RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (riformulazzjoni)

13.5.2008 - (COM(2007)0610 – C6‑0348/2007 – 2007/0219(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou
(Riformulazzjoni – Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2007/0219(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0178/2008
Testi mressqa :
A6-0178/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (riformulazzjoni)

(COM(2007)0610 – C6‑0348/2007 – 2007/0219(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0610),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0348/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid ta' l-atti legali[1],

–   wara li kkunsidra l-ittra ta' l-24 ta' Jannar 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu bi qbil ma' l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0178/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Stati Membri għandhom jieħdu u jinfurżaw miżuri speċifiċi sabiex ma jħallux li jseħħu u jippenalizzaw prattiċi qarrieqa marbuta ma' ċertifikati ta' kompetenza kif ukoll li jsegwu l-isforzi tagħhom fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jintlaħqu ftehimiet stretti u infurzabbli dwar il-ġlieda globali kontra dawn il-prattiċi.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmel numru ta' tibdil tekniku lit-test kodifikat tal-proposta għal direttiva, filwaqt li tinkorpora l-ewwel parti tal-Premessa 10 tad-Direttiva 2005/45/KE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

17a. L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għandha tgħin lill-Kummissjoni biex tivverifika li l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmel numru ta' tibdil tekniku, filwaqt li tinkorpora l-Premessa 12 tad-Direttiva 2005/45/KE. Il-Kummissjoni ħalliet l-aspett tekniku ta' l-evalwazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ għall-baħħara f'idejn l-EMSA, li kull sena l-esperti tagħha jagħmlu, fuq perjodu ta' ħames snin, 8 sa 12-il spezzjoni fuq il-post tat-taħriġ provdut mill-pajjiżi terzi kollha għall-baħħara tagħhom impjegati fuq vapuri rreġistrati fl-UE (madwar 75% ta' l-ekwipaġġ tal-vapuri), filwaqt li tiżgura l-konformità mal-Konvenzjoni STCW u tiġi evitata l-frodi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-Kunsill għandu jirrevedi l-Anness II fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi jaġixxi fuq proposta mogħtija mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Mejju 2008 .

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmel numru ta' tibdil tekniku lit-test kodifikat tal-proposta għal direttiva. It-test propost mill-Kummissjoni għandu jitħassar għax l-Anness 2 diġà ġie emendat skond id-Direttiva 2003/103/KΕ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 (l-Artikolu 1(4) li jemenda l-Artikolu 18b (6) tad-direttiva 2001/25/KE).

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq kull emenda ta’ l-Anness II, li jaġixxi fuq proposta li għandha tingħata mill-Kummissjoni qabel il-25 ta’ Mejju 2008  fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmel numru ta' tibdil tekniku lit-test kodifikat tal-proposta għal direttiva. It-test propost mill-Kummissjoni għandu jitħassar għax l-Anness 2 diġà ġie emendat skond id-Direttiva 2003/103/KΕ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 (l-Artikolu 1(4) li jemenda l-Artikolu 18b (6) tad-direttiva 2001/25/KE).

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Anness ΙΙΙ – Parti Α – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160)

Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160)

 

Artikolu 4 biss

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmel adattamenti tekniċi lit-test kodifikat tal-proposta għal direttiva. It-tqegħid tal-kliem ta' dawn l-adattamenti huwa konsistenti mat-tqegħid tal-kliem tal-proposti tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jikkonsisti mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

INTRODUZZJONI

Il-bżonn ta' livell minimu ta' taħriġ għall-baħħara ma wasalx dan l-aħħar imma jmur lura għal standards ta' taħriġ miftiehma b'mod internazzjonali, b'mod partikolari, l-Konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Ħarsien għal Baħħara sa mill-1978, li ġiet riveduta fl-1995 u tistipula regoli li jorbtu dwar ir-rekwiżiti ta' taħriġ u ċertifikazzjoni.

Il-proposta preżenti hija riformulazzjoni tad-direttiva dwar il-livell minimu ta' taħriġ għall-baħħara. Din ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni b'objettiv doppju:

- il-kodifikazzjoni ta' l-att tal-Komunità, jiġifieri l-inkorporazzjoni ta' emendi suċċessivi għad-Direttiva oriġinali 2001/25/KE sabiex l-att tal-Komunità jsir ċar u jinftiehem malajr,

- biex l-att jiġi adattat għall-proċedura tal-komitoloġija l-ġdida, jiġifieri l-kumitat regolatorju bi skrutinju.

RIMARKI DWAR IL-PROĊEDURA

Li jingħaqdu l-kodifikazzjoni ta' att tal-Komunità ma' l-introduzzjoni ta' elementi ġodda li jemendaw is-sustanza ta' l-att huwa metodu leġiżlattiv normali li bih jiġu emendati l-atti tal-Komunità.

Din il-proċedura, magħrufa bħala riformulazzjoni, tgħin biex il-leġiżlazzjoni tal-Komunità tiġi ssimplifikata għax atti li kienu emendati qabel, li ħafna drabi huma diffiċli biex jinqraw, jiġu rrevokati u, fejn hu xieraq, issir dispożizzjoni għall-emenda sustantiva ta' l-att oriġinali.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftiehmu permezz ta' Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001[1] dwar ir-regoli li jridu jiġu segwiti mit-tliet istituzzjonijiet għall-implimentazzjoni fil-prattika tat-teknika tar-riformulazzjoni.

Fil-każ analizzat hawnhekk, apparti l-kodifikazzjoni ta' l-erba' atti li jemendaw id-Direttiva 2001/25/KE l-oriġinali, il-Kummissjoni tipproponi numru ta' emendi sostantivi. Madankollu, il-proposta tar-riformulazzjoni, kif ippreżentata mill-Kummissjoni għall-ipproċessar leġiżlattiv, hija de facto ristretta. Dan huwa għaliex il-proposti għal emendi sostantivi għad-Direttiva 2001/25/KE attwali huma ristretti u għall-parti l-kbira jikkonsistu minn adattamenti għall-proċedura l-ġdida tal-kumitat regolatorju bi skrutinju.

Bi qbil mal-paragrafu 9 tal-Ftehima Interistituzzjonali msemmija hawn fuq, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ressaq opinjoni għall-proposta għal riformulazzjoni li tikkonferma l-emendi sostantivi, li ġew identifikati bħala dawn, għall-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva (murija bil-griż). Flimkien ma' dan, huwa fformula numru ta' adattamenti tekniċi addizzjonali mhux preżenti fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 80A tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ressaq opinjoni f'forma ta' ittra lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, li fiha ppropona l-inkorporazzjoni ta' l-adattamenti kollha ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv[2].

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu huwa għalhekk meħtieġ li jeżamina l-adattament għall-proċedura l-ġdida tal-kumitat regolatorju bi skrutinju, l-emendi proposti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u, bħala eċċezzjoni, l-emendi neċessarji biex ikun hemm enfasi fuq ir-raġunijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-loġika interna tat-test.

IS-SUSTANZA TAD-DIRETTIVA

Id-direttiva dwar il-livell minimu ta' taħriġ għall-baħħara tgħin biex ittejjeb il-livell tagħhom ta' għarfien u ħiliet u tipprovdi garanziji ikbar ta' sikurezza u ta' prevenzjoni tat-tniġġis marittimu.

Ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi tal-baħħara fil-livell tal-Komunità jiffaċilita l-libertà ta' moviment billi jelimina ostakoli żejda. Id-direttiva tissuplimenta l-atti leġiżlattivi ta' l-Unjoni biex tiżgura livell standardizzat ta' taħriġ għall-baħħara, li mhuwiex kopert mid-direttiva attwali dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali (Direttiva 2005/36/KE).

Id-direttiva tapplika għall-baħħara li jkunu qed jaħdmu fuq vapuri bil-bandiera ta' xi Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta': (a) vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li huma propjetà ta' Stat Membru jew li huma operati minn Stat Membru u jintużaw biss għal servizzi mhux kummerċjali tal-gvern, (b) dgħajjes tas-sajd, (c) jottijiet għad-divertiment u li mhumiex imdaħħla fil-kummerċ, u (d) vapuri ta' l-injam mibnija b'mod primittiv.

L-edukazzjoni u l-għanijiet ta’ taħriġ u standards ta’ kompetenza relatati li għandhom jintlaħqu jkunu ddefiniti b’mod ċar u jkunu identifikati l-livelli ta’ l-għarfien, fehim u abilitajiet xierqa għall-eżamijiet u stimi meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taħriġ, l-evalwazzjoni tal-kompetenza, iċ-ċertifikazzjoni, il-kunsens u l-validazzjoni mill-ġdid kollha, magħmula minn aġenziji jew entitajiet mhux governattivi taħt l-awtorità tagħhom, huma kontinwament immonitorjati permezz ta' sistema għall-istandards ta' kwalità biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi definiti.

L-oqsma ta' l-applikazzjoni ta' l-istandards tal-kwalità jkopru l-amministrazzjoni tas-sistemi ta' ċertifikazzjoni, il-korsijiet u l-programmi ta' taħriġ kollha, l-eżamijiet u l-evalwazzjonijiet magħmula bl-awtorità ta' kull Stat Membru jew taħt l-awtorità tagħhom u l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa ta' għalliema u assessuri.

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni huma inkorporati fid-direttiva f'anness, li tkopri d-dispożizzjonijiet mandatorji tal-kodiċi STCW (parti A) u l-gwida rakkomandata (parti B). Id-direttiva tippermetti iżjed miżuri jew rekwiżiti stretti dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni u s-sigurtà soċjali fil-livell ta' l-Unjoni, bħal per eżempju perjodi ta' mistrieħ minimi għall-istaff ta' għassa.

Biex ikun żgurat li r-regoli u r-rakkomandazzjonijiet tal-Konvenzjoni huma implimentati f'mod leali, ġew stipulati kriterji uniformi għar-rikonoxximent ta' ċertifikati minn pajjiżi terzi. Fl-istess ħin, fejn saru attivitajiet tat-taħriġ fl-Istati Membri, id-direttiva tipprovdi għall-ispezzjoni ta' l-istituti marittimi, il-programmi u l-korsijiet ta' taħriġ.

Saru d-dispożizzjonijiet għal miżuri biex jiġu evitati prattiki bi frodi u prattiki kontra l-liġi oħrajn li jinvolvu l-proċess ta' ċertifikazzjoni jew il-ħruġ u l-appoġġ ta' ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, u għall-penali.

L-awtoritajiet statali tal-portijiet għandhom rwol importanti biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni u d-direttiva huma implimentati b'mod korrett, ħalli jagħmlu spezzjonijiet ta' dgħajjes li jxejru l-bandiera ta' pajjiż terz li ma rratifikax il-Konvenzjoni.

IS-SUSTANZA TAL-PROPOSTA LI TEMENDA

Kif issemma' hawn fuq, l-objettiv tal-proposta għal direttiva huwa l-adattament tad-dispożizzjonijiet għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida, inkluż għall-atti koperti mill-programm ta' kodifikazzjoni tal-Kummissjoni[3].

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006[4].

L-Artikolu 5a tad-deċiżjoni emendata jintroduċi l-proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri ta' skop ġenerali li jfittxu li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat b'kodeċiżjoni, inter alia billi jitħassru ftit minn dawk l-elementi jew billi jiġu ssuplimentati biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali oħra.

Il-proċedura l-ġdida tippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill li jiflu bir-reqqa, b'mod indaqs, il-miżuri 'kważi leġiżlattivi' li jimplimentaw att adottat minn kodeċiżjoni u li jirrifjutaw mużuri bħal dawn. S'issa, il-Parlament ma kienx kapaċi jirrifjuta miżura implimentattiva u kien ristrett għas-sitwazzjoni sempliċi li jesprimi l-oppożizzjoni tiegħu ('droit de regard'). Billi tuża s-setgħat eżekuttivi tagħha, il-Kummissjoni setgħet tieħu deċiżjoni minkejja l-oppożizzjoni tal-Parlament, filwaqt li l-Kunsill seta' jibblokkaha taħt ċertu ċirkustanzi minn maġġoranza kwalifikata.

Taħt il-proċedura l-ġdida, il-Parlament Ewropew huwa kapaċi għall-ewwel darba jirrifjuta miżuri proposti mill-Kummissjoni jekk dan iqis li l-Kummissjoni qed tmur lil hinn mis-setgħat implimentattivi provduti fl-att bażiku, jew li l-miżuri huma inkompatibbli ma' l-għan jew il-kontenut ta' dak l-att jew jekk ma tirrispettax il-prinċipji tas-sussidjarjetà jew proporzjonalità.

Il-Kummissjoni hija marbuta li timplimenta l-proċedura l-ġdida għall-atti fis-seħħ adottati bi qbil mal-proċedura ta' kodeċiżjoni, kif inhu l-każ għal din id-direttiva. F'din il-proposta għal direttiva, il-Kummissjoni tintroduċi l-proċedura regolatorja bi skrutinju fl-Artikolu 27 tal-forma kodifikata tad-direttiva. Din id-dispożizzjoni, madankollu, ma tikkonċernax il-qasam kollu ta' applikazzjoni tad-direttiva imma biss l-emendi proposti għal ċertu definizzjonijiet fl-Artikolu 1, b'mod partikolari punti 16, 17, 18, 23 u 24.

IL-PROPOSTI TAR-RAPPORTEUR

1. Huwa imperattiv li tiġi adattata d-direttiva għall-proċedura regolatorja l-ġdida

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni emendata 1999/468/KΕE li tintroduċi l-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida huma:

(a) hija att ta' kodeċiżjoni,

(b) il-miżuri implimentattivi li jridu jiġu adottati huma ta' skop ġenerali u jfittxu li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku, inter alia billi jħassru ftit minn dawk l-elementi jew billi jissuplimentawhom biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda.

2. Il-bżonn li jiġi eżaminat sa liema punt deċiżjonijiet dwar emendi għal att legali internazzjonali għandhom jittieħdu permezz ta' proċedura tal-kumitat regolatorju (sempliċi) u mhux bi skrutinju (permezz tar-Regolament 2099/2002 relevanti rigward il-proċedura biex tiġi vverifikata l-konformità ta' l-istrumenti legali internazzjonali mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità)

- għaliex adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida ma jestendix għad-dispożizzjonijiet kollha għal reviżjoni tad-direttiva, li jwassal għal kwistjoni li jixirqilha investigazzjoni, għall-inqas fejn jidħol l-Artikolu 27(4). Fir-rigward ta' dan il-punt, huwa propost li deċiżjonijiet dwar emendi għal strumenti legali internazzjonali jittieħdu permezz ta' proċedura tal-kumitat regolatorju (sempliċi). Għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni ddikjarat li dan ir-Regolament trid tkun suġġetta għal adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida għal waħda mill-proposti 'omnibus' li ġejjin.

3. Numru ta' emendi 'tekniċi' huwa propost biex jitqiesu l-punti li jidhru fin-nota tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u fl-ittra /opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali.

  • [1]  ĠU C 77, p. 1-3, 28 ta' Marzu 2002.
  • [2]  Ittra ta' l-24 ta' Jannar 2008 (ara l-annessi).
  • [3]  Ara COM (2007) 740 finali.
  • [4]  ĠU C 203, 17.7.1999, p. 1.

ANNESS 1: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

CHAIRPERSON

Ref.: D(2007)4169

Is-Sur Paolo COSTA

Chairperson tal-Kumitat għat-Trasport

u t-Turiżmu

ASP 09G305

Brussell

Suġġett:       Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (COM(2007)610 finali - C6-0348/07 - 200/0219(COD) (riformulazzjoni)

Sinjur,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li jiena għandi l-unur inkun iċ-Chairperson tiegħu, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, bi qbil ma' l-Artikolu 80a dwar Tfassil mill-ġdid, kif ġie introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament bid-Deċiżjoni tiegħu ta' l-10 ta' Mejju 2007.

Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u skond il-każ miċ-chairman ta' dan il-kumitat jekk iqis li raġunijiet relatati mal-koerenza interna tat-test jew mar-rabta ma' emendi oħra ammissibbli jkunu jeżiġu li dan isir. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba ta' l-emendi".

Skond l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jeżamina l-proposta għal tfassil ġdid, u li jibqa' konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludix xi tibdiliet sostantivi apparti dawk identifikati b'dak il-mod fil-proposta u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' atti bikrija b'dawk it-tibdiliet, il-proposta għandha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr xi tibdil fis-sustanza tagħha.

Madankollu, bi qbil ma' l-Artikolu 80a(2) u 80(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmija hawn fuq kienu meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-proposta tkun konformi mar-regoli ta' kodifikazzjoni u li dawn ma ġabux magħhom xi tibdil sostantiv fil-proposta.

Bħala konklużjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 18-il vot favur[1], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta t'hawn fuq biex tkun konformi mas-suġġerimenti tiegħu u bi qbil ma' l-Artikolu 80a.

Għoddni tiegħek,

Is-Sur Giuseppe GARGANI

Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

  • [1]  Il-Membri preżenti kienu dawn li ġejjin: Giuseppe Gargani (Chairman), Bert Doorn, Klaus-Heiner Lehne, Hartmut Nassauer, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Katalin Lévai, Antonio Masip Hidalgo, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Francesco Enrico Speroni, Jean-Paul Gauzès, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacques Toubon, Costas Botopoulos.

ANNESS 2: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

 

 

Brussell, 21.11.2007

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI TA' IL-PARLAMENT EWROPEW

                                                       IL-KUNSILL

                                                       IL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

COM(2007)610 finali 16.10.2007 - 2007/0219 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iżjed strutturat tat-teknika għal tfassil mill-ġdid għal atti legali, u b’mod partikulari il-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fis-26 ta’ Ottubru 2007 għall-iskop li janalizza il-proposta msemmija qabel, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt din il-laqgħa[1], l-evalwazzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għad-Direttiva 2001/25/KE li tfassal mill-ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ għall-baħħara wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

1) It-test ta' l-ewwel sentenza tal-Premessa 10 tad-Direttiva 2005/45/KE għandha tiġi introdotta, f'forma adattata, fid-daħla tal-proposta ta' tfassil mill-ġdid. Il-premessa l-ġdida, li trid tiġi nnumerata 10, għandha turi dan li ġej: "Stati Membri għandhom jieħdu u jinfurżaw miżuri speċifiċi sabiex ma jħallux li jseħħu u jippenalizzaw prattiċi qarrieqa marbuta ma' ċertifikati ta' kompetenza kif ukoll li jsegwu l-isforzi tagħhom fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jintlaħqu ftehimiet stretti u infurzabbli dwar il-ġlieda globali kontra dawn il-prattiċi". Bħala konsegwenza talli tkun iddaħħlet din il-premessa l-ġdida, il-premessi li kienu nnumerati 10 sa 15 fil-proposta ta' tfassil mill-ġdid għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid 11 sa 16.

2) It-test tal-Premessa 12 tad-Direttiva 2005/45/KE għandu jiġi introdott, f'forma adattata, fid-daħla tal-proposta ta' tfassil mill-ġdid. Il-premessa l-ġdida, li trid tiġi nnumerata 17 għandha tgħid "L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għandha tgħin lill-Kummissjoni biex tivverifika li l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva". Premessi li jsegwu, nnumerati 16 sa 22, fil-proposta għal tfassil mill-ġdid għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid 18 sa 24.

3) Il-Premessa 23 għandha titneħħa mit-test tad-daħla ta' l-att li jfassal mill-ġdid. Iż-żewġ premessi ta' wara, nnumerati 24 u 25 fil-proposta li tfassal mill-ġdid, għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid 25 u 26 rispettivament.

4) Fl-Artikolu 5(6), ir-referenza li saret għall-"paragrafu 3" għandha tagħmel referenza għall-"paragrafu 32".

5) Fil-verżjoni lingwistika Ingliża tal-proposta, fl-Artikolu 16(1) il-korrezzjoni li saret fil-kliem eżistenti ta' l-Artikolu 15(1), li fihom il-kliem "baħħar speċifiku biex iservi f'vapur speċifiku għal" ġie miżjud, għandha tkun identifikata billi tintuża t-tipa griża li ġeneralment tintuża biex jiġu mmarkati tibdiliet sostantivi. Barra minn hekk, il-preżenza ta' dik il-korrezzjoni kellha wkoll tissemma fil-memorandum spjegattiv.

6) Il-kliem ta' l-Artikolu 27(2) għandu jitneħħa mit-test ta' l-att li jfassal mill-ġdid. Il-Paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 27 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid 2 u 3 rispettivament.

7) Ġie aċċettat li fl-Anness I, Taqsima VII, Regolament VII/1, il-kliem ta' punt 1(5) għandu fih referenza korretta għall-Artikolu 11, filwaqt li t-test oriġinali tad-Direttiva 2001/25/KE kellu żball għax f'dak il-punt kienet qed issir referenza għall-Artikolu 11 minflok l-Artikolu 10.

8) Fl-Anness III, Parti A, l-indikazzjoni "l-Artikolu 4 biss" għandu jiddaħħal b'korrispondenza mal-kwotazzjoni tad-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

B'konsegwenza ta' dan, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, mingħajr divrenzja ta' opinjonijiet, li l-proposta mhijiex magħmula minn xi emendi sostantivi oħrajn apparti dawk identifikati bħala hekk. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' l-att iżjed bikri b'dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta għandha fiha kodifikazzjoni ċara tat-test eżistenti, mingħajr xi tibdil fis-sustanza tiegħu.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                                  M. PETITE

Jurisconsult                                       Jurisconsult                                   Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni fil-lingwi uffiċjali tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tat-test bl-Ingliż, peress li dan huwa l-kopja tal-verżjoni tal-lingwa ewlenija tad-dokument diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (Verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2007)0610 – C6-0348/2007 – 2007/0219(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

25.10.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

25.10.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

23.10.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

5.12.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

25.3.2008

5.5.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

6.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Etelka Barsi-Pataky, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Robert Navarro, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Gilles Savary, Brian Simpson, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Jelko Kacin, Ari Vatanen, Corien Wortmann-Kool

Data tat-tressiq

13.5.2008