RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)

8.5.2008 - (COM(2007)0797 – C6‑0469/2007 – 2007/0278(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Marie Panayotopoulos-Cassiotou

Proċedura : 2007/0278(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)

(COM(2007)0797 – C6‑0469/2007 – 2007/0278(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0797),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0000/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tbiddilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa - 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1) Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija waħda mill-għanijiet ċentrali ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun iċċarat fil-bidu tad-dokument għaliex għandu jkun hemm din is-sena.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Hemm il-ħtieġa li jingħata appoġġ lil reġjuni żvantaġġati, zoni bi żvantaġġi strutturali permanenti, reġjuni estremament remoti, Stati Membri li huma gżejjer u zoni li ġew affettwati minn deindustrijalizzazzjoni reċenti jew minn konverżjoni industrijali, sabiex tkun tista’ sseħħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika meħtieġa.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar l-inventarju tar-realtà soċjali1, il-Parlament Ewropew enfasizza li t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-eradikazzjoni tal-faqar u ta’ l-esklużjoni soċjali jridu jsiru prijorità politika għall-Unjoni Ewropea. F’din ir-riżoluzzjoni, il-Parlament Ewropew laqa’ b’sodisfazzjon ukoll in-nomina ta’ l-2010 bħala s-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jispeċifikaw u jimmiraw għall-objettiv ambizzjuż li jitnaqqas il-faqar fl-Ewropa.

 

1 Testi Adottati P6_TA(2007)0541 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa turi l-appoġġ li l-Parlament Ewropew ta, f’fażi bikrija, għas-Sena Ewropea 2010.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Minkejja dawn il-kisbiet, partijiet sinifikanti tal-popolazzjoni fl-Istati Membri kollha għadhom ibatu mid-deprivazzjoni u l-aċċess limitat għal servizzi bażiċi jew iħosshom esklużi mis-soċjetajiet tagħhom, u 78 miljun ruħ jgħixu f'riskju ta' faqar.

(6) Minkejja dawn il-kisbiet, partijiet sinifikanti tal-popolazzjoni għadhom ibatu mid-deprivazzjoni jew l-aċċess limitat u mhux ugwali għal servizzi jew huma esklużi mis-soċjetajiet tagħhom, u 78 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea jgħixu f’riskju ta’ faqar li fosthom 19-il miljun huma tfal, li hu ta' l-inqas tliet punti perċentwali ogħla milli fost l-adulti. Barra dan, id-differenza bejn is-sessi hija ta’ madwar żewġ punti perċentwali. Il-faqar persistenti huwa fenomenu ta’ tħassib fl-Ewropa li jeħtieġ ukoll jiġi indirizzat b’mod aktar effettiv.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-faqar tat-tfal u għall-faqar persistenti li huma problemi serji fl-UE.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Il-kontribut għas-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali għandu jiġi wkoll mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2008 dwar il-Proposta għal Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, li fiha kien hemm stima tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali 2007 li kien jiffoka fuq il-faqar tat-tfal, u b’hekk serva ta’ għajnuna biex din il-kwistjoni tibqa’ minn ta’ quddiem fuq l-aġenda politika.

Ġustifikazzjoni

Biex issir enfasi fuq il-fatt li l-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal għandha tkun mira importanti tas-Sena Ewropea 2010 b'konformità u kontinwità ma’ l-impetu li diġà ngħata mill-MMK 2007.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Barra minn hekk, hemm sinjali li l-kwistjoni ta' faqar kbir qed issir iktar importanti u l-għadd ta' nies li jbatu minn faqar assolut qiegħed jiżdied, minħabba wkoll l-inugwaljanzi dejjem jikbru fil-ġid madwar l-Unjoni.

 

(7) Barra minn hekk, l-inugwaljanzi fil-ġid u l-faqar estrem huma kwistjonijiet li dejjem iwasslu għal aktar tħassib madwar l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-iskop huwa li ssir enfasi fuq l-irwol kruċjali ta’ l-Istati Membri biex ikun provdut appoġġ ekonomiku u soċjali adegwat bħala mezz fil-ġlieda kontra l-faqar. Rigward id-diskriminazzjoni, il-mira tas-Sena ta’ l-Ewropa 2010 għandha tkun il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq kull bażi.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija waħda mill-għanijiet ċentrali ta’ l-UE u l-Istati Membri tagħha.

(8) Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandha tkun il-mira kemm interna, fl-UE, u kemm esterna skond l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp tan-NU, li għalihom impenjaw ruħhom l-UE u l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-faqar u huma għalhekk ta’ sostenn għas-sena Ewropea 2010. Barra dan, f’dinja globalizzata, il-qerda tal-faqar fi ħdan l-UE hija marbuta mill-qrib mal-ġlieda kontra l-faqar f’pajjiżi terzi.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, u dawk kollha involuti, għandhom joħolqu s-sinerġiji meħtieġa bejn is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-attivitajiet żviluppati għall-Jum Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Eradikazzjoni tal-Faqar li kull sena jiġi ċċelebrat fis-17 ta’ Ottubru.

Ġustifikazzjoni

L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat riżoluzzjoni fil-31 ta’ Marzu 1993 biex din il-ġurnata tkun ġurnata speċjali tan-NU bl-attenzjoni kkonċentrata fuq il-qerda tal-faqar. Għandhom għalhekk jinħolqu sinerġiji bejn is-Sena Ewropea u l-attivitajiet tas-17 ta’ Ottubru.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-faqar u l-esklużjoni soċjali għandhom forom kumplessi u multidimensjonali. Huma relatati ma' dħul u standards ta' għixien, aċċess għal servizzi ta' kwalità tajba u servizzi oħrajn, u opportunitajiet edukattivi u ta' xogħol.

(9) Il-problema tal-faqar u l-esklużjoni soċjali għandha forom wesgħin, kumplessi u multidimensjonali. Huma relatati ma' dħul u standards ta' għajxien, aċċess għal servizzi ta' kwalità tajba u servizzi oħrajn, inklużi s-sistemi effettivi ta’ ħarsien soċjali, l-akkomodazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, opportunitajiet edukattivi u ta' xogħol diċenti kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva. Għalhekk hemm il-ħtieġa, fil-livelli kollha, għal sistema trasparenti ta’ koordinazzjoni u ta’ koperazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-prevenzjoni u l-qerda tal-faqar jeħtieġu sistemi ta’ ħarsien soċjali li jkunu ta’ kwalità għolja u finanzjarjament sostenibbli kif ukoll possibilitajiet għall-konċiljazzjoni tal-ħajja fil-familja u dik professjonali. Il-konċiljazzjoni tippermetti integrazzjoni aħjar fis-suq tax-xogħol u għalhekk tgħin il-prevenzjoni tal-faqar u ta’ l-esklużjoni soċjali.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Il-prevenzjoni tal-faqar u l-ġlieda kontrih konsegwentement jeħtieġu politiki multidimensjonali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali li jiżguraw bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku u l-objettivi soċjali u għandhom ikunu komplementati bi strateġiji mmirati aktar għal gruppi jew persuni li jkunu vulnerabbli b’mod partikulari.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-kumplessità tal-fenomenu tal-faqar, il-prevenzjoni u l-qerda tiegħu jeħtieġu politiki multidimensjonali li għandhom ikunu implimentati fil-livelli kollha ta’ tmexxija u għandhom ikunu kkompletati b’politiki mmirati aktar għal gruppi jew persuni vulnerabbli.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b) L-esklużjoni soċjali taffettwa l-benessri ta’ l-individwi u twaqqaf lin-nies milli jesprimu lilhom nfushom u milli jipparteċipaw fis-soċjetà. L-azzjonijiet u l-politiki tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri għandhom għalhekk jiffukaw b’mod partikulari fuq l-esklużjoni soċjali.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkorpora l-esklużjoni soċjali u l-faqar u l-għan ta’ l-emenda hu biex tagħmel differenza bejn dawn iż-żewġ fenomeni sabiex tkun tista’ titrattahom permezz ta’ politiki u azzjonijiet differenti f’sitwazzjonijiet xierqa.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Aġenda Soċjali 2005-2010, li tikkumplimenta u tappoġġja l-Istrateġija ta’ Liżbona, għandha rwol ewlieni biex tippromwovi d-dimensjoni soċjali tat-tkabbir ekonomiku. Waħda mill-prijoritajiet ta’ l-Aġenda Soċjali hija l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd bħala mezz għal soċjetà aktar koeżiva.

(10) L-Aġenda Soċjali 2005-2010, li tikkomplementa u tappoġġja l-Istrateġija ta’ Liżbona, għandha rwol ewlieni biex tippromwovi d-dimensjoni soċjali tat-tkabbir ekonomiku u l-parteċipazzjoni attiva ta’ ċittadini fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol. Waħda mill-prijoritajiet ta’ l-Aġenda Soċjali hija l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd bħala mezz għas-solidarjetà soċjali u interġenerazzjonali u għall-ħolqien ta’ soċjetà aktar inklużiva.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa dettall ieħor tar-rabta bejn l-Aġenda Soċjali 2005 -2010 u s-sena Ewropea 2010. L-aħħar parti ta’ l-emenda hija konformi ma’ l-emendi ta’ qabel tal-Parlament Ewropew dwar is-Sena Ewropea 2007 għal opportunitajiet indaqs għal kulħadd (C6 0178/2005).

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Inklużjoni Soċjali, bosta pajjiżi enfasizzaw ir-riskju għoli ta' faqar u/jew esklużjoni minn xi gruppi partikolari, inklużi t-tfal, ġenituri waħedhom, l-anzjani, il-migranti u l-minoritajiet etniċi, il-persuni diżabbli, in-nies bla dar, il-ħabsin, in-nisa u t-tfal li huma vittmi ta' vjolenza, u min jabbuża severament mis-sustanzi.

(11) Fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Inklużjoni Soċjali, bosta pajjiżi enfasizzaw ir-riskju għoli ta’ faqar u/jew esklużjoni minn xi gruppi partikolari, inklużi t-tfal, dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, familji b’ġenitur wieħed, familji kbar, familji b’paga waħda, iż- żgħażagħ, b’mod partikulari t-tfajliet, l-anzjani, il-migranti u l-minoritajiet etniċi, il-persuni b’diżabilità u dawk li jieħdu ħsiebhom, in-nies bla dar, in-nies qiegħda, b’mod partikulari dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, il-ħabsin, in-nisa u t-tfal li huma vittmi ta' vjolenza, u min jabbuża severament mis-sustanzi. Il-politiki nazzjonali u l-miżuri ta’ appoġġ immirati favur il-gruppi l-aktar vulnerabbli jista’ jkollhom rwol importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Ġustifikazzjoni

Iż-żidiet jagħmlu wkoll parti mill-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-inklużjoni soċjali.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Għalkemm ix-xogħol inaqqas sinifikantement ir-riskju ta' faqar għall-individwu, spiss ma jkunx biżżejjed biex jeħles lin-nies mill-faqar, u r-rata ta' "fir-riskju ta' faqar" għadha relattivament għolja anke għal dawk li jaħdmu. Il-faqar fost min għandu xogħol huwa marbut ma' pagi baxxi, ħiliet baxxi, u xogħol prekarju u spiss part-time, imma wkoll għall-karatteristiċi tad-dar fejn joqgħod l-individwu, f'termini ta' dipendenti u l-intensità tal-ħidma tad-dar. Impjieg ta' kwalità huwa għalhekk essenzjali biex jeħles lill-individwi mill-faqar.

(12) Għalkemm ix-xogħol diċenti jnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta' faqar għall-individwu, spiss ma jkunx biżżejjed biex jeħles lin-nies mill-faqar, u r-rata ta' "dawk fir-riskju ta' faqar" għadha relattivament għolja anke għal dawk li jaħdmu. Il-faqar fost min għandu xogħol huwa marbut ma' pagi baxxi, mad-differenzi fil-pagi bejn is-sessi u fil-pensjonijiet, ma' ħiliet baxxi, mat-taħriġ professjonali limitat u l-konċiljazzjoni tax-xogħol mal-familja u impjieġ u kundizzjonijiet tax-xogħol mhux sikuri, imma wkoll mal-kundizzjonijiet domestiċi diffiċli. L-impjieg ta' kwalità u l-appoġġ soċjali u ekonomiku huma għalhekk essenzjali biex jeħilsu lill-individwi mill-faqar.

Ġustifikazzjoni

Iż-żidiet huma wkoll importanti għall-ġlieda kontra l-faqar.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) In-nuqqas ta' kompetenzi u kwalifiki bażiċi huwa ostaklu ewlieni għall-inklużjoni fis-soċjetà. Hemm periklu dejjem jikber li jkun hemm baħar jaqsam fis-soċjetà bejn dawk li għandhom aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja biex isaħħu l-impjegabilità u l-addattabilità tagħhom, u biex jiffaċilitaw l-iżvilupp personali u ċ-ċittadinanza attiva tagħhom, u dawk li jibqgħu esklużi. Dawk mingħajr ħiliet adegwati se jsibuha iktar diffiċli li jidħlu fis-suq tax-xogħol u jsibu xogħol ta' kwalità, huma aktar probabbli li jqattgħu perjodi twal bla xogħol u, jekk jaħdmu, huma iktar probabbli li jsibu ruħhom f'xogħlijiet b'pagi baxxi.

(13) In-nuqqas ta’ kompetenzi u kwalifiki bażiċi adattati għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol li jinbidlu huwa ostaklu ewlieni għall-inklużjoni fis-soċjetà. Hemm periklu dejjem jikber li jkun hemm baħar jaqsam fis-soċjetà bejn dawk li għandhom aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja biex isaħħu l-impjegabilità u l-addattabilità tagħhom, u biex jiffaċilitaw l-iżvilupp personali u ċ-ċittadinanza attiva tagħhom, u dawk li jibqgħu esklużi u jiffaċċjaw forom ta’ diskriminazzjoni. Għalhekk huwa importanti ferm li kemm dawk li jaħdmu u kemm dawk bla xogħol b’ħiliet limitati jingħatawlhom l-opportunitajiet biex ikabbru l-ħiliet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tirreferi għall-flessigurtà u għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq kull bażi bħala parti integrali tas-Sena Ewropea 2010.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ta' importanza essenzjali għall-impatt pożittiv ta' l-azzjoni Komunitarja fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija kemm din tgawdi minn appoġġ popolari wiesa’. Is-Sena Ewropea għandha sservi bħala katalista biex titqajjem kuxjenza u jinħoloq momentum. Hija għandha tgħin biex tiffoka l-attenzjoni politika u timmobilizza lil kull min hu kkonċernat sabiex jiġi avvanzat il-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali.

(15) Ta' importanza essenzjali għall-impatt pożittiv ta' l-azzjoni Komunitarja fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija kemm din tgawdi minn appoġġ popolari u politiku wiesa’. Is-Sena Ewropea għandha sservi bħala katalista biex titqajjem kuxjenza u jinħoloq momentum u għall-iskambju ta’ l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali involuti fil-ġlieda kontra l-faqar. Hija għandha tgħin biex tiffoka l-attenzjoni politika għal żmien fit-tul u timmobilizza lil kull min hu kkonċernat sabiex jiġi avvanzat u msaħħaħ il-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, kif ukoll biex ikunu promossi aktar azzjonijiet u inizjattivi fil-livell Ewropew u nazzjonali f’dak il-qasam, flimkien mal-persuni affettwati mill-faqar u r-rappreżentanti tagħhom. F’dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-livell nazzjonali, b’mod partikulari dwar l-opportunitajiet indaqs, in-non-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Ġustifikazzjoni

Il-kampanja biex tkun indirizzata l-kwistjoni tal-faqar u ta’ l-esklużjoni soċjali għandha titqies bħala sforz għal żmien fit-tul u li l-azzjoni meħuda matul is-Sena għandu jkollha impatt permanenti.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Is-Sena Ewropea għandha tgħin biex titjieb il-koordinazzjoni bejn programmi u inizjattivi eżistenti fil-livell ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fi ħdan il-Metodu Miftuħ tal-Koordinament dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali.

Ġustifikazzjoni

Is-Sena Ewropea għandha tintuża wkoll għall-koordinazzjoni bejn il-programmi eżistenti ta’ l-UE biex titjieb l-effikaċja tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b) Is-Sena Ewropea għandha wkoll tagħti bidu għal process ta’ riflessjoni fuq livell nazzjonali dwar il-ħtieġa li jigu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti għal kulħadd bħala mezz ta’ prevenzjoni tal-faqar u għall-promozzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri f’dan ir-rigward.

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet għal ħajja deċenti għal kulħadd huwa prerekwiżit fundamentali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u kontra l-esklużjoni soċjali u għalhekk din il-kwistjoni għandha tkun minn ta’ l-ewwel fuq l-aġenda.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Madankollu, id-definizzjoni tal-prijoritajiet politiċi fil-livell nazzjonali għandhom ikunu mmonitorizzati mill-Kummissjoni bil-ħsieb li tkun iggarantita l-konsistenza bl-għanijiet strateġiċi maqbula għas-Sena Ewropea u fl-aħħar nett bl-Għanijiet Komuni stabbiliti għall-Metodu Miftuħ ta' Koordinament.

(17) Madankollu, id-definizzjoni tal-prijoritajiet politiċi fil-livell nazzjonali u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom ikunu mmonitorizzati mill-Kummissjoni bil-ħsieb li tkun iggarantita l-konsistenza bl-għanijiet strateġiċi miftiehma għas-Sena Ewropea u fl-aħħar nett bl-Għanijiet Komuni stabbiliti għall-Metodu Miftuħ ta' Koordinament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda trid tagħmel enfasi biex, minbarra li l-faqar jitpoġġa fuq l-aġenda politika, ikun importanti b'mod reċiproku li ssir enfasi dwar il-bżonn li l-politiki jiġu implimentati.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) Koordinazzjoni tajba bejn is-sieħba kollha li jagħtu kontribuzzjonijiet fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali hija prerekwiżit fundamentali biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-Sena Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li matul u wara s-Sena Ewropea għandhom ikunu involuti l-istituzzjonijiet u l-partijiet kollha fil-livelli kollha li għandhom rwol fil-ġlieda kontra l-faqar.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u favur il-Inklużjoni Soċjali għandha tkompli bl-aħjar prattiki li jkunu ħarġu mis-Sena Ewropea għall- Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd ta' l-2007 u mis-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali ta' l-2008.

Ġustifikazzjoni

Hija ħaġa loġika li matul is-Sena Ewropea 2010, għandhom jiġu kkunsidrati l-aħjar prattiki li jkunu ħarġu mis-Snin Ewropej rilevanti ta’ qabel.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għanijiet

Għanijiet u prinċipji ta’ gwida

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 2 ma jittrattax biss l-għanijiet iżda wkoll il-valuri li għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għanijiet tas-Sena Ewropea se jkunu kif ġej:

L-għanijiet u l-prinċipji ta’ gwida tas-Sena Ewropea se jkunu kif ġej:

Ġustifikazzjoni

Dawn m’humiex biss għanijiet iżda wkoll valuri li għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Għarfien — L-għarfien ta' dritt in-nies f'qagħda ta' faqar u esklużjoni soċjali biex jgħixu b'dinjità u biex ikunu parti sħiħa mis-soċjetà. Is-Sena Ewropea għandha tgħin biex tingħaraf il-qagħda ta' nies li qed jesperjenzaw il-faqar u li jippromwovu l-aċċess effettiv tagħhom għal drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali kif ukoll għar-riżorsi u s-servizzi u għandu jgħin fil-ġlieda kontra l-isterjotipi u l-istigmatizzazzjoni;

(a) Għarfien tad-DrittijietFid-dawl tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, l-għarfien tad-dritt ta' persuni f'qagħda ta' faqar u esklużjoni soċjali biex jgħixu b'dinjità u biex ikunu parti sħiħa mis-soċjetà. Is-Sena Ewropea se tgħin biex l-opinjoni pubblika tkun aktar sensittiva billi jitjieb it-tagħrif dwar il-qagħda ta’ nies li qed jesperjenzaw il-faqar, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lill-gruppi vulnerabbli, u tippromwovi l-aċċess effettiv tagħhom għal drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali kif ukoll għar-riżorsi suffiċjenti u s-servizzi ta’ kwalità u għandha tgħin fil-ġlieda kontra l-isterjotipi u l-istigmatizzazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Attenzjoni partikulari għandha tingħata lill-qagħda ta’ gruppi vulnerabbli.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) Proprjetà — Żieda fil-proprjetà pubblika tal-politiki u l-azzjonijiet ta' l-inklużjoni soċjali, b'enfasi fuq ir-responsabilità ta' kulħadd fit-trattament tal-faqar u l-marġinalizzazzjoni. Is-Sena Ewropea għandha trawwem il-kuxjenza, il-parteċipazzjoni u l-impenn, u toħloq opportunitajiet ġodda għal ċittadini ordinarji biex jagħtu sehemhom.

(b) Responsabilità maqsuma u sħubija — Żieda fis-sjieda pubblika tal-politiki u l-azzjonijiet ta’ l-inklużjoni soċjali, b’enfasi fuq ir-responsabilità kemm kollettiva u kemm individwali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-importanza tal-promozzjoni u l-appoġġ ta’ l-attivitajiet volontarji. Is-Sena Ewropea se tippromwovi l-involviment tal-parteċipanti kollha pubbliċi u privati, inter alia permezz ta’ sħubijiet proattivi.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li kulħadd, inklużi n-nies li jgħixu fil-faqar, ikun involut fil-ġlieda kontra l-faqar u li jiġu żviluppati sħubijiet għal dan l-iskop bejn is-settur pubbliku u dak privat.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) Parteċipazzjoni — Is-Sena Ewropea trawwem il-kuxjenza u l-impenn, billi toħloq opportunitajiet biex iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jagħtu sehemhom, b’mod partikulari dawk in-nies b’esperjenza diretta jew indiretta tal-faqar.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir enfasi li l-parteċipazzjoni tan-nies li għandhom esperjenza tal-faqar għandha tkun objettiv per se u mhux biss prinċipju orizzontali.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) Koeżjoni — Il-promozzjoni ta' soċjetà iktar koeżiva billi titqajjem kuxjenza pubblika tal-benefiċċji għal kulħadd ta' soċjetà fejn il-faqar huwa eradikat u ħadd ma hu kkundannat jgħix fil-marġini. Is-Sena Ewropea għandha trawwem soċjetà li ssostni u tiżviluppa l-kwalità tal-ħajja, il-benessri soċjali u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd irrispettivament mill-isfond tagħhom, tiżgura l-iżvilupp sostenibbli u s-solidarjetà bejn u fi ħdan il-ġenerazzjonijiet u l-koerenza politika ma' l-azzjoni ta' l-UE madwar id-dinja.

c) Koeżjoni — Il-promozzjoni ta’ soċjetà iktar koeżiva billi titqajjem kuxjenza pubblika tal-benefiċċji għal kulħadd ta’ soċjetà fejn il-faqar huwa eradikat u ħadd ma jkun marġinalizzat. Is-Sena Ewropea se trawwem soċjetà li ssostni u tiżviluppa l-kwalità tal-ħajja, il-kwalità tal-ħiliet u ta’ l-impjiegi, il-benessri tat-tfal, il-benessri soċjali u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, tiżgura l-iżvilupp sostenibbli u s-solidarjetà bejn u fi ħdan il-ġenerazzjonijiet u l-koerenza politika ma’ l-azzjoni ta’ l-UE madwar id-dinja.

Ġustifikazzjoni

Il-kwalità ta’ l-impjiegi hija wkoll importanti għall-ġlieda kontra l-faqar fix-xogħol u ovvjament trid issir enfasi fuq l-aspett tal-ġeneru peress li x-xejra hi li n-nisa jkunu aktar vulnerabbli għall-faqar mill-irġiel.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) Impenn — It-tennija ta' l-impenn politiku qawwi ta' l-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni ta' dan l-impenn fil-livelli kollha ta' governanza. Filwaqt li tkompli tibni fuq il-kisbiet u n-nuqqasijiet possibbli tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, is-Sena Ewropea għandha ssaħħaħ l-impenn politiku għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u tagħti spinta għal żvilupp ulterjuri ta' l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

(d) Impenn u azzjoni konkreta— It-tennija ta' l-impenn politiku qawwi ta' l-UE u ta’ l-Istati Membri għall-eridikazzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni ta' dan l-impenn u ta’ azzjonijiet konkreti fil-livelli kollha ta' governanza. Filwaqt li tkompli tibni fuq il-kisbiet u l-potenzjal tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, is-Sena Ewropea, billi tiffoka l-attenzjoni politika u timmobilizza l-partijiet interessati kollha, se ssaħħaħ l-impenn politiku għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u tagħti aktar spinta għall-azzjoni ta' l-Istati Membri u ta’ l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

Ġustifikazzjoni

Kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri se jimpenjaw ruħhom fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u għandhom objettivi ambizzjużi li jistgħu jkunu interpretati f’inizjattivi ġodda kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom iqisu l-prijoritajiet imsemmija fit-Taqsima IV ta’ l-Anness.

Ġustifikazzjoni

Dan biex jiġi ċċarat li l-għanijiet u l-valuri ta’ dan l-Artikolu jeħtieġ li jkunu parti mill-avvenimenti, il-proġetti, il-laqgħat, eċċ., tas-Snin Ewropej.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-azzjonijiet maħsuba biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Artikolu 2 jistgħu jinkludu b'mod partikolari dan li ġej:

1. L-azzjonijiet maħsuba biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Artikolu 2 jistgħu jinkludu b'mod partikolari dan li ġej:

a) laqgħat u avvenimenti;

(a) laqgħat u avvenimenti fil-livell Komunitarju u fil-livell nazzjonali;

b) kampanji promozzjonali, edukattivi u ta’ informazzjoni;

(b) kampanji promozzjonali, edukattivi u ta’ informazzjoni fil-livell Komunitarju u fil-livell nazzjonali;

c) stħarriġ u studji fuq skala Komunitarja jew nazzjonali.

(c) stħarriġ u studji bbażati fuq il-ġbir ta’ dejta maqsuma skond is-sess, fuq skala Komunitarja jew nazzjonali, kif ukoll l-iżvilupp ta’ indikaturi komparabbli multidimensjonali.

Ġustifikazzjoni

Jiġi enfasizzat il-bżonn ta’ azzjoni fil-livell ta’ l-UE u f’dak nazzjonali kif ukoll il-bżonn ta’ dejta komparabbli multidimensjonali dwar id-diversi aspetti tal-faqar.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dettalji ta' l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Anness").

2. Id-dettalji ta’ l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-Sena Ewropea għandha tqis il-modi differenti ta' kif in-nisa u l-irġiel jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Is-Sena Ewropea għandha tqis ir-riskji u d-dimensjonijiet differenti tal-faqar u ta’ l-esklużjoni soċjali li jesperjenzjaw in-nisa u l-irġiel, b'mod speċifiku fil-familji b’ġenitur wieħed, li jesperjenzaw il-faqar b’mod aktar aħrax. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-diskriminazzjoni fl-impjieg. Għandhom jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta' ġeneru fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Ġustifikazzjoni

Id-differenzi rigward is-sess għandhom ikunu integrati fl-attivitajiet kollha tas-Sena Ewropea.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Hija trid tmexxi skambju regolari ta’ fehmiet mal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-livell Ewropew dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-valutazzjoni tas-Sena Ewropea.

4. Il-Kummissjoni trid tmexxi skambju regolari ta’ fehmiet mal-partijiet interessati inklużi dawk li jaħdmu ma’ nies li jgħixu fil-faqar, b’mod partikolari fil-livell Ewropew dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-valutazzjoni tas-Sena Ewropea. Hija għandha tagħmel l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li r-rappreżentanti tan-nies li jiffaċċjaw il-faqar ikunu involuti matul u wara s-Sena Ewropea.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar "Korp Implimentattiv Nazzjonali" biex jorganizza l-parteċipazzjoni tiegħu fis-Sena Ewropea u jiżgura koordinament fil-livell nazzjonali. Il-Korp Implimentattiv Nazzjonali għandu jkun responsabbli għad-definizzjoni tal-programm nazzjonali u l-prijoritajiet għas-Sena Ewropea u għall-għażla ta' azzjonijiet individwali biex ikunu proposti għal finanzjament Komunitarju. L-istrateġija u l-prijoritajiet nazzjonali għas-Sena Ewropea għandhom ikunu stabbiliti b'konformità ma' l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 2.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar "Korp Implimentattiv Nazzjonali" biex jorganizza l-parteċipazzjoni tiegħu fis-Sena Ewropea u jiżgura koordinament fil-livell nazzjonali. Il-Korp Implimentattiv Nazzjonali għandu jkun responsabbli għad-definizzjoni tal-programm nazzjonali u l-prijoritajiet għas-Sena Ewropea u għall-għażla ta' azzjonijiet individwali biex ikunu proposti għal finanzjament Komunitarju. L-istrateġija u l-prijoritajiet nazzjonali għas-Sena Ewropea għandhom ikunu stabbiliti b'konformità ma' l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 2 u mal-prinċipju ta' l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ġeneru skond l-Artikolu 4.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-fini li twettaq il-kompiti tagħha, il-Korp Implimentattiv Nazzjonali għandu jikkonsulta fuq bażi regolari u jikkoopera mill-qrib mal-Grupp Konsultattiv Nazzjonali, magħmul minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati rilevanti, inklużi għaqdiet tas-soċjetà ċivili u għaqdiet li jiddefendu jew jirrappreżentaw l-interessi ta' dawk li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, ir-rappreżentanti parlamentari nazzjonali, l-imsieħba soċjali, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali.

3. Għall-fini li jwettaq il-kompiti tiegħu, b’mod partikulari fit-tfassil tal-programm nazzjonali u kull meta jkun xieraq waqt l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea, il-Korp Implimentattiv Nazzjonali għandu jikkonsulta fuq bażi regolari u jikkoopera mill-qrib mal-Grupp Konsultattiv Nazzjonali, magħmul minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati rilevanti, inklużi għaqdiet tas-soċjetà ċivili u għaqdiet li jiddefendu jew jirrappreżentaw l-interessi ta' dawk li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, ir-rappreżentanti parlamentari nazzjonali, l-imsieħba soċjali, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, strutturati f’korp konsultattiv xieraq.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat, magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat u jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentant minn kull Stat għandu jinħatar mill-Korp Implimentattiv Nazzjonali msemmi fl-Artikolu 6.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-azzjonijiet fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jkunu kofinanzjati mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea sa massimu ta' 50% ta' l-ispejjeż eliġibbli totali ta' l-azzjonijiet implimentati skond il-proċedura stabbilita fil-Parti II ta' l-Anness.

(2) L-azzjonijiet fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jkunu kofinanzjati mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea sa massimu ta' 50% ta' l-ispejjeż eliġibbli totali ta' l-azzjonijiet implimentati skond il-proċedura stabbilita fil-Parti II ta' l-Anness. Il-korpi implimentattivi nazzjonali jipprovdu opportunitajiet għall-finanzjament minn qabel u għall-kofinanzjament biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni b'mod partikulari ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi żgħar u ta’ daqs medju.

Ġustifikazzjoni

Fil-Fond Soċjali Ewropew u fi Snin Ewropej ta’ qabel instab li mekkaniżmi għall-finanzjament minn qabel u għall-kofinanzjament huma importanti biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi żgħar u ta' daqs medju.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Deċiżjonijiet dwar il-finanzjament ta' l-azzjonijiet skond l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).

1. Deċiżjonijiet dwar il-finanzjament ta’ l-azzjonijiet skond l-Artikolu 8(1) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Talbiet għal għajnuna finanzjarja għal azzjonijiet skond l-Artikolu 8(3) għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Korpi Implimentattivi Nazzjonali b'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti II ta' l-Anness.

2. Talbiet għal għajnuna finanzjarja għal azzjonijiet skond l-Artikolu 8(2) għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Korpi Implimentattivi Nazzjonali b'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti II ta' l-Anness filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ġeneru skond l-Artikolu 4.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni flimkien mal-pajjiżi parteċipanti trid tiżgura li l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu konformi ma' l-azzjonijiet u l-inizjattivi Komunitarji, nazzjonali u reġjonali.

1. Il-Kummissjoni flimkien mal-pajjiżi parteċipanti trid tiżgura li l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu konformi ma’ l-azzjonijiet u l-inizjattivi Komunitarji, nazzjonali u reġjonali, bħal dawk relatati mas-Snin Ewropej ta’ qabel.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi evitat l-irduppjar ta’ proġetti u sabiex wieħed ikun jista’ jitgħallem mill-proġetti ta’ qabel, is-Sena Ewropea għandha tikkunsidra r-riżultati rilevanti tas-Snin Ewropej ta’ qabel.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Huma għandhom jiżguraw li s-Sena Ewropea tikkumplimenta bis-sħiħ inizjattivi u riżorsi Komunitarji, nazzjonali u reġjonali eżistenti oħrajn, fejn ikunu jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea.

(2) Huma għandhom jiżguraw li s-Sena Ewropea tikkumplimenta bis-sħiħ l-inizjattivi u r-riżorsi Komunitarji, nazzjonali u reġjonali eżistenti, fejn ikunu jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea.

Ġustifikazzjoni

It-test propost huwa aktar inklużiv, u l-għan huwa li jkunu evitati ċirkustanzi fejn ma jkunux tqiesu ċerti inizjattivi jew riżorsi Komunitarji, nazzjonali jew reġjonali.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet imsemmija f'din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2010 għandu jkun ta' EUR 17 000 000, li EUR 6 500 000 minnhom għandhom ikunu għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2009.

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet imsemmija f'din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2010 għandu jkun ta' EUR 17 000 000, li EUR 6 500 000 minnhom għandhom ikunu għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2009.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera wkoll ma' l-għaqdiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kunsill ta' l-Ewropa, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u n-Nazzjonijiet Uniti.

Għall-fini tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera wkoll ma' l-għaqdiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kunsill ta' l-Ewropa, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u n-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll ma’ istituzzjonijiet u aġenziji oħrajn ta’ l-UE.

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji ta’ l-UE jistgħu jagħtu kontribut għas-suċċess tas-Sena Ewropea skond il-qasam ta’ ħila tagħhom u għalhekk għandhom ikunu involuti.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 15 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-rispett tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi matul is-Sena Ewropea u l-implimentazzjoni ta' dak il-prinċipju, kif ukoll evalwazzjoni tal-mod kif is-Sena Ewropea kienet ta' benefiċċju għal gruppi vulnerabbli.

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima I - punt 1 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti fil-livell Komunitarju, maħsuba biex iqajmu kuxjenza dwar il-kwistjonijiet relatati mas-Sena Ewropea u dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex jipprovdu forum għall-iskambju ta' l-ideat. Dawn se jiġbru lill-partijiet interessati rilevanti u jkunu ppjanati flimkien ma' nies li qed jesperjenzaw il-faqar u l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżwentawhom, biex jipprovdu opportunità tajba biex jiġu indirizzati lakuni fil-politika u problemi ta' kuljum.

L-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti fil-livell Komunitarju, maħsuba biex iqajmu kuxjenza dwar il-kwistjonijiet relatati mas-Sena Ewropea u dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll biex jipprovdu forum għall-iskambju ta' l-ideat. Dawn se jiġbru lill-partijiet interessati rilevanti u jkunu ppjanati flimkien ma' nies li qed jesperjenzaw il-faqar u l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżwentawhom, biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ miżuri u prattiki marbuta ma’ l-għoti tal-poter lil kulħadd fuq livell soċjali u jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-politika kif ukoll iqajmu kuxjenza dwar l-istituzzjonijiet varji rigward l-aspetti multidimensjonali tal-faqar (b’mod speċjali fost in-nisa u t-tfal) bħall-aċċess għall-impjieg, l-akkomodazzjoni, il-protezzjoni soċjali, l-appoġġ għall-familji u s-servizzi soċjali u tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

L-għan tas-sena huwa li jinħolqu kundizzjonijiet li jillimitaw il-proliferazzjoni ta’ l-inugwaljanzi soċjali, fost affarijiet oħra billi jindirizzaw l-aspetti multidimensjonali tal-faqar u n-nuqqasijiet possibbli fil-politika.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima I - punt 2 - inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• L-organizzazzjoni ta' bosta inizjattivi ta' solidarjetà għat-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali biex ċittadini ordinarji jingħataw l-opportunità biex jikkontribwixxu direttament jew permezz ta' l-għaqdiet tagħhom, anke jekk modestament jew f'liema forma tkun. Kampanji fil-mezzi tax-xandir jistgħu jagħtu appoġġ lil operazzjonijiet ta' ġbir ta' fondi fi ħdan il-qafas tas-Sena Ewropea;

• L-organizzazzjoni ta' bosta inizjattivi ta' solidarjetà għat-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali biex iċ-ċittadini kollha jingħataw l-opportunità biex jikkontribwixxu direttament jew permezz ta' l-għaqdiet tagħhom, anke jekk modestament jew f'liema forma tkun. Kampanji fil-mezzi tax-xandir fil-livell nazzjonali u fl-UE jistgħu jagħtu appoġġ lil operazzjonijiet ta' ġbir ta' fondi fi ħdan il-qafas tas-Sena Ewropea;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ kjarifika.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima I - paragrafu 2 - inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• Kampanja ta' tagħrif fil-livell Komunitarju b'pożizzjoni fil-livell nazzjonali, ibbażata kemm fuq il-kanali ta' komunikazzjoni tradizzjonali kif ukoll dawk ġodda flimkien ma' teknoloġiji ġodda;

• Kampanja ta' tagħrif fil-livell Komunitarju b'pożizzjoni fil-livell nazzjonali u lokali, ibbażata kemm fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni tradizzjonali kif ukoll dawk ġodda flimkien ma' teknoloġiji ġodda;

Ġustifikazzjoni

Il-livell lokali huwa importanti għax l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol partikulari fl-għarfien u l-promozzjoni ta’ aċċess effettiv għal servizzi soċjali, ekonomiċi u kulturali għal nies li qed jgħixu fil-faqar jew li jsofru minn esklużjoni soċjali. Huma għandhom responsabilità bażika biex iwettqu l-politiki mfassla biex jiggarantixxu l-integrazzjoni ta’ nies li huma esklużi.

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima I - punt 2 - inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• Miżuri u inizjattivi xierqa biex jixxandru r-riżultati u jogħla l-profil tal-programmi, l-azzjonijiet u l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea;

• Miżuri u inizjattivi xierqa biex jipprovdu l-informazzjoni, jixxandru r-riżultati u tiżdied il-viżibilità tal-programmi, ta' l-azzjonijiet u ta' l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea;

Ġustifikazzjoni

Il-viżibilità ta’ programmi u inizjattivi Komunitarji marbuta mas-Sena Ewropea għandha tissaħħaħ.

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima I - paragrafu 2 - inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• Inizjattivi xierqa minn istituzzjonijiet edukattivi biex ixerrdu t-tagħrif dwar is-Sena Ewropea;

• Inizjattivi xierqa minn istituzzjonijiet edukattivi, NGOs u assoċjazzjonijiet ta’ karità fil-livell nazzjonali u fl-UE, biex ixerrdu t-tagħrif dwar is-Sena Ewropea u dwar il-miżuri rigward il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-assoċjazzjonijiet ta’ karità jeħtieġ li jkunu involuti biex ikun żgurat l-appoġġ.

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima I - paragrafu 3 - inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stħarriġiet u studji madwar il-Komunità għall-istima u r-rappurtar tat-tħejjija, l-effettività, l-impatt u l-monitoraġġ fit-tul tas-Sena Ewropea. Biex jiġi ffaċilitat kunsens ġdid madwar is-soluzzjonijiet politiċi, stħarriġ ta' din ix-xorta se jinkludi wkoll sensiela ta' mistoqsijiet biex titkejjel l-opinjoni pubblika dwar il-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inklużi sistemi ta' ħarsien soċjali, u sistemi ta' ħarsien soċjali, u r-rwol potenzjali ta' l-Unjoni fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni. Dan se jsir fl-2009 biex ir-riżultati tiegħu jkunu jistgħu jiġu ppreżentati fil-Konferenza Miftuħa tas-Sena Ewropea;

• Stħarriġiet u studji madwar il-Komunità, ibbażati fuq il-ġbir ta’ dejta maqsuma skond il-ġeneru, għall-istima u r-rappurtar tat-tħejjija, l-effettività u l-impatt immedjat u fuq tul ta’ żmien tas-Sena Ewropea. Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet politiċi innovattivi, stħarriġ ta’ din ix-xorta se jkejjel ukoll l-opinjoni pubblika dwar il-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inklużi, fejn xieraq, sistemi ta’ ħarsien soċjali, u l-irwol potenzjali ta’ l-Unjoni fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni kemm fl-UE u kemm fid-dinja kollha. Dan l-istħarriġ se jsir fl-2009 biex ir-riżultati tiegħu jkunu jistgħu jiġu ppreżentati fil-Konferenza Miftuħa tas-Sena Ewropea;

Ġustifikazzjoni

L-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-faqar u huma għalhekk ta’ sostenn għas-sena Ewropea 2010. Barra dan, f’dinja globalizzata, l-eradikazzjoni tal-faqar fil-fruntieri ta’ l-UE hija marbuta mill-qrib mal-ġlieda kontra l-faqar f’pajjiżi terzi.

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima I - punt 3 - inċiż 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

• Il-promozzjoni ta’ studju dwar l-attakki fuq id-drittijiet fundamentali li jirriżultaw minn faqar serju;

Ġustifikazzjoni

Miljuni ta’ ċittadini Ewropej m’għandhomx aċċess xieraq għad-drittijiet fundamentali minħabba li huma kkundannati li jgħixu f’faqar estrem u fl-esklużjoni soċjali. Għalhekk għandu jiġi promoss studju dwar din ir-realtà.

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Anness – taqsima II – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Azzjonijiet f’livell lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-baġit Komunitarju sa massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż eliġibbli totali għal kull pajjiż parteċipant. Kofinanzjament nazzjonali għandu jaqbel mal-finanzjament ta' l-UE b'ta' l-inqas 50% minn sorsi pubbliċi jew privati. Fl-għażla ta' l-azzjonijiet, il-Korpi Implimentattivi Nazzjonali se jkunu liberi li jiddeċiedu jekk għandhomx, u f'liema livell, jitolbu kofinanjzment mill-għaqda respopnsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet individwali.

1. Il-kofinanzjament nazzjonali għandu jaqbel mal-finanzjament ta' l-UE b'ta' l-inqas 50% minn sorsi pubbliċi jew privati. Fl-għażla ta' l-azzjonijiet, il-Korpi Implimentattivi Nazzjonali se jkunu liberi li jiddeċiedu jekk għandhomx, u f'liema livell, jitolbu kofinanzjament mill-għaqda responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet individwali, bil-possibilità li jqisu jekk jiffinanzjawx attivitajiet anke sa 100% ta' l-ispejjeż tal-proġett mill-Korpi Implimentattivi Nazzjonali.

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Anness – taqsima II – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bi tweġiba għad-Dokument ta' Qafas Strateġiku, kull Korp Implimentattiv Nazzjonali se jipproduċi Programm Nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea, b'koordinament u konsistenza mill-qrib ma' l-Istratepiji Nazzjonali għall-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali.

3. Bi tweġiba għad-Dokument ta' Qafas Strateġiku, kull Korp Implimentattiv Nazzjonali, wara li jikkonsulta s-soċjetà ċilivi, se jipproduċi Programm Nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea, b'koordinament u konsistenza mill-qrib ma' l-Istrateġiji Nazzjonali għall-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-aspetti importanti tas-Sena Ewropea huwa s-sehem tan-nies li għandhom esperjenza tal-faqar, li minħabba l-esperjenza tagħhom jistgħu jgħinu biex itejbu l-kwalità tal-programm nazzjonali.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Anness – parti II – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull Korp Implimentattiv Nazzjonali se jibgħat applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunirarju. Dik l-applikazzjoni għall-għotja se tiddeskrivi l-programm u l-prijoritajiet nazzjonali għas-Sena Ewropea, l-azzjonijiet proposti għall-finanzjament fil-pajjiż parteċipanti rilevanti u l-għaqdiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta' kull azzjoni individwali. L-applikazzjoni għall-għotja se tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jfassal l-ispejjeż totali ta' l-azzjonijiet proposti u l-ammont u s-sorsi tal-kofinanzjament. L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-korp implimentattiv nazzjonali.

4. Kull Korp Implimentattiv Nazzjonali se jibgħat applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. Dik l-applikazzjoni għall-għotja trid tiddeskrivi l-programm u l-prijoritajiet nazzjonali għas-Sena Ewropea, u l-azzjonijiet proposti għall-finanzjament. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jfassal l-ispejjeż totali ta' l-azzjonijiet proposti u l-ammont u s-sorsi tal-kofinanzjament. L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-korp implimentattiv nazzjonali.

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Anness – taqsima II – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni se tivvaluta u, jekk ikun hemm bżonn, titlob xi modifiki għall-applikazzjonijiet għall-finanzjament Komunitarju mibgħut mill-Korpi Implimentattivi Nazzjonali.

6. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-konformità ma’ l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 u, jekk ikun hemm bżonn, titlob xi modifiki għall-applikazzjonijiet għall-finanzjament Komunitarju mibgħut mill-Korpi Implimentattivi Nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet għall-iffinanzjar mill-Komunità jkunu konformi ma’ l-objettivi tas-Sena kif imsemmi fl-Artikolu 2 tal-proposta.

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Anness - parti IV - paragrafu 2 - inċiż -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• il-promozzjoni ta’ strateġiji integrati multidimensjonali għall-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tal-faqar, b’mod partikulari faqar aħrax, u ta’ approċċi li jkunu integrati fil-politika soċjali, ekonomika u kulturali kollha;

Ġustifikazzjoni

Is-Sena għandha tgħin biex jiġu integrati l-aspetti multidimensjonali tal-faqar fil-politiki ekonomiċi, kulturali u soċjali.

Emenda  57

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-faqar tat-tfal u t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar;

• il-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal, inkluża t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar kif ukoll il-faqar fil-familji, b’attenzjoni speċjali fuq familji kbar, dawk b’ġenitur wieħed u dawk li qed jieħdu ħsieb persuna dipendenti, kif ukoll il-faqar li jiffaċċjaw it-tfal fl-istituzzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata attenzjoni speċifika lill-qagħda tal-familji vulnerabbli.

Emenda  58

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

suq tax-xogħol inklussiv;

• il-promozzjoni ta’ swieq tax-xogħol inklużivi, it-trattament tal-faqar fix-xogħol u l-ħtieġa li x-xogħol ikun irendi;

Ġustifikazzjoni

Ħafna nies li qegħdin jaħdmu jkunu għadhom fir-riskju tal-faqar minħabba, fost l-oħrajn, impjiegi ta’ kwalità inferjuri u pagi baxxi. Din il-problema għandha bżonn attenzjoni speċifika matul is-Sena Ewropea.

Emenda  59

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• l-iżvantaġġi fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż taħriġ fil-kompetenza diġitali;

• it-tneħħija ta’ l-iżvantaġġi fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż taħriġ fil-kompetenza diġitali u l-promozzjoni ta’ aċċess indaqs għal kulħadd għall-ICTs, b’attenzjoni partikulari fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilità;

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għall-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja huwa ta’ importanza partikulari għaliex il-ħiliet tan-nies iridu jiġu adattati għall-bidliet fis-swieq tax-xogħol biex ikollhom l-opportunità ta’ xogħol ta’ livell deċenti.

Emenda  60

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-faqar u d-dimensjoni tas-sessi;

• it-trattament tad-dimensjonijiet tas-sess u ta’ l-età tal-faqar;

Ġustifikazzjoni

Il-faqar ma jaffettwax bl-istess mod lin-nisa u lill-irġiel jew lill-anzjani. Dawn id-differenzi għandhom jiġu kkunsidrati fil-politiki u fl-inizjattivi matul u wara s-Sena Ewropea.

Emenda  61

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-aċċess għas-servizzi bażiċi, inkluża akkomodazzjoni deċenti;

• li jiġi żgurat l-aċċess ugwali għal riżorsi u servizzi xierqa, inkluża akkomodazzjoni deċenti, ħarsien tas-saħħa u ħarsien soċjali;

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal riżorsi adegwati, għall-ħarsien tas-saħħa u l-ħarsien soċjali huwa importanti ħafna għan-nies li jgħixu fil-faqar u jrid jiġi indirizzat b’mod xieraq mis-Sena Ewropea.

Emenda  62

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal opportunitajiet kulturali u għal waqt il-ħin liberu;

Ġustifikazzjoni

Il-persuni milquta mill-faqar spiss ma jkollhomx aċċess għal opportunitajiet kulturali jew għal waqt il-ħin liberu.

Emenda  63

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• l-għelbien tad-diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta' l-integrazzjoni ta' l-immigranti u l-inklużjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol ta' minoritajiet etniċi;

• l-għelbien tad-diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta’ l-inklużjoni soċjali ta’ l-immigranti u ta’ minoranzi etniċi;

Ġustifikazzjoni

Biex ikun iċċarat li l-integrazzjoni fis-soċjetajiet ta’ l-immigranti u tal-minoranzi etniċi hija ta’ l-akbar importanza.

Emenda  64

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• il-promozzjoni ta’ approċċi integrati għall-inklużjoni attiva u l-immaniġġjar tal-ħajja privata;

Ġustifikazzjoni

Is-Sena għandha tgħin biex tippromwovi l-inklużjoni attiva kif ukoll l-immaniġġjar tal-ħajja privata mill-individwu nnifsu, b’mod partikulari l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda  65

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 6 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd;

Ġustifikazzjoni

Peress li s-Sena Ewropea timmira għal opportunitajiet indaqs, huwa loġiku li dan jitpoġġa bħala parti mis-suġġett għal din is-Sena Ewropea.

Emenda  66

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - paragrafu 2 - inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• l-indirizzar tal-bżonnijiet ta' nies diżabbli u gruppi vulnerabbli oħrajn.

• l-indirizzar tal-bżonnijiet ta' persuni b’diżabilità u dipendenti u l-familji tagħhom, u gruppi vulnerabbli oħrajn kif ukoll persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, b’mod partikulari dawk mingħajr dar.

Ġustifikazzjoni

Persuni dipendenti u l-familji tagħhom li jieħdu ħsiebhom jinsabu f’risjku aktar għoli ta’ faqar, bħall-persuni li qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni personali diffiċli.

NOTA SPJEGATTIVA

Fit-tnedija ta' l-Istrateġija ta’ Liżbona f’Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi biex iħallu "impatt deċiżiv fuq l-eradikazzjoni tal-faqar sa l-2010". Kunsilli Ewropej segwenti reġgħu affermaw dan l-għan.

Fl-2006, 16% (78 miljun) tal-popolazzjoni totali ta’ l-UE-25 kienu qed jgħixu ’l isfel mil-livell tal-faqar. Fl-2000 fl-UE25 madwar 40 miljun ruħ (9% tat-total) kienu qegħdin jiffaċċjaw faqar persistenti. Fl-2005, fl-UE-25 19% tat-tfal (19-il miljun) kienu fir-riskju tal-faqar. Għalkemm f’bosta Stati Membri d-differenza bejn is-sessi qiegħda tonqos, fir-rigward tal-faqar u faqar persistenti d-differenza bejn is-sessi (fl-2006) hija ta’ madwar 2 punti perċentwali.

L-isfond informattiv

Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona ta’ Marzu 2000 stabbilixxa l-Metodu Miftuħ ta’ Koordinament (OMC) li jipprovdi qafas ta’ koordinament politiku mingħajr restrizzjonijiet politiċi. Kif inhu, dan isaħħaħ it-twettiq tal-għan strateġiku ta’ l-Unjoni dwar tkabbir ekonomiku sostnut, aktar impjiegi ta’ kwalità aħjar, u koeżjoni soċjali akbar sa l-2010. L-Istati Membri jaqblu li jidentifikaw u jippromwovu l-politiki tagħhom l-aktar effettivi fl-oqsma tal-Ħarsien Soċjali u ta’ l-Inklużjoni Soċjali bl-iskop li jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin. Dan huwa metodu flessibbli u deċentralizzat, li jinvolvi:

Fil-qafas ta’ dan il-metodu flessibbli u deċentralizzat, l-Istati Membri jiftiehmu dwar objettivi komuni u indikaturi komuni, iħejju rapporti strateġiċi nazzjonali u jippreżentaw l-evalwazzjoni tagħhom.

Sa minn Jannar 2007, il-programm integrat il-ġdid ta’ l-UE għall-impjiegi u s-solidarjetà soċjali jappoġġja l-għanijiet stipulati fl-Aġenda Soċjali u jikkontribwixxi għall-istrateġija aktar wiesgħa ta’ l-Unjoni dwar l-impjiegi u t-tkabbir.

L-objettivi predominanti ta’ l-OMC dwar il-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali huma l-promozzjoni ta’:

· Interazzjoni effettiva u reċiproka bejn l-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli ta’ l-UE u l-objettivi ta’ Liżbona dwar tkabbir ekonomiku akbar, aktar impjiegi u aħjar, u koeżjoni soċjali akbar;

· Politiki dwar l-inkużjoni soċjali, ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u opportunitajiet indaqs għal kulħadd permezz ta’ sistemi ta’ ħarsien soċjali li jkunu aċċessibbli, sostenibbli finanzjarjament u effiċjenti;

· Governanza tajba, trasparenza u s-sehem tal-partijiet interessati fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika.

Fil-qafas ta’ l-għanijiet predominanti hemm imniżżel li l-OMC għandu jimmira li jkollu impatt deċiżiv fuq l-eradikazzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Wara l-mandat mill-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona, l-Istati Membri u l-Kummissjoni fittxew li jiżviluppaw approċċi komuni u kompatibilità rigward l-indikaturi. Fl-2001, il-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali (SPC) ressaq rapport li jirrakkomanda sett ta’ indikaturi miftiehma b’mod komuni li ġie adottat fil-Kunsill għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali f’Diċembru 2001 u wara tressaq quddiem is-Summit ta’ Laeken-Brussell ta’ l-UE. F’Ġunju 2006, l-SPC adotta sett emendat ta’ indikaturi komuni dwar il-proċess ta’ ħarsien soċjali u inklużjoni soċjali.

Rigward l-objettiv ta’ l-eradikazzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali wieħed mill-indikaturi komuni miftiehma huwa r-rata ta’ dawk fir-riskju tal-faqar (il-parti tal-persuni li għandhom dħul disponibbli ekwivalizzat taħt is-60% tad-dħul medjan nazzjonali ekwivalizzat).

Sommarju tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-Sena Ewropea 2010

Fl-Aġenda Soċjali tagħha ta' l-2005-2010, il-Kummissjoni ħabbret proposta biex l-2010 ssir is-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Il-baġit allokat għas-Sena – 17-il mijun ewro – jirrappreżenta l-ogħla baġit li qatt ġie allokat għal Sena Ewropea, u b’hekk jidher ċar kemm hi kbira l-importanza politika tagħha.

L-għan tas-Sena Ewropea huwa li jiġi kkonfermat mill-ġdid l-impenn ta’ l-Unjoni għas-solidarjetà, għall-ġustizzja soċjali, għal koeżjoni akbar, u li ssir kampanja għall-konsistenza kif ukoll li jikber l-appoġġ għall-għanijiet predominanti ta’ l-Unjoni billi jsir impatt deċiżiv fuq l-eradikazzjoni tal-faqar.

Is-Sena Ewropea għandha tqajjem il-kuxjenza pubblika dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Ewropa u għandha twassal il-messaġġ li dawn ixekklu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku. Għandha tafferma mill-ġdid l-importanza tar-responsabiltà kollettiva, billi tinvolvi mhux biss lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet iżda wkoll lill-atturi pubbliċi u privati.

Minbarra l-għanijiet ġenerali , erba' għanijiet speċifiċi huma l-bażi tal-proposta għal Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali:

· L-għarfien tad-dritt ta’ nies f'qagħda ta' faqar u esklużjoni soċjali li jgħixu b'dinjità u li jkunu parti sħiħa mis-soċjetà.

· Żieda fis-sjieda pubblika tal-politiki u l-azzjonijiet favur l-inklużjoni soċjali, b'enfasi fuq ir-responsabilità ta' kulħadd biex jiġu indirizzati l-faqar u l-marġinalizzazzjoni.

· Il-promozzjoni ta' soċjetà iktar koeżiva, billi titqajjem kuxjenza pubblika tal-benefiċċji għal kulħadd ta' soċjetà fejn il-faqar huwa eradikat u ħadd ma hu kkundannat jgħix fil-marġini.

· It-tennija ta' l-impenn politiku qawwi ta' l-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni ta' dan l-impenn fil-livelli kollha ta' governanza.

L-attivitajiet tas-Sena Ewropea se jkunu l-bażi tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali u se jkollhom il-mira li jipproduċu valur miżjud ċar f'termini ta' l-impatt u l-effikaċja tal-politika. Għaldaqstant il-punti ttrattati għas-Sena Ewropea huma konformi ma’ l-OMC.

Filwaqt li l-Unjoni tista' tipprovdi qafas għall-koordinament f'livelli varji, progress tanġibbli jintlaħaq biss permezz ta' l-involviment sinifikanti tal-pajjiżi parteċipanti fil-livell nazzjonali. Attivitajiet li ġew definiti fil-livell Ewropew biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-approċċ lejn soċjetà inklużiva jistgħu b'hekk jiġu addattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ kull pajjiż.

Se jinħatar Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri biex jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tas-Sena Ewropea.

Il-Kumitat jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet fuq il-bażi ta’ linji gwida komuni żviluppati mill-Kummissjoni, id-Dokument dwar Linji Gwida Strateġiċi (SFD).

L-implimentazzjoni nazzjonali għandha tkun konsistenti ma’ l-objettivi tal-politika stipulati għas-Sena Ewropea, b’rispons għall-SFD. Kull Stat Membru se jibgħat lill-Kummissjoni Programm Nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea.

Kull programm għandu jkun imfassal, adottat u implimentat b'koperazzjoni stretta ma' u taħt is-superviżjoni tal-Korpi Implimentattivi Nazzjonali (NIBs) nominati mill-pajjiżi parteċipanti tas-Sena Ewropea.

Fit-twaqqif u t-twettiq ta' l-istrateġiji nazzjonali tagħhom, kull NIB se jikkonsulta u jikkopera mill-qrib mal-Grupp Konsultattiv Nazzjonali — NAG — kompost minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, inklużi l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-interessi tan-nies fil-faqar, ir-rappreżentanti parlamentari nazzjonali, is-sieħba soċjali, u l-awtoritajiet lokali.

L-esperjenza ta' Snin Ewropej preċedenti fil-qasam soċjali wriet ir-rilevanza tagħhom fit-tqajjim ta' kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali, it-trawwim tal-parteċipazzjoni, it-tisħiħ ta' l-impenn politiku fil-livelli kollha u l-kontribuzzjoni għall-bidla politika. Il-proposta b'hekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit mill-Artikolu 5 tat-Trattat. Fl-istess ħin, il-proposta għas-Sena Ewropea tenfasizza l-importanza li jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet u l-kuntesti nazzjonali differenti ta’ l-Istati Membri, kemm biex tkun żgurata l-flessibilità fl-implimentazzjoni kif ukoll biex ikunu evitati l-interferenzi mal-prattiki tajba li diġà jeżistu f’xi Stati Membri. F'dan ir-rigward, il-proposta tosserva wkoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-qalba ta’ l-emendi tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew, fir-rapport tiegħu dwar l-Inventarju tar-Realtà Soċjali, ta l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni dwar Sena Ewropea 2010 bil-għan li jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

F’termini ġenerali r-Rapporteur japprova l-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni u jinsab sodisfatt b’mod partikulari dwar ir-rikonoxximent ta’ l-aspetti multidimensjonali tal-faqar u l-bżonn li tiżdied il-kuxjenza pubblika u r-responsabilità pubblika u privata kif ukoll is-sehem tan-nies milquta mill-faqar u tar-rappreżentanti tagħhom fl-implimentazzjoni tas-Sena.

Il-qalba tal-kontenut tar-rapport hija mmirata lejn id-dettalji u tintroduċi xi elementi importanti ġodda. Il-punti li ġew diskussi huma:

1. Il-perspettiva globali tal-faqar u l-inklużjoni soċjali bir-rabta tas-Sena Ewropea ma’ l-Għanijiet tal-Millennju tan-NU u b’mod speċjali mal-Jum Internazzjonali ta’ l-eradikazzjoni tal-Faqar (17 ta’ Ottubru).

2. Għandha tkun ħaġa ċara mill-bidu tas-Sena Ewropea li l-iskop tagħha mhux biss il-ġlieda kontra l-faqar (aħrax) iżda wkoll il-prevenzjoni tal-faqar u ta’ l-esklużjoni soċjali.

3. Biex jiġi żviluppat aktar il-kunċett tal-Proposta tal-Kummissjoni rigward il-kumplessità u l-aspetti multidimensjonali tal-faqar u ta’ l-esklużjoni soċjali.Dan isir permezz ta’ definizzjoni aktar estensiva tal-gruppi konċernati, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni u dawk bla xogħol għal żmien twil.

Hemm ukoll kjarifika oħra dwar politiki multidimensjonali li jridu jiġu koordinati u implimentati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jintlaħaq l-għan tas-Sena Ewropea. Dawn il-politiki għandhom jipprovdu aċċess indaqs għall-edukazzjoni u għat-tagħlim tul il-ħajja inkluż l-aċċess għall-ICTs, għas-sistemi ta’ ħarsien soċjali, għall-kwalità tas-servizzi soċjali u tas-saħħa kif ukoll għad-djar.

4. Punt separat ta’ attenzjoni huwa l-bżonn li jiġi żgurati t-trattament indaqs u n-non-diskriminazzjoni, fost l-oħrajn permezz ta’ l-implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ l-UE, peress li n-nisa u l-gruppi vulnerabbli jkunu ffaċċjati bil-faqar u bl-esklużjoni soċjali aktar minn oħrajn.

5. Ir-rapporteur xtaq ukoll jagħmel enfasi akbar fuq il-governanza u l-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ programmi u inizjattivi eżistenti.

Ġie ċċarat li fil-livell ta’ l-UE, is-Sena m’għandhiex tintuża biss biex ittenni l-impenji ta’ qabel u lanqas biss biex jissaħħaħ il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinament iżda għandha twassal għal aktar sforzi f’termini ta’ l-iskambju ta’ prattiki tajba, it-tnedija ta’ inizjattivi ġodda, eċċ. Fl-interess tal-koerenza u tal-kontinwità ta’ l-azzjonijiet, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rabtiet akbar mar-riżultati tas-Snin Ewropej ta’ qabel u l-koordinazzjoni ma’ programmi Ewropej eżistenti u ma’ riżorsi finanzjarji li jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali teħtieġ tissaħħaħ.Sabiex is-Sena Ewropea tkun suċċess, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jridu jaħdmu flimkien u jeħtieġ li l-parteċipanti rilevanti kollha jkunu involuti meta l-Istati Membri jibdew jiddiskutu l-kontenut nazzjonali tas-Sena Ewropea.

6. Flimkien mal-punt ta’ qabel, il-Parlament Ewropew isibha importanti ħafna li l-persuni ffaċċjati bil-faqar u bl-esklużjoni soċjali jkunu verament involuti fid-diskussjonijiet fil-livell ta’ l-UE u f’dak nazzjonali rigward il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tas-Sena Ewropea. Dan kollu jwassal għal modifiki speċifiċi tal-premessi u ta’ l-Artikoli. Ingħatat attenzjoni speċifika għall-Artikolu 2 (objettivi) u l-Anness, taqsima IV, paragrafu 2 (temi tas-Sena Ewropea).

Fl-Artikolu 2 il-modifika hija dwar is-sehem u l-parteċipazzjoni tal-gruppi kollha konċernati. Dan l-Artikolu huwa marbut ukoll ma’ l-Anness, taqsima IV. F’dan l-Anness il-modifiki ewlenin huma dwar l-introduzzjoni ta’ xi temi addizzjonali bl-iskop li ssir enfasi fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal korrelatat mal-faqar tal-familja, li ssir promozzjoni għat-trattament ugwali u għan-non-diskriminazzjoni, għall-approċċi ta’ inklużjoni attiva kif ukoll għall-aċċess għall-kultura u għall-attivitajiet tal-ħin liberu (l-iskop huwa li ssir rabta bejn it-temi u l-aspetti multidimensjonali tal-faqar u ta’ l-esklużjoni soċjali).

3.4.2008

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010

(COM(2007)0797 – C6‑0469/2007 – 2007/0278(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Inklużjoni Soċjali, bosta pajjiżi enfasizzaw ir-riskju għoli ta' faqar u/jew esklużjoni minn xi gruppi partikolari, inklużi t-tfal, ġenituri waħedhom, l-anzjani, il-migranti u l-minoritajiet etniċi, il-persuni diżabbli, in-nies bla dar, il-ħabsin, in-nisa u t-tfal li huma vittmi ta' vjolenza, u min jabbuża severament mis-sustanzi.

(11) Fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Inklużjoni Soċjali, bosta pajjiżi enfasizzaw ir-riskju għoli ta' faqar u/jew esklużjoni minn xi gruppi partikolari, inklużi t-tfal, ġenituri waħedhom, familji kbar, l-anzjani, iż-żgħażagħ u b'mod partikulari t-tfajliet, il-migranti u l-minoritajiet etniċi, il-persuni diżabbli, in-nies bla dar, il-ħabsin, in-nisa u t-tfal li huma vittmi ta' vjolenza, u min jabbuża severament mis-sustanzi.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Għalkemm ix-xogħol inaqqas sinifikantement ir-riskju ta' faqar għall-individwu, spiss ma jkunx biżżejjed biex jeħles lin-nies mill-faqar, u r-rata ta' "fir-riskju ta' faqar" għadha relattivament għolja anke għal dawk li jaħdmu. Il-faqar fost min għandu xogħol huwa marbut ma' pagi baxxi, ħiliet baxxi, u xogħol prekarju u spiss part-time, imma wkoll għall-karatteristiċi tad-dar fejn joqgħod l-individwu, f'termini ta' dipendenti u l-intensità tal-ħidma tad-dar. Impjieg ta' kwalità huwa għalhekk essenzjali biex jeħles lill-individwi mill-faqar.

(12) Għalkemm ix-xogħol inaqqas b'mod sinifikanti r-riskju ta' faqar għall-individwu, spiss ma jkunx biżżejjed biex jeħles lin-nies mill-faqar, u r-rata ta' "fir-riskju ta' faqar" għadha relattivament għolja anke għal dawk li jaħdmu. Il-faqar fost min għandu xogħol huwa marbut ma' pagi baxxi, ħiliet baxxi, inqas possibilitajiet ta' taħriġ vokazzjonali u ta' konċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol ma' familja, xogħol prekarju u spiss part-time u kundizzjonijiet ta' xogħol prekarji, imma wkoll mal-livell ta' għajnuna soċjali u ekonomika b'rabta mal-karatteristiċi tad-dar fejn joqgħod l-individwu, f'termini ta' dipendenti u l-intensità tal-ħidma tad-dar. Impjieg ta' kwalità u appoġġ soċjali u ekonomiku huma għalhekk essenzjali biex jeħilsu lill-individwi mill-faqar.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ta' importanza essenzjali għall-impatt pożittiv ta' l-azzjoni Komunitarja fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija kemm din tgawdi minn appoġġ popolari wiesa’. Is-Sena Ewropea għandha sservi bħala katalista biex titqajjem kuxjenza u jinħoloq momentum. Hija għandha tgħin biex tiffoka l-attenzjoni politika u timmobilizza lil kull min hu kkonċernat sabiex jiġi avvanzat il-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali.

 

(15) Ta' importanza essenzjali għall-impatt pożittiv ta' l-azzjoni Komunitarja fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija kemm din tgawdi minn appoġġ popolari wiesa’. Is-Sena Ewropea għandha sservi bħala katalista biex titqajjem kuxjenza u jinħoloq momentum. Hija għandha tgħin biex tiffoka l-attenzjoni politika u timmobilizza lil kull min hu kkonċernat sabiex jiġi avvanzat u msaħħaħ il-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, kif ukoll biex ikunu promossi aktar azzjonijiet fil-livelli ta' Unjoni Ewropea u ta' Stat Membru, flimkien mal-persuni affettwati mill-faqar u r-rappreżentanti tagħhom. F'dan ir-rigward, għandha tkun iddedikata attenzjoni partikulari lill-implimentazzjoni effettiva fil-livell ta' Stat Membru tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward l-opportunitajiet indaqs u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) Koeżjoni — Il-promozzjoni ta' soċjetà iktar koeżiva billi titqajjem kuxjenza pubblika tal-benefiċċji għal kulħadd ta' soċjetà fejn il-faqar huwa eradikat u ħadd ma hu kkundannat jgħix fil-marġini. Is-Sena Ewropea għandha trawwem soċjetà li ssostni u tiżviluppa l-kwalità tal-ħajja, il-benessri soċjali u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd irrispettivament mill-isfond tagħhom, tiżgura l-iżvilupp sostenibbli u s-solidarjetà bejn u fi ħdan il-ġenerazzjonijiet u l-koerenza politika ma' l-azzjoni ta' l-UE madwar id-dinja.

c) Koeżjoni — Il-promozzjoni ta' soċjetà iktar koeżiva billi jkunu mmodifikati l-politiki soċjali u ekonomiċi li huma l-kaġun ta' nuqqas ta' ugwaljanza soċjali u tal-faqar (speċjalment fost in-nisa u t-tfal) u billi titqajjem kuxjenza pubblika tal-benefiċċji għal kulħadd ta' soċjetà fejn il-faqar huwa eradikat u ħadd ma hu kkundannat jgħix fil-marġini. Is-Sena Ewropea għandha trawwem soċjetà li ssostni u tiżviluppa l-kwalità tal-ħajja, il-benessri soċjali u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd irrispettivament mill-isfond u l-ġeneru tagħhom, filwaqt li tiżgura l-iżvilupp sostenibbli u s-solidarjetà bejn u fi ħdan il-ġenerazzjonijiet u l-koerenza politika ma' l-azzjoni ta' l-UE madwar id-dinja.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 - punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Impenn — It-tennija ta' l-impenn politiku qawwi ta' l-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni ta' dan l-impenn fil-livelli kollha ta' governanza. Filwaqt li tkompli tibni fuq il-kisbiet u n-nuqqasijiet possibbli tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, is-Sena Ewropea għandha ssaħħaħ l-impenn politiku għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u tagħti spinta għal żvilupp ulterjuri ta' l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

(d) Impenn — It-tennija ta' l-impenn politiku qawwi ta' l-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-promozzjoni ta' dan l-impenn fil-livelli kollha ta' governanza u l-modifika tal-politiki li jikkaġunaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Filwaqt li tkompli tibni fuq il-kisbiet u n-nuqqasijiet possibbli tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinament dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, is-Sena Ewropea għandha ssaħħaħ l-impenn politiku għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u tagħti spinta għal żvilupp ulterjuri ta' l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-Sena Ewropea għandha tqis il-modi differenti ta' kif in-nisa u l-irġiel jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Is-Sena Ewropea għandha tqis il-modi differenti ta' kif in-nisa u l-irġiel jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u għandha tqis kunsiderazzjonijiet ta' ġeneru fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar "Korp Implimentattiv Nazzjonali" biex jorganizza l-parteċipazzjoni tiegħu fis-Sena Ewropea u jiżgura koordinament fil-livell nazzjonali. Il-Korp Implimentattiv Nazzjonali għandu jkun responsabbli għad-definizzjoni tal-programm nazzjonali u l-prijoritajiet għas-Sena Ewropea u għall-għażla ta' azzjonijiet individwali biex ikunu proposti għal finanzjament Komunitarju. L-istrateġija u l-prijoritajiet nazzjonali għas-Sena Ewropea għandhom ikunu stabbiliti b'konformità ma' l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 2.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar "Korp Implimentattiv Nazzjonali" biex jorganizza l-parteċipazzjoni tiegħu fis-Sena Ewropea u jiżgura koordinament fil-livell nazzjonali. Il-Korp Implimentattiv Nazzjonali għandu jkun responsabbli għad-definizzjoni tal-programm nazzjonali u l-prijoritajiet għas-Sena Ewropea u għall-għażla ta' azzjonijiet individwali biex ikunu proposti għal finanzjament Komunitarju. L-istrateġija u l-prijoritajiet nazzjonali għas-Sena Ewropea għandhom ikunu stabbiliti b'konformità ma' l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 2 u mal-prinċipju ta' l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sessi skond l-Artikolu 4.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Deċiżjonijiet dwar il-finanzjament ta' l-azzjonijiet skond l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).

1. Deċiżjonijiet dwar il-finanzjament ta' l-azzjonijiet skond l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2), filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sessi skond l-Artikolu 4.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 15 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-rispett tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi matul is-Sena Ewropea u l-implimentazzjoni ta' dak il-prinċipju, kif ukoll evalwazzjoni tal-mod kif is-Sena Ewropea kienet ta' benefiċċju għal gruppi vulnerabbli.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Anness – parti I. punt 1 Laqgħat u avvenimenti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti fil-livell Komunitarju, maħsuba biex iqajmu kuxjenza dwar il-kwistjonijiet relatati mas-Sena Ewropea u dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex jipprovdu forum għall-iskambju ta' l-ideat. Dawn se jiġbru lill-partijiet interessati rilevanti u jkunu ppjanati flimkien ma' nies li qed jesperjenzaw il-faqar u l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżwentawhom, biex jipprovdu opportunità tajba biex jiġu indirizzati lakuni fil-politika u problemi ta' kuljum.

 

L-organizzazzjoni ta' laqgħat u avvenimenti fil-livell Komunitarju, maħsuba biex iqajmu kuxjenza dwar il-kwistjonijiet relatati mas-Sena Ewropea u dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex jipprovdu forum għall-iskambju ta' l-ideat. Dawn se jiġbru lill-partijiet interessati rilevanti u jkunu ppjanati flimkien ma' nies li qed jesperjenzaw il-faqar u l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentawhom, biex jipprovdu opportunità tajba biex jiġu indirizzati lakuni fil-politika u problemi ta' kuljum u għandhom ikunu maħsuba biex iqajmu kuxjenza fl-istituzzjonijiet varji dwar il-kawżi tal-faqar u ta' l-azzjoni li trid tittieħed sabiex jitnaqqas il-faqar, b'mod speċjali fost in-nisa u t-tfal.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima II - punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Azzjonijiet f’livell lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-baġit Komunitarju sa massimu ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli totali għal kull pajjiż parteċipant. Il-Kofinanzjament nazzjonali għandu jikkumplimenta l-finanzjament ta' l-UE b'ta' l-inqas 50% minn sorsi pubbliċi jew privati. Fl-għażla ta' l-azzjonijiet, il-Korpi Implimentattivi Nazzjonali se jkunu liberi li jiddeċiedu jekk għandhomx, u f'liema livell, jitolbu kofinanjzment mill-għaqda respopnsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet individwali.

1. Azzjonijiet f’livell lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-baġit Komunitarju sa massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż eliġibbli totali għal kull pajjiż parteċipant. Il-Kofinanzjament nazzjonali għandu jikkumplimenta l-finanzjament ta' l-UE b'ta' l-inqas 50% minn sorsi pubbliċi jew privati. Fl-għażla ta' l-azzjonijiet, il-Korpi Implimentattivi Nazzjonali se jkunu liberi li jiddeċiedu jekk għandhomx, u f'liema livell, jitolbu kofinanzjament mill-għaqda responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet individwali, u għandhom iqisu wkoll il-possibilità ta' finanzjament anke sa 100% ta' l-ispejjeż tal-proġett mill-Korpi Implimentattivi Nazzjonali.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Anness - taqsima IV - subparagrafu 2 - inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-faqar tat-tfal u t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar;

 

il-qerda tal-faqar tat-tfal u t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar, b'mod partikulari permezz ta' iktar appoġġ għall-familja u għall-paternità u l-maternità;

PROĊEDURA

Titolu

Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

Referenzi

COM(2007)0797 – C6-0469/2007 – 2007/0278(COD)

Kumitat responsabbli

EMPL

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

31.1.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

22.1.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2008

3.4.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

3.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Claire Gibault, Zita Gurmai, Lívia Járóka, Piia-Noora Kauppi, Urszula Krupa, Roselyne Lefrançois, Astrid Lulling, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Christa Prets, Teresa Riera Madurell, Anne Van Lancker, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Christa Klaß, Marusya Ivanova Lyubcheva, Petya Stavreva, Feleknas Uca

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Manolis Mavrommatis

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

Referenzi

COM(2007)0797 – C6-0469/2007 – 2007/0278(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.12.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

31.1.2008

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

31.1.2008

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Marie Panayotopoulos-Cassiotou

23.1.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

2.4.2008

5.5.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

6.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Joel Hasse Ferreira, Stephen Hughes, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Raymond Langendries, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Jiří Maštálka, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Juan Andrés Naranjo Escobar, Csaba Őry, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Petru Filip, Jamila Madeira, Csaba Sógor, Kyriacos Triantaphyllides