RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji-gwida għall-linji ta' politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri
8.5.2008 - (COM(2007)0803 PARTI V – C6‑0031/2008 – 2007/0300(CNS)) - *
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Anne Van Lancker
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji-gwida għall-linji ta' politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri
(COM(2007)0803 PARTI V – C6‑0031/2008 – 2007/0300(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0803, PARTI V),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 128(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0031/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitati għall-Impjiegi u l-Affarijiet soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6–0172/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
(2) L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' l-Istati Membri fir-Rapport Annwali ta' Progress tal-Kummissjoni u fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi turi li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità li huma |
(2) L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' l-Istati Membri fir-Rapport Annwali ta' Progress tal-Kummissjoni u fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi turi li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jintlaħaq il-livell massimu ta' impjiegi, biex jissaħħu l-kwalità tax-xogħol u l-opportunitajiet indaqs, biex tinġieb il-koeżjoni soċjali u biex jiġu indirizzati l-oqsma ta' prijorità li huma: |
- l-attirar u ż-żamma ta' aktar nies f'impjieg, żieda fl-għadd ta' ħaddiema u l-immodernizzar tas-sistemi ta' ħarsien soċjali, |
- il-ħolqien ta' aktar xogħlijiet u ta' xogħlijiet ta' kwalità, l-attirar u ż-żamma ta' aktar nies f'impjieg ta' kwalità, żieda fl-għadd ta' ħaddiema u l-immodernizzar tas-sistemi ta' ħarsien soċjali u l-iżgurar ta' swieq tax-xogħol inklussivi, |
- it-titjib ta' l-adattabilità tal-ħaddiema u ta' l-intrapriżi, u |
- it-titjib ta' l-adattabilità u s-sigurtà tal-ħaddiema u ta' l-intrapriżi sabiex jiġi promoss suq tax-xogħol flessibbli , u tiġi promossa l-impjegabilità tal-ħaddiema permezz ta' tagħlim tul il-ħajja u l-akkreditar tal-kapaċitajiet miksuba, |
- iż-żieda fl-investiment fil-kapital uman permezz ta' titjib fl-edukazzjoni u l-ħiliet. |
- iż-żieda fl-investiment fil-kapital uman permezz ta' titjib fl-edukazzjoni u l-ħiliet u l-espansjoni ta' l-opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja, u |
|
- il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol Ewropew. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Fid-dawl kemm ta' l-eżami mill-Kummissjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma kif ukoll tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-punt fokali għandu jkun fuq implimentazzjoni effettiva u f'waqtha, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miri kwantitattivi, u f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. |
(3) Fid-dawl kemm ta' l-eżami mill-Kummissjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma kif ukoll tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-punt fokali għandu jkun fuq it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi u l-implimentazzjoni effettiva u f'waqtha tagħhom, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miri u l-livelli ta' referenza kwalitattivi u kwantitattivi f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-Linji ta' Gwida ta' Impjiegi meta jkunu qed jimplimentaw finanzjament mill-Komunità pprogrammat, b'mod partikolari tal-Fond Soċjali Ewropew. |
(5) L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi meta jkunu qed jimplimentaw finanzjament mill-Komunità pprogrammat, b'mod partikolari tal-Fond Soċjali Ewropew tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Minħabba n-natura integrata tal-pakkett tal-linji gwida, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw b’mod sħiħ ibl-Linji Gwida għall-Politika Ekonomika Wiesgħa. |
(6) Minħabba n-natura integrata tal-pakkett tal-linji gwida, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b’mod sħiħ il-linji gwida dwar l-impjiegi meta jkunu qed jiġu implimentati l-Linji Gwida għall-Politika Ekonomika Wiesgħa. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 2 a (ġdid) | |
|
1. Meta jimplimentaw il-linji gwida, l-Istati Membri għandhom: |
|
- iqisu l-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ ħarsien soċjali xieraq, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, u |
|
- jimmiraw li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw interazzjoni msaħħa bejn il-linji gwida u l-metodu miftuħ tal-kordinazzjoni dwar il-Proċess għall-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali. |
|
3. L-Istati Membri, b'koperazzjoni ma' l-imsieħba soċjali u bi qbil mat-tradizzjoni nazzjonali ta' kull Stat Membru, għandhom jeżaminaw u jirrapurtaw fil-Pjani Nazzjonali ta' Riforma tagħhom dwar kif jistgħu jittejbu l-konformità ma' u l-implimentazzjoni tal-prinċipji u r-regoli tal-leġiżlazzjoni soċjali Ewropea, il-ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali u l-prinċipji fundamentali ta' trattament ugwali u ta' non diskriminazzjoni. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Anness – parti introduttorja – paragrafu - 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-linji gwida dwar l-impjiegi jiffurmaw parti mil-Linji Gwida Integrati għall-2008-2010 li huma bbażati fuq tliet pilastri: politiki makroekonomiċi, riformi mikroekonomiċi u politiki dwar l-impjiegi. Dawk il-pilastri, flimkien jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi ta' espansjoni u żvilupp sostenibbli u biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Anness – parti introduttorja – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri, b’kooperazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, għandhom iwettqu l-linji ta' politika tagħhom bil-għan li jimplimentaw l-għanijiet u l-prijoritajiet għall-azzjoni li qed tiġi speċifikata aktar ’l isfel sabiex iktar impjiegi u impjiegi ta’ kwalità aħjar jappoġġjaw suq tax-xogħol inklussiv. Waqt li jirriflettu l-istrateġija ta’ Liżbona u jqisu l-għanijiet soċjali komuni, b’mod ibbilanċjat il-linji ta' politika ta’ l-Istati Membri għandha irawwmu: |
L-Istati Membri, b’kooperazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali u ma' dawk l-oħra li għandhom sehem fil-qasam, waqt li jiġu rispettati t-tradizzjonijiet nazzjonali, se jwettqu l-linji ta' politika tagħhom bil-għan li jimplimentaw l-għanijiet u l-prijoritajiet għall-azzjoni li qed tiġi speċifikata aktar ’l isfel sabiex iktar impjiegi u impjiegi ta’ kwalità aħjar u popolazzjoni li taħdem li tkun imħarrġa aħjar u tkun aktar speċjalizzata jappoġġjaw suq tax-xogħol inklussiv. Waqt li jirriflettu l-istrateġija ta’ Liżbona u jqisu l-għanijiet soċjali komuni, b’mod ibbilanċjat il-linji ta' politika ta’ l-Istati Membri se jrawmu: |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Anness – parti introduttorja – paragrafu 1 – inċiż 1 | |
Livell massimu ta’ impjiegi: Il-kisba ta’ livell massimu ta’ impjiegi, u t-tnaqqis tal-qgħad u ta’ l-inattività, billi tiżdied id-domanda għax-xogħol u l-provvista tiegħu permezz ta’ approċċ integrat ta’ flessigurtà huma vitali sabiex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Dan jeħtieġ linji ta' politika li fl-istess ħin jindirizzaw il-flessibilità tas-swieq tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u r-relazzjonijiet mad-dinja tax-xogħol, u s-sigurtà ta’ l-impjieg u s-sigurtà soċjali; |
Livell massimu ta’ impjiegi: Il-kisba ta’ livell massimu ta’ impjiegi, u t-tnaqqis tal-qgħad u ta’ l-inattività, billi tiżdied id-domanda għax-xogħol u l-provvista tiegħu permezz ta’ approċċ integrat ta’ flessigurtà huma vitali sabiex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Dan jeħtieġ linji ta' politika li fl-istess ħin jindirizzaw il-flessibilità tas-swieq tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u r-relazzjonijiet mad-dinja tax-xogħol, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja, u s-sigurtà ta’ l-impjieg u s-sigurtà soċjali; |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Anness – parti introduttorja – paragrafu 1 – inċiż 2 | |
It-titjib fil-kwalità u fil-produttività fuq ix-xogħol: L-isforzi biex jitkabbru r-rati ta’ l-impjiegi jimxu id f’id mat-titjib ta’ l-attrazzjoni ta’ l-impjiegi, tal-kwalità fuq ix-xogħol, mat-tkabbir tal-produttività tax-xogħol, mat-tnaqqis tas-segmentazzjoni u tal-proporzjon tal-ħaddiema foqra. Is-sinerġiji bejn il-kwalità fuq ix-xogħol, il-produttività u l-impjiegi għandhom ikunu esplojtjati b’mod sħiħ; |
It-titjib fil-kwalità u fil-produttività fuq ix-xogħol: L-isforzi biex jitkabbru r-rati ta’ l-impjiegi jimxu id f’id mat-titjib ta’ l-attrazzjoni ta’ l-impjiegi, tal-kwalità fuq ix-xogħol, mat-tkabbir tal-produttività tax-xogħol, mat-tnaqqis tas-segmentazzjoni, ta' l-inugwaljanza bejn is-sessi u tal-proporzjon tal-ħaddiema foqra. Is-sinerġiji bejn il-kwalità fuq ix-xogħol, il-produttività u l-impjiegi għandhom ikunu esplojtjati b’mod sħiħ; |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Anness – parti introduttorja – paragrafu 2 | |
L-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma essenzjali għall-progress. L-integrazzjoni tas-sessi u l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom ikunu żgurati fl-azzjonijiet kollha li jittieħdu. Barra dan, trid tingħata attenzjoni partikolari sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki kollha relatati mas-sess fis-suq tax-xogħol skond il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Dan se jgħin lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfida demografika. Bħala parti mill-approċċ interġenerazzjonali l-ġdid, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ, bl-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ , u lill-promozzjoni ta’ aċċess għall-impjiegi tul il-ħajja kollha tax-xogħol. Trid tingħata attenzjoni partikolari wkoll biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki fl-impjiegi għall-persuni żvantaġġjati, inklużi l-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll bħal bejn iċ-ċittadini ta’ terzi pajjiżi u ċ-ċittadini ta’ l-UE, skond kwalunkwe mira nazzjonali. |
L-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma essenzjali għall-progress. L-integrazzjoni tas-sessi u l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom ikunu żgurati fl-azzjonijiet kollha li jittieħdu. Barra dan, trid tingħata attenzjoni partikolari sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki kollha relatati mas-sess fis-suq tax-xogħol, b'attenzjoni partikulari fuq l-inugwaljanzi fil-pagi, skond il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Dan se jgħin lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfida demografika. Bħala parti mill-approċċ interġenerazzjonali l-ġdid, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ, bl-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ , u lill-promozzjoni ta’ aċċess għall-impjiegi tul il-ħajja kollha tax-xogħol, anke għall-ħaddiema aktar xjuħ. Trid tingħata attenzjoni partikolari wkoll biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki fl-impjiegi għall-persuni żvantaġġjati, inklużi l-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll bħal bejn iċ-ċittadini ta’ terzi pajjiżi u ċ-ċittadini ta’ l-UE, skond kwalunkwe mira nazzjonali. Dan se jgħin lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfida demografika. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Anness – paragrafu wara l-linja gwida 17 – inċiż 1 | |
- tiġbed u żżomm iktar persuni f’impjieg, iżżid il-provvista tax-xogħol u timmodernizza s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, |
- tiġbed u żżomm iktar persuni f’impjieg ta' kwalità billi tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja, iżżid il-provvista tax-xogħol billi tissaħħaħ l-impjegabilità u timmodernizza s-sistemi ta’ ħarsien soċjali u tiżgura swieq tax-xogħol inklussivi, |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Anness – paragrafu wara l-linja gwida 17 – inċiż 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- tippromwovi integrazzjoni soċjali attiva għal kulħadd sabiex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jiġi żgurat dħul deċenti u servizzi soċjali ta' kwalità flimkien ma' aċċess għas-suq ta' l-impjiegi permezz ta' opportunitajiet għar-reklutaġġ u ta' taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Anness – paragrafu wara l-linja gwida 17 – inċiż 2 | |
- ittejjeb l-addattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi, |
- ittejjeb l-addattabilità u s-sigurtà tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi, |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Anness – paragrafu wara l-linja gwida 17 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- iżżid l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ta’ ħiliet aħjar |
- iżżid l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ta’ ħiliet aħjar u tadatta s-sistemi għall-edukazzjoni u t-taħriġ għar-rekwiżiti ġodda ta' kompetenza, |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Anness – paragrafu wara l-linja gwida 17 – inċiż 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- iżżid u ttejjeb l-investiment fir-riċerka, fix-xjenza u fl-innovazzjoni, |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Anness – paragrafu wara l-linja gwida 17 – inċiż 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- telimina kull forma ta' diskriminazzjoni bbażata fuq sess fuq il-post tax-xogħol. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Anness – sezzjoni 1 – titolu | |
1. Jattiraw u jzommu aktar nies jaħdmu, iżidu n-nies li lesti jaħdmu u jimmodernizzaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali |
1. Jattiraw u jzommu aktar nies jaħdmu f'impjieg ta' kwalità, iżidu n-nies li lesti jaħdmu u jimmodernizzaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali u jiżguraw swieq tax-xogħol inklussivi |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Anness – sezzjoni 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Iż-żieda tal-livelli ta’ l-impjiegi hija l-aktar mezz effettiv biex ikun iġġenerat tkabbir ekonomiku u biex ikunu promossi ekonomiji soċjalment inklussivi, waqt li tkun żgurata xibka ta’ sikurezza għal dawk li ma jkunux jistgħu jaħdmu. Il-promozzjoni ta’ approċċ tul ċiklu ta’ ħajja għax-xogħol u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ ħarsien soċjali ħalli tkun żgurata l-adegwatezza u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għall-ħtiġiet li qed jinbidlu fis-soċjetà huma lkoll dejjem aktar meħtieġa minħabba n-nuqqas mistenni fil-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom l-età biex jaħdmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex ikunu megħluba d-distakki persistenti fl-impjiegi bejn in-nisa u l-irġiel, biex ikomplu jiżdiedu r-rati ta’ l-impjiegi tal-ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien u taż-żgħażagħ, bħala parti minn approċċ interġenerazzjonali ġdid, u biex tkun promosa l-inklużjoni attiva ta’ dawk li huma l-iktar esklużi mis-suq tax-xogħol. Tinħtieġ ukoll azzjoni intensifikata sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u sabiex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, li bejn wieħed u ieħor huwa d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad. |
Iż-żieda tal-livelli ta’ l-impjiegi hija l-aktar mezz effettiv biex ikun iġġenerat tkabbir ekonomiku u biex ikunu promossi ekonomiji soċjalment inklussivi, waqt li tkun żgurata xibka ta’ sikurezza għal dawk li ma jkunux jistgħu jaħdmu. Il-promozzjoni ta’ approċċ tul ċiklu ta’ ħajja għax-xogħol u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ ħarsien soċjali ħalli tkun żgurata l-adegwatezza u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għall-ħtiġiet li qed jinbidlu fis-soċjetà huma lkoll dejjem aktar meħtieġa minħabba n-nuqqas mistenni fil-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom l-età biex jaħdmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex ikunu megħluba d-distakki persistenti fl-impjiegi bejn in-nisa u l-irġiel u d-differenzjali fil-pagi bbażati fuq sess, biex ikomplu jiżdiedu r-rati ta’ l-impjiegi tal-ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien u taż-żgħażagħ, bħala parti minn approċċ interġenerazzjonali ġdid, u biex tkun promosa l-inklużjoni attiva ta’ dawk li huma l-iktar esklużi mis-suq tax-xogħol. Tinħtieġ ukoll azzjoni intensifikata sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ, b'mod partikulari dawk bla sengħa, fis-suq tax-xogħol u sabiex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, li bejn wieħed u ieħor huwa d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Anness – sezzjoni 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet it-tajba biex ikun iffaċilitat il-progress fl-impjiegi, kemm jekk din tkun l-ewwel opportunità, tkun ritorn lejn id-dinja tax-xogħol wara waqfa jew jekk ikun hemm ix-xewqa li jittawlu l-ħajjiet tax-xogħol. Il-kwalità ta’ l-impjiegi, inklużi l-paga u l-benefiċċji, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għal tagħlim matul il-ħajja u l-prospetti għal karriera, huma kruċjali għal approċċ ta’ flessigurtà, kif inhuma wkoll l-appoġġ u l-inċentivi li ġejjin minn sistemi ta’ ħarsien soċjali. Sabiex jiġi nkoraġġit approċ lejn ix-xogħol ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, u sabiex tisseddaq ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, huma meħtieġa linji ta' politika mixħuta lejn miżuri b'riżq il-kura tat-tfal. Livell xieraq komparattiv huwa dak li jiġi żgurat li jkunu koperti mill-anqas 90% tat-tfal ta' bejn it-tliet snin u l-età ta' l-iskola obbbligatorja, u mill-anqas 33% tat-tfal ta' taħt it-tliet snin sa l-2010. Iż-żieda fir-rata medja ta' impjieg tal-ġenituri, speċjalment ġenituri waħedhom, tinħtieġ miżuri li jwieżnu l-familji. B'mod partikolari, l-Istati Membri jridu jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċjali ta' ġenituri waħedhom u dawk ta' familji li għandhom ħafna tfal. Barra minn hekk, sabiex tittawwal il-ħajja tax-xogħol, sa l-2010, l-età medja effettiva tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol għandha tiżdied b’ħames snin fuq il-livell ta’ l-UE (meta mqabbla ma’ 59.9 fl-2001). L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll għall-protezzjoni tas-saħħa, għall-prevenzjoni u għall-promozzjoni ta' stili ta' ħajja bla perikli għas-saħħa, bil-għan li jonqos il-piż tal-mard, li tiżdied il-produttività tax-xogħol, u titwal il-ħajja tax-xogħol. |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet it-tajba, inklużi permezz ta' l-iżvilupp xieraq tal-kapital uman u l-ambjent tax-xogħol soċjali, biex ikun iffaċilitat il-progress fl-impjiegi, kemm jekk din tkun l-ewwel opportunità, tkun ritorn lejn id-dinja tax-xogħol wara waqfa jew jekk ikun hemm ix-xewqa li jittawlu l-ħajjiet tax-xogħol. Il-kwalità ta’ l-impjiegi, inklużi l-paga u l-benefiċċji, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għal tagħlim matul il-ħajja u l-prospetti għal karriera, huma kruċjali għal approċċ ta’ flessigurtà, kif inhuma wkoll l-appoġġ u l-inċentivi li ġejjin minn sistemi ta’ ħarsien soċjali. Sabiex jiġi nkoraġġit approċ lejn ix-xogħol ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, u sabiex tisseddaq ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, huma meħtieġa linji ta' politika mixħuta lejn miżuri b'riżq il-kura tat-tfal. Livell komparattiv utli huwa dak li jiġi żgurat li jkunu koperti mill-anqas 90% tat-tfal ta' bejn it-tliet snin u l-età ta' l-iskola obbbligatorja, u mill-anqas 33% tat-tfal ta' taħt it-tliet snin sa l-2010. Iż-żieda fir-rata medja ta' impjieg tal-ġenituri, speċjalment ġenituri waħedhom, tinħtieġ miżuri li jwieżnu l-familji. B'mod partikolari, l-Istati Membri jridu jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċjali ta' ġenituri waħedhom u dawk ta' familji li għandhom ħafna tfal. Barra minn hekk, sabiex tittawwal il-ħajja tax-xogħol, sa l-2010, l-età medja effettiva tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol għandha tiżdied b’ħames snin fuq il-livell ta’ l-UE (meta mqabbla ma’ 59.9 fl-2001). L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll għall-protezzjoni tas-saħħa, għall-prevenzjoni u għall-promozzjoni ta' stili ta' ħajja bla perikli għas-saħħa, bil-għan li jonqos il-piż tal-mard, li tiżdied il-produttività tax-xogħol, u titwal il-ħajja tax-xogħol. |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Anness – sezzjoni 1 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ għandu wkoll ikun ta' kontribut għal approċ għax-xogħol ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, b'mod partikolari billi titħaffef it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol. |
L-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, tal-Ftehima Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-approvazzjoni relatata mat-twaqqif ta' Alleanza Ewropea għall-Familji għandhom ukoll ikunu ta' kontribut għal approċ għax-xogħol ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, b'mod partikolari billi titħaffef it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol. Għandhom jittieħdu miżuri individwali biex jipprovdu liż-żgħażagħ li kellhom anqas opportunitajiet b'ċans ugwali għall-integrazzjoni soċjali u vokazzjonali. |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Anness – sezzjoni 1 – linja gwida 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Linja-gwida 18. Biex jitmexxa ’l quddiem metodu għax-xogħol ta’ ċiklu ta’ ħajja permezz ta’: |
Linja-gwida 18. Biex jitmexxa ’l quddiem metodu għax-xogħol ta’ ċiklu ta’ ħajja permezz ta’: |
- sforz imġedded biex jinbnew mogħdijiet ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ u biex jitnaqqas il-qgħad fosthom, kif inhu meħtieġ fil-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, |
- sforz imġedded biex jinbnew mogħdijiet ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ u biex jitnaqqas il-qgħad fosthom, kif inhu meħtieġ fil-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, waqt li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni bbażatta fuq sess, |
|
- miżuri biex jiġi żgurat li dawk li jgħaqqdu flimkien ix-xogħol u l-kura ma jkunux penalizzati aktar tard f'ħajjithom fir-rigward tal-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, |
|
- miżuri biex dawk li jitilfu xogħolhom aktar tard fil-ħajja jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jaħdmu u azzjoni biex tiġi eradikata d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, immirati b'mod partikulari lejn dawk ta' aktar minn 40 sena u inklużi l-forom ta' impjieg indipendenti u organizzazzjoni indipendenti, |
- azzjoni risoluta biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa u jitnaqqsu d-distakki bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-qgħad u fil-pagi, |
- azzjoni risoluta biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa u jitnaqqsu d-distakki bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-qgħad u fit-taħriġ vokazzjonali, biex jiġu żgurati pagi indaqs u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi l-miżuri li jsaħħu l-opportunitajiet indaqs u tiżdied ir-rata ta' l-impjiegi għan-nisa fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
- attenzjoni partikulari fuq l-impatt differenti ta' sistemi ta' benefiċċji fuq l-irġiel u n-nisa u reviżjoni ta' kwalunkwe struttura ta' benefiċċji li jħallu impatt negattiv fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-popolazzjoni li taħdem, |
- rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja privata u l-provvista ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal aċċessibbli u għall-bwiet ta’ kulħadd u kura għal persuni dipendenti oħrajn, |
- rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja privata u tal-familja u l-provvista ta’ faċilitajiet ta' kwalità għall-kura tat-tfal aċċessibbli u għall-bwiet ta’ kulħadd u kura għal persuni dipendenti oħrajn, inklużi skemi ta' liv tal-ġenituri u ta' tip ieħor, |
|
- l-għoti ta' attenzjoni partikulari lin-nisa u lill-irġiel li qed jikkunsidraw li jerġgħu jibdew jaħdmu bi ħlas wara nuqqas u eżami ta' kif għandhom jiġi eliminat x-xkiel għal ritorn ta' dan it-tip mingħajr ma tintilef il-kwalità tax-xogħol, |
- appoġġ għal tixjiħ attiv, inklużi kondizzjonijiet adattati tax-xogħol, stat ta’ saħħa (okkupazzjonali) mtejjeb u inċentivi adegwati għax-xogħol u skoraġġiment ta’ rtirar bikri, |
- appoġġ għal tixjiħ attiv, inklużi kondizzjonijiet adattati tax-xogħol, stat ta’ saħħa (okkupazzjonali) mtejjeb u inċentivi adegwati għax-xogħol u t-tħeġġi tal-ħaddiema biex itawlu l-ħajja tax-xogħol tagħhom jekk ikunu jixtiequ jirtiraw aktar tard, |
- sistemi moderni ta’ ħarsien soċjali, inklużi l-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, li jiżguraw l-adegwatezza soċjali u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għal ħtiġiet li qed jinbidlu, bil-għan li jkunu appoġġjati l-parteċipazzjoni u ż-żamma aħjar f’impjieg u ħajjiet itwal tax-xogħol. |
- sistemi moderni ta’ ħarsien soċjali, inklużi l-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, li jiżguraw l-adegwatezza soċjali u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għal ħtiġiet li qed jinbidlu, bil-għan li jkunu appoġġjati l-parteċipazzjoni u ż-żamma aħjar f’impjieg u ħajjiet itwal tax-xogħol. |
Ara wkoll il-linja ta’ gwida integrata ‘Biex tkun salvagwardjata s-sostenibbiltà ekonomika u finanzjarja bħala bażi għal żieda fl-impjiegi’(Nru 2). |
Ara wkoll il-linja ta’ gwida integrata ‘Biex tkun salvagwardjata s-sostenibbiltà ekonomika u finanzjarja bħala bażi għal żieda fl-impjiegi’(Nru 2). |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 1 – paragrafu wara l-linja gwida 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Linji ta' politika ta’ inklużjoni attiva jistgħu jżidu l-provvista tax-xogħol u jsaħħu l-kapaċità għal koeżjoni tas-soċjetà u huma mezz b’saħħtu biex tkun promossa l-integrazzjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol ta’ l-iktar persuni żvantaġġjati. Kull persuna li ssir qegħda trid tiġi offruta bidu ġdid fi żmien raġjonevoli. Fil-każ taż-żgħażagħ dan iż-żmien għandu jkun qasir, pereżempju massimu ta' 4 xhur sa l-2010; għal adulti mhux aktar minn 12-il xahar. Għandhom jitwettqu linji ta' politika bil-għan li joffru miżuri tas-suq tax-xogħol attivi lil dawk li jkunu ilhom qiegħda, fil-waqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni l-livell ta' rata ta' parteċipazzjoni ta' 25% fl-2010. Id-dħul mill-ġdid fil-ħajja tax-xogħol trid tkun fil-forma ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid, taħriġ fuq ix-xogħol, offerta ta' mpjieg jew xi miżura oħra favur l-impjieg, u fejn ikun xieraq anki fl-għot ta' għajnuna kontinwa fit-tiftix ta' impjieg. Li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-impjiegi ta’ dawk li qed ifittxu impjieg, li jkun ipprevenut il-qgħad u li jkun żgurat li dawk li jiġu qiegħda jibqgħu marbuta mill-qrib mas-suq tax-xogħol u jibqgħu impjegabbli huma kollha essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni, u tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali. Dan huwa wkoll skond approċċ ta’ flessigurtà. Biex jintlaħqu dan l-għanijiet jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli għas-suq tax-xogħol billi tingħata għajnuna fit-tiftix effettiv għax-xogħol, jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-taħriġ u għal miżuri attivi oħra tas-suq tax-xogħol, jiġi żgurat aċċess għall-bwiet ta’ kulħadd għal servizzi bażiċi u jiġu pprovduti livelli adegwati ta’ riżorsi minimi lil kulħadd. Dan l-apporġ għandu, fl-istess żmien, jiżgura li x-xogħol ikun irendi għall-ħaddiema kollha, kif ukoll ineħħi n-nases tal-qgħad, tal-faqar u ta’ l-inattività. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tkun promossa l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni żvantaġġjati, inklużi ħaddiema ta’ ftit sengħa, fost l-oħrajn bl-espansjoni ta’ servizzi soċjali u ta’ l-ekonomija soċjali, kif ukoll bl-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi b’reazzjoni għall-ħtiġiet kollettivi. Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ l-aċċess għall-impjiegi għall-persuni b’diżabilità, kif ukoll l-integrazzjoni ta’ l-immigranti u tal-minoranzi huma partikolarment essenzjali. |
Linji ta' politika ta’ inklużjoni attiva jistgħu jżidu l-provvista tax-xogħol u jsaħħu l-kapaċità għal koeżjoni tas-soċjetà u huma mezz b’saħħtu biex tkun promossa l-integrazzjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol ta’ l-iktar persuni żvantaġġjati. Kull persuna li titlef l-impjieg trid tiġi offruta l-possibilità ta' impjieg, apprendistat, taħriġ ulterjuri jew miżuri oħra li jwasslu għal impjieg fi żmien raġjonevoli. Fil-każ taż-żgħażagħ dan iż-żmien għandu jkun qasir, pereżempju massimu ta' 4 xhur sa l-2010; għal adulti mhux aktar minn 12-il xahar. Għandhom jitwettqu linji ta' politika bil-għan li joffru miżuri tas-suq tax-xogħol attivi lil dawk li jkunu ilhom qiegħda, fil-waqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni l-livell ta' rata ta' parteċipazzjoni ta' 25% fl-2010. Id-dħul mill-ġdid fil-ħajja tax-xogħol trid tkun fil-forma ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid, taħriġ fuq ix-xogħol, offerta ta' mpjieg jew xi miżura oħra favur l-impjieg, u fejn ikun xieraq anki fl-għot ta' għajnuna kontinwa fit-tiftix ta' impjieg. Li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-impjiegi ta’ dawk li qed ifittxu impjieg, li jkun ipprevenut il-qgħad u li jkun żgurat li dawk li jiġu qiegħda jibqgħu marbuta mill-qrib mas-suq tax-xogħol u jibqgħu impjegabbli huma kollha essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni, u tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali. Dan huwa wkoll skond approċċ ta’ flessigurtà. Biex jintlaħqu dan l-għanijiet jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli għas-suq tax-xogħol billi tingħata għajnuna fit-tiftix effettiv għax-xogħol, jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-taħriġ u għal miżuri attivi oħra tas-suq tax-xogħol, jiġi żgurat aċċess għall-bwiet ta’ kulħadd għal servizzi bażiċi u jiġu pprovduti livelli adegwati ta’ riżorsi minimi lil kulħadd, filwaqt li jiġi implimentat il-prinċipju tar-remunerazzjoni ġusta bħala inċentiva ekonomika għax-xogħol. Dan l-approċċ għandu, fl-istess żmien, jiżgura li x-xogħol ikun irendi għall-ħaddiema kollha u li jitħares il-prinċipju ta' 'paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali', kif ukoll ineħħi n-nases tal-qgħad, tal-faqar u ta’ l-inattività. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tkun promossa l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni żvantaġġjati, inklużi ħaddiema ta’ ftit sengħa, fost l-oħrajn bl-espansjoni ta’ servizzi soċjali u ta’ l-ekonomija soċjali, kif ukoll bl-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi b’reazzjoni għall-ħtiġiet kollettivi. Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ l-aċċess għall-impjiegi għan-nisa u għall-persuni b’diżabilità, kif ukoll l-integrazzjoni ta’ l-immigranti u tal-minoranzi huma partikolarment essenzjali. L-aħjar prattiki lokali relatati ma' l-esperjenza tal-koperattivi soċjali, u l-forom kollha tar-responsabilità soċjali korporattiva għandhom jitqiesu. |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Anness - Taqsima 1 – linja gwida 19 - inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi fis-servizzi għal individwi u negozji, notevolment fuq livell lokali. |
- l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi fis-servizzi għal individwi u negozji, is-settur mhux għall-profitt u l-ekonomija soċjali, notevolment fuq livell lokali. |
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Anness - Taqsima 1 - linja gwida 19 a (ġdida) | |
|
Linja gwida 19a. Tiġi żgurata l-integrazzjoni soċjali attiva ta' kollha u jiġu trattati l-problemi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jiggarantixxu dħul diċenti u aċċess aħjar għas-servizzi soċjali ta' kwalità b'aċċess aħjar għas-suq tax-xogħol permezz ta' iżjed opportunitajiet tax-xogħol u taħriġ vokazzjonali inizjali u li għadu għaddej. |
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 1 – linja gwida 20 – inċiż 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- billi jitħeġġu l-mudelli tas-sħubija tal-partijiet ikkonċernati biex jiżdied il-potenzjali lokali u reġjunali li jrid jiddaħħal fl-entitajiet lokali, billi jitħaddmu forom miftuħa u parteċipatorji ta' organizzazzjoni, |
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 1 – linja gwida 20 – inċiż 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- billi tiġi evitata l-'brain drain' mir-reġjuni periferali ta' l-Unjoni Ewropea jew minn Stati Membri permezz ta' investiment reġjunali, ekonomiku, soċjali u strutturali, |
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 2 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Biex tittejjeb l-adattabbiltà tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi, |
2. Biex tittejjeb l-adattabbiltà u s-sigurtà għall-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi (titħeġġeġ is-sigurtà fuq ix-xogħol) |
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 2 – linja gwida 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Biex ikunu promossi l-flessibilità flimkien mas-sigurtà ta’ l-impjieg u titnaqqas is-segmentazzjoni tas-swieq tax-xogħol, waqt li jitqies kif inhu xieraq ir-rwol ta’ l-imsieħba soċjali. |
Biex ikunu promossi l-flessibilità flimkien mas-sigurtà ta’ l-impjieg u titnaqqas is-segmentazzjoni tas-swieq tax-xogħol, waqt li jitqies kif inhu xieraq l-irwol ta’ l-imsieħba soċjali u billi jitqiesu l-komponenti ewlenin li ġejjin: |
|
- arranġamenti kuntrattwali flessibbli u ta’ min joqgħod fuqhom permezz ta’ liġijiet tax-xogħol moderni, ftehimiet kollettivi u organizzazzjoni tax-xogħol, |
|
- strateġiji komprensivi ta’ tagħlim matul il-ħajja (LLL) sabiex ikunu żgurati l-adattabiltà u l-impjegabbiltà kontinwa tal-ħaddiema, b’mod partikolari dawk l-iktar vulnerabbli, |
|
- politiki effettivi u attivi tas-suq tax-xogħol (ALMP) li ma jinvolvux politika attiva għal irtirar bikri, imma minflok, jintegraw ħaddiema iktar anzjani u b'iktar esperjenza fil-ħajja tax-xogħol aktar minn qabel, sabiex jgħinu lin-nies bil-bidla mgħaġġla u jnaqqsu l-perjodi ta' nuqqas ta' impjieg u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għal impjiegi ġodda, |
|
- sistemi moderni tas-sigurtà soċjali li jipprovdu appoġġ adegwat għad-dħul, jinkoraġixxu l-impjiegi u jħaffu l-mobilità tas-suq tax-xogħol, |
|
Dan jinvolvi wkoll: |
- l-adattament tal-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi, billi fejn ikun meħtieġ jiġu riveduti l-arranġamenti kuntrattwali u tal-ħinijiet tax-xogħol differenti, |
- l-adattament tal-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi, billi fejn ikun meħtieġ jiġu riveduti l-arranġamenti kuntrattwali u tal-ħinijiet tax-xogħol differenti u jiġu ggarantiti drittijiet bażiċi ta' l-impjieg, irrelevanti mill-istatus ta' l-impjieg bil-għan li jitħeġġu relazzjonijiet ta' l-impjieg stabbli bil-kuntratti ta' tul ta' żmien indefinit li jibqgħu r-regola ġenerali, |
- l-indirizzar tal-kwistjoni tax-xogħol mhux iddikjarat, |
- l-applikazzjoni tal-miżuri preventivi, megħjuna minn penalitajiet, biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tax-xogħol mhux iddikjarat, bil-għan li titnaqqas il-prevalenza tal-forom mhux legali tax-xogħol, permezz tar-rinfurzar u ta' l-iżvilupp tal-kapaċità tal-korpi speċjalisti għall-ispezzjoni tal-postijiet tax-xogħol, |
- antiċipazzjoni aħjar u ġestjoni pożittiva tal-bidla, li tinkludi r-ristrutturar ekonomiku, notevolment il-bidliet marbuta ma’ ftuħ fil-kummerċ, biex jiġu minimizzati l-ispejjeż soċjali tagħhom u jiġi ffaċilitat l-adattament, |
- antiċipazzjoni aħjar u ġestjoni pożittiva tal-bidla, li tinkludi r-ristrutturar ekonomiku, notevolment il-bidliet marbuta ma’ ftuħ fil-kummerċ, biex jiġu minimizzati l-ispejjeż soċjali tagħhom u jiġi ffaċilitat l-adattament, |
- il-promozzjoni u t-tixrid ta’ forom innovattivi u adattabbli ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, bil-għan li jitjiebu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza, |
- il-promozzjoni u t-tixrid ta’ forom innovattivi u adattabbli ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, bil-għan li jitjiebu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-għoti ta' akkomodazzjoni raġunevoli għal nies b'diżabilità, |
- appoġġ għat-transizzjonijiet fl-istatus okkupazzjonali, inklużi t-taħriġ, l-impjiegi indipendenti, il-ħolqien tan-negozju u l-mobilità ġeografika. |
- appoġġ għat-tranżizzjonijiet fl-istatus okkupazzjonali, inklużi t-taħriġ, l-impjiegi indipendenti, il-ħolqien tan-negozju u l-mobilità ġeografika. |
|
- billi tingħata attenzjoni partikolari għall-ostakoli li jfixklu lin-nisa li jixtiequ jwaqqfu negozji ġodda jew li jaħdmu għal rashom, bil-għan li jitneħħew. |
|
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-mogħdijiet tagħhom stess, ibbażati fuq il-prinċipji komuni tal-flessigurtà adottati mill-Kunsill. |
|
L-involviment ta' l-imsieħba soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-flessigurtà permezz tad-djalogu soċjali u l-innegozjar kollettiv huwa ta' importanza kruċjali. |
Ara wkoll il-linja ta’ gwida integrata ‘Biex tkun promossa koerenza ikbar bejn il-linji ta' politika makroekonomiċi, strutturali u dawk dwar l-impjiegi’ (Nru 5). |
Ara wkoll il-linja ta’ gwida integrata ‘Biex tkun promossa koerenza ikbar bejn il-linji ta' politika makroekonomiċi, strutturali u dawk dwar l-impjiegi’ (Nru 5). |
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 2 – paragrafu wara l-linja gwida 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Biex il-ħolqien ta’ l-impjiegi jilħaq l-ogħla livell tiegħu, tkun ippreservata l-kompetittività u jingħata kontribut għall-qafas ekonomiku ġenerali, l-iżviluppi ġenerali tal-pagi għandhom ikunu skond it-tkabbir fil-produttività tul iċ-ċiklu ekonomiku u għandhom jirriflettu s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol. Id-distakk fil-pagi bejn is-sessi għandu jitnaqqas. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil-livell baxx ta’ pagi fi professjonijiet u f’setturi li għandhom it-tendenza li jkunu ddominati min-nisa u lir-raġunijiet li jwasslu għal qligħ inqas fi professjonijiet u f’setturi fejn in-nisa jsiru iktar prominenti. Jista’ wkoll ikun hemm il-ħtieġa għal sforzi biex jitnaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol mhux marbuta mal-pagi u biex ikunu analizzati d-diviżjonijiet fit-taxxa sabiex ikun iffaċilitat il-ħolqien ta’ l-impjiegi, speċjalment l-impjiegi b’paga baxxa. |
Biex il-ħolqien ta’ l-impjiegi jilħaq l-ogħla livell tiegħu, tkun ippreservata l-kompetittività u jingħata kontribut għall-qafas ekonomiku ġenerali, l-iżviluppi ġenerali tal-pagi għandhom ikunu skond it-tkabbir fil-produttività tul iċ-ċiklu ekonomiku u għandhom jirriflettu s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol. Id-distakk fil-pagi bejn is-sessi għandu jitnaqqas. Għandha tingħata attenzjoni partikolari, bil-għan li tonqos id-differenza fil-pagi bejn is-sessi, lil-livell baxx ta’ pagi fi professjonijiet u f’setturi li għandhom it-tendenza li jkunu ddominati min-nisa u lir-raġunijiet li jwasslu għal qligħ inqas fi professjonijiet u f’setturi fejn in-nisa jsiru iktar prominenti. Jista’ wkoll ikun hemm il-ħtieġa għal sforzi biex jitnaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol mhux marbuta mal-pagi u biex ikunu analizzati d-diviżjonijiet fit-taxxa sabiex ikun iffaċilitat il-ħolqien ta’ l-impjiegi, speċjalment l-impjiegi b’paga baxxa. |
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 2 – linja gwida 22 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- l-imsieħba soċjali fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom stess ikunu inkoraġġiti jiffissaw il-qafas it-tajjeb għan-negozjati tal-pagi sabiex ikunu riflessi l-isfidi għall-produttività u għas-suq tax-xogħol fil-livelli rilevanti kollha u biex jiġu evitati distakki fil-pagi bejn is-sessi, |
- l-imsieħba soċjali fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom stess ikunu inkoraġġiti jiffissaw il-qafas it-tajjeb għan-negozjati tal-pagi sabiex ikunu riflessi l-isfidi għall-produttività u għas-suq tax-xogħol fil-livelli rilevanti kollha, biex iċ-ċittadini Ewropej jiġu garantiti setgħa suffiċjenti tax-xiri (purchasing power) u biex jiġu evitati distakki fil-pagi bejn is-sessi u ż-żieda fin-nuqqas ta' ugwaljanza, |
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Anness – sezzjoni 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Ewropa jeħtieġ li tinvesti iżjed u b’mod iktar effettiv fil-kapital uman. Wisq nies mhux qed jirnexxilhom jidħlu, jagħmlu progress jew jibqgħu fis-suq tax-xogħol minħabba nuqqas ta’ ħiliet, jew minħabba nuqqas ta’ tqabbil tal-ħiliet. Biex jittejjeb l-aċċess għall-impjiegi għall-irġiel u għan-nisa ta’ l-etajiet kollha, biex jogħlew il-livelli tal-produttività, ta’ l-innovazzjoni u tal-kwalità fuq ix-xogħol, l-UE teħtieġ investiment akbar u aktar effettiv fil-kapital uman u fit-tagħlim matul il-ħajja skond il-kunċett tal-flessigurtà għall-benefiċċju ta’ l-individwi, ta’ l-intrapriżi, ta’ l-ekonomija kif ukoll tas-soċjetà. |
L-Ewropa jeħtieġ li tinvesti iżjed u b’mod iktar effettiv fil-kapital uman. Wisq nies mhux qed jirnexxilhom jidħlu, jagħmlu progress jew jibqgħu fis-suq tax-xogħol minħabba nuqqas ta’ ħiliet, jew minħabba nuqqas ta’ tqabbil tal-ħiliet. Biex jittejjeb l-aċċess għall-impjiegi fuq il-bażi ta' opportunitajiet ugwali għall-irġiel u għan-nisa ta’ l-etajiet kollha, biex jogħlew il-livelli tal-produttività, ta’ l-innovazzjoni u tal-kwalità fuq ix-xogħol, u biex jiġu megħjuna l-ħaddiema biex jadattaw ruħhom għal kundizzjonijiet ġodda li joħorġu minn tibdil mgħaġġel, l-UE teħtieġ investiment akbar u aktar effettiv fil-kapital uman u fit-taħriġ professjonali matul il-ħajja, permezz ta' aċċess għall-forom varji fit-tagħlim matul il-ħajja skond il-kunċett tal-flessigurtà għall-benefiċċju ta’ l-individwi, ta’ l-intrapriżi, ta’ l-ekonomija kif ukoll tas-soċjetà. |
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 3 – linja gwida 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Linja-gwida 23. Biex jiġi espandut u jittejjeb l-investiment fil-kapital uman. |
Linja gwida 23. Biex jiżdiedu l-opportunitajiet għat-tagħlim matul il-ħajja u jittejjeb l-investiment fil-kapital uman permezz ta’: |
- linji ta' politika ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ inklussivi u ta’ azzjoni biex ikun iffaċilitat b’mod sinfikanti l-aċċess għall-edukazzjoni inizjali, vokazzjonali, sekondarja u għall-edukazzjoni ogħla, inklużi l-apprendistati u t-taħriġ intraprenditorjali, |
- linji ta' politika ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ inklussivi u ta’ azzjoni biex ikun iffaċilitat b’mod sinfikanti l-aċċess għall-edukazzjoni inizjali, vokazzjonali, sekondarja u għall-edukazzjoni ogħla, inklużi l-apprendistati u t-taħriġ intraprenditorjali, |
- tnaqqis sinfikanti tan-numru ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola, |
- tnaqqis tan-numru ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola sa kemm jista' jkun possibbli sabiex l-istudenti jiġu evitati milli jitilqu l-iskola mingħajr kwalifiki u għalhekk li jkollhom riskju għoli li ma jsibux xogħol, |
- strateġiji effiċjenti ta’ tagħlim matul il-ħajja miftuħa għal kulħadd fl-iskejjel, fin-negozji, fl-awtoritajiet pubbliċi u fid-djar skond ftehimiet Ewropej, li jinkludu inċentivi u mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni ta’ l-ispejjeż adattati, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni f’taħriġ kontinwu u fuq il-post tax-xogħol matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, b’mod speċjali għall-ħaddiema ta’ ftit sengħa u għall-ħaddiema iktar imdaħħla fiż-żmien. |
- strateġiji effiċjenti ta’ tagħlim matul il-ħajja miftuħa għal kulħadd fl-iskejjel, fin-negozji, fl-awtoritajiet pubbliċi u fid-djar skond ftehimiet Ewropej, li jinkludu inċentivi u mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni ta’ l-ispejjeż adattati, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni f’taħriġ kontinwu u fuq il-post tax-xogħol matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, b’mod speċjali għall-ħaddiema ta’ ftit sengħa u għall-ħaddiema iktar imdaħħla fiż-żmien. |
|
- billi jiġu żgurati l-kundizzjonijiet biex jiġi ffaċilitat l-aċċess min-nisa għall-edukazzjoni, li jkomplu t-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja, b'mod partikolari l-aċċess għat-taħriġ u l-kwalifiki neċessarji għall-karrieri, |
Ara wkoll il-linja ta’ gwida integrata ‘Biex jiżdied u jitjieb l-investiment fl-R&D (riċerka u żvilupp), b’mod partikolari min-negozji privati.’ (Nru 7). |
Ara wkoll il-linja ta’ gwida integrata ‘Biex jiżdied u jitjieb l-investiment fl-R&D (riċerka u żvilupp), b’mod partikolari min-negozji privati.’ (Nru 7). |
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 3 – paragrafu wara l-linja gwida 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-iffissar ta’ għanijiet ambizzjużi u ż-żieda tal-livell ta’ investiment min-naħa ta’ l-atturi kollha mhuwiex biżżejjed. Biex ikun żgurat li, fil-prattika, il-provvista tlaħħaq mad-domanda, is-sistemi ta’ tagħlim matul il-ħajja iridu jkunu bi prezz għal bwiet ta’ kulħadd, aċċessibbli u jirreaġixxu għal ħtiġiet li qed jinbidlu. L-adattament u l-bini tal-kapaċità ta’ l-edukazzjoni u tas-sistemi ta’ taħriġ huma meħtieġa biex itejbu r-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, is-sensibilità tagħhom għall-ħtiġiet ta’ l-ekonomija bbażata fuq il-konoxxenza u s-soċjetà, kif ukoll l-effiċjenza u l-ekwità tagħhom. L-ICT jistgħu jintużaw sabiex itejbu l-aċċess għat-tagħlim u sabiex ifassluh aħjar għall-ħtiġiet ta’ min jimpjega u ta’ l-impjegati. Hija wkoll meħtieġa mobilità akbar kemm għal skopijiet ta’ xogħol kif ukoll ta’ tagħlim biex ikun hemm aċċess għal opportunitajiet ta’ impjiegi b’mod aktar wiesa’ fl-UE kollha. L-ostakli li fadal għall-mobilità fi ħdan is-suq tax-xogħol Ewropew għandhom jitneħħew, b’mod partikulari dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għarfien u t-trasparenza ta’ kwalifiki u riżultati mit-tagħlim, speċjalment permezz ta' l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Kwalifiki Ewropej. Se jkun importanti li jsir użu mill-istrumenti u mir-referenzi Ewropej miftiehma ħalli jkunu appoġġjati r-riformi tas-sistemi nazzjonali edukattivi u tat-taħriġ kif ġie stabbilit fil-Programm ta’ Ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010. |
L-iffissar ta’ għanijiet ambizzjużi u ż-żieda tal-livell ta’ investiment min-naħa ta’ l-atturi kollha mhuwiex biżżejjed. Biex ikun żgurat li, fil-prattika, il-provvista tlaħħaq mad-domanda, is-sistemi ta’ tagħlim matul il-ħajja iridu jkunu bi prezz għal bwiet ta’ kulħadd, aċċessibbli u jirreaġixxu għal ħtiġiet li qed jinbidlu. L-adattament u l-bini tal-kapaċità ta’ l-edukazzjoni u tas-sistemi ta’ taħriġ huma meħtieġa biex itejbu r-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, is-sensibilità tagħhom għall-ħtiġiet ta’ l-ekonomija bbażata fuq il-konoxxenza u s-soċjetà, l-effiċjenza tagħhom u l-aċċessibilità tagħhom u d-disponibilità fuq bażi ekwitabbli. L-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-irġiel u n-nisa ta' kull età u t-tqabbil tal-bżonnijiet mal-ħiliet u ma' l-edukazzjoni u t-taħriġ provduti mis-settur pubbliku u privat, irid jiġi akkumpanjat minn sistema ta' gwida matul il-ħajja għall-karrieri. L-ICT jistgħu jintużaw sabiex itejbu l-aċċess għat-tagħlim u sabiex ifassluh aħjar għall-ħtiġiet ta’ min jimpjega u ta’ l-impjegati. Hija wkoll meħtieġa mobilità akbar kemm għal skopijiet ta’ xogħol kif ukoll ta’ tagħlim biex ikun hemm aċċess għal opportunitajiet ta’ impjiegi b’mod aktar wiesa’ fl-UE kollha. L-ostakli li fadal għall-mobilità fi ħdan is-suq tax-xogħol Ewropew għandhom jitneħħew, b’mod partikulari dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għarfien u t-trasparenza ta’ kwalifiki u riżultati mit-tagħlim, speċjalment permezz ta' l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Kwalifiki Ewropej. Se jkun importanti li jsir użu mill-istrumenti u mir-referenzi Ewropej miftiehma ħalli jkunu appoġġjati r-riformi tas-sistemi nazzjonali edukattivi u tat-taħriġ kif ġie stabbilit fil-Programm ta’ Ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010. |
Emenda 34 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 3 – linja gwida 24 – inċiż 1 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- billi jiġu permessi t-tekniki edukattivi u l-kontenut tat-tagħlim li jridu jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra ta' l-għalliema, |
Emenda 35 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqsima 3 – Linja gwida 24 – inċiż 3 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- billi jiġi provdut it-tagħlim tal-lingwi barranin bħala parti mit-taħriġ inizjali u matul il-ħajja. |
Ġustifikazzjoni | |
Kompetenza f'numru ta' lingwi hija neċessarja fl-Unjoni Ewropea u f'dinja multipolari sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema. | |
Emenda 36 Proposta għal deċiżjoni Anness 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
ANNESS 1a |
|
Il-miri u l-livelli ta' referenza |
|
Il-miri u l-livelli ta’ referenza li ġejjin kienu maqbula fil-qafas ta’ l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi: |
|
- li kull persuna mingħajr impjieg tkun offruta bidu ġdid qabel tilħaq 4 xhur ta’ nuqqas ta’ xogħol fil-każ taż-żgħażagħ u 12-il xahar fil-każ ta’ l-adulti permezz ta’ forom t’' taħriġ, taħriġ mill-ġdid, taħriġ fuq il-post tax-xogħol, offerta ta’ impjieg jew xi miżura oħra favur l-impjieg, ikkombinati fejn ikun xieraq ma’ l-għoti ta’ għajnuna kontinwa fit-tiftix ta' l-impjieg, |
|
- li 25% ta’ dawk li jkunu ilhom qiegħda għandhom jipparteċipaw sa l-2010 f’miżura attiva f’forma ta’ taħriġ, taħriġ mill-ġdid, taħriġ fuq il-post tax-xogħol jew miżuri oħra favur l-impjieg , bil-għan li tinkiseb il-medja tat-tliet Stati Membri l-aktar avvanzati, |
|
- li dawk li jfittxu xogħol fl-UE jkunu kapaċi jikkonsultaw il-postijiet kollha tax-xogħol battala rreklamati permezz tas-servizzi ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri, sabiex titħeġġeġ il-mobilità ta' dawk li jfittxu xogħol fis-suq tax-xogħol Ewropew, |
|
- żieda ta’ ħames snin, fil-livell ta’ l-UE, ta’ l-età medja effettiva tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol sa l-2010 (imqabbla ma’ 59.9 fl-2001), |
|
- il-provvediment ta’ kura tat-tfal sa l-2010 lil mill-anqas 90% tat-tfal ta’ bejn it-3 snin u l-età ta’ l-iskola obbligatorja, u mill-inqas 33% tat-tfal ta’ taħt it-3 snin, |
|
- ir-rata tal-medja ta’ l-UE ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni ma tkunx aktar minn 10%, |
|
- li mill-inqas 85% ta’ dawk li jkollhom 22 sena jkunu lestew l-edukazzjoni sekondarja ogħla sa l-2010, |
|
- li l-livell medju tal-parteċipazzjoni f’tagħlim matul il-ħajja fl-UE għandu jkun mill-inqas 12.5% tal-popolazzjoni ta’ l-adulti li għandhom l-età biex jaħdmu (il-grupp ta’ dawk li għandhom bejn 25 u 64 sena). |
NOTA SPJEGATTIVA
Fir-rapport strateġiku tagħha dwar il-verżjoni mġedda ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi tal-11 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi qiegħda tiffunzjona. Hija tipproponi lill-Kunsill tar-Rebbiegħa 2008 li jirrijafferma l-linji gwida attwali għat-tkabbir u l-impjiegi, inklużi l-linji gwida għall-impjiegi, għaċ-ċiklu li jmiss 2008-2010 u jiffoka fuq it-tisħiħ ta’ l-implimentazzjoni tagħhom fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali ta’ l-Istati Membri.
Ir-rapporteur tiegħek taqbel mal-fehma li l-verżjoni mġedda ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona qed tibda tagħti r-riżultati mixtieqa. Skond l-aħħar tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea, it-tkabbir fil-PGD fl-UE żdied minn 1.8% fl-2005 u mistenni jiżdied sa 2.9% fl-2007 u sa 2.4% fl-2008. Fl-2007, 3.6 miljun post tax-xogħol ġdid inħolqu fl-UE u 4.5 miljun post tax-xogħol mistennija jinħolqu fil-perjodu 2008-2009. Ir-rata ta’ l-impjiegi attwalment hija ta’ madwar 65% tal-popolazzjoni totali ta’ l-età tax-xogħol u mistennija tiċċaqlaq ’il fuq minn 66% fl-2009, waqt li r-rata tal-qgħad mistennija tiċċaqlaq minn 8.9% fl-2005 għal 7.3% fl-2007 u 7.1% fl-2008. Madankollu, wara t-taqlib ta’ dan l-aħħar fis-swieq finanzjarji ta’ l-Istati Uniti u – f’livell xi ftit inqas – fl-UE, il-figuri tat-tkabbir stmati għall-UE jista’ jkun li jkollhom jiġu xi ftit immoderati. Għaldaqstant, l-UE teħtieġ li tkabbar l-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-hekk imsejjaħ trijanglu ta’ l-għarfien (ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni) fil-qalba ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona biex toħloq dinamika ta’ tkabbir tagħha nfisha.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tiegħek hija ta’ l-opinjoni li l-verżjoni mġedda ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona m’hijiex qed tilħaq il-miri tagħha għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Jeħtieġ tingħata attenzjoni partikulari għall-fatt li 6 miljun żagħżugħ u żagħżugħa fl-UE bħalissa jitilqu mill-iskola kmieni. Dak huwa 15% taż-żgħażagħ kollha bejn it-18 u l-24 sena. Fl-2006, il-qgħad fost iż-żgħażagħ kien jirrappreżenta 40% tal-qgħad totali fl-UE. Barra minn hekk, ir-rati tal-qgħad fl-2006 kienu għoljin kważi d-doppju għaċ-ċittadini mhux ta’ l-UE meta mqabbla ma’ dawk taċ-ċittadini ta’ l-UE. Il-persuni bl-aktar dħul baxx intlaqtu wkoll: 78 miljun persuna - jew 16% tal-popolazzjoni totali ta’ l-UE - huma fqar jew fir-riskju tal-faqar. Il-fatt li hemm 14-il miljun persuna fqira taħdem fl-UE juri wkoll li l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi mhux qed tilħaq il-miri fir-rigward ta’ l-inklużjoni soċjali.
Barra minn hekk, il-verżjoni mġedda ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona jista’ jkun li ħolqot aktar impjiegi imma mhux dejjem kienu impjiegi aħjar. Figuri riċenti ta’ l-EUROSTAT juru li l-ammont ta’ kuntratti ta’ perjodu fiss u l-impjieg part-time fl-UE bħala entità sħiħa ma naqsux imma għadhom qed jiżdiedu b’mod gradwali. Fil-waqt li l-għadd tal-persuni impjegati fuq bażi part-time iċċaqlaq minn 16.2% għal 18.1% bejn l-2000 u l-2006, il-proporzjon ta’ l-impjegati b’kuntratt ta’ tul limitat kiber minn 12.3% għal 14.4%. Saħansitra aktar importanti minn hekk, il-proporzjon tal-kuntratti ta’ perjodu fiss b’mod mhux volontarju fl-UE, bejn l-2000 u l-2005, żdied ukoll biex laħaq 7.5% għan-nisa u 6.7% għall-irġiel. Fl-2005, kważi terz ta’ l-impjegati nisa u rġiel li kellhom inqas minn 30 sena kellhom kuntratti ta’ perjodu fiss u madwar 40% ta’ dawn kienu impjegati mhux b’mod volontarju f’impjiegi ta’ perjodu fiss. Barra minn hekk, il-kalkoli ta’ l-EUROSTAT juru li l-ispiża pubblika fuq miżuri ta’ politika attiva għas-suq tax-xogħol naqset ftit fl-aħħar ftit snin: għall-UE-15 minn 0.701% tal-PGD fl-2003 għal 0.64% fl-2004 u 0.544% fl-2005 u għall-UE kollha minn 0.62% fl-2004 għal 0.525% fl-2005. Dawn il-figuri juru li l-Istati Membri attwalment m’humiex jaħdmu lejn mudell ta’ "flessigurtà" bbilanċjata.
Ir-rapporteur tiegħek tappoġġja bil-qawwa t-talba tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 li l-objettivi soċjali komuni ta’ l-Istati Membri għandhom jitqiesu b’mod aħjar fi ħdan l-aġenda ta’ Liżbona, biex ikun assigurat l-appoġġ kontinwu għall-integrazzjoni Ewropea miċ-ċittadini ta’ l-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa enfasizza wkoll il-ħtieġa li jkunu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali, speċjalment il-faqar fost it-tfal, u li t-tfal kollha jingħataw opportunitajiet indaqs, biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Minħabba l-fatt li l-Istrateġija ta’ Liżbona attwali mhux qed tirnexxi fil-qasam ta’ l-inklużjoni soċjali, ir-rapporteur tiegħek tirrakkomanda tibdil fl-orjentament ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi attwali lejn strateġija bbażata fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-inklużjoni. F’dan l-ambitu, hija tixtieq tirreferi għall-impenn tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2006 li jadotta l-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli mġedda ta’ l-UE biex jintużaw is-sinerġiji bejn l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli ta’ l-UE. Dawn iż-żewġ strateġiji jagħrfu li l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali jistgħu jsaħħu lil xulxin u għandhom jimxu ’l quddiem flimkien. Waħda mill-isfidi ewlenin ta’ l-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli ta’ l-UE hija l-ħolqien ta’ soċjetà li hija soċjalment inklussiva fejn l-objettivi u l-miri operattivi jitressqu biex jitnaqqas l-għadd tal-persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, biex tiżdied b’mod sinifikanti l-parteċipazzjoni tan-nisa, il-ħaddiema ta’ età ikbar u l-emigranti fis-suq tax-xogħol u biex ikunu mmexxija ’l quddiem aktar impjiegi għaż-żgħażagħ. F’konformità ma’ l-Istrateġija mġedda ta’ Żvilupp Sostenibbli ta’ l-UE u l-konklużjonijiet ta’ l-2007 tal-Kunsill dwar l-aġenda ta’ Liżbona, ir-rapporteur tiegħek hija ta’ l-opinjoni li huwa essenzjali li tkun immexxija ’l quddiem l-adozzjoni ta’ standards soċjali komuni fil-livell ta’ l-UE kif ukoll l-implimentazzjoni aħjar ta’ dawk eżistenti, biex jiżdiedu l-isforzi fil-ġlieda kontra x-xogħol fil-faqar u biex tinħoloq rabta bejn il-linji gwida integrati fuq naħa u l-metodu miftuħ ta’ kordinazzjoni dwar il-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali fuq l-oħra. L-introduzzjoni ta’ impenji ġodda fi ħdan il-linji gwida tippermetti t-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona.
Biex ikun assigurat li l-Istrateġija ta’ Liżbona aġġornata mhux biss tforni aktar impjiegi imma wkoll impjiegi aħjar, dan ir-rapport jirrakkomanda b’mod qawwi li jkun integrat mudell ta’ "flessigurtà" bbilanċjata fil-linji gwida għall-impjiegi nfushom. Dan ir-rapport jibni fuq ir-rapport tal-Parlament Ewropew imħejji minn Ole Christensen u adottat fis-seduta plenarja tad-29 ta’ Novembru 2007 li pproponiet lill-Kunsill Ewopew li jkun adottat sett ibbilanċjat ta’ prinċipji komuni bbażati fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u t-tisħiħ tal-valuri tal-mudell soċjali Ewropew. Dan ir-rapport iqis ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-EPSCO tal- 5 u s-6 ta’ Diċembru 2007 fejn kienu adottati għadd ta’ prinċipji komuni tal-flessigurtà. F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-imsieħba soċjali u r-rapport tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għaraf b’mod espress l-importanza ta’ mudell ta’ "flessigurtà" qawwi, integrat u bbilanċjat. Ir-rapporteur tiegħek tilqa’ bil-ferħa wkoll il-fatt li l-Kunsill ta’ l-EPSCO stieden lill-Kummissjoni biex twettaq il-passi meħtieġa biex toħloq kundizzjonijiet favorevoli għall-implimentazzjoni bbilanċjata tal-mudell ta’ flessigurtà mill-Istati Membri u biex tniedi inizjattiva pubblika f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-imsieħba soċjali Ewropej biex titħaffef l-adozzjoni tal-prinċipji mill-partijiet b’interess rilevanti fis-suq tax-xogħol, u biex iżżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-flessigurtà, il-loġika warajha, l-elementi ewlenin tagħha u l-implikazzjonijiet tagħha.
Ir-rapporteur tiegħek tixtieq tenfasizza l-importanza kruċjali ta’ sħubija bejn il-gvernijiet fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, il-parlamenti nazzjonali, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-impjiegi. L-involviment b’mod aħjar tal-partijiet b’interess rilevanti kollha se jtejjeb ir-riżultati ta’ l-istrateġija għall-impjiegi u jkabbar id-dibattitu pubbliku.
Ir-rapporteur tiegħek tesprimi d-diżappunt tagħha għall-fatt li fil-qasam soċjali l-Programm Komunitarju ta’ Liżbona 2008-2010 fih biss impenji konkreti limitati. Għaldaqstant, hija tħeġġeġ lill-Kummissjoni biex sa nofs l-2008 tadotta Aġenda Soċjali ambizzjuża u mġedda li tkun tifforma parti integrattiva u importanti mill-Istrateġija ta’ Liżbona. L-aġenda soċjali mġedda għandha mhux biss tkopri l-edukazzjoni, l-emigrazzjoni u l-evoluzzjonijiet demografiċi u tgħin biex ikun indirizzat in-nuqqas fil-ħiliet, imma għandu jkun fiha wkoll impenji ċari għat-tisħiħ ta’ l-Acquis Soċjali Ewropew biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-impjiegi u jkunu miġġielda l-esklużjoni soċjali, id-diskriminazzjoni u l-faqar.
Fid-dawl ta’ dan ta’ fuq, ir-rapporteur tiegħek tikkonkludi li l-linji gwida għall-impjiegi attwali m’għandhomx bżonn reviżjoni sħiħa imma aktar jeħtieġu li jkunu emendati f’punti partikulari ħafna. Għalkemm hija tappoġġja l-emendi tal-Kummissjoni għat-testi spjegattivi tal-linji gwida għall-Impjiegi, ir-rapporteur tiegħek tisħaq ukoll għal reviżjoni tal-linji gwida nfushom biex tiżdied il-viżibilità tat-tibdiliet meħtieġa. Il-lista ta’ emendi proposti għal-linji gwida għall-impjiegi għandha x’taqsam b’mod partikulari mat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona (u l-viżibilità tagħha), mal-kwalità ta’ l-impjiegi fil-linji gwida permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ mudell ta’ flessigurtà bbilanċjata u ma’ l-introduzzjoni ta’ klawżola dwar l-inklużjoni attiva. Ir-rapporteur tiegħek tilqa’ bil-ferħ il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tinkludi l-miri u l-livelli ta’ referenza fil-qafas ta’ l-Istrateġija għall-Impjiegi Ewropea fit-testi spjegattivi. Minħabba raġunijiet ta’ viżibilità, hija tirrakkomanda, madankollu, li dawn il-miri u l-livelli ta’ referenza jibqgħu wkoll indikati bħala anness għall-linji gwida.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (7.4.2008)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linjigwida għall-politika ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri (bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 128 tat-Trattat KE)
(COM(2007)0803 PART V – C6‑0031/2008 – 2007/0300(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Claire Gibault
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' l-Istati Membri fir-Rapport Annwali ta' Progress tal-Kummissjoni u fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi turi li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità li huma: |
(2) L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' l-Istati Membri fir-Rapport Annwali ta' Progress tal-Kummissjoni u fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi juri li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jogħla l-livell ta' l-impjiegi, b'mod partikulari dak tan-nisa u ta' ħaddiema kbar fis-snin, billi f'dawn l-oqsma ta' prijorità: |
– tiġbed u żżomm iktar persuni f’impjieg, iżżid il-provvista tax-xogħol u timmodernizza s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, |
– jinġibdu u jinżammu iktar persuni jaħdmu f'impjieġi ta' kwalità, tiżdied il-provvista tax-xogħol, jiġu modernizzati s-sistemi ta’ ħarsien soċjali u jiġi adottat approċċ globali għall-ugwaljanza bejn is-sessi u għan-nondiskriminazzjoni, |
– it-titjib ta' l-adattabilità tal-ħaddiema u ta' l-intrapriżi, u |
– titjieb l-adattabilità tal-ħaddiema u ta' l-intrapriżi għall-isfidi li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni, u |
– iżżid l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ta’ ħiliet aħjar. |
– jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ta’ ħiliet aħjar. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Anness 1 – subparagrafu 1 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– Livell massimu ta’ impjiegi: Il-kisba ta’ livell massimu ta’ impjiegi, u t-tnaqqis tal-qgħad u ta’ l-inattività, billi tiżdied id-domanda għax-xogħol u l-provvista tiegħu permezz ta’ approċċ integrat ta’ flessigurtà huma vitali sabiex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Dan jeħtieġ linji ta' politika li fl-istess ħin jindirizzaw il-flessibilità tas-swieq tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u r-relazzjonijiet mad-dinja tax-xogħol, u s-sigurtà ta’ l-impjieg u s-sigurtà soċjali; |
– Livell massimu ta’ impjiegi: Il-kisba ta’ livell massimu ta’ impjiegi, u t-tnaqqis tal-qgħad u ta’ l-inattività, billi tiżdied id-domanda għax-xogħol u l-provvista tiegħu permezz ta’ approċċ integrat ta’ flessigurtà huma vitali sabiex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Dan jeħtieġ linji ta' politika li fl-istess ħin jindirizzaw il-flessibilità tas-swieq tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol u r-relazzjonijiet mad-dinja tax-xogħol, b'mod partikulari sabiex jinsab bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, u s-sigurtà ta’ l-impjieg u s-sigurtà soċjali; |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Anness 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– It-titjib fil-kwalità u fil-produttività fuq ix-xogħol: L-isforzi biex jitkabbru r-rati ta’ l-impjiegi jimxu id f’id mat-titjib ta’ l-attrazzjoni ta’ l-impjiegi, tal-kwalità fuq ix-xogħol, mat-tkabbir tal-produttività tax-xogħol, mat-tnaqqis tas-segmentazzjoni u tal-proporzjon tal-ħaddiema foqra. Is-sinerġiji bejn il-kwalità fuq ix-xogħol, il-produttività u l-impjiegi għandhom ikunu esplojtjati b’mod sħiħ; |
– It-titjib fil-kwalità u fil-produttività fuq ix-xogħol: L-isforzi biex jitkabbru r-rati ta’ l-impjiegi jimxu id f’id mat-titjib ta’ l-attrazzjoni ta’ l-impjiegi, mal-kwalità fuq ix-xogħol, mat-tkabbir tal-produttività tax-xogħol, mat-tnaqqis tas-segmentazzjoni, ma' l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa, u mal-proporzjon tal-ħaddiema foqra. Is-sinerġiji bejn il-kwalità fuq ix-xogħol, il-produttività u l-impjiegi għandhom ikunu esplojtjati b’mod sħiħ; |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Anness 1 – subparagrafu 3 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– It-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali: Tinħtieġ azzjoni ddeterminata biex l-inklużjoni soċjali tiġi msaħħa u rrinforzata, ikun miġġieled il-faqar – b’mod speċjali l-faqar fost it-tfal – tkun ipprevenuta l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol, tkun appoġġjata l-integrazzjoni fl-impjiegi ta’ persuni żvantaġġjati, u jitnaqqsu d-differenzi reġjonali f’termini ta’ impjiegi, qgħad u produttività tax-xogħol, speċjalment f’reġjuni li waqgħu lura. Hija meħtieġa interazzjoni msaħħa mal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni fil-Ħarsien Soċjali u fl-Inklużjoni Soċjali. |
– It-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali: Tinħtieġ azzjoni ddeterminata biex l-inklużjoni soċjali tiġi msaħħa u rrinforzata, ikun miġġieled il-faqar – b’mod speċjali l-faqar fost in-nisa, il-familji b'ġenitur wieħed u fost familji numerużi mingħajr riżorsi – tkun ipprevenuta l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol, tkun appoġġjata l-integrazzjoni fl-impjiegi ta' nisa u ta’ persuni żvantaġġjati, u jitnaqqsu d-differenzi reġjonali f’termini ta’ impjiegi, qgħad u produttività tax-xogħol, speċjalment f’reġjuni li waqgħu lura. Hija meħtieġa interazzjoni msaħħa mal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni fil-Ħarsien Soċjali u fl-Inklużjoni Soċjali. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Anness, paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma essenzjali għall-progress. L-integrazzjoni tas-sessi u l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom ikunu żgurati fl-azzjonijiet kollha li jittieħdu. Barra dan, trid tingħata attenzjoni partikolari sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki kollha relatati mas-sess fis-suq tax-xogħol skond il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Dan se jgħin lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfida demografika. Bħala parti mill-approċċ interġenerazzjonali l-ġdid, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ, bl-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, u lill-promozzjoni ta’ aċċess għall-impjiegi tul il-ħajja kollha tax-xogħol. Trid tingħata attenzjoni partikolari wkoll biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki fl-impjiegi għall-persuni żvantaġġjati, inklużi l-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll bħal bejn iċ-ċittadini ta’ terzi pajjiżi u ċ-ċittadini ta’ l-UE, skond kwalunkwe mira nazzjonali. |
L-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma essenzjali għall-progress. L-integrazzjoni tas-sessi u l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom ikunu żgurati fl-azzjonijiet kollha li jittieħdu. Barra dan, trid tingħata attenzjoni partikolari sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki kollha relatati mas-sess fis-suq tax-xogħol skond il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi li jimplika applikazzjoni stretta tad-direttivi Ewropej li jirrigwardaw it-trattament ugwali u t-tneħħija ta' l-inugwaljanzi. Dan se jgħin lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfida demografika. Bħala parti mill-approċċ interġenerazzjonali l-ġdid, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ, bl-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, u lill-promozzjoni ta’ aċċess għall-impjiegi tul il-ħajja kollha tax-xogħol. Trid tingħata attenzjoni partikolari wkoll biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki fl-impjiegi għall-persuni żvantaġġjati, inklużi l-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll bħal bejn iċ-ċittadini ta’ terzi pajjiżi u ċ-ċittadini ta’ l-UE, skond kwalunkwe mira nazzjonali. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Anness - Linjagwida 17 - Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Linjagwida 17. Biex ikunu implimentati linji ta' politika dwar l-impjiegi li jkollhom l-għan li jilħqu livell massimu ta’ impjiegi, itejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħo, u jsaħħu l-koeżjoni soċjali u territorjali. |
Linjagwida 17. Biex ikunu implimentati linji ta' politika dwar l-impjiegi li jkollhom l-għan li jilħqu livell massimu ta’ impjiegi, itejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol u jsaħħu l-koeżjoni soċjali u territorjali. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Anness – subparagrafu 6 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– tiġbed u żżomm iktar persuni f’impjieg, iżżid il-provvista tax-xogħol u timmodernizza s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, |
– jinġibdu u jinżammu iktar persuni f’impjieg, titkabbar l-offerta ta' impjiegi full-time, jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa, jiġu modernizzati s-sistemi ta’ ħarsien soċjali |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Anness – subparagrafu 6 – 3 inċiż | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– iżżid l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ta’ ħiliet aħjar |
– jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ta’ ħiliet aħjar billi tiġi promossa d-diversifikazzjoni ta' l-għażliet tax-xogħol biex titkabbar il-kapaċità ta' l-irġiel u tan-nisa sabiex jaħdmu tul il-ħajja kollha tax-xogħol tagħhom; |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Anness - Taqsima 1- Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Jattiraw u jżommu aktar nies jaħdmu, iżidu n-nies li lesti jaħdmu u jimmodernizzaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali |
1. Jattiraw u jżommu aktar nies jaħdmu, l-aktar f'impjiegi għal tul ta' żmien miftuħ, iżidu n-nies li lesti jaħdmu, inaqqsu l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa u jimmodernizzaw is-sistemi tal-ħarsien soċjali |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqisma 1 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Iż-żieda tal-livelli ta’ l-impjiegi hija l-aktar mezz effettiv biex ikun iġġenerat tkabbir ekonomiku u biex ikunu promossi ekonomiji soċjalment inklussivi, waqt li tkun żgurata xibka ta’ sikurezza għal dawk li ma jkunux jistgħu jaħdmu. Il-promozzjoni ta’ approċċ tul ċiklu ta’ ħajja għax-xogħol u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ ħarsien soċjali ħalli tkun żgurata l-adegwatezza u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għall-ħtiġiet li qed jinbidlu fis-soċjetà huma lkoll dejjem aktar meħtieġa minħabba n-nuqqas mistenni fil-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom l-età biex jaħdmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex ikunu megħluba d-distakki persistenti fl-impjiegi bejn in-nisa u l-irġiel, biex ikomplu jiżdiedu r-rati ta’ l-impjiegi tal-ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien u taż-żgħażagħ, bħala parti minn approċċ interġenerazzjonali ġdid, u biex tkun promossa l-inklużjoni attiva ta’ dawk li huma l-iktar esklużi mis-suq tax-xogħol. Tinħtieġ ukoll azzjoni intensifikata sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u sabiex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, li bejn wieħed u ieħor huwa d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad. |
Iż-żieda tal-livelli ta’ l-impjiegi hija l-aktar mezz effettiv biex ikun iġġenerat tkabbir ekonomiku u biex ikunu promossi ekonomiji soċjalment inklussivi, waqt li tkun żgurata xibka ta’ sikurezza għal dawk li ma jkunux jistgħu jaħdmu. Il-promozzjoni ta’ approċċ tul ċiklu ta’ ħajja għax-xogħol u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ ħarsien soċjali ħalli tkun żgurata l-adegwatezza u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għall-ħtiġiet li qed jinbidlu fis-soċjetà huma lkoll dejjem aktar meħtieġa minħabba n-nuqqas mistenni fil-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom l-età biex jaħdmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex ikunu megħluba d-distakki persistenti fl-impjiegi bejn in-nisa u l-irġiel, biex ikomplu jiżdiedu r-rati ta’ l-impjiegi tal-ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien u taż-żgħażagħ, bħala parti minn approċċ interġenerazzjonali ġdid, u biex tkun promossa l-inklużjoni attiva ta’ dawk li huma l-iktar esklużi mis-suq tax-xogħol, b'mod partikulari dawk li jsofru minn għadd ta' diskriminazzjonijiet li jkomplu jkabbruhomlhom ċirkostanzi ġeografiċi diffiċli, bħall-inaċċessibilità ta' reġjuni maqtugħin għalihom u muntanjużi. Tinħtieġ ukoll azzjoni intensifikata sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u sabiex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, li bejn wieħed u ieħor huwa d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad. |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqisma 1 – 2 inċiż | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet it-tajba biex ikun iffaċilitat il-progress fl-impjiegi, kemm jekk din tkun l-ewwel opportunità, tkun ritorn lejn id-dinja tax-xogħol wara waqfa jew jekk ikun hemm ix-xewqa li jittawlu l-ħajjiet tax-xogħol. Il-kwalità ta’ l-impjiegi, inklużi l-paga u l-benefiċċji, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għal tagħlim matul il-ħajja u l-prospetti għal karriera, huma kruċjali għal approċċ ta’ flessigurtà, kif inhuma wkoll l-appoġġ u l-inċentivi li ġejjin minn sistemi ta’ ħarsien soċjali. Sabiex jiġi nkoraġġit approċ lejn ix-xogħol ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, u sabiex tisseddaq ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, huma meħtieġa linji ta' politika mixħuta lejn miżuri b'riżq il-kura tat-tfal. Livell xieraq komparattiv huwa dak li jiġi żgurat li jkunu koperti mill-anqas 90% tat-tfal ta' bejn it-tliet snin u l-età ta' l-iskola obbligatorja, u mill-anqas 33% tat-tfal ta' taħt it-tliet snin sa l-2010. Iż-żieda fir-rata medja ta' impjieg tal-ġenituri, speċjalment ġenituri waħedhom, tinħtieġ miżuri li jwieżnu l-familji. B'mod partikolari, l-Istati Membri jridu jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċjali ta' ġenituri waħedhom u dawk ta' familji li għandhom ħafna tfal. Barra minn hekk, sabiex tittawwal il-ħajja tax-xogħol, sa l-2010, l-età medja effettiva tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol għandha tiżdied b’ħames snin fuq il-livell ta’ l-UE (meta mqabbla ma’ 59.9 fl-2001). L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll għall-protezzjoni tas-saħħa, għall-prevenzjoni u għall-promozzjoni ta' stili ta' ħajja bla perikli għas-saħħa, bil-għan li jonqos il-piż tal-mard, li tiżdied il-produttività tax-xogħol, u titwal il-ħajja tax-xogħol. |
Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet it-tajba biex ikun iffaċilitat il-progress fl-impjiegi, kemm jekk din tkun l-ewwel opportunità, tkun ritorn lejn id-dinja tax-xogħol wara waqfa jew jekk ikun hemm ix-xewqa li jittawlu l-ħajjiet tax-xogħol. Il-kwalità ta’ l-impjiegi, inklużi l-paga u l-benefiċċji, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għal tagħlim matul il-ħajja u l-prospetti għal karriera, huma kruċjali għal approċċ ta’ flessigurtà, kif inhuma wkoll l-appoġġ u l-inċentivi li ġejjin minn sistemi ta’ ħarsien soċjali. Sabiex jiġi nkoraġġit approċ lejn ix-xogħol ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, u sabiex tisseddaq ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, huma meħtieġa linji ta' politika mixħuta lejn miżuri b'riżq il-kura tat-tfal. Huwa ta' importanza primarja li jiġi żgurat li jkunu koperti mill-anqas 90% tat-tfal ta' bejn it-tliet snin u l-età ta' l-iskola obbligatorja, u mill-anqas 33% tat-tfal ta' taħt it-tliet snin sa l-2010. Iż-żieda fir-rata medja ta' impjieg tal-ġenituri, speċjalment ġenituri waħedhom, tinħtieġ miżuri li jwieżnu l-familji. B'mod partikolari, l-Istati Membri jridu jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċifiċi ta' ġenituri waħedhom u dawk ta' familji li għandhom ħafna tfal u familji li jikkuraw persuni anzjani u b'diżabilità. Barra minn hekk, sabiex tittawwal il-ħajja tax-xogħol, sa l-2010, l-età medja effettiva tal-ħruġ mis-suq tax-xogħol għandha tiżdied b’ħames snin fuq il-livell ta’ l-UE (meta mqabbla ma’ 59.9 fl-2001). L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll għall-protezzjoni tas-saħħa, għall-prevenzjoni u għall-promozzjoni ta' stili ta' ħajja bla perikli għas-saħħa, bil-għan li jonqos il-piż tal-mard, li tiżdied il-produttività tax-xogħol, u titwal il-ħajja tax-xogħol. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 18 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- sforz imġedded biex jinbnew mogħdijiet ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ u biex jitnaqqas il-qgħad fosthom, kif inhu meħtieġ fil-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, |
- sforz imġedded biex jinbnew mogħdijiet ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ u biex jitnaqqas il-qgħad fosthom, kif inhu meħtieġ fil-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, filwaqt li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni rigward is-sessi, |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 18 – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– azzjoni risoluta biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa u jitnaqqsu d-distakki bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-qgħad u fil-pagi, |
- azzjoni risoluta biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa u jitnaqqsu d-distakki bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-qgħad, fil-pagi u fil-promozzjoni tat-taħriġ professjonali, |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 18 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja privata u l-provvista ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal aċċessibbli u għall-bwiet ta’ kulħadd u kura għal persuni dipendenti oħrajn, |
– rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja privata b'mod partikulari billi jingħata appoġġ għall-familji b'ġenitur wieħed permezz ta' tqassim ekwu ta' l-investimenti fis-servizzi pubbliċi u l-użu ta' dawn, kif ukoll il-possibilità għall-ġenituri (kemm irġiel u kemm nisa) li jipparteċipaw fi skema ta' xogħol part-time mingħajr diskriminazzjoni meta mqabbla ma' min jaħdem fuq skema normali, u l-provvista ta’ faċilitajiet aċċessibbli għall-kura ta' 90% tat-tfal ta' eta' ta' l-iskola obbligatorja fl-Istati Membri kollha sa l-2010 u l-kura għal persuni dipendenti oħrajn, |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 18 – inċiż 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- sistemi moderni ta’ ħarsien soċjali, inklużi l-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, li jiżguraw l-adegwatezza soċjali u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għal ħtiġiet li qed jinbidlu, bil-għan li jkunu appoġġjati l-parteċipazzjoni u ż-żamma aħjar f’impjieg u ħajjiet itwal tax-xogħol. |
- sistemi moderni ta’ ħarsien soċjali, inklużi l-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, li jiżguraw l-adegwatezza soċjali u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom kif ukoll il-kapaċità li jirreaġixxu għal ħtiġiet li qed jinbidlu, bil-għan li jkunu appoġġjati l-indipendenza ekonomika u l-parteċipazzjoni u ż-żamma aħjar f’impjieg u ħajjiet itwal tax-xogħol. |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Anness – Taqisma 1 – inċiż 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Politiki attivi għall-inklużjoni jistgħu ikabbru l-provvistà ta' xogħol u jsaħħu l-koeżjoni soċjali. Huma jikkostitwixxu wkoll mezz effikaċi sabiex jippromwovu l-integrazzjoni soċjali ta' dawk l-anqas vantaġġati u d-dħul tagħhom fis-suq tax-xogħol. Kull persuna li ssir qegħda trid tiġi offruta bidu ġdid fi żmien raġonevoli. Fil-każ taż-żgħażagħ dan iż-żmien għandu jkun qasir, pereżempju massimu ta' 4 xhur sa l-2010; għall-adulti mhux aktar minn 12-il xahar. Għandhom jitwettqu linji ta' politika bil-għan li joffru miżuri tas-suq tax-xogħol attivi lil dawk li jkunu ilhom qiegħda, fil-waqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni l-livell ta' rata ta' parteċipazzjoni ta' 25% fl-2010. Id-dħul mill-ġdid fil-ħajja tax-xogħol trid tkun fil-forma ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid, taħriġ fuq ix-xogħol, offerta ta' mpjieg jew xi miżura oħra favur l-impjieg, u fejn ikun xieraq anki fl-għoti ta' għajnuna kontinwa fit-tiftix ta' impjieg. Li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-impjiegi ta’ dawk li qed ifittxu impjieg, li jkun ipprevenut il-qgħad u li jkun żgurat li dawk li jiġu qiegħda jibqgħu marbuta mill-qrib mas-suq tax-xogħol u jibqgħu impjegabbli huma kollha essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni, u tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali. Dan huwa wkoll skond approċċ ta’ flessigurtà. Biex jintlaħqu dan l-għanijiet jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli għas-suq tax-xogħol billi tingħata għajnuna fit-tiftix effettiv għax-xogħol, jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-taħriġ u għal miżuri attivi oħra tas-suq tax-xogħol, jiġi żgurat aċċess għall-bwiet ta’ kulħadd għal servizzi bażiċi u jiġu pprovduti livelli adegwati ta’ riżorsi minimi lil kulħadd. Dan l-appoġġ għandu, fl-istess żmien, jiżgura li x-xogħol ikun irendi għall-ħaddiema kollha, kif ukoll ineħħi n-nases tal-qgħad, tal-faqar u ta’ l-inattività. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tkun promossa l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni żvantaġġjati, inklużi ħaddiema ta’ ftit sengħa, fost l-oħrajn bl-espansjoni ta’ servizzi soċjali u ta’ l-ekonomija soċjali, kif ukoll bl-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi b’reazzjoni għall-ħtiġiet kollettivi. Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ l-aċċess għall-impjiegi għall-persuni b’diżabilità, kif ukoll l-integrazzjoni ta’ l-immigranti u tal-minoranzi huma partikolarment essenzjali. |
Politki attivi għall-inklużjoni jistgħu ikabbru l-provvistà ta' xogħol u jsaħħu l-koeżjoni soċjali. Huma jikkostitwixxu wkoll mezz effikaċi sabiex jippromwovu l-integrazzjoni soċjali ta' dawk l-anqas vantaġġati u d-dħul tagħhom fis-suq tax-xogħol. Kull persuna li ssir qegħda trid tiġi offruta bidu ġdid fi żmien raġonevoli. Fil-każ taż-żgħażagħ dan iż-żmien għandu jkun qasir, pereżempju massimu ta' 4 xhur sa l-2010; għall-adulti mhux aktar minn 12-il xahar. Għandhom jitwettqu linji ta' politika bil-għan li joffru miżuri tas-suq tax-xogħol attivi lil dawk li jkunu ilhom qiegħda, fil-waqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni l-livell ta' rata ta' parteċipazzjoni ta' 25% fl-2010. Id-dħul mill-ġdid fil-ħajja tax-xogħol irid tkun fil-forma ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid, taħriġ fuq ix-xogħol, offerta ta' mpjieg jew xi miżura oħra favur l-impjieg, u fejn ikun xieraq anki fl-għoti ta' għajnuna kontinwa fit-tiftix ta' impjieg. Li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-impjiegi ta’ dawk li qed ifittxu impjieg, li jkun ipprevenut il-qgħad u li jkun żgurat li dawk li jiġu qiegħda jibqgħu marbuta mill-qrib mas-suq tax-xogħol u jibqgħu impjegabbli huma kollha essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni, u tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali. Dan huwa wkoll skond approċċ ta’ flessigurtà. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli għas-suq tax-xogħol billi tingħata għajnuna fit-tiftix effettiv għax-xogħol, jiġi ffaċilitat l-aċċess għat-taħriġ u għal miżuri attivi oħra tas-suq tax-xogħol, jiġi żgurat aċċess għall-bwiet ta’ kulħadd għal servizzi bażiċi u jiġu pprovduti livelli adegwati ta’ riżorsi minimi lil kulħadd. Dan l-appoġġ għandu jiżgura wkoll li x-xogħol ikun irendi għall-ħaddiema kollha u li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' "paga ugwali għal xogħol ugwali", kif ukoll ineħħi n-nases tal-qgħad, tal-faqar u ta’ l-inattività. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tkun promossa l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni żvantaġġjati, inklużi ħaddiema ta’ ftit sengħa, fost l-oħrajn bl-espansjoni ta’ servizzi soċjali u ta’ l-ekonomija soċjali, kif ukoll bl-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi b’reazzjoni għall-ħtiġiet kollettivi. Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ l-aċċess għall-impjiegi għan-nisa u għall-persuni b’diżabilità, kif ukoll l-integrazzjoni ta’ l-immigranti u tal-minoranzi huma partikolarment essenzjali. |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 19 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi fis-servizzi għal individwi u negozji, notevolment fuq livell lokali. |
- l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda ta’ impjiegi fis-servizzi għal individwi u negozji, notevolment fuq livell lokali u reġjunali permezz tat-titjib soċjali ta' dawn is-setturi. |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Anness - Linjagwida 19a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Linjagwida 19a. Jiżgura l-inseriment attiv fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri pożittivi li jippermettu l-aċċess għal impjiegi sostenibbli u bi kwalifiki. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 20 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet tas-swieq tax-xogħol, notevolment is-servizzi ta’ l-impjiegi, anki bil-għan li tkun żgurata iktar trasparenza ta’ l-opportunitajiet għal impjieg u għal taħriġ fuq il-livell nazzjonali u Ewropew, |
- il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet tas-swieq tax-xogħol, b'mod partikolari s-servizzi ta’ l-impjiegi, anki bil-għan li tkun żgurata iktar trasparenza ta’ l-opportunitajiet għal impjieg u għal taħriġ fuq il-livell nazzjonali u Ewropew, tagħrif aktar sostanzjali rigward standards eżistenti ta' trattament ugwali u opportunitajiet għal nisa u rġiel, kif ukoll ir-rispett ta' dawn l-istandards; |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 21 – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- l-indirizzar tal-kwistjoni tax-xogħol mhux iddikjarat, |
- l-indirizzar tal-kwistjoni tax-xogħol mhux iddikjarat permezz ta' miżuri li jneħħu l-attrazzjoni ta' dan għall-impjegati u għall-intrapriżi; |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 21 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- antiċipazzjoni aħjar u ġestjoni pożittiva tal-bidla, li tinkludi r-ristrutturar ekonomiku, notevolment il-bidliet marbuta ma’ ftuħ fil-kummerċ, biex jiġu minimizzati l-ispejjeż soċjali tagħhom u jiġi ffaċilitat l-adattament, |
- antiċipazzjoni aħjar u ġestjoni pożittiva tal-bidla, li tinkludi r-ristrutturar ekonomiku li jirriżulta mill-globalizzazzjoni biex jiġu minimizzati l-konsegwenzi soċjali tagħhom u jiġi ffaċilitat l-adattament. |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 23 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- linji ta' politika ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ inklussivi u ta’ azzjoni biex ikun iffaċilitat b’mod sinfikanti l-aċċess għall-edukazzjoni inizjali, vokazzjonali, sekondarja u għall-edukazzjoni ogħla, inklużi l-apprendistati u t-taħriġ intraprenditorjali, |
- ta' politika ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ inklussivi u ta’ azzjoni biex ikun iffaċilitat b’mod sinfikanti l-aċċess għall-edukazzjoni inizjali, vokazzjonali, sekondarja u għall-edukazzjoni ogħla, inklużi l-apprendistati u t-taħriġ intraprenditorjali billi, b'mod partikulari, tiġi promossa d-diversità ta' l-għażla ta' xogħol għat-tfajliet u billi jinstab mod biex is-settur pubbliku u privat jinkuraġġixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fejn dawn m'humiex rappreżentati biżżejjed, u sabiex jintużaw l-għarfien u l-kompetenzi tagħhom. |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Anness – Linjagwida 23 – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- strateġiji effiċjenti ta’ tagħlim matul il-ħajja miftuħa għal kulħadd fl-iskejjel, fin-negozji, fl-awtoritajiet pubbliċi u fid-djar skond ftehimiet Ewropej, li jinkludu inċentivi u mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni ta’ l-ispejjeż adattati, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni f’taħriġ kontinwu u fuq il-post tax-xogħol matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, b’mod speċjali għall-ħaddiema ta’ ftit sengħa u għall-ħaddiema iktar imdaħħla fiż-żmien. |
- strateġiji effiċjenti ta’ tagħlim matul il-ħajja miftuħa għal kulħadd fl-iskejjel, fin-negozji, fl-awtoritajiet pubbliċi u fid-djar skond ftehimiet Ewropej, li jinkludu inċentivi u mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni ta’ l-ispejjeż adattati, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni f’taħriġ kontinwu u fuq il-post tax-xogħol matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, b’mod speċjali għall-ħaddiema ta’ ftit sengħa, il-ħaddiema iktar imdaħħla fiż-żmien u l-ħaddiema ta' kull età li telqu temporanjament is-suq tax-xogħol sabiex jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja. |
PROĊEDURA
Titolu |
Linjigwida għall-politika dwar l-impjiegi |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0803 – C6-0031/2008 – 2007/0300(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
FEMM 31.1.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Claire Gibault 5.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
28.2.2008 |
3.4.2008 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
3.4.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 0 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Claire Gibault, Zita Gurmai, Lívia Járóka, Piia-Noora Kauppi, Urszula Krupa, Roselyne Lefrançois, Astrid Lulling, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Christa Prets, Teresa Riera Madurell, Anne Van Lancker, Anna Záborská |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriela Creţu, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Donata Gottardi, Mary Honeyball, Christa Klaß, Marusya Ivanova Lyubcheva, Petya Stavreva, Feleknas Uca |
|||||||
Sostitut (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Manolis Mavrommatis |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Linji gwida għall-politika dwar l-impjiegi |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0803 – C6-0031/2008 – 2007/0300(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
17.1.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 31.1.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 31.1.2008 |
ITRE 31.1.2008 |
FEMM 31.1.2008 |
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ECON 15.1.2008 |
ITRE 29.1.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Anne Van Lancker 28.2.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
17.12.2007 |
23.1.2008 |
2.4.2008 |
5.5.2008 |
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
6.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
38 5 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Jan Andersson, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Raymond Langendries, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Jiří Maštálka, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Juan Andrés Naranjo Escobar, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Gabriela Creţu, Petru Filip, Jamila Madeira, Csaba Sógor, Kyriacos Triantaphyllides |
|||||||
Data tat-tressiq |
8.5.2008 |
|||||||