RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta' l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ
14.5.2008 - (COM(2007)0605 – C6‑0453/2007 – 2007/0224(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Duarte Freitas
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta' l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ
(COM(2007)0605 –C6-0453/2007 – 2007/0224(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0605),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0453/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0183/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) L-identifikazzjoni ta’ ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f’dan ir-rigward hija relattivament limitata. Limitu ta’ fond għall-użu ta' l-irkaptu tal-qiegħ jipprovdi konfini prekawzjonali protetta għall-qroll u l-isponoż tal-baħar fond fi ħdan il-kolonna ta’ l-ilma. Fond ta’ 1 000 m jirrappreżenta għażla raġonevoli li tipprovdi livell xieraq ta’ protezzjoni u li hu fl-istess ħin kompatibbli mat-tkomplija tas-sajd tal-qiegħ għall-ispeċi tal-qiegħ misjuba ġeneralment f’fond aktar qasir bħall-marlozz u l-klamar. Din ir-restrizzjoni tal-fond hija kompatibbli wkoll ma’ l-iżvilupp progressiv, taħt dan ir-regolament, ta’ miżuri bbażati fuq iż-żona biex jiġu mħarsa bis-sħiħ is-siti fejn hu magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli. |
(10) L-identifikazzjoni ta’ ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f’dan ir-rigward hija relattivament limitata. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li l-lista ta’ l-kundizzjonijiet speċifiċi fl-Artikoli 4 u 5 huma determinanti għall-validazzjoni ta’ liċenzji tas-sajd f'ċerti żoni, dawn ir-restrizzjonijiet batimetriċi mhumiex meħtieġa. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda studju xjentifiku li juri li għadhom jeżistu jew m'għadhomx jeżistu ekosistemi tal-baħar iktar jew inqas vulnerabbli minn dan il-limitu partikolari. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 12 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(12a) Dan ir--regolament jagħti każ tad-direttivi internazzjonali dwar il-ġestjoni tas-sajd tal-qiegħ f'ibħra internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-ikel u l-agrikultura (FAO). Każijiet ta' dubju dwar l-interpretazzjoni ta' dan ir-regolament, għandhom jiġi interpretati fid-dawl tad-direttivi tal-FAO. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-proposta li qed tiġi kkunsidrata hawnhekk ikun tajjeb li jkun hemm riferenza għax-xogħol li qed isir fil-FAO. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 1 - paragrafu 1 | |
|
Test tal-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd b’irkaptu tal-qiegħ f’ibħra internazzjonali. |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd b’irkaptu tal-qiegħ f’ibħra internazzjonali meta dan l-irkaptu jkun f'kuntatt mal-qiegħ tal-baħar waqt it-twettiq abitwali ta' l-attivitajiet tas-sajd. |
Ġustifikazzjoni | |
Skond in-nota spjegattiva, l-iskop tar-regolament huwa li jadotta miżuri biex jiġu eliminati l-prattiki distruttivi tas-sajd li jheddu l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f’ibħra internazzjonali. Joħroġ minn dan li r-regolament imissu jirrigwarda biss il-bastimenti li jużaw l-irkaptu tas-sajd tagħhom b'mod li jkunu jista' jhedded l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f'ibħra intenazzjonali u mhux lil dawk li aċċidentalment ikollhom kuntatt mal-qiegħ tal-baħar. Wara kollox, din hija l-intenzjoni li fuqu huwa msejjes l-abbozz tal-linjigwida tal-FAO. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 1, paragrafu 2, punt (a) | |
|
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza li jirregola tali attivitajiet tas-sajd; |
(a) taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni regjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza legali li tirregola tali attivitajiet tas-sajd; |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 1, paragrafu 2, punt b | |
|
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
‑b) li għalihom ikun għaddej il-proċess ta' ħolqien ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, fejn il-parteċipanti f’tali proċess ikunu qablu dwar miżuri interim għall-ħarsien ta’ l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli mill-impatti distruttivi li jirriżultaw mill-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ. |
‑b) li għalihom ikun għaddej il-proċess ta' ħolqien ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, u fejn il-parteċipanti f’tali proċess ikunu qablu dwar miżuri interim għall-ħarsien ta’ l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli mill-impatti distruttivi li jirriżultaw mill-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt (b) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
b) 'ekosistema tal-baħar vulnerabbli' tfisser kull ekosistema tal-baħar li l-istruttura u l-funzjoni speċifika tagħha x’aktarx ikunu, skond l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli u l-prinċipju prekawzjonali, soġġetti li jiġu kompromessi mill-istress permezz tal-kuntatt fiżiku ma' l-irkaptu tal-qiegħ waqt attivitajiet tas-sajd, inklużi inter alia skollijiet, muntanji tal-baħar, bokok idrotermali, qroll tal-baħar kiesaħ jew qigħan ta’ sponoż tal-baħar kiesaħ; |
b) 'ekosistema tal-baħar vulnerabbli' tfisser kull ekosistema tal-baħar li l-istruttura u /jew il-funzjonijiet speċifiċi tagħha x’aktarx ikunu kompromessi mill-azzjoni ta’ kwalunkwe aġent estern, |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni (b) proposta fl-Artikolu fiha wisq dettalji u qed tirriskja li tħalli barra ċerti sitwazzjonijiet li mhumiex inklużi fil-lista ta’ kundizzjonijiet imsemmija. Ir-rapporteur iqis li l-aħjar soluzzjoni hija li wieħed jistenna definizzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija ta’ l-Ikel (FAO) f’dan ir-rigward u li din id-definizzjoni tkun inkluża fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 2, punt (c) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) 'irkaptu tal-qiegħ' ifisser xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, ħammiela, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases. |
(c) 'irkaptu tal-qiegħ' ifisser tgħamir tas-sajd użat għas-sajd tal-qiegħ u li jmiss mal-qiegħ bħal xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, ħammiela, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt (b) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) l-ispeċi mmirati; |
(b) l-ispeċi mmirati u l-ispeċijiet li jistgħu jinqabdu fil-qbid aċċessorju; |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt (c) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) il-fond li fih ikun se jintuża l-irkaptu, u |
(c) l-irkapru użat u l-fond li fih se jintuża; |
Ġustifikazzjoni | |
Ikun xieraq li minbarra għall-fond, wieħed jagħmel riferenza wkoll għat-tip ta’ rkaptu użat minħabba li kull tip ta’ tagħmir jirrappreżenta theddida potenzjali differenti għall-ekosistemi. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt (d) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta’ qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet. |
(d) il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta’ qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet f'dawk il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li l-bastimenti li jbaħħru taħt il-bandiera tiegħu għad m'għandhomx din l-informazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tevita li jsir xogħol għal xejn. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 4, paragrafu 1, punt (d a) (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(d a) kemm se jdumu l-attivitajiet. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – Paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta’ l-impatti potenzjali ta' l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta’ l-impatti potenzjali ta' l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. It-tul tal-permss tas-sajd speċjali m'għandux ikun itwal minn dak tal-pjan tas-sajd. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4– paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. F’każ ta’ dubju dwar jekk l-impatti ħżiena humiex sinifikanti jew le, huma għandhom iqisu li l-impatti ħżiena probabbli li jirriżultaw mill-pariri xjentifiċi mogħtija huma sinifikanti. 5. |
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6 Limiti ta’ fond L-użu ta' l-irkaptu tal-qiegħ f’fond ta’ aktar minn 1 000 m għandu jkun projbit. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li l-lista ta’ l-kundizzjonijiet speċifiċi fl-Artikoli 4 u 5 huma determinanti għall-validazzjoni ta’ liċenzji tas-sajd f'ċerti żoni, dawn ir-restrizzjonijiet batimetriċi mhumiex meħtieġa. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda studju xjentifiku li juri li għadhom jeżistu jew m'għadhomx jeżistu ekosistemi tal-baħar iktar jew inqas vulnerabbli minn dan il-limitu partikolari. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 7– paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fejn, waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd jiskopri ekosistema tal-baħar vulnerabbli, hu għandu jieqaf jistad immedjatament, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f’sit alternattiv f’distanza minima ta’ 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa’ maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 4 (1). |
1. Fejn, minkejja l-miżuri addottati skond l-Artikolu 4, osservatur xjentifiku li jkun abbord bastiment skond l-Artikoli 12, jsib provi suffiċjenti li jindikaw li waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd setgħa skopra ekosistema tal-baħar li jistgħu ikunu vulnerabbli, dan il-bastiment għandu jieqaf jistad immedjatament, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f’sit alternattiv f’distanza minima ta’ 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa’ maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 4 (1). |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 7 - paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2 a. Jekk ikun hemm inċertezza sostanzjali dwar il-preżenza ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli, iż-żona għandha titqies bħala ekosistema tal-baħar vulnerabbli sakemm ikun hemm biżżejjed evidenza għall-kuntrarju. |
Ġustifikazzjoni | |
L-identifikazzjoni ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli hija bbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni li, minħabba riskji li jista' jkun hemm, jeżiġi l-implimentazzjoni proattiva ta' miżuri protettiv. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 7 – Paragrafu 3 | |
|
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta ta’ ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti bla dewmien, u jagħti informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti. |
3. Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta bħal din ta’ ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti, li, min-naħa tagħhom, għandhom jirrapportaw dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr, u jagħtu informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Li s-sejba ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri immedjatament wara jiżgura li l-Istati jgawdu mill-informazzjoni dwar fejn jinsabu ekosistemi bħal dawn u jevitaw milli jidħlu f'dawn iż-żoni. Jekk iż-żona msemmija tkun diġà magħrufa bħala ekosistema tal-baħar vulnerabbli, dan inaqqas ukoll l-ispejjeż u l-isforzi biex issir evalwazzjoni għall-permessi tas-sajd . | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7 - paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3 a. Is-sejbiet aċċidentali għandhom jiġu reġistrati fuq sistema elettronika għall-immappjar 'online' sabiex tinbena bażi tad-dejta permanenti ta' l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 17 dwar l-Artikolu 7(3). | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 8– paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun ta' l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13. |
1. Abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun ta' l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan l-għeluq. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda introdotta għandha l-għan li twessa’ l-proċeduri li huma essenzjali għall-preservazzjoni ta’ ekosistemi li huma s-suġġett ta’ din il-proposta. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 10– paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-nuqqas ta’ konformità mal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1) f’ċirkostanzi għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 5(2) għandu jġib miegħu it-telfien tal-validità tal-permess tas-sajd speċjali maħruġ lill-bastiment tas-sajd ikkonċernat. Kwalunkwe attività tas-sajd li titwettaq mill-ħin li l-bastiment jiżvija mill-pjan tas-sajd tiegħu għandu jitqies bħala sajd imwettaq mingħajr permess tas-sajd skond it-termini tal-paragrafu C, l-ewwel inċiż, ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1447/1999. |
1. In-nuqqas ta’ konformità mal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1) f’ċirkostanzi għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 5(2) għandu jġib miegħu it-telfien tal-permess tas-sajd speċjali maħruġ lill-bastiment tas-sajd ikkonċernat. Kwalunkwe attività tas-sajd li titwettaq mill-ħin li l-bastiment jiżvija mill-pjan tas-sajd tiegħu għandu jitqies bħala sajd imwettaq mingħajr permess tas-sajd skond it-termini tal-paragrafu C, l-ewwel inċiż, ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1447/1999. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li jistadu għal stokkijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002. |
Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li jistadu għal stokkijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 12 – Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Osservaturi |
Osservaturi xjentifiċi |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 12– paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kull Stat Membru għandu jassenja osservaturi xjentifiċi fuq il-bastimenti li jinħarġilhom il-permess tas-sajd speċjali previst fl-Artikolu 3(1). L-osservaturi għandhom josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment matul it-twettiq tal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1). |
1. Bastimenti li jikkostitwixxu kampjun rappreżentattiv ta' dawk li jinħarġilhom permess tas-sajd speċjali previst fl-Artikolu 3(1) mill-Istati Membri għandhom jieħdu abbord osservatur xjentifiku. In-numru totali ta' osservaturi xjentifiċi huwa ffissat mill-Kummissjoni, fuq proposta tal-kumitat xjentifiku, tekniku u ekonomiku tas-sajd, skond iz-zona u t-tip ta' peskereġġ. In-numru ta' osservaturi xjentifiċi abbord huwa proporzjonali għan-numru tal-bastimenti ta' kull Stat Membru li jinħarġilhom permess speċjali tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm rotazzjoni adegwata ta' l-osservaturi xjentifiċi bejn id-diversi bastimenti wara kull kampanja tas-sajd. L-osservaturi xjentifiċi għandhom iwettqu l-monitoraġġ kollu ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment matul it-twettiq tal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1) u, b'mod partikolari għandom jeżegwixxu l-kompiti definiti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 12 - paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a L-osservatur xjentifiku għandu jkun indipendenti kemm mill-bastiment kif ukoll mill-intrapriża li huwa jkun qed josserva. Huwa m'għandu jkollu l-ebda interess finanzjarju jew ta' tip ieħor f'dan il-bastiment jew f'din l-intrapriża. L-osservatur m’għandux ikollu preċedenti ta’ offiżi kriminali serji, u jrid ikollu livell suffiċjenti ta’ tagħrif dwar metodi ta’ sajd f’baħar fond u dwar l-ispeċi u l-ekosistemi mmirati. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 13 (1) (a a) (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(a a) L-impatti ta’ l-attivitajiet tas-sajd skond l-Artikolu 4 (2); |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 13– paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni li jkun fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-korpi xjentifiċi rilevanti bla dewmien. |
2. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni li jkun fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-korpi xjentifiċi rilevanti bla dewmien, kif ukoll lill-Istati Membri li jitolbu din l-informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandhom dritt li jkollhom aċċes għall-informazzjoni li tidher f’dawn ir-rapporti. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artujiky 14 - titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Segwitu |
Reviżjoni ta' dan ir-Regolament |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament qabel it-30 ta’ Ġunju 2010. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta’ dan ir-Regolament. |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament qabel it-30 ta’ Ġunju 2009. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet li fl-2009, tagħmel bilanċ ta' l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni ta' l-2006, u huwa importanti li l-Kummissjoni tħejji rapport fi żmien utli f'din il-perspettiva. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 15, paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandhom jieħdu ż-żmien li għandhom bżonn biex jippreparaw ruħhom għall-prattiki burokratiċi l-ġodda li dan it-tip ta’ regolament jesiġi. | |
NOTA SPJEGATTIVA
“Id-dikjarazzjonijiet grandjużi ta’ intenzjoni ma jevitawx il-qerda ta’ ekosistemi tal-baħar fond”.
L-UE u l-ħarsien ta’ l-ambjent
Il-valuri Ewropej u l-objettivi mfassla mill-Unjoni Ewropea jpoġġuna fuq quddiem nett ta’ l-oqsma marbutin mal-ħarsien ta’ l-ambjent, mhux biss fil-livell Ewropew iżda wkoll fil-livell globali.
Reċentement, matul il-presidenza Ġermaniża, l-Unjoni Ewropea kienet imsejħa biex tassumi r-responsabilitajiet tagħha biex turi t-triq li twassal għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet tal-karbonju fl-atmosfera filwaqt li tassumi, b’mod inekwivoku, irwol proattiv fil-qafas ta’ l-objettivi li jiggarantixxu bilanċ sostenibbli għall-pjaneta tagħna.
Għandhom jiġu indirizzati b’serjetà u b’attenzjoni kbira numru ta’ sfidi marbuta mal-ħarsien ekoloġiku u ma’ l-ambjent tal-pjaneta tagħna.
Waqt is-samit ta’ Johannesburg dwar l-iżvilupp sostenibbli li sar f’Settembru 2002, ġie stabbilit objettiv dinji li jikkonsisti “fit-twaqqif tat-telf tad-diversità sa l-2010. Waħda mill-eżiġenzi fundamentali ta’ din l-istrateġija kienet “l-eliminazzjoni tal-prattiki tas-sajd distruttivi".
Jekk wieħed imur iktar lura u jiftakar fir-rapport Brundtland, li kien ġie elaborat fl-1987 bħala riżultat tal-laqgħa tal-Kumitat Dinji għall-Ambjent u l-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (fejn twieldet l-idea ta’ żvilupp sostenibbli), wieħed jista’ jgħid b’ċertezza li l-objettivi ambjentali ilhom prijorità fl-aġenda politika dinjija għal iktar minn għoxrin sena.
Madankollu fis-seklu XXI, it-twissijiet li nisimgħu dwar il-qerda minħabba attivitajiet tal-bniedem ta’ abitati vulnerabbli kemm tal-baħar u kemm ta’ l-art, jidhru li huma għalxejn, u llum wieħed jista’ jgħid li fl-2008, l-objettivi stabbiliti f’Johannesburg madwar 6 snin ilu huma impossibbli li jintlaħqu... speċjalment sa l-2010.
Ċerti fatturi bħas-sajd eċċessiv, it-tniġġiż u d-degradazzjoni ta’ ekosistemi marittimi qed jheddu din il-bijodiversità tal-baħar minħabba l-iżbilanċ ta’ diversi attivitajiet ekonomiċi (turiżmu tal-baħar tal-massa, il-bini ta' pjattaformi taż-żejt, bijoprospetturi eċċ)
Ekosistemi tal-baħar fond – patrimonju ta’ l-umanità
Il-kuxjenza ekoloġika li qed tikber rigward l-ekosistemi tal-baħar fond (muntanji ta’ taħt il-baħar (seamounts), kurrenti idrotermali, sikek tal-qroll tal-baħar fond) wasslet biex dawn l-ambjenti llum jitqiesu bħala abitati prijoritarji mill-Konvenzjoni OSPAR u huma prijorità fl-aġenda ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ l-organi ta’ konsultazzjoni tagħha.
Minkejja l-limitazzjonijiet ta' l-għarfien tagħna dwar l-ekosistemi tal-baħar fond, aħna nafu li xi wħud minnhom jikkostitwixxu ċentri ta’ bijodiversità tal-baħar importanti, sensittivi u vulnerabbli. Ir-ritmu baxx ta’ tkabbir tagħhom u tar-riġenerazzjoni tagħhom huma xhieda ta’ kemm huma vulnerabbli għal aġenti esterni li jgħawru. Il-qroll ta' l-ibħra fondi (sponoż, coelenterates, eċċ.) huma eżempji ta’ strutturi uniċi (li xi drabi huma għoljin tliet metri u li jgħixu iktar minn 300 sena!) li mil-lum għall-għada jistgħu jinqerdu minn tgħawwir mekkaniku, proċess li ħafna drabi hu irriversibbli.
Il-muntanji ta’ taħt il-baħar (seamounts) huma strutturi taħt l-ilma li normalment għandhom natura volkanika u li jidhru f’qiegħ il-baħar. Anke jekk b’mod ġenerali l-produttività u l-bijodiversità huma relattivament fqar, il-muntanji ta’ taħt il-baħar jikkostitwixxu oażi awtentika taħt il-baħar li fiha jgħixu ekosistemi sinjuri u ħafna drabi uniċi.
L-irkaptu tas-sajd użat għas-sajd tal-qiegħ (xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, l-għeżul tal-qiegħ, il-konzijiet tal-qiegħ u n-nases eċċ.), il-prospezzjoni taż-żejt, l-installazzjoni ta’ cables taħt il-baħar, ir-rimi ta’ l-iskart, studji oħra ta’ prospezzjoni f’qiegħ il-baħar jistgħu jkunu ta’ periklu serju għall-għejxien ta’ dan il-patrimonju ekoloġiku kif juru diversi studji xjentifiċi mwettqa fil-grigal ta’ l-Atlantiku, fl-Atlantiku tal-Punent u fil-Baħar tat-Tażmanja.
Il-kollass ta’ parti kbira tar-riżorsi tradizzjonali tas-sajd ikkawżat trasferiment ta’ l-attivitajiet tas-sajd lejn dawn l-abitati, trasferiment inkoraġġut mit-teknoloġiji l-ġodda li huma għad-dispożizzjoni tas-settur tas-sajd.
Madankollu, għalkemm is-sajd fl-ibħra fondi jħalli profitti kbar fl-ewwel snin ta’ l-esplojtazzjoni, studji xjentifiċi għandhom it-tendenza li juru li esplojtazzjoni disorganizzata u mingħajr struttura tista’ twassal għall-estinzjoni ta’ ċerti speċijiet f’inqas minn għaxar snin.
Kuntest ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni
L-għan ewlieni li l-politika marittima Ewropea li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li timplimenta sa l-2013 huwa li l-Kummissjoni tkun tista' tirrevedi l-approċċ tagħha dwar il-politika marittima bil-għan li l-ibħra jkunu trattati b'mod integrat fl-aspetti kollha.
Din il-viżjoni globali dinjija testendi ruħha wkoll għall-ibħra l-iktar fondi u għall-ekosistemi tagħhom.
Fit-8 ta’ Diċembru 2006, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-riżoluzzjoni 61/105, li saret ftit wara proċess li beda fl-2004 bir-riżoluzzjoni 59/25. F’dak iż-żmien, din l-Assemblea kienet diġà eżiġiet “miżuri urġenti maħsuba biex jeliminaw il-prattiki tas-sajd distruttivi fl-ibħra”.
Il-FAO ikkontribwixxiet ukoll b'mod attiv f'dan il-proċess permezz ta' l-iżvilupp ta' linji gwida tekniċi għas-sajd fl-ibħra fondi fil-qafas tal-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli.
F'kull waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet, l-Unjoni Ewropea assumiet rwol preponderanti filwaqt li tat appoġġ attiv u kostruttiv lid-dibattitu ta' l-ideat u d-definizzjoni ta' l-istrateġiji.
Approċċ speċifiku tal-proposta għal regolament
Fl-inħawi kostali, il-miżuri tat-tmexxija u tal-ħarsien ta’ l-ekosistemi, iggwidati minn linji gwida Komunitarji, huma r-responsabilità ta’ l-Istati kostali.
Fl-ibħra internazzjonali l-ħarsien ta’ l-ambjent tal-baħar huwa ġeneralment stabbilit minn Konvenzjonijiet tal-baħar reġjonali, fejn dawn jeżistu, filwaqt li l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ amministrazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u r-regolamentazzjoni ta’ l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi vulnerabbli hija responsabilità ta’ l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO). Sadanittant, jeżistu żoni fl-ibħra li mhumiex koperti minn l-ebda organizzazzjoni jew konvenzjoni internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd, li fil-prattika, jikkostitwixxu bieb miftuħ għall-prattika ta’ sajd destruttiv.
L-għan ewlieni tal-proposta għal regolament huma li jimla l-vojt li jeżisti u li jieħu f’idejh it-tnedija tal-proċess ta' regolamentazzjoni ta' prattiki ta’ sajd tajbin f’dawn iż-żoni.
L-Unjoni Ewropea hija konxja mill-fatt li hemm bżonn li jkunu integrati b’mod sħiħ fl-iskema ta’ konservazzjoni u ġestjoni stabbilita fil-kuntest tal-Politika Komuni għas-Sajd (CFP), l-attivitajiet kollha tas-sajd tal-vapuri tagħha li joperaw f’żoni li mhumiex ikkontrollati minn RFMO jew f’żoni fejn l-ebda RFMO ma adottatx miżuri ta’ ġestjoni relevanti. L-UE għandha l-intenzjoni wkoll li tara li r-regolament propost jesegwixxi r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Kunsiderazzjonijiet tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta għal regolament fil-qasam tas-sajd, Regolament li ngħata prijorità mill-Presidenza Slovena.
L-impenn ta’ Johannesburg ipoġġi l-problema tal-prattiki ta’ sajd destruttiv fil-kuntest globali filwaqt li jagħmilha sfida fuq skala mondjali.
Minkejja l-approċċ speċifiku li jista’ u għandu jingħata lil din il-problema fil-qasam tas-sajd, ir-rapporteur iqis li t-theddidiet għall-ekosistemi tal-baħar fond imorru lil hinn minn hekk. F’dan is-sens, ir-rapporteur iqis li l-Unjoni Ewropea għandha, fil-kuntest ta’ kompetenzi oħrajn minbarra dawk marbuta mas-sajd, tippromwovi azzjoni maħsuba biex tipproteġi l-ekosistemi vulnerabbli filwaqt li tieħu f’idejha l-problema u tindirizzha b’mod integrat fl-isfond tal-konklużjonijiet tal-Green Paper dwar il-politika marittima Ewropea.
F’dak li jirrigwarda din il-proposta għal regolament dwar il-qasam tas-sajd, ir-rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li dan ir-regolament għandu jikkjarifika u jtejjeb ċertu aspetti. F’dan is-sens, ir-rapporteur qed jipproponi lista ta’ emendi li huwa jqis li huma importanti għall-bilanċ ta' din il-proposta
Fost il-proposti mressqin, ir-rapporteur qed jiġbed l-attenzjoni għal din li ġejja:
- minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha deskritti fl-Artikoli 4 u 5 għall-validazzjoni ta’ liċenzji tas-sajd f'ċerti żoni, ir-restrizzjonijiet iddettaljati proposti fl-Artikolu 6 m'għandhom l-ebda skop;
- l-osservaturi abbord, imħallsin mill-proprjetarji tal-vapuri, għandu jkollhom il-kwalifiki neċessarji biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom, u jqis inutli l-esiġenza ta’ taħriġ xjentifiku bażiku li jżid l-ispejjeż marbuta mar-reklutaġġ tagħhom;
- l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għar-rapporti fil-pussess tal-Kummissjoni Ewropea.
Ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li studji xjentifiċi mitluba fil-proposta jistgħu joħolqu wisq spejjeż għall-proprjetarji tal-vapuri u jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa mill-ġdid l-arranġamenti relatati mal-finanzjament tagħhom.
B’mod ġenerali, ir-rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea u jispera li jistà jiddependi fuq il-parteċipazzjoni ta' kollegi oħrajn u ta' membri mill-Kumitat għas-Sajd biex din il-proposta titjieb.
OPINJONI TAL-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (7.4.2008)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fl-ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta’ l-irkupru tas-sajd tal-qiegħ
(COM(2007)0605 – C6‑0453/2007 – 2007/0224(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Marios Matsakis
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Informazzjoni ta’ sfond:
Ir-Regolament propost għandu japplika biss għal bastimenti ta’ l-UE li joperaw fl-ibħra miftuħa li jużaw tagħmir tal-qiegħ f’zoni li m’humiex suġġetti għal regolamenti mill-Organizzazzjoni ta’ Mmaniġġjar ta’ Sajd Reġjonali (RFMO).
L-abbozz ta’ opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent:
Ir-rapporteur iqis li l-proposta hija pass wieħed xieraq lejn il-protezzjoni tal-bijodiversità tal-baħar fond fl-ibħra miftuħin u t-titjib ta’ mmaniġġjar ta' sajd tal-baħar fond. Iżda, r-rapporteur jipproponi numru żgħir ta’ emendi, li jqisu l-ħidma mwettqa minn NGOs tal-baħar differenti, li jissuġġerixxu li hemm ħtieġa urġenti għal miżuri aktar stretti għall-ħarsien ta' l-ekosistema tal-baħar.
Il-ħarsien ta’ bosta speċi ta’ ħut li jgħix fil-fond, li huma vulnerabbli b’mod konsiderevoli għal sajd żejjed minħabba l-bijoloġija unika tagħhom u l-adattament għal ambjenti tal-baħar fond, għandhom jissaħħew b’din il-proposta. Minkejja li ftit hu magħruf dwar l-irkupru ta’ dawn il-popolazzjonijiet, ikun għaqli li japplika l-Prinċipju ta' Prekawzjoni.
Dawn l-emendi qed jitwettqu bil-ħsieb tas-suġġerimenti mwettqa kemm mill-organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi kif ukoll mis-settur tas-sajd.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
| Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 10 | |
|
(10) L-identifikazzjoni ta’ ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f’dan ir-rigward hija relattivament limitata. Limitu ta’ fond għall-użu ta' l-irkaptu tal-qiegħ jipprovdi konfini prekawzjonali protetta għall-qroll u l-isponoż tal-baħar fond fi ħdan il-kolonna ta’ l-ilma. Fond ta’ 1 000 m jirrappreżenta għażla raġonevoli li tipprovdi livell xieraq ta’ protezzjoni u li hu fl-istess ħin kompatibbli mat-tkomplija tas-sajd tal-qiegħ għall-ispeċi tal-qiegħ misjuba ġeneralment f’fond aktar qasir bħall-marlozz u l-klamar. Din ir-restrizzjoni tal-fond hija kompatibbli wkoll ma’ l-iżvilupp progressiv, taħt dan ir-regolament, ta’ miżuri bbażati fuq iż-żona biex jiġu mħarsa bis-sħiħ is-siti fejn hu magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli. |
(10) L-identifikazzjoni ta’ ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f’dan ir-rigward hija relattivament limitata. Għad fadal ħafna li jrid ikun magħruf dwar ekosistemi tal-baħar fond u hija fis-seħħ riċerka dedikata, inklużi sforzi ta’ studju xjentifiku taħt il-patroċinju ta’ l-UE. Huwa magħruf sew li ċerti ekosistemi tal-baħar fond jistgħu jikkostitwixxu f’ ”zoni ta’ attività intensa” ta’ bijodiversità tal-baħar. Huwa magħruf li dawn l-ekosistemi huma estremament vulnerabbli minħabba r-rati ta’ tkabbir baxxi li jikkaratterizzaw il-ħajja f’fond konsiderevoli. Sajd b’tagħmir għal qiegħ il-baħar jista' jkun estremament ta' ħsara għall-integrità ta' dawn l-ekosistemi, kif intwera minn korp dejjem jikber ta' evidenza xjentifika. Sorsi osservati u b’potenzjal ta’ ħsara jinkludu xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, ħammiela, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases1. Għalhekk fond ta’ 1000 m ma jirrappreżentax b’mod eżatt u reali għażla xjentifika jew raġonevoli biex ikun provdut grad xieraq ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. |
|
|
__________ 1 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Prattiki tas-sajd distruttivi fl-ibħra internazzjonali u l-ħarsien ta' l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar fond (COM(2007) 604). |
Emenda 2 Artikolu 1, paragrafu 2, punt (a) | |
|
(a) taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza li jirregola tali attivitajiet tas-sajd; |
(a) taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza legali li tirregola tali attivitajiet tas-sajd; |
Emenda 3 Artikolu 1, paragrafu 2, punt (b) | |
|
(b) li għalihom ikun għaddej il-proċess ta' ħolqien ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; fejn il-parteċipanti f’tali proċess ikunu qablu dwar miżuri interim għall-ħarsien ta’ l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli mill-impatti distruttivi li jirriżultaw mill-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ. |
(b) li għalihom ikun għaddej il-proċess ta' ħolqien ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u fejn il-parteċipanti f’tali proċess ikunu qablu dwar miżuri interim għall-ħarsien ta’ l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli mill-impatti distruttivi li jirriżultaw mill-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ. |
Emenda 4 Artikolu 4, paragrafu 1, punt (d a) (ġdid) | |
|
|
(da) it-tul ta’ żmien. |
Emenda 5 Artikolu 4, paragrafu 2 | |
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta’ l-impatti potenzjali ta' l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta’ l-impatti potenzjali ta' l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. It-tul ta’ żmien tal-permess tas-sajd m’għandux ikun itwal mill-pjan tas-sajd. |
Emenda 6 Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
|
3a. L-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu bbażati fuq kriterji armonizzati fil-livell Komunitarju u għandhom jiġu riveduti mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Huma meħtieġa iżjed gwida u eżami mill-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4. | |
Emenda 7 Artikolu 6 | |
|
L-użu ta' l-irkaptu tal-qiegħ f’fond ta’ aktar minn 1,000 m għandu jkun projbit. |
L-użu ta' l-irkaptu tal-qiegħ f’fond ta’ aktar minn 800 m għandu jkun projbit. |
Ġustifikazzjoni | |
Speċi vulnerabbli bħal koralli tal-baħar kiesaħ u ħut ieħor jinsabu f’fond ta’ 800 metru b’hekk il-projbizzjoni suġġerita mill-Kunsill ma tipprovdix grad suffiċjenti ta’ ħarsien. Pereżempju f’sajd bit-tkarkir tal-qiegħ għal ħut tal-baħar fond b'ġismu twil u denbu bil-ponta, dotti oranġjo u klieb il-baħar tal-qiegħ li jopera f'qiegħ ta' 840 u 1300 metru fond tul il-qasma kontinentali fil-punent ta' l-Irlanda, il-‘carbon 14 dating' żvela li l-“matrix” tal-korall tal-baħar kiesaħ meħud bħala residwu tas-sajd f’din is-sajda kien ta’ mill-inqas 4550 sena.1 | |
__________ | |
1 Matthew Gianni , High seas bottom trawl fisheries and their impacts on the biodiversity of vulnerable deep-sea ecosystems: Options for international action, http://www.greenpeace.org/raw/content/new-zealand/press/reports/high-seas-bottom-trawl-fisher.pdf | |
Emenda 8 Artikolu 7, paragrafu 1 | |
|
1. Fejn, waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd jiskopri ekosistema tal-baħar vulnerabbli, hu għandu jieqaf jistad immedjatament, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f’sit alternattiv f’distanza minima ta’ 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa’ maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 4(1). |
1. Fejn, waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd jiskopri ekosistema tal-baħar vulnerabbli, hu għandu jieqaf jistad immedjatament, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. |
Emenda 9 Artikolu 7, paragrafu 2 | |
|
2. Jekk jerġa’ jiskopri ekosistema tal-baħar vulnerabbli fis-sit alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-bastiment għandu jibqa’ jbiddel il-pożizzjoni tiegħu skond ir-regoli stipulati f’dak il-paragrafu sakemm jasal f’sit fejn ma jkun hemm l-ebda ekosistema tal-baħar vulnerabbli. |
imħassar |
Emenda 10 Artikolu 7, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
|
2a. Jekk ikun hemm inċertezza sostanzjali dwar il-preżenza ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli, iz-zona għandha titqies bħala ekosistema tal-baħar vulnerabbli sakemm ikun hemm biżżejjed evidenza għall-kuntrarju. |
Ġustifikazzjoni | |
L-identifikazzjoni ta' VME hija bbażata fuq kriterju ta' prekawzjoni li jitlob għall-introduzzjoni proattiva ta' miżuri protettivi minħabba riskji possibbli. | |
Emenda 11 Artikolu 7, paragrafu 3 | |
|
3. Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta ta’ ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti bla dewmien, u jagħti informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti. |
3. Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta bħal din ta’ ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti, li, min-naħa tagħhom, għandhom jirrapportaw dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr, u jagħti informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Li s-sejba ta' VME tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri immedjatament wara tiżgura li l-Istati jgawdu mill-informazzjoni dwar fejn jinsabu ekosistemi bħal dawn u jevitaw milli jidħlu f'dawn iz-zoni. Jekk iz-zona msemmija tkun diġà magħrufa bħala ekosistema tal-baħar vulnerabbli, dan inaqqas ukoll l-ispejjeż u l-isforzi biex issir evalwazzjoni għall-permessi tas-sajd . | |
Emenda 12 Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
|
3a. Is-sejbiet accidentali għandhom jiġu reġistrati fuq sistema elettronika għall-immappjar online sabiex tinbena bażi tad-dejta permanenti ta' l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 5 dwar l-Artikolu 7(3). | |
Emenda 13 Artikolu 8, paragrafu 1 | |
|
1. Abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun ta' l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13. |
1. Abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun ta' l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għall-attivitajiet kollha ta’ sajd. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13. |
Ġustifikazzjoni | |
Din għandha tingħalaq għall-attivitajiet ta’ sajd kollha mhux biss għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ minħabba li huwa diffiċli l-kontroll possibbli ta’ dawn iz-zoni u distinzjoni tal-prattika tas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ minn prattiki tas-sajd oħra. | |
Emenda 14 Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' zoni li jridu jingħalqu, billi turi kemm is-siti u z-zoni kkonfermati li jkollhom il-possibilità ta’ VMEs, sa l-aħħar ta' l-2008. |
Ġustifikazzjoni | |
Paragrafi 83,85 u 86 tar-Riżoluzzjoni UNGA 61/105 jeħtieġu lill-Istati u lill-RMFOs biex jidentifikaw ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u jipprojbixxu sajd tal-qiegħ wara l-31 ta' Diċembru 2008 f'żoni fejn nafu li hemm ekosistemi tal-baħar vulnerabbli jew fejn hemm ċans tajjeb li jeżistu skond l-aħjar informazzjoni xjentifika. | |
Emenda 15 Artikolu 12, paragrafu 3, punt (e a) (ġdid) | |
|
|
(ea) ċittadin mhux ta’ l-UE. |
Emenda 16 Artikolu 12, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
|
3a. L-osservaturi kollha għandhom ikunu indipendenti mill-bastimenti/kumpaniji li se jkunu josservaw, u m’għandux ikollhom interessi finanzjarji jew benefiċjarji f'dawn il-bastimenti/kumpaniji. L-osservaturi m’għandux ikollhom preċedenti ta’ offiżi kriminali serji, u jrid ikollhom livell suffiċjenti ta’ tagħrif dwar metodi ta’ sajd f’baħar fond u dwar l-ispeċi u l-ekosistemi mmirati. |
Emenda 17 Artikolu 14, titolu | |
|
Segwitu |
Reviżjoni tar-Regolament |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2007)0605 – C6-0453/2007 – 2007/0224(CNS) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
PECH |
|||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 11.12.2007 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Marios Matsakis 19.12.2007 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
26.2.2008 |
|
|
|
||||
|
Data ta’ l-adozzjoni |
2.4.2008 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Chris Davies, Avril Doyle, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Jules Maaten, Marios Matsakis, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Guido Sacconi, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Anja Weisgerber |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Christofer Fjellner, Johannes Lebech, Bart Staes |
|||||||
- [1] ĠU C ... /Għad mhux ippubblikat fil-ĠU.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2007)0605 – C6-0453/2007 – 2007/0224(CNS) |
|||||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
7.12.2007 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 11.12.2007 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 11.12.2007 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Duarte Freitas 13.12.2007 |
|
|
|||||
|
Diskussjoni fil-kumitat |
20.12.2007 |
23.1.2008 |
28.2.2008 |
3.4.2008 |
||||
|
Data ta’ l-adozzjoni |
6.5.2008 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
24 3 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-vot finali |
Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Pedro Guerreiro, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Margie Sudre, Cornelis Visser |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Constantin Dumitriu, Raül Romeva i Rueda, Thomas Wise |
|||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Francesco Ferrari |
|||||||
|
Data tat-tressiq |
14.5.2008 |
|||||||