RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

21.4.2008 - (COM(2008)0051 – C6‑0062/2008 – 2008/0020(CNS)) - *

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Sergio Berlato

Proċedura : 2008/0020(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0164/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

(COM(2008)0051 – C6‑0062/2008 – 2008/0020(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0051),

–   wara li kkunsidra t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, li b’konformità miegħu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0062/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat tal-Baġit (A6‑0164/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li kwalunkwe ammont imbassar għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' l-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) 2007-2013, u juri li l-ammont annwali se jiġi deċiż fil-proċedura baġitarja annwali u se jiġi evalwat f'kuntest plurijennali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament - att li jemenda

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għall-perjodu 2009-2012 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Emenda  2

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skond l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta’ tabakk mhux irfinat għas-snin ta’ ħsad ta’ l-2006 sa l-2009.

Skond l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta’ tabakk mhux irfinat sas-sena ta’ ħsad 2012.

Emenda  3

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Wara li kkunsidra l-bosta riformi li saru mill-2004, b'mod partikulari fil-qasam tal-frott u tal-ħaxix, jaqbel li l-produtturi tat-tabakk mhux irfinat ma jitpoġġewx f'sitwazzjoni diskriminatorja meta mqabbla ma' bdiewa oħra Ewropej.

Emenda  4

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koooperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 5% ta' l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk.

(3) L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 6 % ta' l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk.

Emenda  5

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) nru 1782/2003

Artikolu 110 j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-Regolament (KE) nru 1782/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

-1) L-artikolu 110 j għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej:

 

 

"Artikolu 110 j

 

Kamp ta’ applikazzjoni

 

 

Għas-snin ta’ ħsad sa l-2012, tista’ tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu t-tabakk mhux irfinat tal-kodiċi NC 2401, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-kapitolu."

Emenda  6

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt -1 a (ġdid)

Regolament (KE) nru 1782/2003

Artikolu 110 l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

-1 a) Fl-Artikolu 11 l, it-tabella għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

(f'miljun EUR)

 

2009-2012

 

Ġermanja

p.m.

 

Spanja

p.m.

 

Franza

p.m.

 

L-Italja (minbarra l-Puglia)

p.m.

 

Portugal

p.m.

Ġustifikazzjoni

L-ammonti għandhom jiġu aġġustati skond il-modifiki li saru mill-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1

Regolament (KE) nru 1782/2003

Artikolu 110m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel b'dan li ġej:

-1 b) L-artikolu 110 m jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 110m

“Artikolu 110m

Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Ammont ugwali għal 4% għas-sena kalendarja 2006 u għal 5% għas-snin kalendarji 2007, 2008 u 2009 ta' l-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92."

Ammont ugwali għal 4% għas-sena kalendarja 2006, għal 5% għas-sena kalendarja 2007 u għal 6% għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 ta' l-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92."

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis mhux mistenni fl-għajnuna ta' l-2008, billi l-kuntratti tal-kultivazzjoni bħalissa jinsabu fil-punt li se jiġu konklużi, jekk mhux diġà ġew konklużi f’xi Stati Membri, inkluża l-indikazzjoni tal-primjums għall-ħsad ta' l-2008, jista' jwassal għal għadd kbir ta' rikorsi legali. Il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għandu jibqa’ jiġi appoġġjat jew jitnieda mill-ġdid. Għalhekk il-Kummissjoni hija mistiedna tħejji programm adegwat ta’ azzjoni plurijennali għal ammont ta’ aktar minn EUR 81 miljun.

Emenda  8

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt -1 c (ġdid)

Regolament (KE) nru 1782/2003

Artikolu 143 e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1 c) L-Artikolu 143 e huwa mħassar.

Emenda  9

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt -1 d (ġdid)

Regolament (KE) nru 1782/2003

Anness VII - punt I - inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1 d) L-Anness VII, punt I, inċiż 2 huwa mħassar.

Emenda  10

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 2

Regolament (CE) nru 1234/2007

Artikolu 104 - paragrafu 2 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"b) għas-snin kalendarji 2006 sa 2009, skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

"b) għas-snin kalendarji 2006 u 2007 u mill- 2009 sa l-2012, skond l-Artikolu 110 m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003."

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

B’koerenza mar-riżoluzzjonijiet tiegħu ta’ qabel dwar dan is-suġġett, il-Parlament Ewropew jafferma mill-ġdid l-importanza kbira għaċ-ċittadini Ewropej ta' l-azzjonijiet magħmula mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk, li huwa mmexxi mid-direttorat ġenerali tas-saħħa u tal-ħarsien tal-konsumatur tal-Kummissjoni, u maħsub esklussivament biex jippromwovi l-inizjattivi ta' l-informazzjoni dwar il-ħsara kkawżata mit-tipjip. Huwa jqis li l-fond innifsu għandu jibqa’ jiġi ffinanzjat u jitnieda mill-ġdid. Għalhekk huwa jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħejji programmi plurijennali li, bis-saħħa tal-bidliet magħmula mill-emendi mressqa, ikun jista’ jkollu disponibbli ammont ta’ aktar minn EUR 81 miljun, mingħajr ma jaffettwa bl-ebda mod il-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament indirizza din it-tema bosta drabi. Huwa wkoll konxju, kif diġà stqarr fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta’ l-10 ta’ Marzu 2004[1], li l-livell tal-produzzjoni Ewropea tat-tabakk mhux irfinat, li llum naqset u hija konċentrata f’zoni speċifiċi ta’ l-UE, li l-iżvilupp tagħhom spiss baqa’ lura, u li tirrappreżenta inqas minn 4% tal-produzzjoni globali, m’għandu l-ebda effett fuq il-konsum tal-prodotti lesti tat-tabakk.

L-Unjoni Ewropea hija l-importatur ewlieni tat-tabakk mhux irfinat fid-dinja. Hija ġġib il-provvisti minn pajjiżi terzi biex tissodisfa aktar minn 70% tal-bżonnijiet tagħha, u b’hekk spiss tagħti vantaġġ lit-tabakk prodott f’kundizzjonijiet b’livell ta’ kontroll inferjuri meta mqabbel mal-prodott Ewropew, l-aktar fil-Brażil, fil-Malawi, fl-Arġentina, fl-Indoneżja, fiż-Żimbabwe, fl-Indja u fiċ-Ċina, fattur li jwassal għal defiċit kummerċjali ta’ aktar minn EUR 1.2 biljun kull sena.

Il-Parlament huwa mgħarraf li fl-Istati Membri fejn l-għajnuna għat-tabak ġiet diżakkoppjata kompletament, minbarra li ġew ikkanċellati t-trasferimenti għall-fond, ġiet abbandunata wkoll il-produzzjoni, b'mod totali jew kważi totali, mingħajr ma tfaċċat alternattiva sostenibbli mill-perspettiva ekonomika u ta’ l-impjieg, bil-kontra ta’ dak li kien mistenni, b’effetti negattivi serji ħafna fuq l-ispazju rurali ġenerali kkonċernat u bla ma dehret l-ebda varjazzjoni notevoli fil-konsum lokali tal-prodotti lesti tat-tabakk.

Il-Kummissjoni dejjem rabtet l-eżistenza tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk mas-sistema ta’ appoġġ favur il-bdiewa li jikkultivaw it-tabakk. Dan l-approċċ, għalkemm huwa diskutibbli, minħabba n-nuqqas ta’ rabta diretta ta’ kawżalità, jisa’ jiġi spjegat permezz ta’ raġunijiet baġitarji, billi qed nittrattaw l-unika sors ta’ ffinanzjar previst. B’din il-loġika, u jekk wieħed jassumi li l-kampanji ta' informazzjoni se jibqgħu jkunu utli fis-snin li ġejjin għaċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni Ewropea, l-emendi kollha proposti hawn jidhru xierqa u meħtieġa.

Għalhekk il-Parlament jieħu l-opportunità sabiex mill-ġdid jafferma l-fehmiet tiegħu li diġà esprima fir-riżoluzzjoni ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 u jilqa’ b’mod favorevoli t-talba li tressqet reċentament u b’mod uffiċjali lill-Kummissjoni mill-ministri mill-Istati Membri produtturi kważi kollha kemm huma, fosthom pajjiżi li, fi żmienhom, kienu għażlu d-diżakkoppjar sħiħ, u minn Stati Membri ġodda, bil-għan li l-Kummissjoni tressaq proposta ta' regolament sabiex testendi s-sistema attwali ta’ għajnuna għat-tabakk sas-sena 2013. Din it-tema għandha tiġi eżaminata fil-qafas tad-diskussjonijiet li qed isiru rigward il-bilanċ tas-saħħa tal-politika agrikola komuni.

Rigward il-proposta ta’ tnaqqis ta’ l-għajnuna, li għadu mhux previst għalissa, għas-sena kalendarja 2008, billi l-kuntratti tal-kultivazzjoni tat-tabakk għas-sena tal-ħsad 2008 bħalissa dalwaqt se jiġu konklużi, jew diġà ġew konklużi f’xi Stati Membri (inkluża l-indikazzjoni ta’ l-ammont tal-primjums għall-ħsad ta’ l-2008), il-Parlament iqis li jekk proposta ta’ dan it-tip tiġi aċċettata tista’ twassal għal għadd kbir ta’ rikorsi fil-qrati u għalhekk għal nuqqas ta’ qbil li fl-aħħar mill-aħħar ikun ta’ ħsara kważi għall-bdiewa biss.

Fl-aħħarnett, il-Parlament iqis li l-estensjoni tat-tnaqqis sal-kampanja 2012 u ż-żieda fil-perċentwal tat-tnaqqis sa 6 % favur il-Fond għandhom jagħtu ċ-ċans li ssir donazzjoni finanzjarja ta’ aktar minn EUR 81 miljun, ammont suffiċjenti għall-azzjonijiet tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk sa l-2013.

  • [1]               Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' appoġġ dirett fil-qafas tal-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċerti sistemi ta' appoġġ favur il-bdiewa (COM(2003) 698 – C5-0597/2003 – 2003/0278(CNS))

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (9.4.2008)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk
(COM(2008)0051 – C6‑0062/2008 – 2008/0020(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Wiesław Stefan Kuc

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Sfond

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 37(2), subparagrafu 3 tat-Trattat (Agrikultura - proċedura ta' konsultazzjoni) u ġiet imressqa mid-DĠ AGRI tal-Kummissjoni, għalkemm tirrigwarda l-linji tal-baġit fit-Titolu 05 u fit-titolu 17 (is-Saħħa Pubblika): 05 03 02 22 - għajnuna tat-tabakk - EUR 293 miljun (AL 2008) u 17 03 02 - Fond tal-Komunità għat-Tabakk - EUR 14,25 miljun. (Baġit 2008).

Il-Kummissjoni tipproponi li testendi l-finanzjament tal-Fond tal-Komunita[1], li jagħti għajnuna lill-produtturi tat-tabakk mhux irfinat sas-sena ta' ħsad 2009. Mir-riforma ta' l-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni għat-tabakk fl-2004, il-Fond iffinanzja politiki ta' informazzjoni biex titjieb il-kuxjenza pubblika dwar l-effetti tal-konsum tat-tabakk. Fil-perjodu attwali ta' finanzjament, il-Fond ta appoġġ lill-kampanja "HELP - għal ħajja mingħajr tabakk"[2], li jkopri l-azzjonijiet ta' komunikazzjoni meħuda mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (DĠ SANCO).

Ġie propost lill-Kunsill li dan jista' jiġi estiż għas-snin kalendarji 2008 u 2009. Il-Fond jieħu 5% tal-baġit totali tas-sussidji għat-tabakk fl-2008 u 2009 b'limitu massimu attwali għall-għajnuna għat-tabakk ta' EUR 337.937 miljun. L-ammont ta' 5% annwali massimu qed jiġi trasferit lill-Fond (EUR 16.897 miljun).

Il-Kummissjoni tqis li huwa utli li l-Fond jibqa' jintuża biex jiġu finanzjati azzjonijiet ta' informazzjoni dwar l-effetti ta' ħsara tat-tipjip.

L-Artikolu 104(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007[3] tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) jipprovdi għall-finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk permezz tat-trasferimenti ta' ċerti ammonti ta' għajnuna għat-tabakk għas-snin kalendarji 2006 u 2007 skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk kien dejjem iffinanzjat minn trasferiment ta’ parti mill-għajnuniet għat-tabakk. Finalment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 estenda l-għajnuna għat-tabakk sa l-2008 u l-2009 mingħajr ma estenda rispettivament il-finanzjamant tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk bi tnaqqis ta’ l-għajnuna għat-tabakk.

2. Il-proġetti finanzjati mill-Fond

L-objettivi ta' saħħa pubblika tal-Fond

- Titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-effetti ta' ħsara tal-konsum tat-tabakk, inkluż it-tipjip passiv.

- It-titjib tal-pertinenza u l-effikaċità tal-messaġġi u l-metodi ta' komunikazzjoni permezz tal-lingwaġġ jew l-immaġini rigward l-effetti ħżiena tal-konsum tat-tabakk.

- Il-prevenzjoni u l-waqfien mit-tipjip.

- It-tixrid tar-riżultati lill-awtoritajiet nazzjonali u s-setturi relevanti.

3. Implikazzjonijiet finanzjarji

Il-limitu massimu attwali għat-tabakk qiegħed EUR 337.937 miljun, jiġifieri li l-ammont massimu annwali li jista' jiġi trasferit fil-Fond huwa EUR 16.897 miljun.

Titwil possibbli tal-Fond ma jinvolvix infiq Komunitarju iżjed. Jestendi l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għat-trasferiment fl-2008 u l-2009 (snin tal-baġit 2009 u 2010) 5% ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna għat-tabakk taħt “Għajnuniet Diretti” lill-“Fond tal-Komunità għat-Tabakk”. Il-limiti massimi fuq għajnuna għat-tabakk jibqgħu l-istess u l-ammont annwali massimu li jista’ jiġi trasferit jammonta għal EUR 16,897 miljun (EUR 337,937 miljun x 5% = EUR 16,897 miljun). Dan l-ammont mil-linja 05 03 02 22 se jkun disponibbli minflok taħt il-linja tal-baġt 17 03 02 – Fond tal-Komunita għat-Tabakk. Peress li dan huwa trasferiment bejn titoli, din il-miżura ma tinkludix approprijazzjonijiet tal-baġit addizzjonali.

4. Emendi

Huwa ċar li din il-proposta hija suġġetta wkoll għar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali prevista fid-Dikjarazzjoni 3 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ("reviżjoni sħiħ fuq medda wiesgħa li tkopri l-aspetti kollha ta' l-infiq ta' l-UE, inkluża l-CAP").

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emenda li ġejja fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jikkunsidra li kull ammont previst għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' l-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) 2007-2013 kif revedut mid-Deċiżjoni 2008/29/KE tat-18 ta' Diċembru 2007, u juri li l-ammont annwali għandu jiġi deċiż fi ħdan il-proċedura annwali tal-baġit u għandu jiġi evalwat f'kuntest multi-annwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tfakkar li l-proposta, bħala parti mill-CAP, mhux biss hija suġġetta għar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali prevista fid-Dikjarazzjoni 3 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ("reviżjoni sħiħa fuq medda wiesgħa li tkopri l-aspetti kollha ta' l-infiq ta' l-UE, inkluża l-CAP"), iżda suġġetta wkoll għal skrutinju fi ħdan il-Proċedura Annwali tal-Baġit..

PROĊEDURA

Titolu

Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Referenzi

COM(2008)0051 – C6-0062/2008 – 2008/0020(CNS)

Kumitat responsabbli

AGRI

Opinjoni mressqa minn

       Data mħabbra fis-sessjoni plenarja

BUDG

21.2.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Wiesław Stefan Kuc

20.2.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

1.4.2008

8.4.2008

 

 

Data ta' l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat ta' l-aħħar votazzjoni

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-aħħar votazzjoni

Laima Liucija Andrikienė, Richard James Ashworth, Reimer Böge, Paulo Casaca, Brigitte Douay, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Cătălin-Ioan Nechifor, Margaritis Schinas, Esko Seppänen, Nina Škottová, Theodor Dumitru Stolojan, László Surján, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżent(i) għall-aħħar votazzjoni

Thijs Berman, Richard Corbett, Libor Rouček

  • [1]  ĠU L 270, 21.10.2003, p. .1 Verżjoni konsolidata:: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32003R1782:DE:NOT
  • [2]  ara www.help-eu.com
  • [3]  ĠU L 229, 16.11.2007, p. 1.

PROĊEDURA

Titolu

Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Referenzi

COM(2008)0051 – C6-0062/2008 – 2008/0020(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

12.2.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

21.2.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

21.2.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sergio Berlato

21.1.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

31.3.2008

17.4.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

17.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

30

4

0

Membri preżenti għall-vot finali

Vincenzo Aita, Peter Baco, Sergio Berlato, Bernadette Bourzai, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Albert Deß, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Heinz Kindermann, Vincenzo Lavarra, Stéphane Le Foll, Diamanto Manolakou, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Vincent Peillon, María Isabel Salinas García, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Petya Stavreva, Witold Tomczak, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Pilar Ayuso, Alessandro Battilocchio, Alejandro Cercas, Wiesław Stefan Kuc, Hans-Peter Mayer, Zdzisław Zbigniew Podkański, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Francisca Pleguezuelos Aguilar, Luis Yañez-Barnuevo García

Data tat-tressiq

21.4.2008