti kif ikun xieraq.

 

Ir-rapport għandu jqis b'mod partikulari:

 

(a) jekk l-Anness II għandux ikun emendat biex:

 

(i) jiġu esklużi każi fejn operazzjonijiet elenkati ma jwasslux għal proporzjon għoli biżżejjed ta' rimi li jservi skop utli biex ikun konsistenti ma' l-objettiv stipulat fl-Artikolu 1,

 

(ii) jidentifika każi fejn il-proporzjon ta' rimi użat għal kuntrarju ta' dak li jintrema bħala parti minn operazzjoni ta' rkupru għandu jkun speċifikat biex jiżgura li jintlaħaq l-objettiv stipulat fl-Artikolu 1,

 

(iii) jispeċifika livell jew livelli ta' effiċjenza enerġetika differenti fir-rigward ta' l-operazzjoni ta' rkupru R1,

 

(iv) jadatta kwalunkwe referenza fir-rigward tal-progress tekniku u xjentifiku;

 

(b) jekk l-Anness I għandux ikun emendat biex:

 

(i) iżid kwalunkwe operazzjoni mhux imsemmija fl-Anness II,

 

(iv) jadatta kwalunkwe referenza fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku; u

 

(c) jekk l-ispeċifikar ta' standards minimi għal rimi partikulari jew għal operazzjonijiet partikulari jikkontribwixxix għall-objettivi stipulati fl-Artikolu 10.

 

Ir-rekwiżit għal dan ir-rapport m'għandux iwaqqaf lill-Kummissjoni milli tippreżenta kwalunkwe proposta sadanittant.

 

* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Reintroduces amendment 61 adopted in first reading. The proposal includes numerous references to the commitology procedure which leaves several important areas subject to amendment without proper scrutiny. This amendment would remedy this by requiring the Commission to report on several important areas with the intention that they would then be in a position to come forward with new proposals for the Parliament and Council to consider. The Commission must have in mind specific proposals already for the areas where it has proposed comitology procedures and it should therefore be in a position to bring these forward quickly. This should not prevent change in the interim, as the amendment makes clear that the Commission can come forward with its own proposals in the interim.

Emenda  76

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 32 - paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. L-istabbilimenti jew l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 20(1), il-produtturi ta’ l-iskart perikoluż u l-istabbilimenti u l-intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart perikoluż fuq bażi professjonali, jew jaġixxu bħala negozjanti jew sensara ta' skart perikoluż, għandhom iżommu reġistru tal-kwantità, in-natura u l-oriġini ta' l-iskart, u, meta jkun rilevanti, id-destinazzjoni, il-frekwenza tal-ġbir, il-mod tat-trasport u l-metodu tat-trattament mistenni fir-rigward ta’ l-iskart, u jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti.

1. L-istabbilimenti jew l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 20(1), il-produtturi ta’ l-iskart perikoluż u l-istabbilimenti u l-intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart perikoluż fuq bażi professjonali, jew jaġixxu bħala negozjanti jew sensara ta' skart perikoluż, għandhom iżommu reġistru kronoloġiku tal-kwantità, in-natura u l-oriġini ta' l-iskart, u, meta jkun rilevanti, id-destinazzjoni, il-frekwenza tal-ġbir, il-mod tat-trasport u l-metodu tat-trattament mistenni fir-rigward ta’ l-iskart, u jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 74). Il-Parlament jagħti prijorità għolja sabiex jiżgura li r-revoka tad-Direttiva dwar l-Iskart perikoluż ma tkunx tfisser tnaqqis ta' l-istandards ta' protezzjoni.

Emenda  77

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 32 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Fil-każ ta’ skart perikoluż, ir-reġistri għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin, ħlief fil-każ ta’ stabbilimenti u intrapriżi li jittrasportaw skart perikoluż li għandhom iżommu tali reġistri għal mill-anqas 12-il xahar.

2. Fil-każ ta' skart perikoluż, ir-reġistri għandhom jinżammu għal mill-anqas ħames snin.

Prova dokumentata li l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ikunu twettqu għandha tkun ipprovduta fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti jew ta' possessur preċedenti.

Prova dokumentata li l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ikunu twettqu għandha tkun ipprovduta fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti jew ta' detentur preċedenti.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jżommu reġistru ta’ l-istabbilimenti u l-intrapriżi kollha msemmija f’Kapitolu IV, u jistgħu jirrikjedu lil dawk l-istabbilimenti u l-intrapriżi jipprovdu rapporti.

(Riintroduzzjoni ta’ l-emenda 74 ta’ l-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 74). Il-Parlament jagħti prijorità għolja sabiex jiżgura li r-revoka tad-Direttiva dwar l-Iskart perikoluż ma tkunx tfisser tnaqqis ta' l-istandards ta' protezzjoni. It-trattament ta’ skart perikoluż kif ukoll it-trasport ta’ skart perikoluż huma kwistjonijiet serji. Rekords tagħhom it-tnejn għandhom jinżammu għal ħames snin biex jippermettu traċċabilità adegwata. L-istabbilimenti u l-intrapriżi kollha li jwettqu kummerċ bl-iskart għandhom jitniżżlu f’reġistru.

Emenda  78

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 34 – paragrafu 4 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat minn proposta, jirrevedu l-formula għall-faċilitajiet ta’ l-inċinerazzjoni msemmija fl-Anness II, fin-nota ta' qiegħ il-paġna għal R1.

 

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jitfassal fuq il-bażi tan-notifiki mill-Istati Membri dwar il-faċilitajiet għall-inċinerazzjoni ddikjarati bħala faċilitajiet ta’ rkupru fuq it-territorju tagħhom bl-użu tal-formula fl-Anness II fin-nota f’qiegħ il-paġna għal R1. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jirrevedi jekk il-formula kellhiex l-effett mistenni u ħolqotx inċentiv kruċjali għall-bini u t-tħaddim ta’ aktar faċilitajiet għall-inċinerazzjoni b’effiċjenza għolja fl-enerġija.

 

Biex l-awtorità kompetenti tiddikjara l-faċilità bħala faċilità għall-irkupru jew rimi fuq il-bażi tal-formula fl-Anness II fin-nota ta' qiegħ il-paġna għal R1, l-operatur tal-faċilità għandu jindika b’mod partikulari kemm enerġija mixtrija hija meħtieġa għat-trattament ta’ l-iskart u l-forma u l-kwantità ta’ l-enerġija emessa (enerġija elettrika u termali).

 

*Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Ibbażata fuq l-għan sottostanti ta’ emenda 83 li kienet adottata fl-ewwel qari u kellha l-għan li tneħħi l-formula ta’ l-effiċjenza fl-enerġija, dan il-kompromess għandu fuq kollox iwassal għal trasparenza fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet għall-inċinerazzjoni bħala faċilitajiet għall-irkupru u anki tirrevedi l-formula biex tara jekk inkisibx l-effett mixtieq.

Emenda  79

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' rkupru u rimi fil-punti (n) u (r) ta' l-Artikolu 3.

1. Il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ rkupru u rimi.

Ġustifikazzjoni

B'konformità ma' l-artikolu 20.4, "għandha tkun kundizzjoni ta' kwalunkwe permess li jkopri l-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni bi irkupru ta’ l-enerġija, li l-irkupru ta’ l-enerġija jitwettaq b’livell għoli ta’ effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija." Għal dan il-għan, għandha tiġi ppubblikata formula ta' effiċjenza enerġetika bħala gwida teknika li tkun applikata għall-faċilitajiet KOLLHA ta' inċinerazzjoni, mingħajr ma jingħata kas jekk ikunux klassifikati bħala 'ta' rkupru' jew 'għal rimi'.

Emenda  80

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Anness I – punt D 7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

D 7 Ir-rilaxx fl-ibħra/oċeani inkluż it-tidħil taħt qiegħ il-baħar

imħassar

Ġustifikazzjoni

Emenda tal-PE ta’ l-ewwel qari. Ir-rilaxx jew ir-rimi ta’ l-iskart fil-baħar għandu jkun ipprojbit għax huwa perikoluż fuq medda twila ta’ żmien.

  • [1]  ĠU C 287, 29.11.2007, p. 136.

NOTA SPJEGATTIVA

At its first reading, the European Parliament adopted some important amendments to the draft directive. It will now insist on their survival in the second reading.

Key amendments in this category were the introduction of targets for recycling and waste prevention, and the insistence on a five-stage waste hierarchy as a general rule.

The Council has erased all reference to targets but the rapporteur has restored the Parliament’s amendments in a modified form, having consulted the Commission. The changes are designed to make the texts more acceptable to the Council, and, in the case of the waste prevention target and industrial waste recycling target, to take account of the need to proceed on a sound statistical base. In the view of the rapporteur and of the Committee, it would be wrong to miss this opportunity to ensure that this directive does more than supply a set of definitions. It is important that there is a real link between it and the aspirations about recycling and prevention set out in the Thematic Strategy on Waste. Without the targets no such link really exists.

There will no doubt be another dispute between the Parliament and the Council on the extent to which the 5 stage waste hierarchy applies and how departures from it may take place. The Parliament wants the hierarchy to apply as a “general rule” and the Council prefers the words “guiding principle”. The rapporteur is not wholly convinced that in the dust of battle at local level the fine distinctions between the two phrases will always be perceived. The key aspect of the issue is that the directive must make clear that departures from the hierarchy cannot take place casually but must be done as part of an ordered process. The original Parliament amendment made the process of departure unduly complex: the rapporteur has simplified it on the basis that national procedures regarding public involvement must apply.

One important aim of the directive is to draw a clear distinction between what is considered “recovery” and what is “disposal” of waste, since Court of Justice judgements put the question in doubt. The amendments adopted at first reading included a definition of “recovery” that would extend the designation to energy from waste plants fulfilling certain energy efficiency criteria: first reading amendments hostile to the concept of securing energy from waste were not adopted. But an amendment was adopted which deleted the draft energy efficiency formula in Annex II. This would have been the yardstick for determining which energy from waste plants could qualify as “recovery” operations.

The rapporteur believes that energy from waste plants can play an important part in dealing with residual waste, which might otherwise go to landfill. She also sees waste as a potentially important fuel at a time when the EU is facing an energy crisis and is increasingly dependent on insecure foreign sources of fuel. Our waste is at least home-grown. Heat and power can be recovered from it. The experience of a number of member states shows that energy from waste can complement recycling and not drive it out. It would surely be a desirable development to apply an energy efficiency formula which “recovery” plants must comply with. Above all such a formula would be a crucial incentive to those building new plants to give priority to energy efficiency.

But it is clear to the rapporteur that there are some MEP colleagues who are opposed fundamentally to the idea of energy from waste plants and who will never vote for them in any shape or form. There are other MEPs, mainly from countries still in the early stages of diverting their waste from landfill, who fear that energy from waste could become the predominant waste management process in their countries, and that it would then discourage investment in recycling, re-use and prevention.

This is where the Parliament’s insistence on the adoption of recycling and prevention targets is so important. The member states want MEPs to recognise that energy from waste can qualify as “recovery”. To win this argument, they need to understand that MEPs will only vote to accept this IF they have the assurance that recycling and prevention targets will be included in the directive. Such targets are an insurance policy against energy from waste becoming the dominant means of waste management.

At its first reading the Parliament adopted improvements to the Commission’s proposals for turning properly treated waste into a recycled product. MEPs were concerned to point the way more clearly towards the need for legislative proposals, under the “end of waste” heading, for specifications for compost, aggregates, paper, glass, metal, end of life tyres and waste textiles. In all these cases, clarifying what rules apply would greatly help the move to recycling. It is a shame that at this point the Council lost its nerve and pushed the issue into the recitals. The rapporteur wants more urgent concrete action and has brought the matter back into the text of the directive.

The Council has been bold on the issue of by-products and has included a definition in article 4. Those lobbying the Parliament are completely split on the issue. The rapporteur believes that this chance to settle on a definition should be seized and not postponed to an unknown date.

The directive takes over two existing directives- on hazardous waste and on waste oils. Many colleagues were uneasy that too many aspects of the existing hazardous waste directive were not being carried over into the waste framework directive. The rapporteur has therefore proposed to reinstate some of the amendments proposed at first reading to remedy this. When the directive first appeared, it looked as if it might damage the interests of waste oil regenerators: the rapporteur is satisfied that the Common Position now strikes the right notes on this issue. The rapporteur welcomes the Council’s text on biowaste, and draws attention to the minor additions which, she feels, should still be made on the subject of producer responsibility

The rapporteur hopes that the directive that finally emerges will be sufficiently clear to avoid further recourse to the European Court of Justice. Safe and sustainable waste management is an important issue for all of us. We really must try to get it right this time.

PROĊEDURA

Titolu

Reviżjoni tad-direttiva ta’ qafas dwar l-iskart

Referenzi

11406/4/2007 – C6-0056/2008 – 2005/0281(COD)

Data ta’ l-1 qari tal-PE - Numru P

13.2.2007                     T6-0029/2007

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0667 - C6-0009/2006

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

21.2.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

21.2.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Caroline Jackson

21.2.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

25.2.2008

2.4.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

43

0

14

Membri preżenti għall-vot finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Inés Ayala Sender, Bairbre de Brún, Milan Gaľa, Erna Hennicot-Schoepges, Anne Laperrouze, Johannes Lebech, Kartika Tamara Liotard, Bart Staes

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Jean-Pierre Audy