RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill fl-10 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta’ l-ikel
13.5.2008 - (16673/2/2007 – C6‑0138/2008 – 2006/0143(COD)) - ***II
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Åsa Westlund
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta’ l-ikel
(16673/2/2007 – C6‑0138/2008 – 2006/0143(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16673/2/2007 – C6-0138/2008),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0423),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0672),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0179/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 2 | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
(2) Jaqbel li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem waqt l-eżekuzzjoni tal-politika Komunitarja. |
(2) Jaqbel li għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, u ta' l-ambjent, waqt l-eżekuzzjoni tal-politiki Komunitarji. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 1 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 2 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 5 a (ġdida) | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(5a) It-trasparenza fil-produzzjoni u t-trattament ta' l-ikel hija assolutament kruċjali biex tinkiseb il-kredibilità mal-konsumaturi. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 3 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 3 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 11 | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
(11) Skond il-qafas ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanzi għandha tkun ippreċeduta minn evalwazzjoni xjentifika, fl-għola livell possibbli, tar-riskji li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem. Din l-evalwazzjoni, li trid titwettaq taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità, trid tiġi segwita minn deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji li tittieħed mill-Kummissjoni, fil-qafas ta’ proċedura regolamentari li tassigura kooperazzjoni stretta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. |
(11) Skond il-qafas ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanzi għandha tkun ippreċeduta minn evalwazzjoni xjentifika indipendenti, ta’ l-ogħla livell possibbli, tar-riskji li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem. Din l-evalwazzjoni, li trid titwettaq taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità, trid tiġi segwita minn deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji li tittieħed mill-Kummissjoni, fil-qafas ta’ proċedura regolatorja li tassigura kooperazzjoni stretta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 5 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 4 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 11 a (ġdida) | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(11a) Il-kriterji stipulati għal awtorizzazzjoni skond ir-Regolamenti (KE) Nru XXX/2006, (KE) Nru YYY/2006 u (KE) Nru ZZZ/2006 ukoll għandhom jiġu ssodisfati skond dan ir-Regolament. |
Emenda 5 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura ta’ valutazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni uniformi (minn issa ’l quddiem il-"proċedura uniformi") ta’ l-addittivi ta’ l-ikel, ta’ l-enzimi ta’ l-ikel, tal-aromatizzanti ta’ l-ikel u ta’ materjali sorsi ta’ aromatizzanti ta’ l-ikel u ta' ingredjenti ta' l-ikel li għandhom il-kwalitajiet ta' aromatizzanti utilizzati jew maħsuba biex jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel (minn issa ’l quddiem is-"sustanzi"), li tiffaċilita l-moviment liberu ta’ dawn is-sustanzi fil-Komunità. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal aromatizzanti ta' l-affumikazzjoni li jidħlu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru 2003 dwar l-aromatizzanti bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni uniformi (minn issa ’l quddiem il-"proċedura uniformi") ta’ l-addittivi ta’ l-ikel, ta’ l-enżimi ta’ l-ikel, ta’ l-aromatizzanti ta’ l-ikel u ta’ materjali sorsi ta’ aromatizzanti ta’ l-ikel u ta' ingredjenti ta' l-ikel li għandhom il-kwalitajiet ta' aromatizzanti utilizzati jew maħsuba biex jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel (minn issa ’l quddiem is-"sustanzi"), li tikkontribwixxi għal ħarsien aħjar tal-konsumatur u għal saħħa pubblika aħjar u għall-moviment liberu ta’ dawn is-sustanzi fil-Komunità. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal aromatizzanti ta' l-affumikazzjoni li jidħlu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Novembru 2003 dwar l-aromatizzanti ta’ l-affumikazzjoni użati jew intiżi għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 11 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 6 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Fil-qafas ta’ kull leġislazzjoni settorjali ta’ l-ikel, is-sustanzi li hu awtorizzat it-tqegħid tagħhom fis-suq fil-Komunità jidhru fuq lista li l-kontenut tagħha huwa ddeterminat mil-leġislazzjoni msemmija (minn issa ’l quddiem imsejħa il-"lista Komunitarja"). Il-lista Komunitarja hija aġġornata mill-Kummissjoni. Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
1. Fil-qafas ta’ kull leġislazzjoni settorjali ta’ l-ikel, is-sustanzi li hu awtorizzat it-tqegħid tagħhom fis-suq fil-Komunità jidhru fuq lista li l-kontenut tagħha huwa ddeterminat mil-leġislazzjoni msemmija (minn issa ’l quddiem imsejħa il-"lista Komunitarja"). Il-lista Komunitarja hija aġġornata mill-Kummissjoni. Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Sustanzi inklużi fil-lista Komunitarja jistgħu jintużaw mill-operaturi kollha tan-negozju ta' l-ikel suġġett għall-kundizzjonijiet applikabbli għalihom, sakemm l-użu tagħhom m'huwiex ristrett skond l-Artikolu 12(6a). |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 14 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 7 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 punt b | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
(b) jekk ikun il-każ, tikkomunika mill-aktar fis possibbli t-talba lill-Awtorità u tressaq quddiemha talba għal opinjoni skond l-Artikolu 3(2). |
(b) tikkomunika t-talba lill-Awtorità u tressaq quddiemha talba għal opinjoni skond l-Artikolu 3(2). |
|
|
Emenda 8 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
1. L-Awtorità tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien sitt xhur wara li tkun intlaqgħet talba valida. |
1. L-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien disa’ xhur wara li tkun intlaqgħet talba valida. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 22 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 9 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
2. L-Awtorità tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u, jekk applikabbli, lill-applikant. |
2. L-Awtorità tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u, jekk applikabbli, lill-applikant. L-opinjoni għandha wkoll tkun ippubblikata, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 23 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 10 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-abbozz ta' regolament tagħha u tispjega l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ir-regolament huwa bbażat. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 37 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 11 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Meta l-abbozz tar-regolament ma jkunx konformi ma’ l-opinjoni ta’ l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-diverġenzi. |
2. Meta l-abbozz tar-regolament ma jkunx konformi ma’ l-opinjoni ta’ l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 37 mill-ewwel qari tal-PE. | |
Emenda 12 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 12 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
6a. Id-data xjentifika u informazzjoni oħra pprovduta minn min jagħmel it-talba ma jistgħux ikunu użati għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant preċedenti li tali data u informazzjoni jistgħu jintużaw, u l-ispejjeż jinqasmu f’dan is-sens, fejn: |
|
(a) id-data xjentifika u informazzjoni oħra kienu indikati bħala li huma ta’ proprjetà mill-applikant preċedenti fiż-żmien meta kienet saret it-talba preċedenti; |
|
(b) l-applikant preċedenti kellu drittijiet esklużivi ta' referenza għad-dejta ta’ proprjetà fiż-żmien meta kienet saret it-talba preċedenti; u |
|
(c) is-sustanza ma setgħetx tkun awtorizzata mingħajr is-sottomissjoni tad-data tal-proprjetà mill-applikant preċedenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid ta' emenda 33 mill-ewwel qari tal-PE. |
- [1] Testi Adottati, P6_TA(2007)0320.
NOTA SPJEGATTIVA
L-abbozz ta’ regolament dwar Proċedura ta’ Awtorizzazzjoni Uniformi għall-addittivi ta’ l-ikel, l-enżimi ta’ l-ikel u għall-aromatizzanti ta’ l-ikel huwa parti mill-Pakkett dwar l-Aġenti għat-Titjib ta’ l-Ikel (FIA), li ġie propost mill-Kummissjoni f'Lulju 2006. Il-pakkett jinkludi din il-proposta għal Proċedura ta’ Awtorizzazzjoni Uniformi, regolament fuq l-addittivi ta’ l-ikel, regolament fuq l-enżimi ta’ l-ikel u regolament fuq l-aromatizzanti ta’ l-ikel. Il-għan hu li r-regoli attwali jiġu armonizzati, iċċarati u aġġornati f’dan il-qasam.
Il-Parlament Ewropew adotta l-ewwel qari tiegħu waqt is-sessjoni plenarja fl-10 ta' Lulju 2007. Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ġiet adottata fl-10 ta’ Marzu 2008.
Il-Parlament Ewropew adotta 29 emenda fl-ewwel qari tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni. Inqas minn nofshom ġew ikkunsidrati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill.
L-għan prinċipali tar-rapporteur fl-ewwel qari kien li tiżdied it-trasparenza fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni li għandha tiġi applikata, u b’hekk ikun qed jiżdied il-ħarsien tal-konsumatur.
Il-Parlament taha l-appoġġ tiegħu f’dan il-għan. Il-Kunsill ma poġġiex l-istess enfasi fuq iż-żieda fit-trasparenza fil-Pożizzjoni Komuni, kif kienet xtaqet ir-rapporteur.
Għalhekk, l-emendi mressqa għat-tieni qari jfittxu li din l-idea tiddaħħal mill-ġdid.
Il-Parlament fl-ewwel qari tiegħu ta l-appoġġ tiegħu lir-rapporteur ukoll biex fil-leġiżlazzjoni jiġu inklużi dimensjonijiet ambjentali. Il-Kunsill ikkunsidra xi ftit minn dawn il-punti, imma r-rapporteur tixtieq li tara l-proposta msaħħa f’dan ir-rigward.
PROĊEDURA
Titolu |
Proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta’ l-ikel |
|||||||
Referenzi |
16673/2/2007 – C6-0138/2008 – 2006/0143(COD) |
|||||||
Data ta' l-ewwel qari tal-PE - Numru P |
10.7.2007 T6-0320/2007 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2006)0423 - C6-0258/2006 |
|||||||
Proposta modifikata tal-Kummissjoni |
||||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni |
13.3.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.3.2008 |
|||||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Åsa Westlund 14.9.2006 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
3.4.2008 |
|
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
6.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georgs Andrejevs, Irena Belohorská, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jens Holm, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Jules Maaten, Linda McAvan, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Anne Laperrouze, Kartika Tamara Liotard, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Lambert van Nistelrooij |
|||||||