RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE

13.5.2008 - (16677/2007 – C6‑0139/2008 – 2006/0147(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Mojca Drčar Murko

Proċedura : 2006/0147(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0177/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE

(16677/2007 – C6‑0139/2008 – 2006/0147(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16677/3/2007 – C6‑0139/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0427),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0177/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(6) Oġġetti ta' l-ikel fi stat naturali li m'għaddew mill-ebda trattament ta' pproċessar u oġġetti ta' l-ikel mhux komposti bħal ħwawar, ħxejjex aromatiċi, tejiet u infużjonijiet (per eżempju tè tal-frott jew tal-ħxejjex aromatiċi) kif ukoll taħlitiet ta' ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi, taħlitiet ta' tè u taħlitiet għall-infużjoni, sakemm dawn jiġu kkunsmati kif inhuma u/jew m'humiex miżjuda ma' l-ikel, ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(6) Oġġetti ta' l-ikel fi stat naturali li m'għaddew mill-ebda trattament ta' pproċessar u oġġetti ta' l-ikel mhux komposti bħal ħwawar, ħxejjex aromatiċi, tejiet u infużjonijiet (per eżempju tè tal-frott jew tal-ħxejjex aromatiċi) kif ukoll taħlitiet ta' ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi, taħlitiet ta' tè u taħlitiet għall-infużjoni, ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Hemm evidenza li ħxejjex aromatiċi m’għandhomx l-istess effett tossikoloġiku li wieħed għandu jinkwieta dwaru daqskemm għandu komponent individwali ġo fihom. It-tqegħid ta’ livelli massimi għal komponenti bħal dawn jista’ jwassal għal żieda fl-użu ta’ estratti ta’ ħxejjex aromatiċi, u għad hemm dubji dwar jekk dan jipprovdix iktar ħarsien tal-konsumatur.

Emenda  2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(7) L-aromatizzanti u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għandhom jintużaw biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. Iridu jkunu mingħajr periklu meta jiġu użati, u għalhekk ċerti aromatizzanti għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju qabel ma jistgħu jkunu permessi fl-ikel. M’għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur, u għalhekk il-preżenza tagħhom fl-ikel għandha dejjem tkun indikata permezz ta’ tikkettar xieraq. L-iżgwidar tal-konsumatur jinkludi, iżda mhux limitat għal, kwistjonijiet relatati man-natura, il-freskezza, il-kwalità ta' l-ingredjenti użati, kemm huwa naturali prodott jew il-proċess ta' produzzjoni, jew il-kwalità nutrittiva tal-prodott. L-approvazzjoni ta' aromatizzanti għandha tieħu wkoll kont ta' fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni, inklużi fatturi soċjetali, ekonomiċi, tradizzjonali, etiċi u ambjentali u l-fattibbiltà tal-kontrolli.

(7) L-aromatizzanti u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għandhom jintużaw biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. Iridu jkunu mingħajr periklu meta jiġu użati, u għalhekk ċerti aromatizzanti għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju qabel ma jistgħu jkunu permessi fl-ikel. Fejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni dwar jekk jistax ikun hemm xi konsegwenzi negattivi għal gruppi vulnerabbli, inkluż l-iżvilupp ta’ preferenzi tat-togħma fit-tfal. M’għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur, u għalhekk il-preżenza tagħhom fl-ikel għandha dejjem tkun indikata permezz ta’ tikkettar xieraq. Il-każijiet fejn il-konsumatur huwa żgwidat jinkludu, iżda mhux limitati għal, kwistjonijiet relatati man-natura, ma' kemm hu frisk il-prodott, mal-kwalità ta' l-ingredjenti użati, ma' kemm hu naturali l-prodott jew il-proċess tal-produzzjoni jew il-kwalità nutrittiva tal-prodott. L-approvazzjoni ta' aromatizzanti għandha tqis ukoll fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata, inklużi fatturi soċjetali, ekonomiċi, tradizzjonali, etiċi u ambjentali u l-fattibbiltà tal-kontrolli.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti ta’ l-emenda (1) adottata mill-Parlament fl-ewwel qari, li ġiet imħassra mill-Kunsill. L-inklużjoni ta’ l-iżvilupp fit-tfal tal-preferenzi tat-togħmiet tindika l-approċċ moderat tal-Parlament fir-rigward ta’ l-użu ta’ aromatizzanti fl-ikel.

Emenda  3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 10

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(10) Livelli massimi għal ċerti sustanzi mhux mixtieqa li jseħħu b'mod naturali għandhom jiffukaw fuq l-ikel jew il-kategoriji ta' l-ikel li jikkontribwixxu l-aktar għall-konsum ta' l-ikel. Dan jippermetti lill-Istati Membri jorganizzaw kontrolli abbażi ta' riskju f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali. Madankollu l-produtturi ta' l-ikel huma obbligati li jieħdu kont tal-preżenza ta' dawn is-sustanzi meta jużaw ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti u/jew aromatizzanti għall-preparazzjoni ta' l-ikel kollu sabiex jiġi żgurat li l-ikel li mhux sikur ma jitqegħidx fis-suq.

(10) Fil-każ li ċerti sustanzi mhux mixtieqa li jseħħu b’mod naturali f’ikel kompost ikunu ta’ riskju għas-saħħa tal-konsumatur u jiġu stabbiliti livelli massimi wara li tingħata l-opinjoni ta’ l-Awtorità, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli fuq il-bażi ta' riskju f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali. Madankollu l-produtturi ta' l-ikel huma obbligati li jqisu l-preżenza ta' dawn is-sustanzi meta jużaw ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti u/jew aromatizzanti għall-preparazzjoni ta' l-ikel kollu sabiex jiġi żgurat li l-ikel li mhux sikur ma jitqegħidx fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija ġdida. Ir-rapporteur tipproponi l-emenda bl-għan li ġġibha konformi mal-pożizzjoni miftiehma tal-Parlament dwar ċerti sustanzi mhux mixtieqa li jseħħu b’mod naturali f’ikel kompost (b’mod partikulari għall-emendi 13 ta’ l-Artikolu 5, paragrafu 2 u l-emenda 23 tal-Parti B ta’ l-Anness III).

Emenda  4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 13

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(13) Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni ta' l-aromatizzanti u tal-materjali ta' sors li jeħtieġ li ssirilhom evalwazzjoni, għandhom jitwettqu skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru [...][2]* li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, għall-enzimi ta' l-ikel u għall-aromatizzanti ta' l-ikel.

(13) Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni, l-evalwazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni ta’ l-aromatizzant u tal-materjali tas-sors li jeħtieġ li ssirilhom evalwazzjoni, għandhom jitwettqu skond il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […]* li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għall-aromatizzanti ta’ l-ikel.

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda (2) adottata fl-ewwel qari bl-għan li l-prinċipju kawtelatorju jitqiegħed fiċ-ċentru ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni ta' l-aromatizzanti.

Emenda  5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Premessa 23

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(23) Aromatizzanti jew materjal ta' sors li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni taħt dak ir-Regolament fir-rigward tal-valutazzjoni ta' sikurezza tal-modifikazzjoni ġenetika, waqt li l-awtorizzazzjoni finali ta' l-aromatizzanti jew materjal ta' sors għandha tingħata taħt dan ir-Regolament.

(23) Aromatizzanti jew materjal tas-sors li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament għandhom ikunu awtorizzati skond dak ir-Regolament, kif ukoll skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet approvata mill-Parlament fl-ewwel qari. Għandhom ikunu evitati proċeduri ta’ approvazzjoni doppji. Ir-rapporteur hi tal-fehma li jinħtieġ approċċ konsistenti fit-tliet regolamenti li jaffettwaw l-aromatizzanti, l-addittivi u l-enżimi.

Emenda  6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar aromatizzanti u ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel biex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi, inklużi l-prattiċi ġusti fil-kummerċ ta' l-ikel, b'kont meħud ta', fejn xieraq, il-protezzjoni ta' l-ambjent.

 

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar aromatizzanti u ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel biex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-suq intern inklużi l-prattiki ġusti fil-kummerċ ta' l-ikel, filwaqt li titqies, fejn xieraq, il-protezzjoni ta' l-ambjent.

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda (7) adottata fl-ewwel qari – f’każ ta’ dubju għall-konsumatur – huwa kkunsidrat bħala linja gwida għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet possibilment ambigwi tar-Regolament.

Emenda  7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt (c)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(c) ikel mhux kompost u taħlitiet ta' ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi, taħlitiet ta' tè u taħlitiet ta' infużjoni, sakemm dawn ma jkunux intużaw bħala ingredjenti ta' l-ikel.

(c) ikel mhux kompost u taħlitiet bħal, iżda mhux esklussivament, ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi friski u mnixxfin jew tal-friża, taħlitiet ta' tè u taħlitiet ta' infużjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Parlament fl-Ewwel Qari.

Emenda  8

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 2 - paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Fejn meħtieġ, jista’ jkun deċiż bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3) jekk sustanza partikulari jew taħlita ta’ sustanzi, materjal jew tip ta’ ikel taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda (11) hija meħtieġa sabiex it-test isir konformi mad-dispożizzjonijiet tal-proċedura tal-komitoloġija l-ġdida.

Emenda  9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt k

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(k) 'proċess fiżiku xieraq' għandha tfisser proċess fiżiku li ma jimmodifikax intenzjonalment in-natura kimika tal-komponenti aromatizzanti u ma jinvolvix, inter alia, l-użu ta' ossiġnu ta' enerġija ogħla (singlet oxygen), ożonu, katalizzaturi inorganiċi, katalizzaturi metalliċi, reaġenti organometalliċi u/jew radjazzjoni UV.

(k) 'proċess fiżiku xieraq' għandha tfisser proċess fiżiku li ma jimmodifikax intenzjonalment in-natura kimika tal-komponenti aromatizzanti, bla ħsara għall-elenkar tal-proċessi għall-preparazzjoni ta’ l-ikel tradizzjonali fl-Anness II, u ma jinvolvix, inter alia, l-użu ta' ossiġnu ta' enerġija ogħla (singlet oxygen), ożonu, katalizzaturi inorganiċi, katalizzaturi metalliċi, reaġenti organometalliċi u/jew radjazzjoni UV.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda (15) ġiet approvata mill-Parlament fl-ewwel qari. Hija tqis il-proċessi tradizzjonali għall-preparazzjoni ta’ l-ikel, iżda ma ġietx aċċettata mill-Kunsill.

Emenda  10

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 4 – punt a

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(a) abbażi ta' l-evidenza xjentifika disponibbli, m'humiex ta' perikolu għas-saħħa tal-konsumatur u

(a) fuq il-bażi ta' l-evidenza xjentifika disponibbli u tal-prinċipju kawtelatorju, m'humiex ta' perikolu għas-saħħa tal-konsumatur u

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda (17) adottata fl-ewwel qari. Bħal fil-leġislazzjoni attwali dwar l-addittivi ta’ l-ikel, il-benefiċċju ovvju għall-konsumatur irid ikun rekwiżit ċentrali fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-aromatizzanti.

Emenda  11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 4 - punt b a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(ba) l-użu tagħhom għandu vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur, u

Ġustifikazzjoni

L-emenda (19) adottata fl-ewwel qari għandha l-għan li tibbilanċja l-vantaġġi u l-iżvantaġġi fiż-żieda ta’ togħmiet fl-ikel.

Emenda  12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 4 - punt b b (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(bb) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

L-emenda (20) adottata mill-Parlament fl-ewwel qari tenfasizza l-pożizzjoni tal-Parlament fir-rigward tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-aromatizzanti. Iż-żewġ emendi (11 u 12) għandhom l-għan li jirrakkomandaw użu moderat ta’ aromatizzanti fl-ikel.

Emenda  13

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 6 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1576/89 il-livelli massimi ta' ċerti sustanzi, li huma preżenti b'mod naturali fl-aromatizzanti u/jew fl-ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, fl-ikel kompost elenkat fil-Parti B ta' l-Anness III m'għandhomx jinqabżu minħabba l-użu ta' aromatizzanti u/jew ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti f'dak l-ikel u fuq dak l-ikel. Il-livelli massimi tas-sustanzi mniżżlin fl-Anness III għandhom japplikaw għall-ikel kif ikkummerċjalizzat, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor. B'deroga minn dan il-prinċipju, għal ikel niexef u/jew ikkonċentrat li jeħtieġ li jiġi rikostitwit għandhom japplikaw il-livelli massimi għall-ikel kif rikostitwit skond l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta, b'kont meħud tal-fattur ta' dilwizzjoni minimu.

2. Meta jkun hemm tħassib xjentifiku ġġustifikat li ċerti sustanzi, li huma preżenti b'mod naturali fl-aromatizzanti u fl-ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, f’ikel kompost jistgħu jikkawżaw tħassib għas-saħħa tal-konsumatur, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, u skond l-opinjoni ta' l-Awtorità, tqiegħed livelli massimi għal dawk is-sustanzi li se jkunu elenkati fil-Parti B ta' l-Anness III.

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda (21) approvata mill-Parlament fl-ewwel qari. L-għan li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament biex jiġu inklużi ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet li jagħtu t-togħma hu sabiex ikun megħjun il-kontroll ta’ ċerti sustanzi preżenti b’mod naturali fl-aromatizzanti u fl-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet li jagħtu t-togħma. Il-livelli massimi għandhom ikunu elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness III skond l-opinjoni ta’ l-Awtorità meta jkun tqajjem tħassib xjentifiku ġġustifikat li dawk is-sustanzi f’ikel kompost jistgħu jikkawżaw tħassib għas-saħħa tal-konsumatur.

Emenda  14

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 6 - paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-livelli massimi m’għandhomx japplikaw fejn ikel kompost ma jkollux ħwawar miżjuda u l-uniċi ingredjenti ta’ l-ikel b’karatteristiċi aromatiċi li jkunu ġew miżjuda jkunu ħxejjex aromatiċi u ħwawar friski, imnixxfin jew friżati.

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda (46) ġiet approvata mill-Parlament fl-ewwel qari. Ma hemm l-ebda evidenza xjentifika li ħaxixa aromatika għandha l-istess effett tossikoloġiku li jġib tħassib daqskemm għandu komponent individwali ġo fiha. It-tqegħid ta’ livelli massimi għal komponenti bħal dawn jista’ jwassal għal żieda fl-użu ta’ estratti ta’ ħxejjex aromatiċi u l-Parlament jiddubita jekk dan jipprovdix ħarsien aħjar tal-konsumatur.

Emenda  15

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Aromatizzanti jew materjal ta' sors li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jistgħu jiġu inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness I skond dan ir-Regolament biss meta huma koperti minn awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Aromatizzanti jew il-materjal tas-sors li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u li m’humiex diġà inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu inklużi f’dik il-lista f’konformità ma’ dan ir-Regolament biss jekk ikunu koperti minn awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet approvata mill-Parlament fl-ewwel qari. Għandhom ikunu evitati proċeduri ta’ approvazzjoni doppji. Ir-rapporteur hi tal-fehma li jinħtieġ metodu konsistenti fit-tliet regolamenti li jaffettwaw l-aromatizzanti, l-addittivi u l-enżimi.

Emenda  16

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt (f)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(f) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indrizz tal-manifattur jew tal-persuna li tippakkja, jew ta’ bejjiegħ;

(f) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indrizz tal-manifattur jew tal-persuna li tippakkja, jew ta’ bejjiegħ stabbiliti fil-Komunità;

Ġustifikazzjoni

L-Emenda 26, adottata mill-Parlament fl-ewwel qari, għandha l-għan li tiżgura t-traċċabilità u għandha tkun applikata għad-dispożizzjonijiet dwar l-itikkettar tad-Direttiva 2000/13/KE fir-rigward tal-konsumatur aħħari. Għaldaqstant l-operatur għandu jkun stabbilit fl-UE.

Emenda  17

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 15 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (e) u (g) ta' dak il-paragrafu tista' tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-konsenja li għandhom ikunu pprovduti ma' jew qabel il-konsenja, sakemm l-indikazzjoni 'mhux għall-bejgħ bl-imnut' tidher fuq parti viżibbli faċilment ta' l-imballaġġ jew tal-kontenitur tal-prodott ikkonċernat.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (e), (g), u (j) ta' dak il-paragrafu tista' tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-konsenja li għandhom ikunu pprovduti ma' jew qabel il-konsenja, sakemm l-indikazzjoni “mhux għall-bejgħ bl-imnut” tidher fuq parti viżibbli faċilment ta' l-imballaġġ jew tal-kontenitur tal-prodott ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

B’kuntrast mal-proposta emendata tal-Kummissjoni (24/10/07), il-Pożizzjoni komuni ma tipprevedix il-possibilità li tkun inkluża informazzjoni dwar aromatizzanti jew sustanzi oħra msemmija f’dan l-Artikolu u elenkati fl-Anness III a għad-Direttiva 2000/13/KE (i.e.l-itikkettar dwar l-allerġeni), fid-dokumenti mehmuża. Ir-Rapporteur tipproponi li tikber il-possibilità li tingħata ċerta informazzjoni dwar id-dokumenti marbuta mal-kunsinna ta' kontenituri ta' aromatizzanti li ma jkunux se jinbiegħu lill-konsumatur aħħari.

Emenda  18

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

4. It-terminu 'naturali' jista' jintuża biss flimkien ma' referenza għal ikel, kategorija ta' ikel jew sors aromatizzanti veġetali jew annimali jekk il-komponent aromatizzanti inkiseb esklussivament jew b'ta' l-inqas 95% ta' w/w mill-materjal ta' sors imsemmi. Il-massimu ta' 5% (w/w) tal-komponent aromatizzanti miksub minn materjali ta' sors oħrajn m'għandux jipproduċi l-aroma tal-materjal ta' sors imsemmi.

4. It-terminu “naturali” jista' jintuża biss flimkien ma' referenza għal ikel, kategorija ta' ikel jew sors aromatizzanti veġetali jew annimali jekk il-komponent aromatizzanti inkiseb esklussivament jew b'ta' l-inqas 95% ta' w/w mill-materjal tas-sors imsemmi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet approvata mill-Parlament fl-ewwel qari. Ir-Rapporteur tal-fehma li m'għandux ikun hemm restrizzjoni ta' 5% tal-komponent li jagħti t-togħma derivat minn materjal tas-sors ieħor sakemm materjali tas-sors oħra jkunu naturali wkoll, u għaldaqstant il-100% totali jkun ġej minn sorsi naturali.

Emenda  19

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 16 – paragrafu 6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

6. It-terminu “sustanza aromatizzanti naturali” jista’ jintuża biss jekk il-komponent aromatizzanti ġej minn materjali mis-sors differenti u fejn referenza għall-materjali mis-sors m’għandiex tirrifletti l-aroma jew it-togħma tagħhom.

6. It-terminu “sustanza aromatizzanti naturali” jista’ jintuża biss jekk il-komponent aromatizzanti ġej minn materjali tas-sors differenti u fejn referenza għall-materjali tas-sors m’għandhiex tirrifletti l-aroma jew it-togħma tagħhom, kif ukoll fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 4 u 5.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet adottata mill-Parlament fl-ewwel qari. Ir-Rapporteur tipproponi li terġa' tiddaħħal.

Emenda  20

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 19 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Produttur jew utent ta' sustanza ta' aromatizzanti, jew ir-rappreżentant ta' produttur jew utent , għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jinfurmaha dwar l-ammont tas-sustanza miżjud ma' l-ikel fil-Komunità f'perijodu ta' 12-il xahar kif ukoll il-livelli ta' użu għal kategoriji ta' ikel speċifiċi fil-Komunità. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni.

1. Produttur jew utent ta' sustanza ta' aromatizzanti, jew ir-rappreżentant ta' dan il-produttur jew utent, għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jinfurmaha dwar l-ammont tas-sustanza miżjud ma' l-ikel fil-Komunità f'perijodu ta' 12-il xahar. L-informazzjoni mogħtija f'dan il-kuntest għandha titqies bħala dejta kunfidenzjali. Informazzjoni dwar il-livelli ta’ użu għal kategoriji speċifiċi fil-Komunità għandha ssir disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur terġa ddaħħal b’mod modifikat, il-parti ta’ l-emenda 31 adotatta mill-Parlament u li kienet ġiet imħassra mill-Kunsill.

Emenda  21

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 19 – paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Produttur jew utent ta' aromatizzanti u/jew materjali ta' sors għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista' taffettwa l-valutazzjoni tas-sikurezza ta' l-aromatizzanti u/jew tal-materjali ta' sors.

3. Produttur jew utent ta' aromatizzanti u/jew materjali tas-sors għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li hija magħrufa u aċċessibbli għalih u li tista' taffettwa l-evalwazzjoni tas-sikurezza ta' l-aromatizzanti.

Ġustifikazzjoni

Parti mill-emenda (31) adottata mill-parlament fl-ewwel qari.

Emenda  22

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 20 – paragrafu 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

2. Wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata, għandha tiġi adottata metodoloġija komuni għall-ġbir mill-Istati Membri ta' l-informazzjoni dwar il-konsum u l-użu ta' l-aromatizzanti stabbiliti fil-lista Komunitarja u tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2) fi żmien...*.

2. Wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata, għandha tiġi adottata metodoloġija komuni għall-ġbir mill-Istati Membri ta' l-informazzjoni dwar il-konsum u l-użu ta' l-aromatizzanti stabbiliti fil-lista Komunitarja u tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3) fi żmien...*.

Ġustifikazzjoni

L-emenda (32) adottata mill-Parlament fl-ewwel qari hija meħtieġa sabiex it-test isir konformi mad-dispożizzjonijiet tal-proċedura tal-komitoloġija l-ġdida.

Emenda  23

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 26

Regolament (KEE) Nru 1576/89

 

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

Emenda għar-Regolament (KEE) Nru. 1576/89

 

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 110/2008

Ir-Regolament (KEE) Nru. 1576/89 huwa emendat kif ġej:

 

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat kif ġej:

 

 

1. Fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“(c) ikun fihom sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. …/...* u preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament;”

 

2. Fl-Artikolu 5(3), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“(c) ikun fihom aromatizzant wieħed jew aktar kif definiti fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru .../...*;”

1. L-Artikolu 1(4)(m) huwa emendat kif ġej:

 

3. Fl-Anness I, il-punt 9(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

(a) Fil-punt (1)(a), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

“(9) Aromatizzant

Aromatizzant tfisser li fil-preparazzjoni ta’ xarba alkoħolika jintużaw wieħed jew aktar mill-aromatizzanti definiti fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru .../...*.”

 

4. L-Anness II għandu jkun emendat kif ġej:

 

(a) Il-Punt 19(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Sustanzi aromatizzanti oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... dwar l-aromatizzanti u ingredjenti oħra bl-aromatizzanti għall-użu fl-ikel, u/jew pjanti aromatiċi jew partijiet minn pjanti aromatiċi jistgħu jintużaw bħala żieda, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġinibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa;”

 

"(c) Sustanzi oħrajn li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar l-aromatizzanti u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)d ta’ dak ir-Regolament, u/jew pjanti aromatiċi jew partijiet minn pjanti aromatiċi jistgħu jintużaw bħala żieda, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu jintgħarfu, anki jekk xi kultant ikunu moderati;”

(b) Il-Punt 2(a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

(b) Il-Punt 20(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ix-xarba tista’ tissejjaħ ‘ġinn’ jekk tiġi prodotta billi alkoħol etiliku xieraq ta’ oriġini agrikola jiġi aromatizzat b’mod organolettiku b’sustanzi aromatizzanti kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../...[3]** u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament sabiex it-togħma tkun b’mod predominanti dik ta’ ġnibru;”

 

“(c) Sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru .../...* u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta' dak ir-Regolament biss għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-ġinn sabiex it-togħma predominanti tkun tal-ġnibru.”

(c) Fil-punt 2(b), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

(c) Il-Punt 21(a) (ii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ix-xarba tista’ tissejjaħ "ġin distillat" jekk tiġi prodotta biss permezz tar-ridistillazzjoni b’mod organolettiku ta’ alkoħol etiliku xieraq ta’ oriġini agrikola ta’ kwalità xierqa b’qawwa alkoħolika inizjali ta’ mill-inqas 96% vol. f’imqatar li tradizzjonalment jintużaw għall-ġinn, fil-preżenza tal-frott tal-ġnibru u ta’ materjali botaniċi naturali oħrajn sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti. It-terminu "ġin iddistillat" jista’ japplika wkoll għal taħlita tal-prodott ta’ distillazzjoni bħal din u ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bl-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika. Is-sustanzi aromatizzanti u/jew il-preparazzjonijiet aromatizzanti, it-tnejn speċifikati fl-(a), jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw lill-ġinibru iddistillat. Il-ġin ta’ Londra huwa tip ta’ ġin distillat.”

 

“(ii) it-taħlita tal-prodott ta’ distillazzjoni bħal din u ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bl-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi li jagħtu t-togħma u/jew il-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif speċifikati fil-kategorija 20(c), jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġinn iddistillat.”

2. Fl-Artikolu 1(4)(n)(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

(d) Il-Punt 23(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Sustanzi aromatizzanti oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../... [4]* u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta' dak ir-Regolament jistgħu jintużaw addizzjonalment, imma jrid ikun hemm togħma predominanti ta' anisi.”

 

“(c) Sustanzi oħra li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../...* u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta' dak ir-Regolament jistgħu jintużaw addizzjonalment, imma jrid ikun hemm togħma predominanti ta’ anisi.”

3. Fl-Artikolu 1(4)(p), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

(e) Il-Punt 24(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ix-xorb spirituż li b'mod predominanti għandu togħma morra prodott billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola ġie aromatizzat b'sustanzi aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../... * u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta' dak ir-Regolament.”

 

 

 

 

 

"(c) Sustanzi naturali oħrajn li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru.../... u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta' dak ir-Regolament jistgħu jintużaw addizzjonalment, iżda t-togħma ta’ dan ix-xorb trid tkun ġejja l-aktar minn distillati ta’ l-anisi (Carum carvi L.) u/jew miż-żerriegħa tax-xibt (Anethum graveolens L.), peress li l-użu taż-żjut essenzjali (essential oils) huwa projbit."

4. Fl-Artikolu 1(4)(u), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

(f) Il-Punt 30(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Xarba spirituża li ġiet prodotta billi ġie aromatizzat l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola b’aroma ta’ msiemer tal-qronfol u/jew kannella billi ntuża wieħed mill-proċessi li ġejjin: maċerazzjoni u/jew distillazzjoni, ridistillazzjoni ta' l-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti speċifikati hawn fuq, żieda ta' sustanzi aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../... [5]* ta' l-imsiemer tal-qronfol jew tal-kannella jew taħlita ta' dawn il-metodi”.

 

“(a) Ix-xorb alkoħoliku b’togħma morra jew il-bitter huma xarbiet alkoħoliċi li t-togħma predominanti tkun morra magħmula biż-żieda ta’ l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola mħawwar b’sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../...* u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta' dak ir-Regolament.”

i

 

(g) Fil-punt 32(c), l-ewwel subparagrafu u l-parti introduttorja tat-tieni subparagrafu għandhom jinbidel b’dan li ġej:

“Is-sustanzi aromatizzanti naturali u l-preparazzjonijiet aromatizzanti biss kif definiti fl-Artikolu 3(2)(c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru.../...* jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tax-xorb spirituż definit fl-Artikolu 1(4), ħlief fil-każ ta' dawk definiti fl-Artikolu 1 (4)(m), (n) u (p). Madankollu, sustanzi aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru.../...* għandhom ikunu awtorizzati f'likuri ħlief dawk imsemmijin hawn taħt:”.

 

“(c) Sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. …/...* u l-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-likuri. Madankollu, huma biss is-sustanzi naturali li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru…/...* u l-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament li għandhom jintużaw fil-preparazzjoni tal-likuri li ġejjin:”

 

(h) Il-Punt 41(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“(c) Huma biss is-sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/...* u l-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament li jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-likur tal-bajd jew l-advocaat jew l-avocat jew l-advokat.”.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(i) Il-Punt 44(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“(a) Väkevä glögi jew spritglögg huwa xarba alkoħolika prodotta biż-żieda ta’ aromatizzanti naturali tal-qronfol u/jew tal-kannella ma’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bl-użu ta’ wieħed mill-proċessi li ġejjin: il-maċerazzjoni u/jew id-distillazzjoni, ir-ridistillazzjoni ta' l-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti speċifikati hawn fuq, iż-żieda ta' sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru.../... tal-qronfol jew tal-kannella jew taħlita ta' dawn il-metodi.”

 

(j) Il-Punt 44(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“(c) Aromatizzanti, sustanzi li jagħtu t-togħma u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(2)(a), (b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru .../... jistgħu jintużaw ukoll, imma jrid ikun hemm togħma predominanti tal-ħwawar speċifikati.”

 

(k) Fil-punt (c) tal-paragrafi 25, 26, 27, 28, 29, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 42, 43, 45 u 46, il-kelma “preparazzjonijiet” għandha tinbidel bi “preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma”.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta’ din l-emenda huwa li jiġi adattat ir-Regolament ġdid (KE) Nru 110/2008 dwar ix-xorb alkoħoliku. Tieħu post it-test tal-Pożizzjoni komuni li jadatta r-regolament l-antik (KEE) Nru 1576/89. It-tħassir tal-kategorija “identiċi għan-natura” jrid jippermetti lill-manifatturi ta’ l-ispirti tradizzjonali aquavit u väkevä glögi li jużaw biss sustanzi naturali li jagħtu t-togħma fl-interess tad-dehra tagħhom ta’ kwalità. F’dan ir-rigward, għandhom ikunu permessi s-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma.

Emenda  24

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 28

Regolament (KE) Nru 2232/96

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Għandha tiġi adottata l-lista ta' sustanzi aromatizzanti imsemmija fl-Artikolu 2(2) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008.

1. Għandha tiġi adottata l-lista ta' sustanzi aromatizzanti imsemmija fl-Artikolu 2(2) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.”

Ġustifikazzjoni

Il-lista Komunitarja ta’ l-aromatizzanti (“il-lista ta’ sustanzi li jagħtu t-togħma msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament 2232/96”) għandha tkun adottata biss wara li jispiċċa l-programm ta’ evalwazzjoni. Peress li l-evalwazzjoni għadha ma spiċċatx u peress li x’aktarx li l-programm ma jitlestiex sa tmiem l-2008 jew anke l-2009, il-posponiment tal-pubblikazzjoni u ta’ l-adozzjoni tal-lista Komunitarja għal talanqas sentejn huwa ġustifikat.

Emenda  25

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 29

Direttiva 2000/13/KE

Anness III – paragrafu 1 – inċiż 2

 

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

- "aromatizzanti bl-affumikazzjoni" jekk il-komponent aromatizzanti fih l-aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru .../...* u jagħti aroma ta' affumikat lill-ikel

- "aromatizzanti bl-affumikazzjoni", jew isem jew deskrizzjoni aktar speċifiċi ta’ l-aromatizzanti bl-affumikazzjoni, jekk il-komponent aromatizzanti fih l-aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru .../...* u jintuża jew jitħallat internament biex jagħti togħma ta' affumikat lill-ikel. Mhux meħtieġ titlu fil-lista ta’ l-ingredjenti meta l-prodott ta’ affumikazzjoni approvat jintuża fil-wiċċ tal-prodott ta’ l-ikel fil-proċess ta’ affumikazzjoni biex jingħata kulur, konsistenza u togħma ta’ affumikat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda (37) li ġiet approvata mill-Parlament fl-ewwel qari, tagħti l-opportunità biex issir referenza għal aromatizzanti bl-affumikazzjoni speċifiċi sabiex il-konsumaturi jkunu infurmati kif jixraq dwar l-aromatizzanti togħma ta’ salamun, ta’ bejken, ta’ barbikju u l-bqija.

It-tieni parti ta’ l-emenda ma tressqitx fl-ewwel qari. Hija dwar il-proċessi meta jintużaw il-kondensati affumikati fi proċess alternattiv ta’ affumikazzjoni li minbarra t-togħma jaffettwa wkoll il-kulur, il-konsistenza u l-preservazzjoni ta’ l-ikel. Ir-rapporteur tal-fehma li għandha titressaq għat-tieni qari billi riżultati ta’ l-EFSA, maħruġa fid-29 ta’ Ġunju 2007, ikkonfermaw li l-użu ta’ aromatizzanti affumikanti ġeneralment jitqies li jwassal għal anqas tħassib dwar is-saħħa mill-proċess tradizzjonali ta' affumikazzjoni.

Emenda  26

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 30 - paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

L-Artikolu 10 għandu japplika minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-lista Komunitarja.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda (44) ġiet approvata mill-Parlament fl-ewwel qari.

Emenda  27

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Artikolu 30 – paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

L-Artikoli 10, 26 u 27 għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni tal-lista Komunitarja.

L-Artikoli 26 u 27 għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni tal-lista Komunitarja.

Ġustifikazzjoni

L-emenda (44) ġiet adottata mill-Parlament fl-ewwel qari.

Emenda  28

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda

Anness III – Il-Parti B

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Il-Parti B: Il-livelli massimi ta' ċerti sustanzi, li jkunu preżenti b'mod naturali fl-aromatizzanti u fl-ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, f'ċertu ikel kompost kif ikkunsmat li miegħu ġew miżjuda l-aromatizzanti u/jew l-ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti.

Dawn il-livelli massimi m'għandhomx japplikaw għal ikel kompost li jiġi ppreparat u kkonsmat fl-istess post, li ma għandu l-ebda aromatizzanti miżjuda u li fih biss ħxejjex aromatiċi u aromatizzanti bħala ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti.

L-isem tas-sustanza

L-ikel kompost li fih il-preżenza tas-sustanza hija ristretta

Il-livell massimu mg/kg

Il-Beta-asarone

Ix-xorb alkoħoliku

1,0

1-Allyl-4-methoxybenzene,

estragol

Il-prodotti tal-ħalib

Il-frott, il-veġetali (inklużi l-faqqiegħ, il-fungi, l-għeruq, it-tuberi, il-pjanti tal-miżwed u tal-legumi ), il-ġewż u ż-żrieragħ

Il-prodotti tal-ħut

Ix-xorb mhux alkoħoliku

50

50

 

 

50

10

L-Aċidu idroċijaniku

Il-qubbajt, il-marżipan jew is-sostituti tiegħu jew prodotti simili

Il-frott ta’ l-għadma fil-landi

Ix-xorb alkoħoliku

50

 

5

35

Il-Menthofuran

Il-ħelu li fih il-menta/pepermint, ħlief il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

Il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

Iċ-ċjuwing gamm

Ix-xorb alkoħoliku li fih il-menta/pepermint

500

 

3000

1000

200

4-Allyl-1,2-dimethoxy-benzene,

methyleugenol

Il-prodotti tal-ħalib

Preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam, inklużi t-tjur u s-selvaġġina

Preparazzjonijiet tal-ħut u prodotti tal-ħut

Is-sopop u z-zlazi

L-ikel mhux ħelu lest biex jittiekel

Ix-xorb mhux alkoħoliku

20

15

 

10

60

20

1

Il-Pulegone

Il-ħelu li fih il-menta/pepermint, ħlief il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

Il-ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

Iċ-ċjuwing gamm

Ix-xorb mhux alkoħoliku li fih il-menta/pepermint

Ix-xorb alkoħoliku li fih il-menta/pepermint

250

 

2000

350

20

 

100

Il-Kassin

Ix-xorb mhux alkoħoliku

L-oġġetti tal-bejgħ tal-furnara

Ix-xorb alkoħoliku

0,5

1

1.5

L-1-Allyl-3,4-methylene dioxy benzene, safrole

Preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam, inklużi t-tjur u s-selvaġġina

Preparazzjonijiet tal-ħut u prodotti tal-ħut

Is-sopop u z-zlazi

Ix-xorb mhux alkoħoliku

15

 

15

25

1

Teucrin A

Xarbiet ta’ l-ispirtu b’togħma morra jew bitter[6]

Likuri[7] b'togħma morra

Xorb alkoħoliku ieħor

5

5

2

 

It-Tujone (alfa u beta)

Ix-xorb alkoħoliku, ħlief dak prodott mill-ispeċi Artemisia

Ix-xorb alkoħoliku, prodott mill-ispeċi Artemisia

Xorb alkoħoliku prodott mill-ispeċi Artemisia

10

 

350,5

 

Coumarin

Prodotti tal-forn tradizzjonali u/jew staġonali li fihom referenza ghall-kannella fl-ittikkettar

Ċereali tal-kolazzjon inkluż il-meusli

Prodotti tal-forn fini, bl-eċċezzjoni ta' prodotti tal-forn tradizzjonali u/jew staġonali li fihom referenza għall-kannella fl-ittikkettar

Ħelu

50

20

 

15

 

 

 

5

Emenda tal-Parlament

Il-Parti B: Il-livelli massimi ta' ċerti sustanzi, li jkunu preżenti b'mod naturali fl-aromatizzanti u fl-ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet li jagħtu t-togħma, f'ċertu ikel kompost kif ikkunsmat li miegħu ġew miżjuda l-aromatizzanti u/jew l-ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet li jagħtu t-togħma.

L-isem tas-sustanza

L-ikel kompost li fih il-preżenza tas-sustanza hija ristretta

Il-livell massimu

[mg/kg]

 

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda approvata mill-Parlament fl-ewwel qari marbuta ma’ l-emenda ta’ l-Artikolu 5, paragrafu 2 tagħti lista vojta sakemm il-ħsara li jikkawżaw ċerti sustanzi mhux mixtieqa li jseħħu b’mod naturali ma tkunx evalwata mill-Awtorità. Soluzzjoni simili hija stabbilita fl-Artikolu 8 u fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u ta’ minerali u ta’ ċerti sustanzi oħrajn fl-ikel.

  • [1]  Testi adottati, 10.7.2007, P6_TA(2007)0323.
  • [2] *              ĠU: J.J. daħħal in-numru u d-data tad-dokument 16673/07
  • [3] **            ĠU: J.J. daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
  • [4] *              ĠU: J.J. daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
  • [5] *              ĠU: J.J. daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
  • [6]               Kif iddefinit fl-Artikolu 1(4)(p) tar-Regolament 1576/89.
  • [7]  Kif iddefinit fl-Artikolu 1(4)(p) tar-Regolament 1576/89.

NOTA SPJEGATTIVA

Meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament, fil-pożizzjoni komuni l-Kunsill organizza mill-ġdid l-artikoli u l-intestaturi tal-kapitoli u ċċara l-partijiet ambigwi. Permezz ta’ dan qies numru ta’ emendi tal-Parlament. Huwa ta’ dispjaċir li xi uħud minn dawk li fl-ewwel qari tiegħu l-Parlament qies bħala essenzjali ma ġewx inklużi.

Għalhekk il-Parlament għandu l-intenzjoni li jiddefendi dawk l-emendi li sar qbil fuqhom fl-ewwel qari li jemmen li huma l-bażi ta’ Regolament ibbilanċjat u prattikabbli, filwaqt li jqis l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku fl-industrija tat-taħwir. Apparti mis-sikurezza ta’ l-ikel u t-tisħiħ tas-suq intern billi jkunu żgurati opportunitajiet indaqs għall-produtturi kollha, iridu jitqiesu wkoll interessi oħra tal-konsumatur, u fosthom tispikka x-xewqa li l-ikel ikun naturali kemm jista’ jkun.

Mhux neċċessarjament il-każ li dawk l-aromatizzanti kollha li huma bla periklu mil-lat tossikoloġiku huma fil-fatt ta' benefiċċju għall-konsumaturi. Il-Parlament jixtieq b’mod partikulari jenfasizza d-dritt ta’ l-għażla għall-konsumatur. Fil-proċedura ta’ l-approvazzjoni ta’ l-aromatizzanti, pereżempju “il-ħtieġa teknoloġika raġonevoli” hija tittratta strateġiji oħra ta’ l-UE, bħal ngħidu aħna l-ġlieda kontra l-obeżità, peress li ż-żieda ta’ aromatizzanti qawwijin immens jistgħu jaħbu l-kwalità fqira ta’ ikel imħejji.

Il-Kunsill u l-Parlament jieħdu pożizzjoni differenti dwar il-kwistjoni ta’ ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u dwar il-livelli massimi ta’ dawk l-ingredjenti imniżżla fl-Anness III.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel (EFSA) skoprew li l-kostitwenti tal-ħxejjex is-safrole, l-estragol u l-metileugenol mill-klassi kimika ta’ l-alkenylbenzene, huma komposti ġenotossiċi u karċinoġeniċi. Il-karċinoġeniċità ta’ dawn il-komposti ntwera fl-esperimenti fuq l-annimali fejn intużaw dożi relattivament qawwija ta’ komposti singli. Il-bnedmin huma esposti għal dawn il-komposti f'dożi ħafna inqas qawwija mid-dożi użati fl-esperimenti fuq l-annimali. Ma teżisti l-ebda dejta dwar interazzjonijiet bejn sustanzi mhux mixtieqa li jinstabu b'mod naturali u sustanzi oħra fil-ħxejjex aromatiċi u fil-ħwawar.

Il-Parlament innota l-argument tal-Kunsill li l-livelli massimi permessi fl-Anness III huma diġà stipulati fid-Direttiva 88/388/KE, iżda jemmen li dan fih innifsu jindika li l-ġustifikazzjoni tal-limitu fuq l-użu tal-ħxejjex aromatiċi u tal-ħwawar (għadu) mhux biżżejjed. Fl-aħħar għoxrin sena l-Istati Membri ma żviluppawx metodoloġija biex timmonitorja x’effetti prattiċi kellhom dawn il-livelli massimi fuq is-saħħa tal-konsumaturi. U lanqas ma wettqu l-ebda riċerka fil-qasam.

Għalhekk il-Parlament jemmen li ma ġiex ippruvat li ikel imħejji li fih huma preżenti b’mod naturali ċerti ingredjenti ta’ l-Anness III għandu l-istess potenzjal tossikoloġiku bħal ċerti ingredjenti naturali meta jkunu eżaminati waħedhom. Jibbaża din il-pożizzjoni fuq studji tossikoloġiċi riċenti li jqisu l-fatt li n-nies huma esposti għall-alkenylbenzene f’matriċijiet ta’ l-ikel kumplessi. L-effetti matriċi ta’ l-ikel jew ta’ kumbinazzjoni ta’ ikel fuq ċerti ingredjenti fin-natura huma magħrufa. Huma kkawżati minn rabtiet kimiċi ma’ partijiet oħra ta’ l-ikel jew mill-azzjoni ta’ ingredjenti oħra li jżidu jew inaqqsu l-effetti. L-ipotesi hi li dawn l-effetti jvarjaw minn każ għal ieħor, u għalhekk jeħtieġ li jkunu rriċerkati skond il-każ.

Il-Parlament huwa favur li f’dan il-każ jitreġġa lura l-obbligu tal-prova. Il-prinċipju fejn il-produtturi tal-ħxejjex aromatiċi u tal-ħwawar iridu jikkonfutaw suppożizzjoni legali ta’ ħsara f’kull tip ta’ prodott individwalment huwa kontroversjali. Tkun aktar loġika li tiddawwar il-proċedura. Fejn ikun hemm suspett xjentifikament ġustifikat li ċerti sustanzi fl-ikel li jieklu l-bnedmin huma ta’ ħsara għas-saħħa, il-valuri massimi permessi jistgħu jkunu inklużi fl-Anness III fuq il-bażi ta’ opinjoni dwar dan mill-Awtorità.

Il-Parlament ikkunsidra wkoll il-fatt li l-prinċipji attivi fit-taħlitiet tal-ħxejjex aromatiċi jinbidlu skond l-istaġun. Il-bidliet ta’ l-istġun jeħtieġu testijiet li jiswew ħafna u li probabilment jaqbżu l-valur tas-suq għat-taħlitiet ta’ ħxejjex aromatiċi u tal-ħwawar, u għalhekk il-produtturi ta’ l-ikel lest jistgħu jiddeċiedu minn qabel biex jibdlu l-ħxejjex aromatiċi ma’ l-aromatizzanti. Dan mhuwiex dak li jridu l-konsumaturi Ewropej. Meta ħa din id-deċiżjoni l-Parlament qies ukoll il-fatt li r-Regolament ma jillimitax l-użu ta’ ħxejjex aromatiċi u tal-ħwawar infushom u li fil-pożizzjoni komuni tiegħu l-Kunsill ukoll abolixxa l-valuri massimi tas-sustanzi fl-Anness III li huma miżjuda ma’ ikel imħejji fl-istess sit. Il-Parlament jemmen li l-ġustifikazzjoni għal dan – il-proporzjon preżumibilment żgħir ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara f’ikel imħejji b’dak il-mod – jista’ jiġi estiż għall-ikel imħejji b’mod ġenerali.

PROĊEDURA

Titolu

Aromatizzanti u ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti

Referenzi

16677/3/2007 – C6-0139/2008 – 2006/0147(COD)

Data ta' l-1 qari tal-PE - Numru P

10.7.2007                     T6-0323/2007

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2006)0427 - C6-0259/2006

Proposta modifikata tal-Kummissjoni

COM(2007)0671

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni

13.3.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.3.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Mojca Drčar Murko

14.9.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

6.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georgs Andrejevs, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jens Holm, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Jules Maaten, Linda McAvan, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Anne Laperrouze, Kartika Tamara Liotard, Alojz Peterle, Bart Staes, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Armando França, Raül Romeva i Rueda