RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar enżimi ta' l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97

13.5.2008 - (16676/1/2007 – C6‑0140/2008 – 2006/0144(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Avril Doyle

Proċedura : 2006/0144(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0176/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar enżimi ta' l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97

(16676/1/2007 – C6‑0140/2008 – 2006/0144(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16676/1/2007 – C6-0041/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0425),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0176/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(4) Dan ir-Regolament għandu jkopri biss enżimi li huma miżjuda ma' l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifatturar, l-ipproċessar, it-tħejjija, it-trattament, l-imballaġġ, it-trasport jew il-ħażna ta' tali ikel, inkluż enżimi użati bħala għajnuniet għall-ipproċessar (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'enżimi ta' l-ikel'). Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandux għalhekk jiġi estiż għal enżimi li mhumiex miżjuda ma' l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika imma li huma intiżi għal konsum tal-bniedem, bħal enżimi għal skopijiet ta' nutrizzjoni. Kulturi mikrobjali tradizzjonalment użati fil-produzzjoni ta' l-ikel, bħal ġobon u nbid, u li jistgħu jipproduċu inċidentalment enżimi imma mhumiex speċifikatament użati biex jipproduċuhom m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala enżimi ta' l-ikel.

(4) Dan ir-Regolament għandu jkopri biss enżimi li huma miżjuda ma' l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifatturar, l-ipproċessar, it-tħejjija, it-trattament, l-imballaġġ, it-trasport jew il-ħażna ta' tali ikel, inkluż enżimi użati bħala għajnuniet għall-ipproċessar (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'enżimi ta' l-ikel'). Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandux għalhekk jiġi estiż għal enżimi li mhumiex miżjuda ma' l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika imma li huma intiżi għall-konsum tal-bniedem, bħal enżimi għal skopijiet ta' nutrizzjoni jew ta' diġestjoni. Kulturi mikrobjali tradizzjonalment użati fil-produzzjoni ta' l-ikel, bħal ġobon u nbid, u li jistgħu jipproduċu inċidentalment enżimi imma mhumiex speċifikatament użati biex jipproduċuhom m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala enżimi ta' l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Emenda li kien hemm qbil dwarha min-naħa tal-Parlament waqt l-ewwel qari (emenda 3). Għandu jkun iċċarat b'mod espliċitu li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-enżimi maħsuba għall-konsum mill-bniedem bħal m’huma l-enżimi għal skopijiet nutrittivi jew enżimi użati bħala għajnuniet diġestivi.

Emenda  2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(6) Enżimi ta' l-ikel għandhom jiġu approvati u użati biss jekk huma jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament. Enżimi ta' l-ikel għandhom ikunu sikuri meta użati, għandu jkun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom u l-użu tagħhom m'għandux iqarraq lill-konsumatur. Modi kif il-konsumatur jista' jiġi żgwidat jinkludu, imma m'humiex limitati għal, kwistjonijiet relatati man-natura, il-freskezza, il-kwalità ta' l-ingredjenti użati, in-naturalezza tal-prodott jew tal-proċess ta' produzzjoni, jew il-kwalità nutrittiva tal-prodott. L-approvazzjoni ta' enżimi ta' l-ikel għandha tieħu wkoll f'kont fatturi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni, inkluż fatturi soċjetali, ekonomiċi, tradizzjonali, etiċi u ambjentali u l-fattibbiltà ta' kontrolli.

(6) L-enżimi ta' l-ikel għandhom jiġu approvati u użati biss jekk huma jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-enżimi ta' l-ikel għandhom ikunu sikuri meta jintużaw, għandu jkun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, u l-użu tagħhom m'għandux iqarraq lill-konsumatur u għandu jkun ta' benefiċċju għall-konsumatur. Modi kif il-konsumatur jista' jiġi żgwidat jinkludu, imma m'humiex limitati għal, kwistjonijiet relatati man-natura, il-freskezza, il-kwalità ta' l-ingredjenti użati, in-naturalezza tal-prodott jew tal-proċess ta' produzzjoni, jew il-kwalità nutrittiva tal-prodott. L-approvazzjoni ta' l-enżimi ta' l-ikel għandha tqis ukoll fatturi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni, inklużi fatturi soċjetali, ekonomiċi, tradizzjonali, etiċi u ambjentali, il-fattibbiltà ta' kontrolli u, jekk ikun meħtieġ, il-prinċipju ta' prekawzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda bbażata fuq l-emendi adottati mill-Parlament fl-ewwel qari (emendi 4 u 6). Hija l-opinjoni tal-Parlament li l-prinċipju ta' prekawzjoni għandu jkun fil-qofol ta' l-evalwazzjoni ta' l-enżimi ta' l-ikel. Bħal fil-leġiżlazzjoni attwali dwar l-addittivi ta' l-ikel, irid ikun hemm benefiċċju ċar għall-konsumatur bħala rekwiżit ewlieni fil-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-enżimi ta' l-ikel.

Emenda  3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(9) Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni , il-valutazzjoni tar-riskju ta' enżimi ta' l-ikel u l-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-Komunità għandhom jitwettqu skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru .../...]tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-additivi ta' l-ikel, l-enżimi ta' l-ikel u l-aromatizzanti ta' l-ikel.

(9) Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju ta' l-enżimi ta' l-ikel u l-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-Komunità għandhom jitwettqu skond il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru .../...]tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-additivi ta' l-ikel, l-enżimi ta' l-ikel u l-aromatizzanti ta' l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Emenda li kien hemm qbil dwarha min-naħa tal-Parlament waqt l-ewwel qari (emenda 6). Il-prinċipju tal-prekawzjoni għandu jkun fiċ-ċentru tal-valutazzjoni tar-riskju ta' l-enżimi ta' l-ikel.

Emenda  4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(11) Enżima ta' l-ikel li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandha tkun soġġetta għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni taħt dak ir-Regolament fir-rigward tal-valutazzjoni ta' sigurtà tal-modifikazzjoni ġenetika, waqt li l-awtorizzazzjoni finali ta' l-enżima ta' l-ikel għandha tingħata taħt dan ir-Regolament.

(11) Enżima ta' l-ikel li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandha tkun awtorizzata skond dak ir-Regolament, kif ukoll skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Terġa' ddaħħal parzjalment l-emenda 7 mill-ewwel qari. Kwalunkwe prodott modifikat ġenetikament li jiġi użat fil-manifattura ta' enżima ta' l-ikel li diġà ġiet approvata fl-UE f'konformità ma' dan ir-Regolament dwar l-Enżimi, irid jiġi approvat ukoll skond ir-Regolament 1829/2003. Permezz ta' din l-emenda, ir-Regolament dwar l-Enżimi jiġi jaqbel mal-proposti l-oħra fil-pakkett.

Emenda  5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 14

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(14) Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ġusti u ugwali għall-applikanti kollha, il-lista tal-Komunità għandha titfassal fi stadju wieħed. Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara li tkun ġiet kompletata l-valutazzjoni tar-riskju ta' l-enżimi ta' l-ikel kollha li għalihom ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni matul il-perijodu inizjali ta' sentejn.

(14) Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ġusti u ugwali għall-applikanti kollha, il-lista tal-Komunità għandha titfassal fi stadju wieħed. Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara li titlesta l-valutazzjoni tar-riskju ta' l-enżimi ta' l-ikel kollha li għalihom tkun ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni matul il-perijodu inizjali ta' sentejn. Madankollu, il-valutazzjonijiet ta' riskju ta' l-Awtorità għal enżimi individwali għandhom ikunu ppubblikati hekk kif jitlestew.

Ġustifikazzjoni

Emenda li kien hemm qbil dwarha min-naħa tal-Parlament waqt l-ewwel qari (emenda 8). Għandu jiġi kkjarifikat li "l-metodu ta' stadju wieħed" ma jtawwalx il-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju fil-każ ta' enżimi individwali.

Emenda  6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt (b b) (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(bb) "quantum satis" tfisser li l-ebda livell massimu ma jkun speċifikat. Madankollu, l-addittivi għandhom jintużaw skond prattika tajba tal-manifattura, f'dożi li ma jkunux ogħla milli jkun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan maħsub u sakemm il-konsumatur ma jkunx żgwidat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bbażata fuq l-emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 14). Quantum satis: Definizzjoni għal 'quantum satis', imsemmija fl-Artikolu 12(f) tal-Proposta tal-Kummissjoni, għandha tiġi inkluża f'dan l-artikolu flimkien mad-definizzjonijiet l-oħra.

Emenda  7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 6 - punt (a)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(a) fuq il-bażi ta’ l-evidenza xjentifika disponibbli, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta’ l-użu propost; u u

(a) fuq il-bażi ta’ l-evidenza xjentifika disponibbli u tal-prinċipju ta' prekawzjoni, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta’ l-użu propost; u

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda sa ċertu punt tintroduċi mill-ġdid l-emenda adottata mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 16). Hija l-opinjoni tal-Parlament li l-prinċipju ta' prekawzjoni għandu jkun fil-qofol ta' l-evalwazzjoni u għaldaqstant għandu jiddaħħal f'artikolu.

Emenda  8

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 6 - punt (c)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(c) l-użu tagħha ma jiżgwidax lill-konsumatur.

(c) l-użu tagħha ma jiżgwidax lill-konsumatur. Modi kif il-konsumatur jista' jiġi żgwidat jinkludu, imma m'humiex limitati għal, kwistjonijiet relatati man-natura, il-freskezza, il-kwalità ta' l-ingredjenti użati, in-naturalezza tal-prodott jew tal-proċess ta' produzzjoni, jew il-kwalità nutrittiva tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Emenda bbażata fuq l-emenda 16 li kienet adottata fl-ewwel qari. Dak li hu mfisser bil-kunċett "żgwidar tal-konsumatur" għandu jsir ċar u trasparenti.

Emenda  9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 6 - punt (c a) (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(ca) l-użu tagħha għandu benefiċċju ċar għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Emenda li kien hemm qbil dwarha min-naħa tal-Parlament waqt l-ewwel qari (emenda 16). Bħal fil-leġiżlazzjoni attwali dwar l-addittivi ta' l-ikel, irid ikun hemm benefiċċju ċar għall-konsumatur bħala rekwiżit ewlieni fil-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-enżimi ta' l-ikel.

Emenda  10

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 7 - paragrafu 2 - punt (c) u (d)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(c) jekk meħtieġ, l-ikel li miegħu tista' tinżdied l-enżima ta' l-ikel;

(c) l-ikel li miegħu tista’ tiġi miżjuda l-enżima ta’ l-ikel;

(d) jekk meħtieġ, il-kondizzjonijiet li taħthom tista' tinżdied l-enżima ta' l-ikel; fejn xieraq, ma għandu jiġi ffissat l-ebda livell massimu għal enzima ta' l-ikel. F'dak il-każ, l-enzima ta' l-ikel għandha tintuża skond il-prinċipju ta' quantum satis;

(d) il-kondizzjonijiet li taħthom tista’ tintuża l-enżima ta’ l-ikel; fejn xieraq, ma għandu jiġi ffissat l-ebda livell massimu għal enżima ta' l-ikel. F'dak il-każ, l-enżima ta' l-ikel għandha tintuża skond il-prinċipju ta' quantum satis;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bbażata fuq emenda adottata fl-ewwel qari (emenda 19). Hija l-opinjoni tal-Parlament li l-awtorizzazzjoni ta' enżima ta' l-ikel għandha tkun aktar speċifika fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' l-użu u r-rekwiżiti ta' l-ittikkettar.

Emenda  11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 7 - paragrafu 2 - punt (f)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(f) fejn meħtieġ, ħtiġiet speċifiċi fir-rigward tat-tikkettar ta' l-ikel li fihom intużaw enżimi ta' l-ikel sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur finali jkun informat dwar il-kondizzjoni fiżika ta' l-ikel jew tat-trattament speċifiku li dan kellu.

(f) ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward ta' l-ittikkettar ta' l-ikel li fihom ikunu intużaw enżimi ta' l-ikel sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur finali jkun informat dwar il-kondizzjoni fiżika ta' l-ikel jew tat-trattament speċifiku li dan għadda minnu.

Ġustifikazzjoni

Emenda li kien hemm qbil dwarha min-naħa tal-Parlament waqt l-ewwel qari. L-awtorizzazzjoni ta' enżima ta' l-ikel għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet ta' l-użu u r-rekwiżiti ta' l-ittikkettar kollha. Għaldaqstant dan il-paragrafu jeħtieġ li jiġi kkjarifikat.

Emenda  12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 8

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Enżima ta' l-ikel li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tista' tiġi inkluża fil-lista Komunitarja skond dan ir-Regolament biss meta hija koperta minn awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Enzima ta' l-ikel li taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u li m’hijiex diġà inkluża fil-lista Komunitarja tista' tkun inkluża f’dik il-lista skond dan ir-Regolament biss jekk hija koperta minn awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Ġustifikazzjoni

Terġa' ddaħħal l-emenda 34 mill-ewwel qari. Kwalunkwe prodott modifikat ġenetikament li jiġi użat fil-manifattura ta' enżima ta' l-ikel li diġà tkun ġiet approvata fl-UE f'konformità ma' dan ir-Regolament dwar l-Enżimi, irid jiġi approvat ukoll skond ir-Regolament 1829/2003. Permezz ta' din l-emenda, ir-Regolament dwar l-Enżimi jiġi jaqbel mal-proposti l-oħra fil-pakkett.

Emenda  13

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 10 - paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Enżimi ta' l-ikel u tħejjijiet ta' enżimi ta' l-ikel mhux maħsubin għall-bejgħ lill-konsumatur finali, kemm jekk mibjugħin waħedhom jew imħalltin ma' xulxin u/jew ma' ingredjenti oħra ta' l-ikel, kif definiti fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss bit-tikkettar previst fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, li għandu jkun viżibbli faċilment, li jista' jinqara b'mod ċar u li ma jistax jitħassar. L-informazzjoni provduta fl-Artikolu 10 għandha tkun f’lingwa li tiftiehem faċilment mix-xerrejja.

1. L-enżimi ta' l-ikel u tħejjijiet ta' enżimi ta' l-ikel mhux maħsubin għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari, kemm jekk mibjugħin waħedhom jew imħalltin ma' xulxin, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss bit-tikketta prevista fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, li għandha tkun viżibbli faċilment, li tista' tinqara b'mod ċar u li ma tistax titħassar. L-informazzjoni provduta fl-Artikolu 10 għandha tkun f’lingwa li tinftiehem faċilment mix-xerrejja.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi eliminata l-konfużjoni bejn l-enżimi jew it-tħejjijiet ta' l-enżimi u l-ingredjenti li jkunu żdidulhom enżimi jew tħejjijiet ta' enżimi, din it-tieni kategorija għandha tiġi ttrattata separatament. Għaldaqstant għandu jerġa' jiddaħħal it-test ta' l-ewwel qari tal-PE.

Emenda  14

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 11 - paragrafu 1 - punt (a)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(a) l-isem stabbilit skond dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull enżima ta' l-ikel jew deskrizzjoni ta' bejgħ li tinkludi l-isem għal kull enżima ta' l-ikel jew fin-nuqqas ta' isem, deskrizzjoni ta' l-enżima ta' l-ikel li tkun preċiża biżżejjed biex tiddistingwiha minn prodotti li tista' tiġi mfixkla magħhom;

(a) l-isem stabbilit skond dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull enżima ta' l-ikel jew, fin-nuqqas ta' dan l-isem, l-isem aċċettat stabbilit fin-nomenklatura ta' l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekolari (IUBMB);

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija kompromess bejn il-Pożizzjoni Komuni u l-emenda 21 ta' l-ewwel qari tal-Parlament. Il-formulazzjoni 'deskrizzjoni ta' bejgħ li tinkludi l-isem ta' kull enżima' mhix ċara u għandha tiġi sostitwita bl-ismijiet ta' l-enżimi stabbiliti mill-IUBMB, li huma rikonoxxuti internazzjonalment u għaldaqstant għandhom jintużaw sakemm ma tkunx ġiet ippubblikata l-lista pożittiva. (It-tħassir ta' 'deskrizzjoni li tkun preċiża biżżejjed' hija konformi mal-proposta għal Regolament dwar l-Addittivi ta' l-Ikel.)

Emenda  15

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt (a)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(a) l-isem stabbilit skond dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull enżima ta' l-ikel jew deskrizzjoni ta' bejgħ li tinkludi l-isem għal kull enżima ta' l-ikel jew fin-nuqqas ta' isem, deskrizzjoni ta' l-enżima ta' l-ikel li tkun preċiża biżżejjed biex tiddistingwiha minn prodotti li tista' tiġi mfixkla magħhom;

(a) l-isem stabbilit skond dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull enżima ta' l-ikel jew, fin-nuqqas ta' dan l-isem, l-isem aċċettat stabbilit fin-nomenklatura ta' l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekolari (IUBMB);

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 20.

Emenda  16

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt (b a) (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(ba) fejn ikun applikabbli, indikazzjoni li l-prodott ta' l-enżima ta' l-ikel ikun fih l-OMĠ jew kien prodott minnhom (organiżmi modifikati b'mod ġenetiku), kif mitlub mir-Regolament Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament immodifikat1 u skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tikkettar ta' organiżmi mmodifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta prodotti ta l-ikel u għalf prodotti minn organiżmi mmodifikati ġenetikament2.

 

1 ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 298/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 97, 9.4.2008, p.64.

1ĠU L 268, 18.10.2003, p.24.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bbażata fuq l-emenda adottata fl-ewwel qari (emenda 37). Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-ittikkettar ta' l-OMĠ mhijiex sodisfaċenti. Hija x-xewqa tal-Parlament li jara ittikkettar aktar ċar f'każ fejn prodott ta' l-enżimi ta' l-ikel ikun fih organiżmi modifikati ġenetikament, jew ikun prodott minnhom.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Għan tal-Proposta:

Bħalissa m'hemm l-ebda evalwazzjoni ta' l-enżimi ta' l-ikel fuq livell Ewropew u l-ebda proċedura ta' awtorizzazzjoni, ħlief għal dawk meqjusa bħala addittivi ta' l-ikel. L-industrija ilha tinsisti għal leġiżlazzjoni armonizzata bi proċedura Komunitarja għall-awtorizzazzjoni ta' enżimi ta' l-ikel peress li n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni ta' l-UE f'dan il-qasam wassal għal prattiki kummerċjali inġusti, tfixkil għat-tkabbir u wassal għal 'diskriminazzjoni bil-maqlub' kontra produtturi lokali ta' l-ikel f'pajjiżi b'regoli aktar restrittivi.

L-għan tar-Regolament propost huwa li jarmonizza l-leġiżlazzjoni li tikkontrolla l-użu ta' l-enżimi fl-ipproċessar ta' l-ikel fl-UE sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem u biex jiġu promossi l-kummerċ u l-kompetizzjoni ħielsa.

L-opinjoni tar-rapporteur dwar il-Pożizzjoni Komuni:

Ir-rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-premessa 13 tat-test tal-Kunsill, li tilqa' s-suġġeriment tal-Parlament li jkun hemm dispożizzjoni li tħalli lill-EFSA tiddeċiedi dwar proċedura ta' awtorizzazzjoni "mħaffa" għall-enżimi ta' l-ikel li bħalissa jinsabu fis-suq, billi ħafna enżimi diġà ġew evalwati fi Stati Membri fejn jeżistu proċeduri nazzjonali ta' awtorizzazzjoni stabiliti sew, l-aktar fid-Danimarka, fi Franza u fir-Renju Unit. Hija tilqa' wkoll b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar simplifikat introdotti mill-Kunsill li se jkunu japplikaw b'mod trasversali fuq il-pakkett ta' regolamenti "Titjib fl-ikel" dwar l-addittivi ta' l-ikel, is-sustanzi li jagħtu t-togħma (l-aromatizzanti) u l-enżimi.

Madankollu, fl-ewwel qari, il-Parlament adotta diversi emendi importanti għall-Abozz ta' Regolament propost mill-Kummissjoni, u dawn l-emendi l-Parlament jixtieq li jinżammu fit-test. Ir-rapporteur reġgħet affermat l-opinjoni tal-Parlament li l-prinċipju ta' prekawzjoni għandu jkun fil-qofol ta' kull evalwazzjoni ta' riskju u għaldaqstant jeħtieġ li jkun enfasizzat f'din il-proposta. Fl-ewwel qari, il-Parlament saħħaħ ukoll id-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur sabiex jiżgura li enżima ta' l-ikel m'għandhiex tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura, il-kwalità u s-sustanza ta’ prodott, u dan il-kunċett qiegħed jerġa' jiddaħħal.

L-enżimi ta' l-ikel m'humiex, u lanqas ma jistgħu jkunu, mikroorganiżmi modifikati ġenetikament. Madankollu, aktarx li kull ma jmorru aktar enżimi ta' l-ikel jistgħu fil-ġejjieni jkunu 'ġejjin minn' OĠMs. Huwa importanti li din id-distinzjoni tkun enfasizzata sabiex ikun evitat in-nuqqas ta' ftehim jew li jinħoloq tħassib bla bżonn filwaqt li jkun żgurat li xorta waħda jkun hemm trasparenza għall-konsumatur. Għaldaqstant ir-rapporteur reġgħet introduċiet xi emendi rilevanti mill-ewwel qari.

Hija tittama li din il-proposta tiġi adottata mingħajr aktar dewmien sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti regoli armonizzati u jkun jista' jiġi ggarantit livell għoli ta' sikurezza ta' l-ikel.

PROĊEDURA

Titolu

L-enżimi ta' l-ikel

Referenzi

16676/1/2007 – C6-0140/2008 – 2006/0144(COD)

Data ta' l-1 qari tal-PE - Numru P

10.7.2007                     T6-0322/2007

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2006)0425 - C6-0257/2006

Proposta modifikata tal-Kummissjoni

COM(2007)0670

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni

13.3.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.3.2008

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Avril Doyle

14.9.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

6.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georgs Andrejevs, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jens Holm, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Jules Maaten, Linda McAvan, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anne Laperrouze, Kartika Tamara Liotard, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Lambert van Nistelrooij

Sostituti (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Armando França, Raül Romeva i Rueda