RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku

    19.5.2008 - (COM(2007)0528 – C6‑0316/2007 – 2007/0195(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
    Rapporteur: Eluned Morgan

    Proċedura : 2007/0195(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A6-0191/2008

    NOTA SPJEGATTIVA

    1.  Mingħajr suq ta’ l-elettriku u tal-gass li jitħaddem kif suppost l-Unjoni Ewropea ser issibha dejjem aktar diffiċli li tassigura s-sigurtà tal-provvista, suq sostenibbli u ta’ karbonju baxx u tassigura l-kompetittività globali.

    2.  Qabel ma nħarsu lejn il-mudell xieraq għas-suq irridu nistaqsu "għalfejn qed ninsistu dwar din il-bidla?" Jeħtieġ li ssir din il-bidla biex il-konsumaturi jirċievu trattament ġust, biex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali għall-partijiet kollha fis-suq, għall-produtturi u għall-konsumaturi, sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet aħjar għall-investiment li jiżgura sigurtà tal-provvista u aċċess aħjar għal enerġija li tiġġedded, u jeħtieġ innaqqsu l-konċentrazzjoni tal-poter ta' kumpaniji kbar ta' l-enerġija sabiex l-SMEs ikollhom aċċess aħjar għan-netwerk. Dan jeħtieġ strateġija doppja: regolamentazzjoni aħjar u governanza tas-swieq ta’ l-elettriku u tal-gass rigward it-tħaddim tal-monopolji tan-netwerk u d-disinn tas-suq; u applikazzjoni assertiva tal-liġi tal-kompetizzjoni biex titnaqqas il-konċentrazzjoni tas-suq.

    I – Il-protezzjoni tal-konsumatur u l-impatt soċjali

    3.  Kull mudell mistenni jara żieda fil-prezzijiet ta' l-enerġija. L-impatt ta’ l-UE ETS, l-obbligu ta’ 20% tal-prodotti li jiġġeddu, u l-provvista taż-żejt li dejjem aktar tonqos bi prezzijiet ta’ madwar $100 l-barmil ser ifissru prezzijiet li mistennija jkomplu jiżdiedu.

    4.  Għalkemm il-faqar enerġetiku u l-protezzjoni tal-klijenti vulnerabbli huwa qasam ta’ kompetenza nazzjonali, hemm b’mod ċar rabta mal-politika ta’ l-UE. L-UE għandha tfassal definizzjoni ċara tal-faqar enerġetiku u tinsisti li l-pjanijiet dwar il-faqar enerġetiku ta’ l-Istati Membri jiġu sottomessi u sorveljati mill-Kummissjoni. Madankollu l-għodod użati biex jiġu protetti klijenti vulnerabbli għandhom jaħdmu ma’, u jappoġġjaw, il-prerekwiżiti ta’ swieq miftuħa u kompetittivi. Jeħtieġ niggarantixxu li l-klijenti, b’mod partikolari l-pensjonanti, li ma jistgħux iħallsu ma jinqatgħalhomx is-servizz u li ma jkunx hemm diskiriminazzjoni f’termini ta’ mudelli ta’ prezzijiet kontra l-konsumaturi fqar. Il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku tista’ sseħħ bl-aħjar mod permezz tal-promozzjoni ta’ l-effiċjenza enerġetika u tal-miżuri biex tiġi ffrankata l-enerġija u għandna nesploraw kif insaħħu r-rabta bejn din id-direttiva u l-ħtiġijiet ta’ effiċjenza fl-enerġija.

    5.  Teħtieġ aktar trasparenza f’termini tad-drittijiet tal-konsumatur. L-anness ma’ din id-Direttiva għandu jiġi implimentat, issorveljat u mgħasses mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (NRAs) b’superviżjoni ta’ entità ġdida regolatorja Ewropea. Il-kwalità tas-servizz għandu jkun fattur ċentrali tar-responsabilitajiet tal-kumpaniji ta’ l-elettriku. Għandhom jitwettqu sanzjonijiet ċari fin-nuqqas ta’ implimentazzjoni, inkluż l-irtirar tal-liċenzja jew ekwivalenti fil-livell nazzjonali. Il-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-konsumatur li hija proposta għandha tiġi infurzata permezz tad-direttivi ta’ l-elettriku u l-gass u b’hekk tingħata piż legali. Għandha titwaqqaf entità statutorja dwar l-enerġija tal-Konsumatur f’kull Stat Membru.

    II- Liema mudell ta’ enerġija?

    6.  Is-separazzjoni sħiħa tal-propjetà huwa l-uniku mudell li jista’ jassigura lill-kompetituri li jridu jidħlu fis-suq u jassigura li ma jinqala’ ebda kunflitt ta’ interess.

    7.  Il-potenzjal ta’ diskriminazzjoni inġusta ser jeżisti dejjem fejn kumpanija hija involuta fi prattiċi kemm kompetittivi kif ukoll ta’ monopolju. Iżda dan jeħtieġ li jimxi id f’id ma’ iktar trasparenza, koordinazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk, l-armonizzazzjoni tar-regoli tas-suq u l-konverġenza ta’ regolamenti nazzjonali inkluża l-politika ta’ kompetizzjoni.

    8.  Il-proposta tal-Kummissjoni ma teħtieġx il-privatizzazzjoni ta’ bilfors tan-netwerks ta’ trażmissjoni li huma proprjetà ta’ l-istat wara s-separazzjoni tal-proprjetà.

    9.  Il-mudell ta’ l-Operatur tas-Sistemi Indipendenti, fejn kumpanija tista’ tkun is-sid ta’ iżda mhux tmexxi network ta’ l-elettriku, jimplika burokrazija u kontroll regolatorju li jiswa l-flus u għalhekk mhuwiex alternattiva vijabbli għas-separazzjoni sħiħa tal-proprjetà.

    a) L-Investiment

    10.  L-esperjenza ta’ l-Istati Membri tindika li s-separazzjoni sħiħa tal-proprjetà twassal għal żieda fl-investiment u tħaddim aħjar tan-netwerk.

    11.  Il-pjanijiet ta’ investiment ta’ għaxar snin meħtieġa skond ir-regolament għandhom jassiguraw li l-istrateġiji fit-tul ikunu fis-seħħ biex il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u mhux dawk ta’ l-azzjonisti jitqiegħdu fuq quddiem. Din l-istrateġija ta’ investiment għandha tassigura li l-kwalità u n-numru tal-ħaddiema jkun biżżejjed biex jingħataw l-obbligi tas-servizz. Għandha tkun approvata u sorveljata mill-NRAs u mgħassa mill-Aġenzija Regolatorja Ewropea ġdida. Il-pjani ta’ investiment għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa biex fl-aħħar mill-aħħar issir ħidma lejn netwerk Ewropew.

    b) Il-prodotti li jiġġeddu u l-ġenerazzjoni deċentralizzata

    12.  Il-mudell ta’ separazzjoni sħiħa tal-proprjetà ser jassigura aċċess aħjar għall-grilji għall-enerġija li tiġġedded, madankollu għandna nagħmlu pass ieħor u nassiguraw li l-enerġija li tiġġedded u l-mikroġenerazjoni għandu jkollhom aċċess prijoritarju fil-grilji, ħlief meta l-kwistjonijiet ta’ bilanċ tekniku jagħmlu dan impossibbli.

    13.  Irridu nassiguraw li l-poter jitregga’ lura għand in-nies permezz ta’ appoġġ għall-ġenerazzjoni lokali u dik mikro u l-impjanti ta’ tisħin u enerġija. Dan ikun jeħtieġ investimenti kbar ħafna fl-ismart grids. Illum, kumpaniji ta’ elettriku integrati vertikalment m’għandhom ebda inċentiv biex jagħmlu dawn l-investimenti, minħabba li ma jkunux qegħdin jibnu jew jikkontrollaw ħafna minn din il-ġenerazzjoni lokali.

    14.  L-immodernizzar tan-netwerks tad-distribuzzjoni huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni deċentralizzata u biex titjieb l-effiċjenza tal-enerġija. Id-Direttiva għandha tassigura li s-sistemi diretti jistgħu jiġu inkuraġġiti.

    III – L-implimentazzjoni u r-regolaturi

    15.  Il-Kummissjoni għandha timxi rigorożament ma’ l-Istati Membri li ma implimentawx id-direttivi attwali. Regolazzjoni u sanzjonijiet ċari huma meħtieġa biex jiġi assigurat li l-mudell li jmiss jirnexxi; dan huwa veru b’mod partikolari għan-netwerks enerġetiċi, li huma monopolji naturali.

    16.  Ir-regolaturi nazzjonali għandhom ikunu tassew indipendenti kemm mill-gvern kif ukoll mill-industrija, u għandhom jintlaħqu standards minimi fl-armonizzazzjoni tas-setgħat tagħhom permezz tat-twaqqif ta’ regoli komuni dwar it-trasparenza u l-kontabilità. Għandhom ukoll ikollhom ir-responsabiltà li jassiguraw li l-ħtiġijiet tal-konsumaturi Ewropej jiġu kkunsidrati meta jittieħdu deċiżjonijiet l-aktar dwar l-investimenti bejn il-fruntieri.

    17.  L-NRAs għandhom ikunu jistgħu jimponu miżuri biex jistimulaw il-kompetizzjoni, u jkunu responsabbli biex jirrevedu liema kumpaniji jgawdu dominanza sinfikanti tas-suq. L-NRAs għandhom jingħataw l-għodod biex jiksbu riżultati aktar kompetittivi, permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-kartell nazzjonali u tal-UE, u għandhom ikollhom il-poter legali li jagħmlu ftehim ma’ awtoritajiet regolatorji oħra ta’ l-UE u dawk nazzjonali (eż. t-tqassim tad-dejta).

    18.  Il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE għandha telenka b’mod ċar l-għanijiet politiċi u l-ambitu preċiż tad-doveri u l-poteri ta’ l-NRAs, li jkopru l-poter li jiffissaw jew japprovaw it-tariffi ta’ aċċess għan-netwerk u l-metodu użat biex jiġu ffissati t-tariffi. L-NRAs għandu jkollhom kull waħda l-poter li jiksbu l-informazzjoni relevanti mill-kumpaniji tal-gass u l-elettriku u jimponu sanzjonijiet effettivi flimkien mad-drittijiet xierqa ta’ investigazzjoni u biżżejjed poteri biex isolvu t-tilwimiet.

    19.  Ir-regolaturi nazzjonali għandhom jiġu inkoraġġiti biex jużaw id-dritt li jimponu limiti fuq il-prezzijiet fi swieq mhux kompetittivi għal perjodu ta’ żmien definit u limitat fejn l-istati membri qed jitnikkru biex jimplimentaw il-liġijiet ta’ l-UE u b’hekk il-klijenti jibqgħu mingħajr protezzjoni mill-abbuż tas-suq. L-awtoritajiet tal-Kummissjoni għandhom jieħdu passi kontra tariffi regolati li huma iktar baxxi mir-rata tas-suq minħabba li dawn ixekklu u jgħawġu l-kompetizzjoni speċjalment fost dawk li l-aktar jużaw enerġija fl-UE.

    20. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi għadd ta’ dispożizzjonijiet, li jiddelegaw poteri lill-Kummissjoni biex tadotta linji gwida li jorbtu permezz tal-Komitoloġija. Madanakollu l-poteri leġiżlattivi għandhom ikunu indirizzati permezz ta’ kodeċiżjoni fejn xieraq, u mhux permezz tal-Komitoloġija, biex ma jiġux imminati l-poteri tal-Parlament Ewropew.

    IV – L-Aġenzija Regolatorja Ewropea ta’ l-Enerġija (l-Aġenzija)

    21.  Għandhom jiġu stipulati d-doveri ċari ta’ l-entitajiet regolatorji nazzjonali u Ewropej biex ma jkunx hemm duplikazzjoni. L-Awtorità Regolatorja għandha tissorvelja kwalunkwe kundizzjoni stipulalta fid-Direttiva għar-Regolaturi Nazzjonali. In-nuqqas ta’ konformità mar-regoli stipulati fid-direttiva għandu jwassal biex jitwettqu sanzjonijiet ċari. Il-poteri u l-indipendenza ta’ l-Aġenzija Regolatorja Ewropea għandhom ikunu assigurati permezz tal-kontabilità lejn il-Parlament Ewropew.

    22.  Fi kwistjonijiet bejn il-fruntieri, jeħtieġ li jiġi rikonoxxut in-nuqqas regolatorju u l-ħtieġa ta’ interkonnessjonijiet aħjar f’partijiet tas-Suq Ewropew. Huwa għalhekk ta’ min jilqagħha l-proposta li jingħata lill-Aġenzija l-poter li tiddeċiedi fuq l-eżenzjonijiet għall-interkonnetturi u fuq l-eżenzjonijiet jekk l-infrastruttura tinsab fit-territorju ta’ iktar minn Stat Membru wieħed. Jekk l-NRAs kompetenti ma jistgħux jilħqu ftehim fuq strateġija regolatorja xierqa l-Aġenzija Ewropea tista’ toħroġ offerta fuq l-interkonnetturi essenzjali b’konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet xierqa. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-konsumatur f’qafas regolat u trasparenti. L-Aġenzija għandu jkollha rwol aktar attiv fir-regolamentazzjoni tal-kwistjonijiet bejn il-fruntieri.

    V – Is-Swieq Reġjonali ta' l-Elettriku

    23.  Fl-aħħar mill-aħħar l-għan tagħna għandu jkun li naħdmu lejn network wieħed Ewropew fl-elettriku permezz ta’ miżuri xierqa, ċari u li jiżdiedu. Għandu jkun ċar li dan għandu jsir flimkien ma’ separazzjoni sħiħa tal-proprjetà u mhux ikun kunsidrat bħala mudell alternattiv.

    24.  It-TSOs għandhom jingħataw pjan direzzjonali u skeda ċara biex jiżguraw li dan jitkompla. Jeħtieġ li jinstab bilanċ dwar liema poteri huma tat-TSOs u liema ta' l-awtoritajiet regolatorji. Ġeneralment ir-regolaturi huma f’pożizzjoni aħjar biex jiddefinixxu kodiċijiet għall-attivitajiet kummerċjali – per eżempju regoli ta’ bilanċ, regoli ta’ konġestjoni filwaqt li kodiċijiet tekniċi għandhom ikunu r-responsabbli għalihom it-TSOs. L-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ grilja ta’ l-UE għandu jassigura li s-swieq reġjonali ma jispiċċawx jitbiegħdu minn xulxin.

    25.  Hija kruċjali d-definizzjoni tar-reġjuni u l-istimulu ta’ kooperazzjoni reġjonali biex jiġi assigurat suq integrat bla skossi fil-kuntest usa’ Ewropew. Huwa essenzjali kollegament mal-"ġżejjer ta’ l-enerġija" bħall-istati Baltiċi li ma ġewx konnessi mal-grilja ta’ l-UCTE (l-Unjoni għall-Koordinazzjoni u Trażmissjoni ta’ l-elettriku). Neħtieġu inċentivi biex negħlbu l-ostakli li jwasslu għal dewmien fil-ħolqien ta’ intrastruttura ġdida ta’ enerġija li nimpurtaw u nesportaw. L-Aġenzija għalhekk għandha topera anki fir-rispett tad-dimensjoni reġjonali.

    VI – Il-Proprjetà ta’ Pajjiżi Terzi

    26.  L-enerġija hija bla dubju qasam fejn l-interessi nazzjonali u Ewropej għandhom ikunu kkunsidrati bħala ewlenin partikolarment fil-kuntest tas-sigurtà u l-provvista. Hemm aktar ħtieġa ta’ kjarifika dwar x’ser ikun l-impatt ta’ din il-klawsola fir-rigward ta’ investimenti attwali ta’ pajjiżi terzi fis-sistemi ta’ trażmissjoni ta’ l-UE, u l-limitazzjoni f’ċirku ta’ investiment għax-xiri ta’ infrastruttura bla saħħa bħala riżultat tar-rekwiżiti tas-separazzjoni. Ir-rapporteur għandha tiddikjara li l-għażla li tippreferixxi għall-proprjetà ta’ l-infrastruttura tkun proprjetà maġġoritarja min-naħa tas-settur pubbliku.

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (22.4.2008)

    għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE rigward regoli komuni għas-suq intern ta’ l-elettriku
    (COM(2007)0528 – C6‑0316/2007 – 2007/0195(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: Ján Hudacký

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Kuntest attwali

    Il-leġiżlatur Ewropew iddeċieda fl-1996, fl-ewwel “pakkett ta’ enerġija” tiegħu, biex jilliberalizza b’mod gradwali s-sistema ta’ l-enerġija Ewropea li kienet ibbażata fuq monopolju. Fit-“tieni pakkett” ta’ l-2003, il-Parlament u l-Kunsill iddeċidew li jestendu l-ftuħ tas-suq għall-konsumaturi kollha sa nofs l-2007, b’hekk ikunu provduti dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-approċċ regolatorju. Iżda, is-swieq Ewropej għall-gass u l-elettriku għadhom juru nuqqasijiet rigward l-aċċess ġust għal grilji ta' trażmissjoni, interkonnessjoni bejn swieq ta’ l-enerġija nazzjonali (interkonnessjonijiet transkonfinali) u ż-żamma tas-sigurtà tal-provvista.

    Il-proposta attwali tal-Kummissjoni, it-“tielet pakkett ta’ enerġija”, għalhekk, tissuġġerixxi bosta miżuri dwar kif jintgħelbu dawn in-nuqqasijiet u biex jitwettaq progress fil-ħolqien ta’ suq intern integrat b’mod sħiħ.

    Separazzjoni ta' dispożizzjonijiet

    Huwa fatt magħruf li separazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali, funzjonali u ta’ mmaniġġjar, kif provdut mit-“tieni pakkett ta’ enerġija”, huma ta’ importanza fundamentali u jridu jkunu implimentati b’mod effettiv fl-Istati Membri kollha. Iżda, d-diskussjoni dwar it-tfassil tal-futur tas-suq intern kultant jidher li huwa ċentrat b’mod wisq esklussiv fuq il-merti possibbli ta’ separazzjoni ta’ dispożizzjonijiet. Huwa dubjuż jekk is-separazzjoni tal-pussess (OU) kif prattikata minn ċerti Stati Membri, fejn hija kienet żviluppata bħala parti mil-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali, tista’ tintuża bħala mudell għall-UE kollha. Fil-fatt, l-analiżi ta’ impatt tal-Kummissjoni ma tipprovdix biżżejjed evidenza biex tikkonkludi li l-OU hija realment l-aktar miżura xierqa kemm għal żieda fil-kompetizzjoni u kemm għall-ħolqien ta’ suq intern li jiffunzjona. Minbarra dan, hija tista’ tikkawża problemi fl-Istati Membri rigward il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà kif stabbiliti fil-kostituzzjonijiet rispettivi tagħhom. Għalhekk aħna nissuġġerixxu li l-Istati Membri jingħataw l-alternattiva li jagħżlu mudell regolatorju li huwa l-aktar xieraq għall-ekonomija tagħhom stess. Minbarra l-OU u l-Operaturi ta’ Sistemi Indipendenti (ISO), iż-żewġ mudelli inklużi fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, hija proposta t-tielet alternattiva komprensiva, elaborata minn bosta Stati Membri.

    Dan għandu jwassal għal suq intern fejn mudelli differenti jistgħu jeżistu flimkien. Il-mudelli kollha għandhom ikunu suġġetti għal regolamentazzjoni stretta fil-livell ta’ l-UE permezz ta’ Aġenzija għall-Koperazzjoni ta’ Regolaturi ta’ l-Enerġija (ACER) f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenziji Regolatorji Nazzjonali (NRAs) kif ukoll l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali u ta’ l-UE. Dan l-approċċ jista’ jiżgura aċċess trasparenti u ġust għall-grilja u jipprovdi suq ta’ l-enerġija ta’ l-UE liberalizzat.

    Aċċess trasparenti għan-netwerks ta’ trażmissjoni u opportunitajiet ta’ investiment

    Operaturi ta’ Sistemi ta’ Trażmissjoni (TSOs) għandhom ikunu responsabbli għal proċeduri trasparenti mhux diskriminatorji għal konnessjoni mal-grilji. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu approvati mill-NRAs. It-TSOs għandhom ikunu obbligati li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha lill-kumpaniji interessati kollha li jfittxu li jwettqu konnessjoni b’impjanti ġodda (inklużi dawk nukleari), li jittrasportaw l-elettriku permezz tal-grilji tat-TSOs jew jinvestu fl-interkonnessjonijiet ta’ sistemi ta’ trażmissjoni (b’hekk itejbu s-sigurtà tal-provvista). Koperazzjoni reġjonali tista’ tkun promossa għal koordinazzjoni aħjar u mingħajr xkiel fi ħdan u bejn ir-reġjuni b’NRAs u b’ACER.

    Approċċ regolatorju bilanċjat: ENTSO, NRAs, ACER, Kummissjoni

    Il-bilanċ regolatorju ġust, b’mod partikulari jekk l-Istati Membri jagħżlu mudelli oħrajn minbarra l-OU, għandu l-aktar rwol importanti fil-ħolqien ta' suq ta' l-enerġija intern. Biex ikun protett l-interess pubbliku jidher kruċjali li l-NRAs kif ukoll l-ACER ikollhom l-ogħla grad ta’ indipendenza possibbli, mingħajr kwalunkwe interferenza politika jew kummerċjali.

    Minbarra dan, għandu jkun garantit li l-mudell regolatorju huwa koerenti, bi qsim mill-ġdid ċar tal-kompetenzi u r-responsabilitajiet. Huwa f’dan ir-rigward li l-proposta tal-Kummissjoni ma tagħtix tweġiba sodisfaċenti: Hija tipprevedi, min-naħa l-waħda, li talloka l-ACER rwol konsultattiv kważi f’sens komplut, u dan jispiċċa bi skop limitat ħafna biex jieħu deċiżjonijiet individwali li legalment jorbtu fuq partijiet terzi. Iżda min-naħa l-oħra, qed jingħata skop wiesa' ħafna lin-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni (ENTSO), li jfisser li t-TSOs huma assenjati rwol ta' "regolamentazzjoni tagħhom stess (para self-regulation)", rwol li t-TSOs, wara diversi dokumenti ta' pożizzjoni tagħhom, m’humiex inklinati li jassumu. L-approċċ sħiħ iwassal għal qafas regolatorju li mhux ċar u bilanċjat, u jħalli l-ACER f'pożizzjoni dgħajfa ħafna fir-rigward kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta’ l-ENTSO.

    Fl-aħħar nett, fl-opinjoni tal-Parlament huwa dubjuż jekk, kif previst mill-Kummissjoni, numru kbir bħal dan ta' kwistjonijiet regolatorji prinċipali għandhom ikunu indirizzati bil-proċedura tal-Komitoloġija.

    L-Approċċ Reġjonali

    Fil-proposta tagħha l-Kummissjoni ma jidhirx li tappoġġja b’mod sħiħ l-idea ta’ swieq Reġjonali. Iżda, is-swieq reġjonali jistgħu jkunu pass intermedjarju vijabbli għall-ħolqien ta’ suq ta’ l-enerġija Ewropew integrat b'mod sħiħ. Il-ħolqien ta’ Operaturi ta’ Sistemi Reġjonali (RSOs) se jkun spinta b’saħħita li jipprovdi investiment għal sistemi ta’ trażmissjoni u, b’mod partikulari, interkonnessjonijiet transkonfinali, b’hekk tittejjeb is-sigurtà tal-provvista. L-RSOs għandhom jipprovdu pjanijiet ta’ investiment reġjonali li għandhom ikunu mmonitorjati mill-NRAs u l-ACER biex jiggarantixxu koordinament effettiv.

    Biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ Swieq Reġjonali, l-ACER jista’ jistabbilixxi “kumitati reġjonali” (simili għal dawk tal-prekursur ta’ l-Aġenzija, l-ERGEG) li jista’ jkun responsabbli għal “superviżjoni regolatorja Reġjonali”.

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Emenda  1

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7) It-tneħħija ta’ l-inċentiv inerenti għall-kumpaniji integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward ta’ l-aċċess għan-netwerk u l-investiment hija l-unika ħaġa li tista’ tiżgura separazzjoni effettiva. Is-separazzjoni tas-sjieda, li timplika li sid in-netwerk jinħatar bħala l-operatur tan-netwerk u jkun indipendenti minn kull interess ta' forniment u ġenerazzjoni, hija b'mod ċar l-aktar mod effettiv u stabbli sabiex jiġi solvut il-kunflitt ta' interess inerenti u tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar Prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku li ġiet adottata fl-10 ta’ Lulju 2007 rrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmissjoni bħala l-aktar għodda effettiva sabiex jiġu promossi l-investiment fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-netwerk għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkollhomx id-dritt li jeżerċitaw il-kontroll, inkluż permezz ta' drittijiet minoritarji ta' l-imblukkar fuq deċiżjonijiet ta' importanza strateġika, fuq impriża ta' ġenerazzjoni jew forniment u, fl-istess ħin, ma jkollhomx interessi fi, jew jeżerċitaw ebda dritt fuq, operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. Bil-kontra, il-kontroll fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandu jipprekludi l-possibbiltà li dan ikollu xi interess jew jeżerċita xi dritt fuq impriża tal-forniment.

    (7) It-tneħħija ta’ l-inċentiv inerenti għall-kumpaniji integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward ta’ l-aċċess għan-netwerk u l-investiment hija l-unika ħaġa li tista’ tiżgura separazzjoni effettiva. Is-separazzjoni tas-sjieda, li timplika li sid in-netwerk jinħatar bħala l-operatur tan-netwerk u jkun indipendenti minn kull interess ta' forniment u ġenerazzjoni, hija mod effettiv u stabbli sabiex jiġi solvut il-kunflitt ta' interess inerenti u tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku li ġiet adottata fl-10 ta’ Lulju 2007 rrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmissjoni bħala l-aktar għodda effettiva sabiex jiġu promossi l-investiment fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-netwerk għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkollhomx id-dritt li jeżerċitaw il-kontroll, inkluż permezz ta' drittijiet minoritarji ta' l-imblukkar fuq deċiżjonijiet ta' importanza strateġika, fuq impriża ta' ġenerazzjoni jew forniment u, fl-istess ħin, ma jkollhomx interessi fi, jew jeżerċitaw ebda dritt fuq, operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. Bil-kontra, il-kontroll fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandu jipprekludi l-possibbiltà li dan ikollu xi interess jew jeżerċita xi dritt fuq impriża tal-forniment.

    Ġustifikazzjoni

    Mhux xieraq li jingħad li seprarazzjoni ta’ pussess huwa l-aktar mod sempliċi u rapidu biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista, li tiddependi fuq għażla ħafna aktar wiesgħa ta’ kundizzjonijiet, anke pereżempju grad xieraq ta’ regolament. Anke wara li l-pussess tiegħu jkun separat, netwerk jibqa' monopolju naturali li jrid ikun regolat.

    Emenda  2

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 10 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (10a) Meta jkun meqjus li huma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar separazzjoni korporattiva effettiva u effiċjenti, kumpaniji integrati b’mod vertikali jistgħu jkomplu jippossedu assi ta’ nertwerk waqt li jiżguraw separazzjoni effettiva ta’ interessi, dejjem jekk il-kumpanija ta’ netwerk twettaq il-funzjonijiet kollha ta' operatur ta' netwerk u titwettaq dispożizzjoni meħtieġa għal regolament dettaljat u mekkaniżmi regolatorji komprensivi ta’ kontroll.

    Ġustifikazzjoni

    L-Istati Membri jridu jkunu permessi t-tielet alternattiva prattikabbli li, mingħajr ma’ tinvadi b’mod sostanzjali l-istrutturi ta' pussess tagħhom, għandha tippermetti kumpaniji integrati b'mod vertikali, bil-ħsieb li huma jkunu ssodisfaw kundizzjonijiet u rekwiżiti stretti, biex ikomplu joperaw in-netwerks tagħhom fi ħdan il-qafas integrat tagħhom.

    Emenda  3

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 11

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11) Meta l-impriża li jkollha s-sjieda ta' sistema ta' trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw għażla bejn separazzjoni tas-sjieda u, bħala deroga, l-istabbiliment ta' operaturi tas-sistema li jkunu indipendenti mill-interessi ta' forniment u ġenerazzjoni. L-effettività sħiħa tas-soluzzjoni ta' operatur ta' sistema indipendenti trid tiġi assigurata permezz ta' regoli speċifiċi addizzjonali. Sabiex l-interessi ta' l-azzjonisti tal-kumpaniji integrati vertikalment jinżammu bis-sħiħ, l-Istati Membri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda, jew permezz ta' żvestiment dirett, jew inkella billi jinqasmu l-ishma tal-kumpanija integrata f'ishma tal-kumpanija tan-netwerk u f'ishma tan-negozju li jkun baqa' ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, sakemm dan ikun konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tas-sjieda.

    (11) Meta l-impriża li jkollha s-sjieda ta' sistema ta' trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw diversi għażla bejn alternattivi differenti.

    Ġustifikazzjoni

    Introduzzjoni ta’ miżuri ġodda biex jitlesta s-suq intern fl-enerġija.

    Emenda  4

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) Qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' linji gwida li jiddefnixxu aktar ir-rekwiżiti taż-żamma tar-reġistri, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija u l-Kumitar tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli Finanzjarji (CESR) għandhom jikkooperaw biex jinvestigaw u jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar il-kontenut tal-linji gwida. L-Aġenzija u l-Kumitat għandhom ukoll jikkooperaw biex jinvestigaw aktar fil-fond u jagħtu konsulenza dwar il-kwistjoni ta' jekk it-tranżazzjonijiet fil-kuntratti tal-forniment ta' l-ettriku u d-derivattivi ta' l-elettriku għandhomx ikunu soġġetti għal rewiżiti ta' trasparenza ta' qabel u/jew ta' wara n-negozju u jekk iva, liema għandu jkun il-kontenut ta' dawn ir-rekwiżiti.

    (20) Qabel l-adozzjoni ta' linji gwida li jiddefnixxu aktar ir-rekwiżiti taż-żamma tar-reġistri, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija u l-Kumitar tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli Finanzjarji (CESR) għandhom jikkooperaw biex jinvestigaw il-kontenut tal-linji gwida u jipproċedu f’kapaċità konsultattiva. L-Aġenzija u l-Kumitat għandhom ukoll jikkooperaw biex jinvestigaw aktar fil-fond u jagħtu konsulenza dwar il-kwistjoni ta' jekk it-tranżazzjonijiet fil-kuntratti tal-forniment ta' l-ettriku u d-derivattivi ta' l-elettriku għandhomx ikunu soġġetti għal rewiżiti ta' trasparenza ta' qabel u/jew ta' wara n-negozju u jekk iva, liema għandu jkun il-kontenut ta' dawn ir-rekwiżiti.

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  5

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 22 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (22a) Il-koperazzjoni reġjonali għandha tiġi żviluppata aktar sabiex tintlaħaq grilja Ewropea ta’ l-elettriku integrata bis-sħiħ, li jħalli lis-swieq nazzjonali ta' l-elettriku fl-Unjoni Ewropea li jingħaqdu flimkien.

    Ġustifikazzjoni

    Netwerk ta’ l-elettriku tassew Ewropew għandu jkun l-għan ta’ din id-Direttiva u bħala tali il-ħolqa ma’ dawn ir-reġjuni huwa pass vitali.

    Emenda  6

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 27

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (27) Fir-rigward tad-Direttiva 2003/54/KE, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ firxa ġenerali u mfassla biex jissupplimentaw id-Direttiva 2003/54/KE permezz taż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    imħassra

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  7

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 2

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 10

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Fl-Artikolu 3, jiżdied dan il-paragrafu 10:

    imħassar

    “10. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3)”

     

    Ġustifikazzjoni

    Obbligi ta’ interess pubbliku huma diġà indirizzati fid-direttiva fis-seħħ. F’dan il-kuntest linjigwida tal-Kummissjoni ma għandhomx ikunu xierqa.

    Emenda  8

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 5a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom. Iż-żona ġeografika koperta mill-kooperazzjonijiet reġjonali għandha tkun konformi mad-definizzjoni taż-żoni ġeografiċi mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2h(3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1228/2003 as-26 ta' Ġunju dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri .

    1. L-awtoritajiet u r-regolaturi ta’ l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konverġenza u l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom.

    Ġustifikazzjoni

    Id-Direttiva għandha tipproponi inizjattivi reġjonali għall-integrazzjoni tas-suq bħala pass intermedjarju indispensabbli għall-kisba ta' suq Erwopew wieħed ta' l-enerġija.

    Inizjattivi bħat-tgħaqqid tas-swieq ta' l-enerġija elettrika bejn il-Belġju, l-Olanda, il-Lussemburgu, Franza u l-Ġermanja, jiffavorixxu l-kompetizzjoni u s-sigurtà tal-provvista, billi jużaw bl-aħjar mod l-infrastruttura, kif ukoll it-trasparenza akbar u l-likwidità fis-swieq. L-objettiv aħħari huwa li jiġi stabbilit suq Ewropew wieħed ta' l-enerġija.

    Emenda  9

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 5a – paragrafu 1 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a) Fir-rigward tat-talba konġunta minn Stati Membri fejn il-koperazzjoni fuq livell reġjonali ta' bejniethom ħabtet ma' diffikultajiet sinifikanti, il-Kummissjoni tista' taħtar koordinatur reġjonali, bi qbil ma' l-Istati Membri kollha kkonċernati.

    Ġustifikazzjoni

    Il-koordinaturi reġjonali jista' jkollhom rwol importanti fil-faċilitazzjoni tad-djalogu bejn l-Istati Membri, b'mod partikulari rigward investimenti transkonfinali.

    Emenda  10

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 5a – paragrafu 1 b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1b) Il-koordinatur reġjonali għandu jippromovi fil-livell reġjonali l-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji u kull awtorità pubblika kompetenti, operaturi tan-netwerk, skambji ta’ enerġija, utenti tan-netwerk tad-distribuzzjoni u partijiet li joperaw fis-suq. B'mod partikulari, huwa għandu/hija għandha:

     

    (a) jippromwovi investimenti effiċjenti ġodda fl-interkonnessjonijiet. Għal dan il-għan, huwa għandu jassisti/hija għandha tassisti l-operaturi ta’ trażmissjoni ta’ sistema fit-tfassil tal-pjan ta' interkonnessjoni reġjonali tagħhom u jikkontribbwixxi/tikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom u, fejn xieraq, tal-proċedura ta' staġun miftuħ tagħhom;

     

    (b) jippromwovi l-użu effiċjenti u sikur tan-netwerks. Għal dan il-għan, huwa għandu jikkontribbwixxi/hija għandha tikkontribbwixxi għall-koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni (TSOs), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u kull awtorità kompetenti nazzjonali pubblika bit-tfassil ta' mekkaniżmi ta' allokazzjoni u ta' salvagwardja komuni;

     

    (c) iressaq/tressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati kull sena dwar il-progress milħuq fir-reġjun u dwar kwalunkwe diffikultà jew ostakoli li jistgħu jtellfu l-progress.

    Ġustifikazzjoni

    Dan jippreżenta mod ulterjuri ta' kif jintlaħaq l-objettiv ta' suq wieħed. Il-koordinaturi reġjonali jista' jkollhom rwol importanti fil-faċilitazzjoni tad-djalogu bejn l-Istati Membri, b'mod partikulari rigward investimenti transkonfinali.

    Emenda 11

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 7a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3a) Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

     

    “Artikolu 7a

    Sabiex tkun iggarantita l-indipendenza ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill- .. * impriżi integrati vertikalment għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(1)(a) sa (d) dwar is-separazzjoni tas-sjieda, l-Artikolu 10 dwar l-operaturi ta' sistemi indipendenti (ISO), jew l-Artikolu 10b dwar is-separazzjoni effettiva u effiċjenti (EEU).

     

    __________________

    * Sena wara d-data tat-traspożizzjoni.”

    Emenda  12

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 – paragrafu 1- punt b - punt i

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i) jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq impriża li twettaq il-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment, u li jezerċitaw direttament jew indirettament kontroll u li jkollhom xi interessi fi jew jeżerċitaw xi dritt fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni,

    (i) jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq impriża li twettaq il-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment, u li jezerċitaw direttament jew indirettament kontroll jew jeżerċitaw xi dritt fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni,

    Ġustifikazzjoni

    Hu mifhum li m'hemmż bżonn li jiġu projbiti ishma ta' minoranza sakemm ma jindaħlux fil-kontroll ta' l-attività. L-eżistenza ta' ishma ta' minoranza ma tikkormopromettix lill-indipendeza ta' l-operaturi.

    Emenda  13

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 – paragrafu 1- punt b - punt ii

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (ii) jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni, u li jezerċitaw direttament jew indirettament kontroll jew li jkollhom xi interessi fi jew jeżerċitaw xi dritt fuq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment;

    (ii) jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni, u li jezerċitaw direttament jew indirettament kontroll jew jeżerċitaw xi dritt fuq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment;

    Ġustifikazzjoni

    Hu mifhum li m'hemmż bżonn li jiġu projbiti ishma ta' minoranza sakemm ma jindaħlux fil-kontroll ta' l-attività. L-eżistenza ta' ishma minoritarji ma tikkompromettix l-indipendenza ta' l-operaturi.

    Emenda  14

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. L-interessi u d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1(b) għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

    2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1(b) għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

    (a) is-sjieda ta’ parti mill-kapital jew ta’ l-assi tan-negozju, jew

     

    (b) is-setgħa għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ votazzjoni, jew

    (b) is-setgħa għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ votazzjoni, jew

    (c) is-setgħa għall-ħatra tal-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta’ l-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriżi b’mod legali, jew

    (c) is-setgħa għall-ħatra tal-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta’ l-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriżi b’mod legali.

    (d) id-dritt li jiksbu dividendi jew ishma oħra tal-benefiċċji.

     

    Ġustifikazzjoni

    L-indipendenza ta' l-operatur m'hix kompremessa jekk ikun sid ta' parti mill-kapital, ta' l-azzi kummerċjali jew bid dritt li jinkisbu dividendi jew ishma oħra tal-benefiċċji. Minflok, is-setgħa li jiġu eżerċitati d-drittijiet ta' votazzjoni jew is-setgħa li jinħatru membri tal-bord superviżorju, il-bord amministrattiv jew l-entitajiet li legalment jirrapreżentaw lill-impriża huma deċisivi għall-kontroll ta' l-operatur.

    Emenda  15

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. L-Istati Membri għandhom jippermettu derogi mill-paragrafi 1(b), 1(c) u 1(d) sa [id-data ta’ traspożizzjoni biż-żieda ta’ sentejn], sakemm l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni ma jkunux jiffurmaw parti minn impriża integrata vertikalment.

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Filwaqt li biż-żmien is-separazzjoni tas-sjieda tkun objettiv mixtieq, is-separazzjoni sħiħa tas-sjieda tista' tikkawża dewmien konsiderevoli fl-adozzjoni tad-direttiva l-ġdida peress li jkollha tħabbat wiċċha ma' ostakoli kostituzzjonali f'ħafna pajjiżi membri. L-emenda tippermetti li dawn il-problemi jkunu evitati filwaqt li xorta jkun hemm separazzjoni li taħdem tal-funzjonijiet u tas-suq intern permezz tal-projbizzjoni ta' kull impriża li twettaq funzjoni ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista milli jkollha kontroll fuq is-sistema tan-netwerk ta' trażmissjoni.

    Emenda  16

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5. L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1(a) jitiqes imwettaq f'sitwazzjoni fejn bosta impriżi sidien ta' sistemi tat-trażmissjoni jkunu ħolqu impriża konġunta li taġixxi bħala operatur ta' sistema ta' trażmissjoni f'bosta Stati Membri għas-sistemi ta' trażmissjoni kkonċernati. L-ebda impriża oħra ma tista' tkun parti minn din l-impriża konġunta, sakemm ma tkunx ġiet approvata skond l-Artikolu 10 bħala operatur indipendenti ta' sistema.

    5. Fir-rigward ta' l-objettiv tal-kisba tal-koperazzjoni reġjonali kif stipulat fl-Artikolu 5a, l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu u jappoġġjaw kull kollaborazzjoni jew koperazzjoni bejn operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u regolaturi li għandhom l-għan li jarmonizzaw ir-regoli ta' l-aċċess u l-bilanċ (li jiffavorixxu l-integrazzjoni ta' żoni ta' bilanċ) fi ħdan u bejn numru ta' Stati Membri ġirien, b'konformità ma' l-Artikolu 2h(3) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003. Din il-koperazzjoni tista' tieħu l-forma ta' struttura komuni bejn l-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni kkonċernati sabiex ikopru diversi territorji ġirien. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istruttura komuni ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni tikkonforma ma' l-Artikoli 8 u 10a.

    Ġustifikazzjoni

    L-isfida li jinbnew swieq akbar u aktar fluwidi teħtieġ direzzjoni b'saħħitha li sservi ta' gwida. Filwaqt li l-kooperazzjoni volontarja ta' l-operaturi tas-sistemi fil-livell reġjonali tista' tagħti riżultati f'xi każi, inqisu madankollu li qafas aktar b'saħħtu dwar l-operat tas-sistema reġjonali, għalhekk, huwa neċessarju.

    Id-Direttiva għandha tagħti l-possibilità li fl-aħħarnett jitwaqqaf opertaur tas-sistemi reġjonali/Ewropew. Huwa essenzjali wkoll li tiġi żgurata kooperazzjoni interreġjonali biex tagħti l-possibilità li jinħoloq suq verament pan-Ewropew.

    Emenda  17

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a. Fejn l-azzjonist ta' impriża msemmi f'1(a) huwa Stat Membru, l-obbligi stipulati fil-paragrafi 1(b) u (c) jitqiesu sodisfati dment li l-impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista u l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew is-sistema ta' trażmissjoni jkunu entitajiet statli legalment separati u jkunu jikkonformaw mal-paragrafi 1(b) u (c).

    Ġustifikazzjoni

    Is-separazzjoni tan-netwerks ma timplikax il-privatizzazzjoni ta' l-attivitajiet. Is-settur pubbliku għandu jingħata l-istess opportunità li jassigura l-ġenerazzjoni jew il-forniment u t-trażmissjoni sakemm tkun assigurata s-separazzjoni taż-żewġ netwerks.

    Emenda  18

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8a – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Ftehim konkluż ma' pajjiż terz jew aktar li l-Komunità hija parti minnu jista' jippermetti deroga mill-paragrafu 1.

    2. Ftehim konkluż ma' pajjiż terz jew aktar li l-Komunità hija parti minnu jista' jippermetti deroga mill-paragrafu 1 bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

    Ġustifikazzjoni

    Peress li huma jirrelataw mal-politika ekonomika u sigurtà interna tal-Komunità, dawn il-ftehimiet jeħtieġ li jkunu komunikati u approvati mill-korpi leġiżlattivi ta’ l-Unjoni, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

    Emenda  19

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8b – paragrafu 13

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    13. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 9. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    13. Il-Kummissjoni tista’ temenda linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 9. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  20

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 6 a

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (6a) Fl-Artikolu 9(1), għandu jiżdied il-punt li ġej:

     

    “(fa) ikun żgurat li l-benefiċċju tar-reġjun li huwa qed jopera fih jitqies b’mod xieraq. Mingħajr ma jkunu ppreġudikati d-drittijiet ta' l-azzjonisti li jirrigwardaw il-profittabilità ta' l-investimenti u l-ħtiġijiet ta' ekwità, id-deċiżjonijiet operazzjonali u ta' investiment meħuda mill-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta' investiment fuq livell Komunitarju u reġjonali skond l-Artikoli 2c u 2d tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq, l-integrazzjoni tas-suq u jużaw bl-aħjar mod il-vantaġġi fil-benessri soċjoekonomiku talanqas fuq livell reġjonali.”

    Ġustifikazzjoni

    L-Artikolu 9(1) (f a) (ġdid) sabiex jassigura li l-opertauri tas-sistemi ta' trażmissjoni dejjem iqisu l-ħtiġijiet tar-reġjun fejn joperaw bħala l-ewwel prijorità. B'mod partikulari huma għandhom jiżguraw li jittejjeb il-benessri soċjoekonomiku fir-reġjun tagħhom u anke 'l hinn (mir-reġjun tagħhom).

    Emenda  21

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 6 b (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (6b) Fl-Artikolu 9, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

     

    “1a. Kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jelabora kull sentejn pjan fuq 10 snin ta’ żvilupp tan-netwerk. Huwa għandu jipprovdi miżuri effiċjenti biex jiggarantixxi l-adegwatezza tas-sistema u s-sigurtà tal-provvista. Dan il-pjan ta’ żvilupp għandu b’mod partikulari:

     

    (a) jindika lill-parteċipanti tas-suq l-infrastrutturi ta’ trażmissjoni ewlenin li jridu jinbnew matul l-għaxar snin ta' wara.

     

    (b) jinkludi l-investimenti kollha deċiżi diġà u jidentifika investimenti ġodda li għalihom trid tittieħed deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni fit-tliet snin ta' wara.

     

    Sabiex ifassal il-pjan tiegħu fuq 10 snin taż-żvilupp tan-netwerk, kull operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni għandu jagħmel stima raġonevoli dwar l-evoluzzjoni tal-ġenerazzjoni, tal-konsum u ta’ l-iskambji ma’ pajjiżi oħra, u jqis il-pjanijiet ta’ investiment tan-netwerk attwali fuq livell reġjonali u Ewropew. L-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni għandu jressaq fi żmien xieraq l-istimi teigħu lill-awtorità nazzjonali kompetenti.

     

    L-awtorità nazzjonali regolatorja għandha tikkonsulta l-utenti tan-netwerk relevanti kollha fuq il-bażi ta' l-abbozz għall-pjan ta' żvilupp tan-netwerk ta' 10 snin b’mod miftuħ u trasparenti u tista’ tippubblika r-riżultat tal-proċess ta’ konsultazzjoni, b’mod partikulari rigward ħtiġijiet possibbli għall-investiment.

     

    L-awtorità nazzjonali regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ 10 snin ikoprix il-ħtiġijiet kollha ta' investiment identifikati fil-konsultazzjoni u tista' tobbliga lill-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni li jemenda l-pjan tiegħu.

     

    Jekk l-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni jirriffjuta li jimplimenta investiment speċifiku li jkun imniżżel fil-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ 10 snin sabiex jitwettaq fit-tliet snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja jkollha l-kompetenza li:

     

    (a) titlob lill-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex iwettaq l-obbligi ta' investiment tiegħu bl-użu tal-kapaċitajiet finanzjarji tiegħu; jew

     

    (b) tistieden investituri indipendenti biex jitfgħu offerti għall-investiment meħtieġ f’sistema ta’ trażmissjoni, u possibilment tirrikjedi li l-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni jaqbel li:

     

    - ikun hemm finanzjament minn partijiet terzi;

     

    - ikun hemm parti terza li tibni assi ġodda;

     

    - ikun hemm parti terza li tħaddem assi ġodda; u/jew

     

    - ikun hemm żieda fil-kapital biex jiffinanzja l-investimenti meħtieġa u jħallu lill-investituri indipendenti jieħdu sehem fil-kapital.

     

    L-arranġament rilevanti ta' l-iffinanjzar għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.

     

    Kemm jekk l-investiment speċifiku jiġi mill-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni jew minn parti terza, ir-regolazzjoni tat-tariffi għandha tippermetti dħul li jkopri l-ispejjeż ta’ investiment bħal dan.

     

    L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment.

     

    L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom ikunu obbligati li jistabbilixxu u jippubblikaw proċeduri trasparenti u effiċjenti għal konnessjoni mingħajr diskriminazzjoni ta’ impjanti ġodda man-netwerk ta' distribuzzjoni. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

     

    L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni ma għandhomx ikunu intitolati li jirriffjutaw il-konnessjoni ta’ impjanti ġodda fuq il-bażi ta’ limitazzjonijiet possibbli fil-futur ma’ kapaċitajiet disponibbli tan-netwerk, bħalma hi l-konġestjoni f’partijiet fil-bogħod tan-netwerk ta' trażmissjoni. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom ikunu obbligati li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa.

     

    L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni m'għandhomx ikunu intitolati li jirriffjutaw punt ta' konnessjoni ġdid, fuq il-bażi unika li huwa jwassal għal spejjeż addizzjonali marbuta maż-żieda tal-kapaċità meħtieġa ta’ l-elementi tal-grilja fil-limiti tal-viċinanzi tal-punt tal-konnessjoni.”

    Ġustifikazzjoni

    Anki jekk l-għażla tas-Separazzjoni Legali Effettiva u Effikaċi diġà fiha diversi dispożizzjonijiet stretti għal dawk l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, il-parti l-kbira ta' dawn id-dispożizzjonijiet iridu jkunu validi wkoll għall-operaturi li jaqgħu taħt is-sjieda separata u dawk li jaqgħu taħt l-ISO (operatur tas-sistemi indipendenti). L-aċċess mhux diskriminatorju ta' impjanti ġodda ta' enerġija u ta' investimenti ġodda fin-netwerk iridu dejjem jiġu ggarantiti, irrilevanti min ikun is-sid tan-netwerk.

    Emenda  22

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 10a – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida biex taċċerta l-konformità sħiħa u effettiva mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ta' sid is-sistema ta’ trażmissjoni. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3)."

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  23

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2003/54/KE

    Premessa 10 b (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 10b

    Separazzjoni korporattiva effettiva u effiċjenti ta’ sistemi ta’ trażmissjoni

     

    L-assi, it-tagħmir, l-istaff u l-identità

     

    1. L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu ekwipaġġjati bir-riżorsi umani, materjali u finanzjarji kollha tal-kumpanija integrata b’mod vertikali biex iwettqu n-negozju xieraq ta’ trażmissjoni ta’ elettriku. B’mod partikulari għandu jkun żgurat dan li ġej:

     

    (a) L-assi meħtieġa kollha għan-negozju xieraq ta' trażmissjoni ta' l-elettriku għandhom ikunu fil-pussess ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;

     

    (b) L-assi meħtieġa kollha għan-negozju xieraq ta' trażmissjoni ta' l-elettriku għandhom ikunu fil-pussess ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;

     

    (c) Fondi biżżejjed għal proġetti ta’ investiment fil-futur għandhom jibqgħu disponibbli kif provdut fl-ippjanar finanzjarju annwali.

     

    L-oqsma ta’ attività kopruti bil-punti (a) sa (c) għandhom jinkludu mill-inqas:

     

    (i) ir-rappreżentanza ta' l-operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni u kuntatti ma' partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;

     

    (ii) garanzija u regolar ta’ aċċess ta’ parti terza, b’mod partikulari għal dawk ġodda li jidħlu fis-suq mis-settur ta' l-enerġija li terġa' tiġġedded;

     

    (iii) ġbir tat-tariffi ta’ l-aċċess, kirjiet ta’ konġestjoni u pagamenti skond il-mekkaniżmu ta’ kumpens ta’ l-operatur tas-sistema ta’ intertrażmissjoni bi qbil ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 1228/2003;

     

    (iv) operazzjoni, manutenzjoni u żvilupp tas-sistema ta’ trażmissjoni;

     

    (v) l-ippjanar ta’ investiment li jiżgura l-abilità fuq perjodu ta’ żmien fit-tul biex tintalaħaq domanda raġonevoli u tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista;

     

    (vi) parir legali u rappreżentazzjoni;

     

    (vii) servizzi ta’ kontabilità u IT.

     

     

     

    2. L-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma jistax imexxi negozju jew attivitajiet oħrajn milli trażmissjoni bil-possibilità li ma jkunux kompatibbli mad-doveri tiegħu, inkluż pussess ta’ ishma jew interessi f’kumpanija li tappartjeni, jew hija parti tal-kumpanija integrata b’mod vertikali jew f’kull kumpanija oħra ta’ l-elettriku jew tal-gass. Eċċezzjonijiet għal dan t’hawn fuq għandhom jeħtieġu il-kunsens minn qabel ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali u għandhom ikunu limitati għal pussess ta' ishma u interessi f'kumpaniji ta' netwerk oħrajn.

     

    3. L-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandu jkollu l-identità korporattiva tiegħu stess, li tkun differenti b’mod sinifikattiv mill-impriża integrata vertikalment, bi trademarks, komunikazzjoni u bini separati.

     

    4. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jista’ ma jipprovdix lill-kumpanija integrata b’mod vertikali b’kull informazzjoni sensittiva jew informazzjoni li tinkludi vantaġġ kompetittiv sakemm hija ma qasmitx din l-informazzjoni mal-parteċipanti tas-suq kollha, b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni. It-tipi ta’ informazzjoni kopruti b’din id-dispożizzjoni għandhom ikunu determinati mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni flimkien ma’ l-awtorità regolatorja nazzjonali.

     

    5. Ir-reġistri tal-kontijiet ta’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu spezzjonati minn awditur indipendenti minn dak li spezzjona l-kumpanija integrata b’mod vertikali u l-kumpaniji affiljati kollha tagħha.

     

    Indipendenza ta’ l-immaniġġjar, il-kap eżekuttiv, jew il-bord tad-diretturi eżekuttivi ta’ l-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni.

     

    6. Deċiżjonijiet rigward il-ħatra jew it-tmiem minn kmieni ta’ l-impjieg tal-kap eżekuttiv jew ta’ membri tal-bord tad-diretturi eżekuttivi ta’ l-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni u l-ftehimiet kuntrattwali għal dan l-effett għall-iskopijiet ta’ impjieg jew tmiem tiegħu għandhom ikunu notifikati lill-awtorità regolatorja nazzjonali. Deċiżjonijiet u ftehimiet bħal dawn ma għandhomx ikunu jorbtu sakemm il-korp regolatorju ma jibqax jeżerċita d-dritt tiegħu li joġġezzjona fi żmien it-tliet ġimgħat wara n-notifika. L-awtorità regolatorja tista’ toġġezzjona għal ħatriet jew ftehimiet kuntrattwali għal dan l-effett jekk jirriżultaw dubji serji rigward l-indipendenza professjonali tal-kap eżekuttiv maħtur, jew tal-membru tal-bord tad-diretturi eżekuttivi, jew, fejn impjieg u l-ftehimiet kuntrattwali għal dan l-effett ġew mitmuma qabel id-data skedata, jeżistu dubji serji dwar il-ġustifikazzjoni għal din il-miżura.

     

    7. Il-kap eżekuttiv, u membri tal-bord tad-diretturi eżekuttivi, ta' l-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu permessi dritt effettiv li jappellaw lill-awtorità regolatorja jew ma' qorti jekk l-impjieg tagħhom ġie mitmum qabel id-data skedata.

     

    8. L-awtorità regolatorja trid tirregola kull appell fi żmien sitt xhur. Dan il-limitu ta’ żmien ma jistax jinqabeż mingħajr ġustifikazzjoni fattwali.

     

    9. Għal mhux inqas minn tliet snin wara li huma jkunu waqfu mill-impjieg tagħhom ma’ l-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni, il-kap eżekuttiv ikkonċernat, jew il-membri tal-bord tad-diretturi eżekuttivi, ma jistgħux jaħdmu f’xi stabbliment tal-kumpanija integrata b’mod vertikali li twettaq il-funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew ta’ provvista.

     

    10. Il-kap eżekuttiv u l-membri tal-bord ta’ diretturi eżekuttivi ma għandux ikollhom ishma fi, jew jirċievu kull forma ta’ pagament minn, kull intrapriża li tappartjeni għall-kumpanija integrata b’mod vertikali minbarra l-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Ebda porzjon tas-salarju mħallas lill-kap eżekuttiv jew membri tal-bord ta’ diretturi eżekuttivi ma għandu jiddependi fuq oqsma ta’ attività li fihom il-kumpanija integrata b’mod vertikali topera, minbarra minn dawk ta’ l-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni.

     

    11. Il-kap eżekuttiv jew membri tal-bord ta’ diretturi eżekuttivi ma għandux ikollhom is-setgħa li jassumu responsabilità diretta jew indiretta fl-operazzjonijiet ta' rutina ta' kull stabbiliment ieħor tal-kumpanija integrata b'mod vertikali.

     

    12. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-operatur ta’ sistema ta' trażmissjoni, b'mod indipendenti mill-kumpanija ta' l-elettriku integrata, għandu jkollu setgħat sħaħ ta' teħid ta' deċiżjoni’iet rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, manutenzjoni u żvilupp tal-grilja. Li ġej għandu japplika mingħajr ħsara għal proċeduri ta’ koordinament xierqa li jippermettu l-kumpanija ewlenija li tistabbilixxi limiti ġenerali fuq l-ammont ta' dejn li s-sussidjarja tagħha tista' takkumula. Il-kumpanija ewlenija ma tistax tagħti struzzjonijiet li jaqbżu l-iskop tal-baġit approvat jew kull arranġament ekwivalenti rigward operazzjonijiet ta’ rutina jew deċiżjonijiet individwali biex ikunu kostruwiti jew modernizzati linji ta' trażmissjoni.

     

    Bord superviżorju/Bord Amministrattiv

     

    13. Iċ-Chairperson tal-bord superviżorju, jew tal-bord tad-diretturi, ta' l-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni ma għandhux jipparteċipa f’xi fergħa ta' l-impriża integrata b’mod vertikali li twettaq funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew provvista.

     

    14. Il-bord superviżorju, jew il-bord tad-diretturi, ta' l-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jinkludu membri indipendenti, maħtura għal talanqas 5 snin. Il-ħatra tagħhom għandha tkun mgħarrfa lill-awtorità regolatorja jew kwalunkwe awtorità pubblika nazzjonali kompetenti oħra u tkun torbot skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 6.

     

    15. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 14, membru tal-bord superviżorju/bord amministrattiv għandu jitqies bħala indipendenti jekk hu ma jadottax xi negozju jew relazzjoni oħra mal-kumpanija integrata b’mod vertikali jew mal-maġġoranza tal-partijiet li għandhom sehem tagħha jew il-bord tad-diretturi eżekuttivi tal-kumpanija integrata b’mod vertikali jew il-maġġoranza tal-partijiet li għandhom sehem tagħha b'karatteristika possibbli li jinfluwenzaw is-setgħa ta' ġudizzju tagħhom. Il-kundizzjonijiet li jmiss b’mod partikulari jridu jkunu sodisfatti:

     

    (a) fi żmien ħames snin wara l-appuntament tiegħu fil-bord superviżorju/bord amministrattiv huwa ma jridx ikun impjegat fi stabbiliment tal-kumpanija integrata b'mod vertikali li twettaq il-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni u provvista;

     

    (b) huwa ma jridx ikollu xi ishma jew jirċievi kull forma ta’ pagament mill-kumpanija integrata b’mod vertikali jew kull wieħed mill-affiljati tiegħu minbarra l-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni;

     

    (c) waqt li jkun qed iservi l-bord superviżorju/bord amministrattiv, huwa ma jistax jadotta xi relazzjoni ta' negozju relevanti ma' xi stabbiliment tal-kumpanija integrata b'mod vertikali li twettaq funzjonijiet ta' provvista ta' enerġija;

     

    (d) huwa ma jistax iservi bord ta' diretturi eżekuttivi ta' kumpanija li fiha l-kumpanija integrata b'mod vertikali taħtar membri tal-bord superviżorju/bord amministrattiv.

     

    Uffiċjal ta’ konformità (separazzjoni)

     

    16. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi ta' sistema ta’ trażmissjoni jfasslu programm ta’ konformità li jistabbilixxi miżuri li jservu biex jeliminaw kondotta diskriminatorja. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dan l-objettiv. Għandu jkun soġġetti għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji. Il-konformità mal-programm għandha tkun issorveljata b’mod indipendenti minn uffiċjal tal-konformità. L-awtorità regolatorja għandu jkolla s-setgħa li timponi sanzjonijiet jekk il-programm ta’ korformità ma jkunx implimentat b'mod xieraq.

     

    17. Il-kap eżekuttiv jew bord ta’ diretturi eżekuttivi ta’ l-operatur ta’ sistema ta' trażmissjoni għandhom jaħtru persuna jew korp li jkun uffiċjal ta’ konformità responsabbli mill-:

     

    (a) immonitorjar ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ konformità;

     

    (b) tfassil ta’ rapport annwali dettaljat, li l-kriterji għalih għandhom ikunu stabbiliti mill-awtorità regolatorja bi qbil ma’ l-Aġenzija Ewropea għall-Koperazzjoni ma’ Regolaturi ta’ l-Enerġija; stabbiliment tal-miżuri biex ikun implimentat il-programm ta’ konformità u t-tressiq tar-rapport lill-awtorità regolatorja;

     

    (c) il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta’ konformità u l-implimentazzjoni tiegħu.

     

    18. L-indipendenza ta' l-uffiċjal tal-konformità għandha tkun iggarantita b'mod partikulari bit-termini tal-kuntratt ta' l-impjieg tiegħu jew tagħha.

     

    19. L-uffiċjal tal-konformità għandu jkollu l-opportunità li jindirizza b’mod regolari lill-bord superviżorju / lill-bord tad-diretturi ta' l-operatur ta' sistema ta' trażmizzjoni u, ta' l-impriża integrata vertikalment u lill-awtoritajiet regolatorji.

     

    20. L-uffiċjal tal-konformità għandu jattendi s-sessjonijiet kollha tal-bord superviżorju /tal-bord amministrattiv ta' l-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni li jindirizzaw l-oqsma li ġejjin:

     

    (a) aċċess għal grilja u kundizzjonijiet ta’ konnessjoni, inklużi ġbir tat-tariffi ta’ l-aċċess, dħul minn immaniġġjar ta’ konġestjoni u pagamenti skond il-mekkaniżmu ta’ kumpens ta’ l-operatur tas-sistema ta’ intertrażmissjoni bi qbil ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 1228/2003;

     

    (b) proġetti mwettqa biex tkun operata, mantenuta u żviluppata s-sistema tal-grilja ta’ trażmissjoni, inklużi l-interkonnessjoni u l-investimenti ta’ konnessjoni;

     

    (c) regoli dwar l-ibbilanċjar, inklużi regoli dwar r-riżerva ta’ l-enerġija;

     

    (d) xirjiet ta’ enerġija li jkopru nuqqasijiet ta’ enerġija.

     

    21. Waqt dawn il-laqgħat, l-uffiċjal tal-konformità għandu jwaqqaf li tiġi żvelata b’mod diskriminatorju informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni jew ta' forniment li tista’ kun kummerċjalment vantaġġjuża lill-bord superviżorju / lill-bord tad-diretturi.

     

    22. L-uffiċjal ta' konformità għandu jkollu aċċess għall-kotba, ir-reġistri u l-uffiċċji relevanti kollha ta' l-operatur ta' sistemi ta' trażmissjoni, u anke għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu kif suppost.

     

    23. L-uffiċjal tal-konformità għandu jkun maħtur u mneħħi mill-kap eżekuttiv/bord ta’ diretturi eżekuttivi biss wara approvazzjoni minn qabel mill-awtorità regolatorja.

     

    24. L-uffiċjal tal-konformità ma jistax ikollu xi forma ta’ arranġamenti ta’ negozju mal-kumpanija integrata b’mod vertikali għal mill-inqas ħames snin mit-tmiem tal-ħatra tiegħu.

     

    25. L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom ifasslu pjan ta' żvilupp fuq 10 snin għan-netwerk għallinqas darba kull sentejn. Huma għandhom jipprovdu għal miżuri effiċjenti biex jiggarantixxu li l-grilja tkun adegwata u jiżgura s-sigurtà tal-provvista.

     

    26. Il-pjan ta' żvilupp fuq 10 snin għan-netwerk għandu b’mod partikulari:

     

    (a) jindika lill-parteċipanti tas-suq l-infrastrutturi ta’ trażmissjoni ewlenin li jridu jinbnew matul l-għaxar snin li jmiss;

     

    (b) ikopri l-investimenti kollha li diġà ġew deċiżi u jidentifika l-investimenti ġodda li għalihom deċiżjoni ta’ implimentazzjoni trid tittieħed fit-tliet snin li ġejjin.

     

    27. Sabiex jitfassal dan il-pjan ta' żvilupp fuq 10 snin għan-netwerk, kull operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandu jagħmel ipoteżi raġonevoli dwar l-evoluzzjoni tal-ġenerazzjoni, tal-konsum u ta’ l-iskambji ma’ pajjiżi oħra, u għandu jqis il-pjanijiet ta’ investiment f'netwerks attwali fuq skala kemm reġjonali u kemm Ewropea. L-operatur ta' sistemi ta' trażmissjoni għandu jippreżenta f'ħin utli l-abbozz ta' dan il-pjan lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

     

    28. L-awtorita regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta l-utenti tan-netwerk relevanti kollha fuq il-bażi ta' l-abbozz għall-pjan ta' żvilupp tan-netwerk ta' 10 snin b’mod miftuħ u trasparenti u tista’ tippubblika r-riżultat tal-proċess ta’ konsultazzjoni, b’mod partikulari ħtiġijiet possibbli għall-investimenti.

     

    29. L-awtorità regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' żvilupp fuq 10 snin għan-netwerk ikoprix il-ħtiġijiet kollha ta' investiment identifikati fil-konsultazzjonijiet. L-awtorità tista' tobbliga lill-operatur ta' sistemi ta' trażmissjoni biex jemenda l-pjan tiegħu.

     

    30. Jekk l-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni jirriffjutaw li jimplimentaw investiment speċifiku elenkat fil-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ 10 snin li se jitwettaq fit-tliet snin li ġejjin, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-kompetenza li timplimenta waħda minn dawn il-miżuri li ġejjin:

     

    (a) jobbliga lill-operatur ta' sistemi ta' trażmissjoni li jwettaq, permezz tal-mezzi legali kollha, l-obbligi ta' investiment tiegħu waqt li juża l-mezzi finanzjarji tiegħu stess;

     

    (b) investituri indipendenti jiġu mistiedna biex jitfgħu offerti għall-investiment meħtieġ f'sistema ta' trażmissjoni, u permezz ta' dan, jobbligaw l-operatur ta' sistemi ta' trażmissjoni

     

    - biex jaqbel ma’ l-iffinanzjar minn kwalunkwe parti terza;

     

    - biex jaqbel ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni minn kull parti terza jew jibni l-assi ġodda meħtieġa;

     

    - biex jaqbel li jopera l-assi l-ġodda.

     

     

     

    L-arranġament rilevanti ta' l-iffinanzjar għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Fiż-żewġ każi, regolamentazzjoni ta’ tariffi għandha tkun b’mod li tippermetti dħul biex ikopri l-ispejjeż ta’ investiment.

     

    31. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment.

     

    32. L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom ikunu obbligati li jistabbilixxu u jippubblikaw proċeduri trasparenti u effiċjenti għal konnessjoni mingħajr diskriminazzjoni ta’ impjanti ġodda mal-grilja. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

     

    33. L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni m'għandhomx ikunu intitolati li jirriffjutaw il-konnessjoni ma’ impjant enerġetiku ġdid fuq il-bażi tal-possibilità ta' limiti fil-futur għall-kapaċitajiet disponibbli tan-netwerk, eż. konġestjoni f’partijiet mbegħda tal-grilja ta' trażmissjoni. L-operatur ta' sistemi ta' trażmissjoni għandu jkun obbligat li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja.

     

    34. L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni m'għandhomx ikunu intitolati li jirriffjutaw punt ta' konnessjoni ġdid fuq il-bażi waħedha li din il-konnessjoni l-ġdida se twassal għal spejjeż addizzjonali minħabba ż-żieda ta' kapaċità meħtieġa ta' l-elementi tal-grilja li huma qrib ta' dak il-punt ta' konnessjoni l-ġdid.

     

    Koperazzjoni reġjonali

     

    35. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jsegwu koperazzjoni reġjonali, huma jridu jimponu obbligi speċifiċi fuq l-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni, li tkun riflessa f’perjodu ta’ żmien definit b’mod ċar. Dawn l-obbligi jridu, minbarra dan, iservu b’mod gradwali biex jistabbilixxu ċentru ta’ trażmissjoni reġjonali komuni, li għandu jassumi responsabilità għal kwistjonijiet ta' sigurtà mhux aktar tard minn ...+.

     

    36. Fejn bosta Stati Membri jikkoperaw fil-livell reġjonali, huma għandhom jaħtru koordinatur reġjonali bi qbil mal-Kummissjoni.

     

    37. Il-koordinatur reġjonali għandu jippromovi fil-livell reġjonali koperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji u kull awtorità xierqa oħra, operaturi tan-netwerk, skambji ta’ enerġija, utenti tan-netwerk u parteċipanti tas-suq. B'mod partikulari, huwa għandu: jkun mistieden biex

     

    (a) jippromwovi investimenti effiċjenti ġodda fl-interkonnessjonijiet ta’ l-infrastruttura. Għal dan il-għan, huwa għandu jassisti l-operaturi ta’ trażmissjoni ta’ sistema fit-tfassil tal-pjan ta' interkonnessjoni reġjonali tagħhom u jassisti l-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom u, fejn xieraq, tal-proċedura ta' staġun miftuħ tagħhom;

     

    (b) jinkoraġġixxi l-użu effiċjenti u sikur tal-grilja. Għal dan il-għan, huwa għandu jgħin operaturi ta’ sistem ta’ trażmissjoni, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u awtoritajiet nazzjonali oħra kkonċernati biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom billi jfassal proċedura u salvagwardji ta’ allokazzjoni konġunti;

     

    (c) iressaq/tressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati kull sena dwar il-progress milħuq fir-reġjun u dwar kwalunkwe diffikultà jew ostakoli li jistgħu jtellfu l-progress.

     

    Sanzjonijiet

     

    38. Biex tippermettilhom li jilħqu l-obbligi imposti minn dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun allokata dawn id-drittijiet li ġejjin:

     

    (a) id-dritt li titlob kull informazzjoni mill-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni li tiffaċċja l-istaff kollu ta' l-operatur direttament; f’każ ta’ dubju dan id-dritt għandu jkun infurzat ukoll fir-rigward tal-kumpanija integrata b’mod vertikali u l-istabbilimenti tagħha;

     

    (ii) id-dritt li twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa kollha rigward l-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni u, f’każ ta’ dubju, il-kumpanija integrata b’mod vertikali u l-istabbilimenti tagħha; id-dispożizzjonijiet li japplikaw għandhom ikunu dawk ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat*.

     

    39. Biex tkun permessa tilħaq l-obbligi tagħha fi ħdan it-tifsira ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità nazzjonali regolatorja għandu jingħatala d-dritt li timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u dissważivi fuq operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni u/jew kumpanija integrata b’mod vertikali jekk ifallu fil-konformità ma’ l-obbligi tagħhom skond dan l-Artikolu jew mad-deċiżjonijiet ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali. Dan id-dritt għandu jinkludi:

     

    (i) id-dritt li timponi multi effettivi, xierqa u dissważivi, li l-ammont tagħhom għandu jkun determinat skond id-dħul ta’ l-operatur ta’ sistema ta' trażmissjoni;

     

    (ii) id-dritt li toħroġ ordnijiet li jiskoraġġixxu kondotta diskriminatorja.

     

     

    + ĠU : Sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku.

    * ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).

    Ġustifikazzjoni

    L-Istati Membri jridu jkunu permessi t-tielet alternattiva prattikabbli li, mingħajr ma’ tinvadi b’mod sostanzjali l-istrutturi ta' pussess tagħhom, għandha tippermetti kumpaniji integrati b'mod vertikali, bil-ħsieb li huma jkunu ssodisfaw kundizzjonijiet u rekwiżiti stretti, biex ikomplu joperaw in-netwerks tagħhom fi ħdan il-qafas integrat tagħhom.

    Emenda  24

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 9 a (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 14 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9a) L-artikolu 14(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    4.      Stat Membru għandu jesiġi mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, meta jitqassmu l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, li jagħti prijorità lill-installazzjoijiet ta’ ġenerazzjoni li jużaw għejjun ta’ enerġija li jiġġeddu jew skart jew li jipproduċu sħana u elettriku flimkien."

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex jintlaħaq l-objettiv li 20% ta' l-enerġija ta' l-UE għandu jiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli sa l-2020, għandu jiġi garantit aċċess ta' prijorita għall-grids għall-enerġija rinnovabbli.

    Emenda  25

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 10

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 15 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    “3. Fejn l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jifforma parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta' l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jiġu ssorveljat sabiex ma jkunx jista’ japprofitta ruħu mill-integrazzjoni vertikali tiegħu biex ixekkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni integrati vertikalment ma għandhomx, fil-komunikazzjonijiet u l-l-użu tal-marka (branding) tagħhom, joħolqu konfużjoni fir-rigward ta' l-identità separata tal-fergħa tal-forniment ta' l-impriża vertikalment integrata.

    “3. Fejn l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jifforma parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta' l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jiġu ssorveljat sabiex ma jkunx jista’ japprofitta ruħu mill-integrazzjoni vertikali tiegħu biex ixekkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni integrati vertikalment ma għandhomx, fil-komunikazzjonijiet tagħhom joħolqu konfużjoni fir-rigward ta' l-identità separata tal-fergħa tal-forniment ta' l-impriża vertikalment integrata.

    Ġustifikazzjoni

    Simplifikazzjoni.

    Emenda  26

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 10

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 15 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida biex tiżgura l-konformità sħiħa u effettiva ta’ l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni mal-paragrafu 2 fir-rigward ta’ l-indipendenza sħiħa ta’ l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, l-assenza ta’ mġiba diskriminatorja, u li l-attivitajiet ta’ forniment ta’ l-impriża integrata vertikalment ma jeħdux vantaġġ inġust mill-integrazzjoni vertikali tiegħu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3)."

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda 27

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22a – paragrafu 3 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) il-bord tat-tmexxija tagħha jinħatar għal perjodu fiss mhux rinovabbli ta’ talanqas ħames snin, u jista' jitneħħa mill-kariga matul il-mandat tiegħu biss jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew minħabba li jkun ħati ta’ mġiba ħażina.

    (b) il-bord tat-tmexxija tagħha jinħatar għal perjodu ta’ talanqas ħames snin li jiġġedded darba biss (jew sa għaxar snin, mingħajr ma jerġa’ jiggedded), u jista' jitneħħa mill-kariga matul il-mandat tiegħu biss jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew minħabba li jkun ħati ta’ mġiba ħażina.

    Ġustifikazzjoni

    Perjodu ta’ żmien ta’ 5 snin fil-kariga tar-regolatur nazzjonali għandu jiġġedded darba, minħabba l-karatteristika ta’ perjodu ta’ żmien fit-tul u l-ħtieġa ta’ stabilità fis-suq ta’ l-enerġija; ħatriet fuq perjodu ta’ żmien itwal ma għandhomx ikunu jiġġeddu.

    Emenda 28

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 1 – punt g

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (g) is-sorveljanza tas-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk, u r-reviżjoni tar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk;

    (g) tissorvelja s-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk, stabbiliment jew approvazzjoni ta’ standards u rekwiżiti għal kwalità ta' servizz u provvista u tirrevedi prestazzjonijiet għal kwalità ta’ servizz u provvista, r-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk;

    Ġustifikazzjoni

    Xi awtoritajiet regolatorji nazzjonali diġà għandhom dan id-dmir li jimmonitorjaw l-iffunzjonar tas-suq ta’ l-elettriku wkoll f’termini ta’ kwalità tal-provvista u servizzi lill-konsumaturi, li mbagħad ikollom benefiċċju reali minn regolamentazzjoni aktar konsistenti u trasparenti.

    Emenda  29

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 1 – punt m

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (m) tiżgura l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess għad-dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

    (m) tiżgura li l-parteċipanti kollha tas-suq ikollhom l-aċċess effiċjenti fuq termini ugwali għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess għad-dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

    Ġustifikazzjoni

    Il-kliem jeħtieġ li jkun aktar preċiż biex jippermetti s-suq tal-gass naturali li jinfetaħ għal protagonisti kollha tas-suq.

    Emenda  30

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 3 - punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) twettaq, f'kooperazzjoni ma' l-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni, investigazzjonijiet dwar l-operat tas-swieq ta' l-elettriku, u tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur ta' regoli tal-kompetizzjoni, dwar kull miżura xierqa meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u tiżgura l-operat kif suppost tas-suq, inkluż impjanti virtwali tal-qawwa elettrika;

    (b) twettaq, f'kooperazzjoni ma' l-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni, investigazzjonijiet dwar l-operat tas-swieq ta' l-elettriku, u tqis is-setgħat u responsabilitajiet rispettivi ta’ l-awtoritajiet, tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur ta' regoli tal-kompetizzjoni, dwar kull miżura xierqa meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u tiżgura l-operat kif suppost tas-suq, inkluż impjanti virtwali tal-qawwa elettrika;

    Ġustifikazzjoni

    Huwa meħtieġ li jkunu permessi d-differenzi bejn is-setgħat u responsabilitajiet ta’ awtoritajiet ta’ l-enerġija u l-kompetizzjoni.

    Emenda  31

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 3 - punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) titlob għal kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi ta' l-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

    (c) titlob għal kwalunkwe informazzjoni raġonevoli mill-impriżi ta' l-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

    Ġustifikazzjoni

    L-inkarigi u r-responsabilitajiet tar-regolaturi nazzjonali m'għandhomx jiġu mfixkla ma' dawk ta' awtoritajiet rilevanti oħra u għandha tingħata attenzjoni xierqa għal dawk il-partijiet li jistgħu jintlaqtu mid-deċiżjonijiet regolatorji. F'dan ir-rigward, miżuri strutturali radikali bħalma huma l-impjanti ta' enerġija virtwali għandhom jiġu kkunsidrati biss fid-dawl tal-liġi ta' l-UE dwar il-kompetizzjoni u għandhom jiġu applikati meta jkunu stabbiliti l-kontrolli u l-bilanċi meħtieġa

    Emenda  32

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 3 - punt d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u disswassivi lil impriżi ta' l-elettriku li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew kwalunkwe deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja jew ta' l-Aġenzija;

    (d) timponi, meta jkun meħtieġ, sanzjonijiet imparzjali, proporzjonati u konsistenti lil impriżi ta' l-elettriku li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew kwalunkwe deċiżjoni li torbot ta' l-awtorità regolatorja jew ta' l-Aġenzija;

    Ġustifikazzjoni

    L-inkarigi u r-responsabilitajiet tar-regolaturi nazzjonali m'għandhomx jiġu mfixkla ma' dawk ta' awtoritajiet rilevanti oħra u għandha tingħata attenzjoni xierqa għal dawk il-partijiet li jistgħu jintlaqtu mid-deċiżjonijiet regolatorji. F'dan ir-rigward, miżuri strutturali radikali bħalma huma l-impjanti ta' enerġija virtwali għandhom jiġu kkunsidrati biss fid-dawl tal-liġi ta' l-UE dwar il-kompetizzjoni u għandhom jiġu applikati meta jkunu stabbiliti l-kontrolli u l-bilanċi meħtieġa

    Emenda  33

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 4 - punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) tqabbid u aċċess man-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni. Dawn it-tariffi għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks.

    (a) it-tqabbid u l-aċċess man-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, jew tariffi preliminari f'każ li l-metodoloġija għall-iffissar tat-tariffi tiġi evalwata waqt perjodu regolatorju qabel l-iffissar tat-tariffa aħħarija. Il-perjodu regolatorju m'għandux jaqbeż il-ħames snin. Dawn it-tariffi għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks.

    Ġustifikazzjoni

    L-awtoritajiet regolatorji jistgħu wkoll jiffissaw il-metodoloġija għal dawn it-tariffi. Madankollu din tiġi aċċettata biss jekk tkun pass preliminari, ta' mhux aktar minn ħames snin, qabel ma ssir deċiżjoni fuq it-tariffi infushom.

    Emenda 34

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq livell nazzjonali li bihom parti affettwata minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali jkollha d-dritt għall-appell lil entità indipendenti mill-partijiet involuti.

    13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt ta' l-appell lil korp ġudizzjarju nazzjonali jew awtorità indipendenti nazzjonali oħra, li huwa indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.

    Ġustifikazzjoni

    L-indipendenza u l-integrità tad-deċiżjonijiet NRA għandhom ikunu adottati minn korp indipendenti u newtrali, bħall-Qrati, li mhux suġġett ta’ influwenza privata jew politika bi qbil ukoll ma’ l-Artikolu 22a par2 li jistipula l-indipendenza ta' l-awtoritajiet regolatorji minn kull entità pubblika jew privata oħra, interessi tas-suq jew gvernijiet. Bl-appelli preżentati lill-Qrati jgħin biex tkun stabbilita l-indipendenza ta' deċiżjonijiet regolatorji mill-interferenza politika. Dan huwa meħtieġ ukoll minħabba li f’xi pajjiżi l-muniċipalitajiet lokali huma involuti f’dawn id-deċiżjonijiet.

    Emenda  35

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 14

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    14. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tas-setgħat deskritti f'dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    14. Il-Kummissjoni tista’ temenda linji gwida għall-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tas-setgħat deskritti f'dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda 36

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22d – paragrafu 2 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom id-dritt li jikkonkludu ftehimiet ma’ awtoritajiet regolatorji oħra ta’ l-UE biex irawwmu l-koperazzjoni regolatorja.

    Ġustifikazzjoni

    L-awtoritajiet regolatorji jeħtieġ li jingħataw is-setgħa skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali li jistabbilixxu ftehimiet ma’ awtoritajiet regolatorji oħra biex irawmu koperazzjoni u konsistenza regolatorja akbar.

    Emenda  37

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22d – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida dwar il-firxa tad-dmirijiet ta' l-awtoraitajiet regolatorji sabiex jikkoperaw ma' xulxin u ma' l-Aġenzija, u dwar is-sitwazzjonijiet li fiha l-Aġenzija ssir kompetneti biex tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastrutturi li jgħaqqdu talanqas żewġ Stati Membri. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    4. Il-Kummissjoni tista' temenda linji gwida dwar il-firxa tad-dmirijiet ta' l-awtoraitajiet regolatorji sabiex jikkoperaw ma' xulxin u ma' l-Aġenzija, u dwar is-sitwazzjonijiet li fiha l-Aġenzija ssir kompetneti biex tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastrutturi li jgħaqqdu talanqas żewġ Stati Membri. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  38

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22e – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjoni kkonċernata fi żmien erba' xhur.

    2. L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjoni kkonċernata fi żmien xahrejn.

    Ġustifikazzjoni

    Limitu ta’ żmien iqsar.

    Emenda  39

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22e – paragrafu 9

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    9. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  40

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22f – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jiddefinizzi l-metodi u l-arranġamenti għaż-żamma tar-reġistri kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-dejta li għandha tinżamm. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    4. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' temenda l-linji gwida li definixxew l-metodi u l-arranġamenti għaż-żamma tar-reġistri kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-dejta li għandha tinżamm. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  41

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22f – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet fid-derivattivi ta' l-elettriku ta' impriżi ta' forniment bi klijenti bl-ingrossa u operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni, dan l-Artikolu għandu japplika biss ġaladarba l-Kummissjoni tkun adottat il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4. .

    5. Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet fid-derivattivi ta' l-elettriku ta' impriżi ta' forniment bi klijenti bl-ingrossa u operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni, dan l-Artikolu għandu japplika biss ġaladarba il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4 ġew adottati.

    Ġustifikazzjoni

    Din il-proposta hi intenzjonata biex tiżgura li l-linjigwida jiġu adottati skond il-proċedura normali mill-Parlament u mill-Kunsill. Is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' kull aġġustament neċessarju biss.

    Emenda  42

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a. Il-Kummissjoni għandha tirraporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tat-traspożizzjoni prattika u formali ta' din id-Direttiva f'kull Stat Membru.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku

    Referenzi

    COM(2007)0528 – C6-0316/2007 – 2007/0195(COD)

    Kumitat responsabbli

    ITRE

    Opinjoni mogħtija minn

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ECON

    11.10.2007

     

     

     

    Rapporteur ta’ opinjoni:

           Data tal-ħatra

    Ján Hudacký

    23.10.2007

     

     

    Diskussjoni fil-kumitat

    29.1.2008

    26.2.2008

    1.4.2008

     

    Data ta’ l-adozzjoni

    21.4.2008

     

     

     

    Riżultat tal-vot finali

    +:

    –:

    0:

    18

    4

    10

    Membri preżenti għall-vot finali

    Gabriele Albertini, Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Christian Ehler, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Christoph Konrad, Guntars Krasts, John Purvis, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht

    Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

    Daniel Dăianu, Harald Ettl, Ján Hudacký, Alain Lipietz, Bilyana Ilieva Raeva, Gilles Savary, Donato Tommaso Veraldi

    OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (9.4.2008)

    għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    li temenda d-Direttiva 2003/54/KE rigward ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku
    (COM(2007)0528 – C6‑0316/2007 – 2007/0195(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: Alexander Lambsdorff

    ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

    Din il-proposta temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-Regoli Komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku. Hija tifforma waħda minn ħames proposti fit-tielet pakkett leġiżlattiv fis-swieq tal-Gass u l-Elettriku ta’ l-UE, li pproponiet il-Kummissjoni f’Settembru 2007. Ir-Rapporteur tagħkom jilqa’ bil-ferħ il-ħames proposti fil-pakkett, b’appoġġ ġenerali qawwi minħabba li l-pakkett huwa importanti ħafna biex jinkiseb suq intern Ewropew tabilħaqq fil-qasam ta’ l-elettriku u għaldaqstant ta’ l-enerġija. L-għan tal-pakkett huwa li jiżgura s-sigurtà tal-provvista u biex il-prezzijiet jinżammu baxxi u trasparenti għall-konsumaturi Ewropej kollha, fi kliem ieħor biex jingħata appoġġ u jkompli jiżviluppa l-proċess kontinwu ta’ liberalizzazzjoni fl-Ewropa, li r-Rapporteur tagħkom jappoġġja bil-qawwi wkoll. Għalkemm ir-Rapporteur tagħkom jilqa’ l-proposta dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku, huwa ta’ l-opinjoni li hemm ambitu għal titjib. B’mod speċjali, il-kwistjoni tas-separazzjoni tas-sjieda (OU) jixirqilha kunsiderazzjoni.

    Il-proposti jissuġġerixxu miżuri li jiggarantixxu s-separazzjoni reali tan-netwerks (sistemi ta’ trażmissjoni jew operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni ) mill-provvista u l-produzzjoni, sabiex jassiguraw aktar liberalizzazzjoni tas-swieq interni għall-elettriku u l-gass naturali u b’hekk ikunu l-konsumaturi li jibbenifikaw. Ir-Rapporteur għal opinjoni tagħkom jaċċetta l-OU bħala l-aħħar għażla sabiex tintlaħaq liberalizzazzjoni sħiħa. Madankollu, minħabba d-dejta attwali dwar l-użu ta’ l-OU bħala mezz biex tinkiseb il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq intern ta’ l-enerġija tidher li m’hijiex biżżejjed, alternattivi oħra kredibbli, li għandhom ċans jiksbu l-istess miri, għandhom jitqiesu u jkunu evalwati bir-reqqa. F’dan l-ambitu, partijiet tal-proposta ta’ tmien Stati Membri dwar “is-separazzjoni effettiva u effiċjenti” (EEU) hija proposta f’din l-opinjoni. Ir-Rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li fil-bidu l-MSs se jkollhom l-għażla bejn l-OU u l-EEU. Jekk, madankollu, l-MS jagħżel l-EEU u tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni jirriżulta li l-EEU m’hijiex biżżejjed biex tinkiseb liberalizzazzjoni sħiħa, l-OU ssir obbligatorja għall-MS ikkonċernat. Il-Komunità għandha tkun informata dwar din l-insuffiċjenza mill-Kummissjoni u tittieħed deċiżjoni rigward l-impożizzjoni ta’ l-OU fi proċedura leġiżlattiva fejn il-Parlament ikun involut b’mod sħiħ. L-għażla ta’ l-Operaturi tas-Sistema Indipendenti (ISO), fil-forma li hija proposta mill-Kummissjoni, m’hijiex vijabbli, għaliex timplika spiża regolatorja eċċessiva.

    Il-klawżola ta' "reċiproċita" fl-Artikolu 8a tal-proposta tassigura li kumpaniji barra mill-UE ma jistgħux jiksbu investimenti sinifikanti fin-netwerks ta' trażmissjoni ta' l-UE jew fl-operaturi tagħhom biex jipprevjenu dipendenza eċċessiva fuq dawn il-kumpaniji. Id-derogi huma possibbli biss jekk il-Komunita tiddeċiedi li tikkonkludi ftehima ma' parti minn pajjiż terz. Ir-Rapporteur tagħkom temmen li, għall-iskop ta' politika ta' l-enerġija Ewropea koerenti, id-deċiżjonijiet dwar ftehimiet ma' pajjiżi terzi għandhom jiġu trattati fil-livell tal-Komunita. Huwa għaldqstant jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni.

    Ir-Rapporteur tagħkom jikkontesta, għalkemm il-Kummissjoni tirreferi għall-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati (il-Premessa 12), jekk ingħatatx attenzjoni biżżejjed biex ikun żgurat li l-kumpaniji pubbliċi jkunu suġġetti għall-istess obbligi dwar is-separazzjoni bħall-kumpaniji privati, minħabba li l-awtoritajiet statali ma jistgħux ikunu sfurzati jipprivatizzaw il-kumpaniji tagħhom. Dan iqajjem il-mistoqsija dwar jekk il-kompetituri privati jistgħux jitqiegħdu fi żvantaġġ.

    Ir-Rapporteur tagħkom huwa konvint li l-protezzjoni tal-konsumaturi teħtieġ miżuri msaħħa u għaldaqstant jissuġġerixxi emendi li huma ta' titjib dwar il-kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Fir-rigward tad-doveri u s-setgħat ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-proposta tistipula aktar miżuri rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi. Ir-Rapporteur tagħkom ifittex li jissaħħaħ u jkun iċċarat l-irwol ta’ l-awtoritajiet biex jinkiseb titjib dwar dawn il-kwistjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

    Il-proposta għandha x’taqsam l-aktar mal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-elettriku. Madankollu ir-Rapporteur tagħkom jipprova jenfasizza l-importanza li tkun żgurata l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku biex tissodisfa d-domanda dejjem tiżdied. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħraf li suq tal-bejgħ bl-imnut li jitħaddem b’mod sħiħ għadu sa issa ma nkisibx. Għaldaqstant, proposti konkreti oħra huma meħtieġa biex jinkiseb suq intern tassew.

    EMENDI

    Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Emenda 1

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 20 a (ġdida) Test propost mill-Kummissjoni

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (20a) Il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt li jkollhom l-elettriku u l-ilmenti tagħhom meqjusa mill-fornitur tas-servizz ta' l-elettriku b'konformità ma' l-istandards internazzjonali ISO 10001, ISO 10002, u ISO 10003, u l-konformità mal-linji gwida stabbiliti għandhom ikunu ssorveljati mir-regolatur nazzjonali. Standards ta' l-ISO ulterjuri li żviluppaw f'dan il-qasam għandhom jiżdiedu wkoll ma' l-istandards meħtieġa. Din id-Direttiva għandha tadotta standards u prassi mill-proposta għal direttiva dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2004/0251(COD)).

    Ġustifikazzjoni

    L-ISO 10001 jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-konsumatur permezz ta' l-istabbiliment ta' linji gwida għall-kodiċi ta' kondotta. L-ISO 10002 jipprovdi linji gwida dwar il-ġestjoni ta' l-ilmenti. L-ISO 10003 jipprovdi linji gwida għas-soluzzjoni tat-tilwim 'il barra mill-organizzazzjonijiet. L-iżvilupp ta' l-istandard ta' l-ISO il-ġdid, li għandu jintgħażel l-ISO 10004, dwar il-monitoraġġ u l-kejl tas-sodisfazzjon tal-konsumatur jinsab attwalment għaddej, u dan għandu jiżdied ma' l-istandards meħtieġa meta jkun iffinalizzat, permezz tal-proċedura regolatorja bi skrutinju.

    Emenda  2

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 20 b (ġdida) Test propost mill-Kummissjoni

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (20b) Il-konsumaturi għandu jkollhom informazzjoni ċara u li tiftiehem dwar id-drittijiet tagħhom rigward is-settur ta' l-enerġija. F’din il-perspettiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Karta Ewropea tal-konsumaturi ta’ l-enerġija wara l-adozzjoni ta’ din id-direttiva. Għandu jkun possibbli li tintbagħat kopja tal-Karta lill-konsumaturi kollha li jinkitbu f'kuntratti ġodda.

    Ġustifikazzjoni

    Il-Karta tal-konsumaturi ta’ l-enerġija, li qed titfassal bħalissa, għandu jkollha post importanti fost l-għodda tad-difiża tal-konsumaturi Ewropej. Għalhekk jeħtieġ li l-Kummissjoni tiffinalizza dan ix-xogħol malajr, u li l-Karta ssir dokument obbligatorju li jintbagħat lill-konsumaturi sabiex ikollhom informazzjoni essenzjali dwar id-drittijiet tagħhom kull meta jiffirmaw kuntratt ġdid.

    Emenda  3

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 21 Test propost mill-Kummissjoni

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (21) Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni. Aspett prinċipali fil-forniment lill-klijent huwa l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum, u l-konsumaturi jrid jkollhom id-dritt li jaċċessaw id-dejta tagħhom sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri jagħmlu offerta bbażata fuq din id-dejta. Il-konsumaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum ta’ l-enerġija tagħhom. Tagħrif dwar l-ispejjeż fl-enerġija li jingħata b’mod regolari joħloq inċentivi għat-tfaddil fl-enerġija għaliex jagħti lura lill-klijenti informazzjoni diretta dwar l-effetti ta’ l-investiment fl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u fil-bidla fl-imġiba.

    (21) Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u universali u l-istandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u minn prezzijiet aktar ġusti. Aspett prinċipali fil-forniment lill-klijent huwa l-aċċess għal dejta oġġettiva u trasparenti dwar il-konsum, u l-konsumaturi jrid jkollhom id-dritt li jkollhom aċċess għad-dejta tal-konsum tagħhom, il-prezzijiet assoċjati u l-ispejjeż tas-servizz sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri jagħmlu offerta bbażata fuq din id-dejta. Il-konsumaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum tagħhom ta’ l-enerġija u l-ħlasijiet minn qabel għandhom ikunu adegwati u jirriflettu l-kunsum ta' l-elettriku vera tagħhom. Tagħrif ipprovdut mill-inqas darba kull tliet xhur lill-konsumaturi dwar l-ispejjeż fl-enerġija joħloq inċentivi għat-tfaddil fl-enerġija għaliex jagħti lura lill-klijenti informazzjoni diretta dwar l-effetti ta’ l-investiment fl-użu effiċjenti ta’ l-effikaċja fl-enerġija.

    Ġustifikazzjoni

    F’konformità ma’ l-objettiv ta’ kompetizzjoni libera u trasparenti, l-aċċess għal firxa ta’ dejta tagħti s-setgħa lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet edukati dwar il-fornitur ta’ l-elettriku tagħhom. Apparti dan, il-konsumaturi għandu jkollhom iħallsu għall-ammont ta' enerġija li filfatt jużaw kull xahar.

    Emenda  4

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 21 a (ġdida) Test propost mill-Kummissjoni

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21a) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija. Din il-Karta għandha tipprovdi referenza għal miżuri li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri, mir-regolaturi nazzjonali, l-Aġenzija u l-Kummissjoni. B'mod partikolari, id-drittijiet stabbiliti mill-Karta għandhom, fejn xieraq, ikunu adottati mill-Kummissjoni bħala rekwiżiti supplimentari taħt l-Anness A għad-Direttiva 2003/54/KE, permezz tal-procedura regolatorja bi skrutinju.

    Ġustifikazzjoni

    Ladarba stabbilita, il-Karta għad-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija għandha titqies bħala lista sħiħa tad-drittijiet tal-konsumaturi fis-settur ta' l-enerġija, u użata mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej kollha meta jkunu qed jiġu rregolati l-fornituri tas-servizz ta' l-enerġija. B'mod partikolari, fejn applikabbli, id-drittijiet kollha stabbiliti mill-Karta li huma addizzjonali għal dawk li diġà jinsabu fl-Anness A ta' din id-Direttiva, għandhom jiżdiedu mad-Direttiva u mogħtija saħħa legali sħiħa.

    Emenda  5

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 21 b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21b) Il-konsumaturi għandhom ikunu fil-qalba ta’ din id-Direttiva. Jeħtieġ li d-drittijiet eżistenti tal-konsumaturi jissaħħu u jiġu ggarantiti, u għandhom jinkludu trasparenza akbar u rappreżentazzjoni aħjar ta’ l-interessi tagħhom. Il-protezzjoni tal-konsumatur timplika li l-konsumaturi kollha jibbenefikaw minn suq kompetittiv. Id-drittijiet tal-konsumatur għandhom jiġu nfurzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali permezz tal-ħolqien ta' inċentivi u bl-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq kumpaniji li ma jirrispettawx ir-regoli dwar il-ħarsien tal-konsumatur u r-regoli tal-kompetizzjoni.

    Emenda  6

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 21 c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21c) Miżuri ta’ rikors effiċjenti u aċċessibbli għal kulħadd jiggarantixxu ħarsien akbar tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi ta' arbitraġġ.

    Ġustifikazzjoni

    Il-miżuri ta’ rikors effikaċi huma meħtieġa biex iħarsu lill-konsumaturi kif xieraq. Barra minn hekk, dawn il-miżuri, li għandhom jingħataw natura legali li torbot, għandhom ikunu fost l-elementi li jikkostitwixxu l-Karta tal-konsumaturi ta’ l-enerġija, li qed titfassal bħalissa u li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni mhux aktar minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-direttiva.

    Emenda  7

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 21 d (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21d) L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-provvista xierqa ta' miters individwali (miters soffistikati), kif previst fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-effiċjenza ta' l-użu aħħari ta' l-enerġija u s-servizzi ta' l-enerġija1, sabiex il-konsumaturi jingħataw tagħrif ċar dwar il-konsum ta' l-enerġija u biex jiżguraw l-effiċjenza ta' l-użu aħħari.

    __________

    1 ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

    Ġustifikazzjoni

    Il-miters soffistikati jagħtu stampa aktar dettaljata lill-konsumatur dwar il-konsum effettiv tiegħu ta' l-elettriku u għalhekk jikkontribwixxu lejn użu aktar moderat ta' l-elettriku.

    Emenda  8

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Premessa 27

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (27) Fir-rigward tad-Direttiva 2003/54/KE, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ firxa ġenerali u mfassla biex jissupplimentaw id-Direttiva 2003/54/KE permezz taż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (27) Fir-rigward tad-Direttiva 2003/54/KE, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva, inkluż permezz ta' miżuri supplimentari fl-Anness A b'linji gwida adottati, kif xieraq, mill-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet ta' l-Utenti ta' l-Enerġija. Billi dawk il-miżuri huma ta’ firxa ġenerali u mfassla biex jissupplimentaw id-Direttiva 2003/54/KE permezz taż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Ġustifikazzjoni

    Ladarba stabbilita, il-Karta għad-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija għandha titqies bħala lista sħiħa tad-drittijiet tal-konsumaturi fis-settur ta' l-enerġija. B'mod partikolari, fejn applikabbli, id-drittijiet kollha stabbiliti mill-Karta li huma addizzjonali għal dawk li diġà jinsabu fl-Anness A ta' din id-Direttiva, għandhom jiżdiedu mad-Direttiva u mogħtija saħħa legali sħiħa.

    Emenda  9

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1) L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "Artikolu 1

     

    Kamp ta' Applikazzjoni

     

    Din id-direttiva tistabbilixxi regoli komuni rigward il-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-provvista ta’ l-elettriku, kif ukoll regoli dwar il-ħarsien tal-konsumaturi. Għal dan il-għan, tistipula r-regoli dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur ta’ l-elettriku, aċċess għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri li japplikaw għas-sejħa għall-offerti u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet u t-tħaddim tas-sistemi. Hija tiddefinixxi wkoll l-obbligi ta’ servizz universali u d-drittijiet tal-konsumaturi ta’ l-elettriku u tiċċara l-obbligi tal-kompetizzjoni."

    Ġustifikazzjoni

    L-ambitu għandu jiġi estiż biex jassigura li l-konsumaturi jkunu fiċ-ċentru ta’ din id-Direttiva.

    Emenda  10

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 - punt 1 - punt b a (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 2 – punt 34 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

     

    "(34a) 'il-faqar enerġetiku', tfisser sitwazzjoni li fiha utent residenzjali ma jiflaħx isaħħan daru għal livell aċċettabbli. L-Istati Membri għandhom jevalwaw dan il-livell skond ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Din is-sitwazzjoni għandha tkun evalwata fid-dawl ta' l-ambitu għall-konsumatur li jixtri servizzi oħra ta’ l-enerġija għal daru bi prezzijiet raġonevoli."

    Emenda  11

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 - punt 1 - punt b b (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 2 – punt 34 b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (bb) għandu jiżdied il-punt li ġej:

     

    "(34b) 'prezzijiet raġonevoli' tfisser prezz definit mill-Istati Membri f'konsultazzjoni mar-regolaturi nazzjonali, l-imsieħba soċjali u l-partijiet kkonċernati l-oħra, meta jitqies il-faqar enerġetiku."

    Ġustifikazzjoni

    Il-kunċett ta’ prezz raġonevoli, li għandu jifforma parti ewlenija mill-Karta futura tal-konsumaturi ta’ l-enerġija, xorta għandu jiġi determinat fuq il-livell ta’ kull Stat Membru billi din hija kwistjoni ta’ sussidjarjetà.

    Emenda  12

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a) L-Artikolu 3(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "2. B'kunsiderazzjoni sħiħa għad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur ta' l-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvista kif ukoll il-ħarsien ambjentali, inklużi l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, il-miri tal-Komunità għall-użu ta' l-enerġija rinnovabbli u l-ħarsien tal-klima. Dawn l-obbligi għandhom jigu identifikati b’mod ċar, ikunu trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza ta’ l-aċċess għall-konsumaturi nazzjonali lill-kumpaniji ta’ l-elettriku ta’ l-UE. Fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija/il-ġestjoni tad-domanda kif ukoll il-kisba ta’ l-għanijiet ambjentali u ta' l-enerġija rinnovabbli, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta’ ppjanar għal perjodu fit-tul, meta titqies il-possibilità li terzi persuni jitolbu aċċess għas-sistema."

    Ġustifikazzjoni

    Il-proposta li jkunu adottati miri li jorbtu għall-użu ta' l-enerġija rinnovabbli, 20% sa l-2020 se jeħtieġu azzjoni speċifika fis-settur ta' l-elettriku, li tista' tkun differenti minn dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' l-ambjent.

    Emenda  13

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 1 b (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1b) L-Artikolu 3(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsumaturi residenzjali u [...] impriżi żgħar, (jiġifieri impriżi b’inqas minn 50 persuna li jaħdmu bi qligħ u dħul annwali jew bilanċ tal-pagament li ma jaqbiżx l-10 miljun EUR), igawdu minn servizz universali, jiġifieri d-dritt li jkollhom provvista ta’ l-elettriku ta’ kwalità speċifikata fi ħdan it-territorju tagħhom bi prezz li jifilħu jħallsu, komparabbli faċilment [...], trasparenti u mhux diskriminatorju. In-nuqqas ta' diskriminazzjoni għandha tinkludi l-projbizzjoni ta' tariffi diskriminatorji dwar ċerti metodi ta' pagament, b'mod partikolari għall-konsumaturi li jħallsu permezz ta' miter imħallas minn qabel. Dawn il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għall-għażla, l-ġustizzja, ir-rappreżentanza u l-kumpens. Impriżi ta' l-elettriċita għandhom jiżguraw kwalita tas-servizz. Biex tiġi assigurata l-provvista ta’ servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur bħala l-aħħar espedjent. L-Istati Membri għandhom jimponu fuq il-kumpaniji tad-distribuzzjoni l-obbligu li jgħaqqdu lill-klijenti man-netwerk ta' distribuzzjoni tagħhom taħt kundizzjonijiet u tariffi li jkunu stabbiliti f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22c(4). [...] L-Istati Membri għandhom isaħħu l-qagħda tas-suq ta' [...] konsumaturi residenzjali, żgħar u ta' daqs medju billi jippermettu u jippromwovu l-possibilità ta' aggregazzjoni volontarja ta' rappreżentazzjoni għal din il-klassi ta' konsumaturi."

    Ġustifikazzjoni

    Konsumaturi vulnerabbli u bi dħul baxx iktar hemm ċans li jkunu mġiegħla jħassu t-tariffi ta' l-enerġija permezz ta' miter imħallas minn qabel. Bħala tali, tariffi ogħla diskriminatorji għal metodi ta' pagament bħal dawn jimplikaw li l-konsumaturi foqra jispiċċaw iħallsu aktar minn konsumaturi finanzjarjament aktar siguri, f'termini assoluti kif ukoll meta mqabbla mad-dħul tagħhom. Forom ta' azzjoni kollettiva, bħas-sistema ta' "ilment kbir" adottata għall-konsumaturi tar-Renju Unit, jistgħu jipprovdu mezzi effettivi għall-konsumaturi biex jaġixxu ħalli d-drittijiet tagħhom ikunu rrispettati.

    Emenda  14

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 - punt 1 c (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1c) L-Artikolu 3(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adattati biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli, inklużi miżuri biex jgħinuhom jevitaw il-qtugħ tas-servizz. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti finali f'żoni remoti. Għandhom jassiguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari fit-trasparenza fir-rigward ta’ termini u kundizzjonijiet tal-kuntratt, informazzjoni ġenerali u mekkaniżmi biex jissolva t-tilwim. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsumatur eliġibbli huwa fil-fatt kapaċi jaqleb faċilment għall-fornitur ġdid. Fir-rigward tal-konsumaturi domestiċi, il-miżuri pprovuti f'dan l-Artikolu għandhom mill-anqas jinkludu d-drittijiet stipulati fl-Anness A. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn id-drittijiet ikunu infurzati mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali u jkunu jistgħu jiġu infurzati mill-konsumatur."

    Ġustifikazzjoni

    Jikkjarifika li l-Anness A għandu qawwa legali sħiħa bħala parti intrinsika tad-Direttiva.

    Emenda  15

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 - punt 1 d (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1d) Fl-Artikolu 3(6), l-ewwel subaragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ l-elettriku jispeċifikaw fil-kontijiet jew magħhom u fil-materjali pubbliċitarji u promozzjonali kollha u fid-dokumenti regolari li jingħataw bħala informazzjoni lill-klijenti:

     

    (a) il-kontribuzzjoni ta’ kull għajn ta’ l-enerġija għat-taħlita ġenerali tal-fjuwil tal-fornitur fuq is-sena ta’ qabel; dan għandu jsir b’mod armonizzat u li jiftiehem f l-Istati Membri biex jippermettu tqabbil b’mod faċli.

     

    (b) [...] Informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, f’termini ta’ mill-inqas l-emissjonijiet CO2 u l-iskart radjuattiv bħala riżultat ta’ l-elettriku prodott mill-firxa totali ta’ fjuwil tal-fornitur fuq is-sena preċedenti hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit tagħhom;

    Ġustifikazzjoni

    L-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-produzzjoni ta' l-elettriku għandha tkun viżibbli sew fuq kull materjal u reklamar u ma teħtieġx li l-konsumatur ifittex dan it-tagħrif x'imkien ieħor. Rekwiżiti simili jsiru f'setturi oħra, bħall-bejgħ ta' karozzi jew tat-tagħmir tad-dar.

    Emenda  16

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 1 e (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt (b a) (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1e) Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(6) għandu jiżdied dan il-punt:

     

    "(ba) tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom u l-opportunitajiet ta' appell disponibbli għalihom f'każ ta' tilwim."

    Ġustifikazzjoni

    Ħarsien tajjeb tal-konsumaturi jimplika titjib tal-kundizzjonijiet tar-rikors. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-Karta futura tal-konsumaturi ta’ l-enerġija sabiex dawn il-konsumaturi jkollhom dokument ta’ referenza dwar id-drittijiet tagħhom.

    Emenda  17

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 1 f (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1f) fl-Artikolu 3(6), it-tielet subaragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

     

    "L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-informazzjoni mogħtija mill-fornituri lill-klijenti tagħhom skond dan l-Artikolu hija ta’ min joqgħod fuqha. Regoli dwar il-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni għandhom ikunu armonizzati fl-Istati Membri u s-swieq relevanti. L-implimentazzjoni għandha tkun sorveljata mill-Aġenzija."

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex il-konsumaturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jkollhom għażla reali għandu jkollhom aċċess għad-dejta li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri soċjali u ambjentali. L-armonizzar tad-dejta għall-fornituri differenti ta’ l-elettriku tikkorrespondi mal-ħtieġa għal informazzjoni ċara, billi din għandha tiġi stipulata fil-Karta futura tal-konsumaturi ta’ l-enerġija.

    Emenda  18

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 1 g (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1g) Artikolu 3(7) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "7. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri xierqa biex jilħqu l-għanijiet ta’ koeżjoni soċjali u ekonomika u protezzjoni ambjentali, li jiggarantixxu li ma jkunx hemm diskriminazzjoni b’mod partikolari kontra dawk bi dħul baxx, miżuri ta’ ġestjoni ta’ effiċjenza enerġetika/min-naħa tad-domanda u miżuri biex tiġi miġġielda l-bidla fil-klima u favur is-sigurtà tal-provvista. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, id-dispożizzjoni ta’ inċentivi ekonomiċi adegwati, bl-użu, fejn xieraq, ta’ l-għodod kollha eżistenti nazzjonali u Komunitarji, għall-manutenzjoni u l-bini ta’ l-infrastruttura meħtieġa tan-netwerk, inkluz il-kapaċità ta’ interkonnessjoni."

    Ġustifikazzjoni

    Attwalment ħafna konsumaturi jsofru diskriminazzjoni b’mod partikolari dawk bi dħul baxx jew dawk li jgħixu f’ċerti żoni ġeografiċi. Il-miżuri proposti għandhom ikunu inklużi fil-Karta futura tal-konsumaturi ta’ l-enerġija.

    Emenda  19

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Direttiva 2003/54/KE

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 7 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1h) fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

     

    "7a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ punti waħdanin ta' kuntatt f’kull pajjiż sabiex il-konsumaturi jkun jista' jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, u l-metodi ta' rikors li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom f’każ ta’ tilwima.”

    Ġustifikazzjoni

    L-informazzjoni tajba għall-konsumaturi tfisser ċentru fejn l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb faċilment u fejn wieħed ikun jista’ jiġi infurmat dwar il-leġiżlazzjoni li tinsab fis-seħħ u d-drittijiet tal-konsumaturi. B’hekk il-konsumaturi jkun jista’ jkollhom id-dettalji tal-punti diġà msemmija fil-Karta futura tal-konsumaturi ta' l-enerġija.

    Emenda  20

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 2

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 3 – paragrafu 10

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    10. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    10. Il-Kummissjoni tista’, sa ... *, tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3).

    ___________

    * Sena mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva ta' emenda.

    Ġustifikazzjoni

    Fl-interess tal-ħarsien tal-konsumatur, huwa importanti li l-Kummissjoni tadotta dawn il-linji gwida kemm jista' jkun malajr.

    Emenda  21

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 5a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom. Iż-żona ġeografika koperta mill-kooperazzjonijiet reġjonali għandha tkun konformi mad-definizzjoni taż-żoni ġeografiċi mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2h(3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1228/2003 as-26 ta' Ġunju dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri .

    1. L-awtoritajiet u r-regolaturi ta' l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B’mod partikolari, għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konverġenza u l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom.

     

    2. Meta l-koperazzjoni bejn bosta Stati Membri fil-livell reġjonali tiltaqa' ma' diffikultajiet sinifikattivi, wara talba konġunta ta' dawk l-Istati Membri l-Kummissjoni tista', bi qbil ma' l-Istati Membri kollha kkonċernati, taħtar koordinatur reġjonali.

     

    3. Il-koordinatur reġjonali għandu jippromovi fil-livell reġjonali l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji u kull awtorità pubblika kompetenti oħra, operaturi tan-netwerk, skambji ta’ l-enerġija, utenti tan-netwerk ta' distribuzzjoni u partijiet tas-suq. B'mod partikolari, huwa għandu:

     

    (a) jippromwovi investimenti effiċjenti ġodda fl-interkonnessjonijiet. Għal dan il-għan, huwa għandu jassisti t-TSOs fit-twettiq tal-pjan ta' interkonnessjoni reġjonali tagħhom u jikkontribbwixxi għall-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom u, fejn xieraq, tal-proċedura ta' l-istaġun miftuħ tagħhom;

     

    (b) jippromwovi l-użu effiċjenti u sikur tan-netwerks. Għal dan il-għan, huwa għandu jikkontribbwixxi għall-koordinazzjoni bejn it-TSOs, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u kull awtorità kompetenti nazzjonali pubblika oħra fit-twettiq ta' l-allokazzjoni u l-mekkaniżmi ta' salvagwardja komuni;

     

    (c) kull sena iressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fir-reġjun u dwar kull diffikultà jew xkiel tiegħu.

    Ġustifikazzjoni

    Il-koordinaturi reġjonali jista' jkollhom irwol importanti fl-iffaċilitar tad-djalogu bejn l-Istati Membri, primarjament fir-rigward ta' l-investimenti transkonfinali.

    Emenda  22

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti preliminari

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn [id-data ta’ traspożizzjoni biż-żieda ta’ sena waħda] ’il quddiem:

    1. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn [id-data ta’ traspożizzjoni biż-żieda ta’ sena waħda] ’il quddiem, l-impriżi vertikalment integrati għandhom jikkonformaw:

     

    - jew mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8, 8a u 8b; jew

     

    - mad-diżizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8a, 8b u 8c.

     

    Fil-każ ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8, 8a u 8b, l-Istati Membri għadhom jiżguraw li minn [id-data ta’ traspożizzjoni biż-żieda ta’ sena waħda]:

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda tippermetti lill-Istati Membri li jagħżlu bejn is-separazzjoni tas-sjieda jew is-separazzjoni effettiva u effiċjenti. Huwa marbut ma' l-AMD dwar l-Artikolu 28 li fiha l-Kummissjoni hija mitluba tirrevedi jekk separazzjoni effettiva u effiċjenti hijiex biżżejjed biex tikseb kompetizzjoni effettiva u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Emenda  23

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt (5) – parti preliminari

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Għandhom jiddaħħlu dawn l-Artikoli 8a u 8b:

    L-artikolu li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    Emenda  24

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt (5)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 8 c (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 8c

     

    Separazzjoni effettiva u effiċjenti tas-sistemi ta’ trażmissjoni

     

    1. It-TSOs għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, fiżiċi u finanzjarji kollha ta' l-impriża integrata vertikalment meħtieġa għan-negozju regolari tat-trażmissjoni ta’ l-elettriku, b’mod partikulari:

     

    (a) l-assi li huma meħtieġa għan-negozju regolari tat-trażmissjoni ta’ l-elettriku għandhom ikun l-proprjetà tat-TSO;

     

    (b)il-persunal meħtieġ għan-negozju regolari tat-trażmissjoni ta’ l-elettriku għandhom ikunu impġjegati mit-TSO;

     

    (c) il-kiri tal-persunal u l-forniment tas-servizzi lil u minn kwaunkwe fergħata’ l-intrapriżi integrati b’mod vertikali li jaħdmu fil-ġenerazzjonijew il-forniment għandu jkun limitat għall-każijiet mingħajr potenzjal diskriminatorju u jkunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex ikun eskluż it-tħassb dwar il-kompetizzjoni u l-kunflitt ta’ interess;

     

    (d) riżorsi finanzjarji adattati għall-proġetii ta’ investiment fil-ġejjieni għandhom iukunu disponibblu fiż-żmien adattat.

     

    2. L-attivitajiet meqjusa bħala meħtieġa għan-negozju regolari tat-trażmissjoni ta' l-elettriku msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

     

    (a) rappreżentanza mit-TSO u l-kuntatti ma' partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji;

     

    (b) l-għoti u l-immaniġġjar ta’ l-aċċess tal-parti terza;

     

    (c) il-ġbir ta' tariffi għall-aċċess;

     

    (d) ġbir ta' kirjiet u ħlasijiet ta’ konġestjoni skond il-mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistema ta’ inter-trażmissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003;

     

    (e) operazzjoni, manutenzjoni u żvilupp tas-sistema ta’ trażmissjoni;

     

    (f) pjanar ta’ investiment li jiżgura l-abilità fuq perjodu ta’ żmien fit-tul biex jilħaq domanda raġonevoli u jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista;

     

    (g) servizzi legali;

     

    (h) servizzi ta’ kontabilità u IT.

     

    3. It-TSO għandu jkollha l-identità korporattiva tagħha stess, differenti b’mod sinifikattiv mill-kumpanija integrata b’mod vertikali bil-kummerċ tal-marka, komunikazzjoni u bini separati.

     

    4. Il-kontijiet tat-TSOs għandhom ikunu vverifikati minn awditur li ma jkunx dak ta' l-impriża integrata b’mod vertikali jew tal-kumpaniji affiljati kollha tagħha.

     

    5. Deċiżjonijiet dwar il-ħatra u dwar kull tmiem prematur ta’ l-impjieg tal-kap eżekuttiv u ta' membri oħra tal-bord eżekuttiv tat-TSO u l-ftehimiet kuntrattwali dwar l-impjieg u t-tmiem tiegħu għandhom ikunu notifikati lill-awtorità regolatorja jew lil kull awtorità nazzjonali kompetenti oħra. Dawn id-deċiżjonijiet u l-ftehimiet għandhom jorbtu sakemm l-awtorità regolatorja jew xi awtorità pubblika nazzjonali kompetenti oħra tuża d-dritt tal-veto tagħha fi żmien 3 ġimgħat wara n-notifika. Veto jista’ jinħareġ f’każijiet ta’ ħatra u ftehimiet kuntrattwali jekk jitnisslu dubji serji dwar l-indipendenza professjonali ta’ l-uffiċjal eżekuttiv kap jew membru tal-bord eżekuttiv, jew fil-każ tat-terminazzjoni qabel iż-żmien ta’ l-impjieg u l-ftehimiet kuntrattwali fir-rigward tal-bażi għat-terminazzjoni ta' l-impjieg jew tal-ftehim kuntrattwali.

     

    6. Id-dritt għall-appell effettiv għand l-awtorità regolatorja jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra jew qorti għandu jkun iggarantit għal kull ilment mill-maniġment tat-TSO rigward it-terminazzjoni bikrija tal-kuntratti ta’ l-impjieg tagħhom stess.

     

    7. Wara t-terminazzjoni ta’ l-impjieg mit-TSO, l-uffiċjali kapijiet eżekuttivi ta’ qabel u l-membri tal-bord eżekuttiv ta’ qabel ta’ dik it-TSO m’għandhomx jaħdmu f’xi kapaċità f’xi fergħa ta’ l-intrapriża integrata b’mod vertikali u jwettqu funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew forniment għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin.

     

    8. L-uffiċjal kap eżekuttiv u l-membri tal-bord eżekuttiv tat-TSO m’għandux ikollhom xi interess ġo, jew jirċievu xi kumpens mingħand, kwalunkwe intrapriża li tagħmel parti mill-impriża integrata b’mod vertikali barra t-TSO. Is-salarju tagħhom m’għandu jiddependi bl-ebda mod fuq l-attivitajiet tal-kumpanija integrata b’mod vertikali ħlief dawk tat-TSO.

     

    9. Il-kap eżekuttiv jew il-membri tal-bord eżekuttiv tat-TSO jista’ ma jkollhomx responsabilità, direttament jew indirettament, għall-ħidmai ta’ kuljum ta’ kull fergħa oħra tal-kumpanija integrata b’mod vertikali.

     

    10. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, it-TSO għandu jkollha l-poteri effettivi tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod indipendenti mill-intrapriża integrata ta’ l-elettriku, fir-rigward ta’ l-assi meħtieġa biex topera, iżżomm jew tiżviluppa n-netwerk. Dan m’għandux ixekkel l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ kordinazzjoni adattati biex jiżgura li d-drittijiet ekonomiċi u tas-sorveljanza fuq il-ġestjoni tal-kumpanija prinċipali li jkollha l-kontroll f’idejha jkunu mħarsa fir-rigward ta’ dħul fuq l-assi f’sussidjarja, kif irregolat b’mod indirett f’konformità ma’ l-Artikolu 22c. B’mod partikulari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija prinċipali li tapprova l-pjan finanzjarju annwali jew strument ekwivalenti tat-TSO u li tistipula limiti ġenerali fuq il-livell tad-dejn tas-sussidjarja tagħha. Jekk il-pjan finanzjarju annwali, jew xi pjan finanzjarju ekwivalenti, ma jkunx approvat jew jinbidel mill-kumpanija prinċipali, il-każ għandu jkun irreferut lill-awtorità regolatorja għal deċiżjoni. Il-kumpanija prinċipali m’għandhiex titħalla tagħti istruzzjonijiet fil-ħidmiet ta’ kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali li jikkonċernaw il-kostruzzjoni jew it-titjib tal-linji ta’ trażmissjoni li ma jeċċedux it-termini tal-pjan finanzjarju approvat jew kwalunkwe strument ekwivalenti.

     

    11. Il-Presidenti tal-bord ta’ sorveljanza jew il-bord tad-diretturi tat-TSO m’għandhomx jaħdmu fi kwalunkwe kapaċità fi kwalunkwe parti ta’ l-intrapriża integrata b’mod vertikali u jwettqu funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew forniment.

     

    12. Il-bordijiet superviżorji jew bordijiet tad-diretturi ta' TSO għandhom jinkludu membri indipendenti, maħtura għal żmien ta’ mill-inqas ħames snin. Il-ħatra tagħhom għandha tkun innotifikata lill-awtorità regolatorja jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra u tkun torbot skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5.

     

    13. Għall-għanijiet tal-paragrafu 12, membru tal-bord ta’ sorveljanza jew il-bord tad-diretturi tat-TSO għandu jitqies bħala indipendenti jekk ikun liberu minn relazzjoni ta’ negozju jew ta’ xejra oħra fi kwalunkwe intrapriża integrata b’mod vertikali, l-azzjonisti li għandhom il-kontroll tagħha jew il-maniġment tagħhom li joħloq kunflitt ta’ interess li jxekkillu l-ġudizzju tiegħu, u b’mod partikulari:

     

    (a) ma kienx impjegat ta’ xi fergħa ta’ l-intrapriża integrata b’mod vertikali jwettaq funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew forniment fil-ħames snin qabel il-ħatra tiegħu fil-bord ta’ sorveljanza jew il-bord tad-diretturi;

     

    (b) m’għandux interess ġo u ma jirċivix kwalunkwe kumpens mill-intrapriża integrata b’mod vertikali jew kwalunkwe kumpanija affiljata tagħha barra t-TS;

     

    (c) m’għandu/m'għandha ebda relazzjoni ta’ negozju rilevanti ma’ xi fergħa tal-impriża integrata b’mod vertikali li twettaq funzjonijiet ta’ provvista matul il-ħatra tiegħu/tagħha fuq il-bord ta’ superviżjoni jew il-bord tad-diretturi;

     

    (d) m’huwiex membru tal-bord eżekuttiv ta’ kumpanija fejn l-intrapriża integrata b’mod vertikali taħtar il-membri fil-bord ta’ sorveljanza jew il-bord tad-diretturi.

     

    14. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-TSOs iwaqqfu u jimplimentaw programm ta’ konformità li jistipula l-miżuri meħuda biex jiżguraw li ma sseħħx mġiba diskriminatorja. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità regolatorja jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra. Il-konformità mal-programm għandha tkun issorveljata b’mod indipendenti minn uffiċjal tal-konformità. L-awtorità regolatorja għandu jkollha s-setgħa li timponi sanzjonijiet fil-każ ta’ implimentazzjoni mhux adattata tal-programm ta’ konformità.

     

    15. Il-kap eżekuttiv jew bord eżekuttiv tat-TSO għandu jaħtar persuna jew korp bħala uffiċjal ta’ konformità inkarigat mill- :

     

    (a) mis-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni tal-programm ta’ konformità;

     

    (b) mit-tressiq ta’ rapport annwali li jippreżenta l-miżuri li ttieħdu biex ikun applikat il-programm ta’ konformità, u jibagħtu lill-awtorità regolatorja;

     

    (c) mill-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta’ konformità u l-applikazzjoni tiegħu.

     

    16. L-indipendenza ta' l-uffiċjal ta' konformità għandha tkun garantita b'mod partikulari permezz tat-termini tal-kuntratt ta' impjieg tiegħu.

     

    17. L-uffiċjal tal-konformità għandu jkollu l-opportunità biex jindirizza b’mod regolari l-bord superviżorju jew bord tad-diretturi tat-TSO,u tal-kumpanija integrata b’mod vertikali u l-awtoritajiet regolatorji.

     

    18. L-uffiċjal tal-konformità għandu jkun preżenti fis-sessjonijiet kollha tal-bord tas-sorveljanza jew tal-bord tad-diretturi tat-TSO li jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

     

    (a) il-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess u l-konnessjoni max-xibka, inkluż il-ġbir tat-tariffi ta’ l-aċċess, il-kera tal-konġestjoni, u l-ħlasijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operatur ta’ sistema ta’ inter-trażmissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003;

     

    (b) proġetti mwettqa biex tkun operata, miżmuma u żviluppata s-sistema tax-xibka tat-trażmissjoni, inklużi l-investimenti fl-interkonnessjoni u l-konnessjoni;

     

    (c) ir-regoli tal-bilanċ, inklużi r-regoli dwar il-forza elettrika bħala riżerva;

     

    (d) ix-xiri ta’ l-enerġija biex ikopri t-telf ta’ l-enerġija.

     

    19. Waqt dawn is-sessjonijiet, l-uffiċjal ta' konformità għandu jagħmel mezz li ma tiġix żvelata b’mod diskriminatorju informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' ġeneratur jew tal-fornitur li tista’ tkun kummerċjalment sensittiva lill-bord ta' superviżjoni jew lill-bord tad-diretturi.

     

    20. L-uffiċjal tal-konformità għandu jkollu aċċess għall-kotba, ir-rekords u l-uffiċċji kollha rilevanti tat-TSO, kif ukoll għall-informazzjoni kollha meħtieġa fil-qadi tajjeb tad-dmirijiet tiegħu.

     

    21. L-uffiċjal tal-konformità għandu jkun maħtur u mneħħi biss mill-uffiċjal eżekuttiv kap jew mill-bord eżekuttiv wara approvazzjoni minn qabel mill-awtorità regolatorja.

    Ġustifikazzjoni

    L-Istati Membri li ma implimentawx is-separazzjoni tas-sjieda qed jingħataw l-opportunità li jilliberalizzaw aktar is-swieq tagħhom mingħajr ma jkollhom iduru għas-separazzjoni tas-sjieda.

    Emenda  25

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 6

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 9 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (6) L-Artikolu 9 paragrafu a għandu jinbidel kif ġej:

    (6) L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    1. Kull TSO għandu jkun responsabbli għal:

    "(a) l-iżgurar tal-kapaċità għaż-żmien fit-tul tas-sistema li tissodisfa domanda raġonevoli għat-trażmissjoni ta' l-elettriku, topera, iżżomm u tiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi sistemi ta' trażmissjoni sikuri, affidabbli u effiċjenti li jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-ambjnet, u li jippromowovu l-effiċjenza fl-enerġija u r-riċerka u l-innovazzjoni partikolarment fir-rigward ta' l-iżgurar tal-penetrazzjoni ta' l-għejun enerġetiċi li jiġġeddu u t-tixrid ta' teknoloġija b'livell baxx ta' karbonju".

    "(a) l-iżgurar tal-kapaċità għaż-żmien fit-tul tas-sistema li tissodisfa domanda raġonevoli għat-trażmissjoni ta' l-elettriku, topera, iżżomm u tiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi sistemi ta' trażmissjoni sikuri, affidabbli u effiċjenti li jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-ambjnet, u li jippromowovu l-effiċjenza fl-enerġija u r-riċerka u l-innovazzjoni partikolarment fir-rigward ta' l-iżgurar tal-penetrazzjoni ta' l-għejun enerġetiċi li jiġġeddu u t-tixrid ta' teknoloġija b'livell baxx ta' karbonju".

     

    (b) jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' kapaċità ta' trażmissjoni adegwata u affidabbiltà tas-sistema;

     

    (c) jikkontrolla ċ-ċirkulazzjoni ta' l-enerġija fuq is-sistema, waqt li jikkunsidra skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw sistema ta' l-elettriku tajba, ta' min jorbot fuqha u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex tiġi żgurata d-disponibilità tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, kemm-il darba din id-disponibilità tkun indipendenti minn kwalunkwe sistema ta' trażmissjoni oħra li magħha s-sistema tagħhom tkun interkonnessa;

     

    (d) jipprovdi lill-operatur ta' kwalunkwe sistema oħra li magħha s-sistema tiegħu tkun interkonnessa, b'informazzjoni biżżejjed biex jiżgura t-tħaddim sigur u effiċjenti, l-iżvilupp koordinat u l-interoperabbiltà tas-sistema interkonnessa;

     

    (e) jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, speċjalment favur l-impriżi relatati tiegħu;

     

    (f) jipprovdi lill-utenti ta' sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għal aċċess effiċjenti għas-sistema.

     

    (fa) jiżgura li l-benefiċċju tar-reġjun li qed jopera fih jitqies kif meħtieġ. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tat-titolari ta' l-ishma marbuta mal-ħtiġijiet tal-profitt u ta' l-interess ta' l-investiment, id-deċiżjonijiet operattivi u ta' l-investiment meħuda minn operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta' l-investiment Komunitarji u reġjonali skond l-Artikolu 2c u 2d tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq, l-integrazzjoni tas-suq u jkun imsaħħaħ il-qligħ soċjo-ekonomiku tal-welfare għall-inqas fuq livell reġjonali.

     

    2. It-TSOs għandhom jelaboraw pjan ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ għaxar snin mill-inqas kull sentejn. Huma għandhom jipprovdu miżuri effiċjenti biex jiggarantixxu s-suffiċjenza tas-sistema u s-sigurtà tal-provvista.

     

    3. Il-pjan ta' żvilupp fuq 10 snin għan-netwerk għandu b’mod partikulari:

     

    (a) jindika lill-parteċipanti tas-suq l-infrastrutturi ta’ trażmissjoni ewlenin li għandhom jinbnew matul l-għaxar snin li ġejjin.

     

    (b) jkun fih l-investimenti kollha li fir-rigward tagħhom diġà ttieħdet deċiżjoni ta' implimentazzjoni u jidentifika investimenti ġodda li dwarhom għad trid tittieħed deċiżjoni fit-tliet snin li ġejjin.

     

    4. Biex ikun elaborat dan il-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk ta' 10 snin, kull TSO għandu jagħmel ipoteżi raġonevoli dwar l-evoluzzjoni tal-ġenerazzjoni, il-konsum u l-iskambji ma’ pajjiżi oħra, u għandu jqis il-pjanijiet ta’ investiment għan-netwerk eżistenti fil-livell reġjonali u Ewropew. Kull TSO għandu jressaq fil-ħin abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għal 10 snin lill-entità nazzjonali kompetenti.

     

    5. L-entità nazzjonali kompetenti għandha tikkonsulta ma' l-utenti kollha relevanti ta' netwerk fuq il-bażi ta' l-abbozz imsemmi fil-paragrafu 4 b'mod miftuħ u trasparenti u jista' jippubblika r-riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni, b'mod partikulari l-bżonnijiet ta' investimenti possibbli.

     

    6. Il-korp nazzjonali kompetenti għandu jeżamina jekk il-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ 10 snin ikoprix il-ħtiġijiet kollha ta' investiment identifikati fil-konsultazzjoni. L-awtorità tista’ tobbliga lit-TSO li temenda l-pjan tagħha.

     

    7. Il-korp nazzjonali kompetenti għall-għanijiet tal-paragrafi 4, 5 u 6 jista’ jkun l-awtorità regolatorja nazzjonali, kwalunkwe awtorità pubblika nazzjonali kompetenti oħra jew it-‘trustee’ ta’ l-iżvilupp ta’ netwerk stabbilit mit-TSOs. Fil-każ aħħari, it-TSOs għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ l-istatuti, tal-lista tal-membri u tar-regoli ta’ proċedura għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti

     

    8. Jekk it-TSO ma jimplimentax investiment speċifiku elenkat fil-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk ta’ 10 snin li se jitwettaq fit-tliet snin li ġejjin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja jew kull awtorità nazzjonali kompetenti oħra tkun kompetenti biex tieħu waħda jew oħra minn dawn il-miżuri li ġejjin:

     

    (a) titlob lit-TSO biex iwettaq, bil-mezzi legali kollha l-obbligi ta' investiment tiegħu bl-użu tal-kapaċitajiet finanzjarji tiegħu; jew

     

    (b) tistieden investituri indipendenti biex jitfgħu offerti għall-investiment meħtieġ f’sistema ta’ trażmissjoni u, meta tagħmel hekk, tista’ tobbliga lit-TSO:

     

    - li taqbel mal-finanzjament minn parti terza;

     

    - biex jaqbel mal-bini min-naħa ta' kull parti terza ta' l-assi l-ġodda, jew biex jibni l-assi l-ġodda; jew

     

    - biex iħaddem l-assi l-ġodda.

     

    L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità regolatorja jew kwalunkwe awtorità pubblika nazzjonali kompetenti oħra.

     

    Fiż-żewġ każijiet, ir-regolazzjoni tat-tariffi għandha tippermetti dħul li jkopri l-ispejjeż ta’ investiment bħal dan.

     

    9. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha timmonitorja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment.

     

    10. It-TSOs għandhom ikunu obbligati li jistabbilixxu u jippubblikaw proċeduri trasparenti u effiċjenti għal konnessjoni mingħajr diskriminazzjoni ta’ impjanti ġodda mal-grilja. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra.

     

    11. It-TSOs ma għandhomx ikunu intitolati li jirriffjutaw il-konnessjoni ta’ impjant ġdid tal-qawwa ta' l-elettriku fuq il-bażi ta’ limitazzjonijiet possibbli fil-futur mal-kapaċitajiet disponibbli tan-netwerk, eż. konġestjoni f’partijiet imbiegħda tan-. It-TSOgħandha tkun obbligata tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa.

     

    It-TSOs ma għandhomx ikunu intitolati li jirriffjutaw punt ta' konnessjoni ġdid, fuq il-bażi unika li joħloq spejjeż addizzjonali marbuta maż-żieda tal-kapaċità meħtieġa ta’ l-elementi tan- fil-viċinanzi tal-punt ta' konnessjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Bħala t-tieni pilastru ta' l-UEE huma introdotti sanzjonijiet effettivi għar-regolaturi li jiggarantixxu li t-TSO ma jibqax fil-qagħda li tippermettilu li jwaqqaf l-investimenti fl-aċċess mhux diskriminatorju ta' proġetti ġodda ta' impjanti tal-qawwa ta' l-elettriku man-netwerk ta' distribuzzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għat-TSOs kollha. L-emendi proposti jisħqu b'mod partikolari li se jsiru investimenti meħtieġa anki kontra r-rieda tat-TSO, u li l-konnessjonijiet man-netwerks ta' distribuzzjoni ma jistgħux jkunu rriffjutati.

    Emenda  26

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt (8)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 10

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 10

    imħassar

    Operaturi tas-sistemi indipendenti

     

    1. Fejn mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, is-sistema ta’ trażmissjoni tkun tappartjeni lil impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-Artikolu 8(1), bil-kundizzjoni li jinħatar mill-awtorità regolatorja operatur tas-sistema indipendenti, fuq proposta minn sid is-sistema ta’ trażmissjoni u soġġett għall-approvazzjoni ta’ din il-ħatra min-naħa tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, impriżi integrati vertikalment li huma sidien ta’ sistema ta’ trażmissjoni fl-ebda każ ma għandhom jiġu mċaħħda milli jieħdu passi biex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 8(1).

     

    2. L-Istat Membru jista' japprova u jaħtar operaturi ta' sistema indipendenti biss meta:

     

    (a) l-operatur kandidat ikun wera li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8(1)(b) sa (d);

     

    (b) l-operatur kandidat ikun wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-finanzi, u r-riżorsi tekniċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu skond l-Artikolu 9;

     

    (c) l-operatur kandidat ikun intrabat li jikkonforma ma’ pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, propost mill-awtorità regolatorja;

     

    (d) il-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni jkun wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu skond il-paragrafu 6. Għal dawn il-finijiet, għandu jipprovdi abbozz ta’ l-arranġamenti kontrattwali kollha ma’ l-impriża kandidata u ma’ kwalunkwe impriża oħra rilevanti;

     

    (e) l-operatur kandidat ikun wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu skond ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku inkluża l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-livell Ewropew u dak reġjonali.

     

    3. L-impriżi li jkunu ġew iċċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala li kkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 8a u 10(2) għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi indipendenti tas-sistema mill-Istati Membri. Għandha tapplika l-proċedura ta' ċertifikazzjoni fl-Artikolu 8b .

     

    4. Meta l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni skond il-proċedura fl-Artikolu 8b u tara li l-awtorità regolatorja ma tkunx ikkonformat mad-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn, għandha, fi żmien sitt xhur, taħtar, fuq proposta mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija u wara li tkun semgħet il-fehmiet tal-proprjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, operatur ta' sistema indipendenti għal perjodu ta' 5 snin. F'kull ħin, sid is-sistema ta' trażmissjoni jista' jipproponi lill-awtorità regolatorja l-ħatra ta' operatur ta' sistema indipendenti ġdid skond il-proċedura fl-Artikolu 10(1).

     

    5. Kull operatur indipendenti tas-sistema għandu jkun responsabbli mill-għoti u mill-amministrazzjoni ta' l-aċċess minn terzi, inkluż il-ġbir ta' tariffi ta' l-aċċess, kirjiet għall-konġestjoni, u ħlasijiet skond il-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur ta' sistema ta' inter-trażmissjoni skond l-Artikolu 3 tar-Regolament 1228/2003, kif ukoll għall-operat, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta' trażmissjoni, u għall-iżgurar tal-kapaċità għaż-żmien fit-tul tas-sistema biex tiltaqa' ma' domanda raġonevoli permezz ta' pjjanar ta' l-investimenti. Waqt l-iżvilupp tan-netwerk, l-operatur tas-sistema indipendenti huwa responsabbli għall-ippjanar (inkluż il-proċedura ta' awtorizzazzjoni), il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta' infrastruttura ġdida. Għal dan il-għan, għandu jaġixxi bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni f’konformità ma’ dan il-Kapitolu. Il-proprjetarji ta' sistema ta' trażmissjoni ma jistgħux ikunu responsabbli mill-għoti u l-ġestjoni ta' l-aċċess ta' parti terza, u lanqas għall-ippjanar ta' l-investiment.

     

    6. Meta jkun inħatar operatur ta' sistema indipendenti, il-proprjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni għandu:

     

    (a) jipprovdi l-kooperazzjoni u l-appoġġ kollha rilevanti lill-operatur tas-sistema indipendenti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b’mod partikolari t-tagħrif kollu rilevanti;

     

    (b) jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur tas-sistema indipendenti u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jagħti l-kunsens tiegħu li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti; L-arranġament rilevanti ta' l-iffinanjzar għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja; Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta l-proprjetarju ta' l-assi flimkien ma' partijiet interessati oħra;

     

    (c) tipprovdi għall-kopertura tar-responsabbiltà li tikkonċerna l-assi tan-netwerk, eskluża r-responsabbiltà marbuta mal-kompiti ta' l-operatur tas-sistema indipendenti;

     

    (d) tipprovdi garanziji biex tiffaċilita kull espansjoni tan-netwerk bl-eċċezzjoni ta' dawk l-investimenti fejn, skond il-paragrafu b, tkun tat il-kunsens tagħha għall-finanzjament minn kwalunkwe parti interessata inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti.

     

    7. F’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali rilevanti fuq il-kompetizzjoni għandha tingħata s-setgħat kollha rilevanti sabiex tissorvelja b’mod effikaċi l-konformità ta' sid is-sistema ta’ trażmissjoni ma’ l-obbligi tiegħu skond il-paragrafu 6.

     

    Ġustifikazzjoni

    L-għażla ISO ma tipprovdix alternattiva vijabbli għas-separazzjoni tas-sjieda minħabba l-ispiża regolatorja eċċessiva tagħha.

    Emenda  27

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt (8)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 10 a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 10a

    imħassar

    Separazzjoni tal-proprjetarji tas-sistema ta' trażmissjoni

     

    1. Il-proprjetarji tas-sistema ta’ trażmissjoni, fejn operatur ta' sistema indipendenti jkun inħatar, li jkunu parti minn impriżi integrati vertiklament, għandhom ikunu indipendenti, għall-inqas f’termini tal-forma ġuridika, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, minn attivitajiet oħrajn li ma humiex relatati mat-trażmissjoni.

     

    2. Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:

     

    (a) dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi tal-kumpaniji ta’ l-impriża integrata ta' l-elettriku li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta’ kuljum tal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-forniment ta' l-elettriku;

     

    (b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni jitqiesu b’mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b’mod indipendenti;

     

    (c) il-prorjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jfassal programm ta' konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda mġiba diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-ħarsien ta' dan il-programm ikun issorveljat b'mod xieraq. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport ta’ kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew organu responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta’ konformità lill-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat.

     

    3. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida biex taċċerta l-konformità sħiħa u effettiva mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ta' sid is-sistema ta’ trażmissjoni. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

     

    Ġustifikazzjoni

    Dawn id-disspożizzjonijiet jibnu fuq l-Artikolu 10 u m’humiex rilevanti jekk l-Artikolu 10 tħassar.

    Emenda  28

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt (8) a (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 11 – paragrafu 7 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (8a) fl-Artikolu 11, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

     

    "7a. Għandha tingħata prijorità għall-elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, ġenerazzjoni kkombinata ta' sħana u elettriku u minn impjanti żgħar oħra ta' ġenerazzjoni, u l-ispejjeż sabiex jiġu kkollegati produtturi ġodda ta' elettriku minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u minn ġenerazzjoni kkombinata ta' sħana u elettriku, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. Sistema Ewropea li tistabbilixxi l-Livell għandha tiżgura li ma jkunx hemm xkiel għall-istimolu ta' impjanti ta' ġenerazzjoni deċentralizzata."

    Ġustifikazzjoni

    L-ispiża biex jitqabbdu sorsi ġodda ta' enerġija rinnovabbli, speċjalment "offshore wind farms" u impjanti ta' koġenerazzjoni tista' tnaqqas l-attrazzjoni ta' l-investimenti. Jeħtieġ li tariffi ċari u ġusti jkunu stabbilit li jqisu l-benefiċċji addizzjonali li dawn it-teknoloġiji jġibu magħhom.

    Emenda  29

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 a – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta’ l-awtorità regolatorja u jiżguraw li teżerċita l-poteri tagħha b’mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jiżgura li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta’ din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kull entità oħra pubblika jew privata, u li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jaġixxu indipendentement minn kull interess tas-suq u ma jippruvawx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata.

    2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22c(4)(a), l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta’ l-awtorità regolatorja u jiżguraw li teżerċita l-poteri tagħha b’mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jiżgura li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta’ din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kull entità oħra pubblika jew privata, u li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jaġixxu indipendentement minn kull interess tas-suq u ma jippruvawx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata.

    Emenda  30

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22c – paragrafu 1 – punt (e)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) tiżgura li ma jkunx hemm sussidji inkroċati bejn l-attivitajiet ta' trażmissjoni, distribuzzjoni u forniment;

    (e) tiżgura li ma jkunx hemm sussidji inkroċati bejn l-attivitajiet ta' trażmissjoni, distribuzzjoni u forniment, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22c(4)(a) dwar is-servizz universali;

    Emenda  31

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – paragrafu 1 – punt (g)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (g) is-sorveljanza tas-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk, u r-reviżjoni tar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk;

    (g) is-sorveljanza tas-sigurtà u l-affidabilità tan-netwerk, bl-iffissar jew l-approvazzjoni ta’ standards u ta' rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u l-provvista u r-reviżjoni tar-rendiment f'termini ta' kwalità tas-servizz u tal-forniment, regoli dwar is-sigurta’ u l-affidabilità tan-netwerk;

    Ġustifikazzjoni

    Xi awtoritajiet regolatorji nazzjonali diġà għandhom dan id-dmir li jissorveljaw l-operat tas-suq ta' l-elettriku anki f'termini ta' kwalità tal-provvista u tas-servizzi lill-konsumaturi. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu responsabbli għat-twaqqif jew l-approvazzjoni ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni kif ukoll għall-metodoloġiji tagħhom. Deċiżjonijiet meħuda mill-Awtoritajiet Regolatorji għandhom ikunu pubblikament ġustifikati. L-appelli għandhom ikunu f'idejn korp indipendenti u newtrali.

    Emenda  32

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12 Test propost mill-Kummissjoni

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – paragrafu 1 – punt (i)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i) tissorvelja l-livell ta’ ftuħ fis-suq u ta’ kompetizzjoni fil-livelli ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-boroż ta' l-elettriku, prezzijiet domestiċi, u kwalunkwe tixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, inkluż billi tipprovdi kull tagħrif rilevanti, filwaqt li tgħaddi l-każijiet rilevanti lill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni rilevanti;

    (i) tissorvelja l-livell ta’ ftuħ effettiv fis-suq u ta’ kompetizzjoni fil-livelli ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inkluż l-iskambju ta' l-elettriku, il-prezzijiet domestiċi, u rati għall-bdil tal-fornitur, il-kondizzjonijiet ta' ħlas minn quddiem adegwati li jirriflettu l-konsum reali kif ukoll ir-rati ta' qtugħ tas-servizz, l-ispejjeż ta' manutenzjoni u l-ilmenti domestiċi f'format stabbilit, kif ukoll kwalunkwe tixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, inkluż billi tipprovdi kull tagħrif rilevanti, filwaqt li tgħaddi l-każijiet rilevanti lill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni rilevanti;

    Ġustifikazzjoni

    L-għoti tas-setgħa lill-awtorità biex tissorvelja firxa aktar wiesgħa ta’ rati u tariffi huwa fl-interess ta’ għażla aħjar għall-konsumatur.

    Emenda  33

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt (12)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – Paragrafu 1 – punt (k)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (k) bla ħsara għall-kompetenza ta' l-awtoritajiet regolatorji l-oħra, tiżgura standards għoljin ta' servizzi universali u pubbliku għall-elettriku, il-protezzjoni ta' klijenti vunnerabbli, u li l-miżuri tal-ħarsien tal-konsumatur stipulati fl-Anness A jkunu effettivi;

    (k) bla ħsara għall-kompetenza ta' l-awtoritajiet regolatorji l-oħra, tiżgura, madwar l-UE, standards għoljin u trasparenti ta' servizzi universali u pubbliċi għall-elettriku tal-konsumaturi, inklużi ċ-ċittadini, u tiżgura l-protezzjoni ta' klijenti vulnerabbli, u li l-miżuri tal-ħarsien tal-konsumatur stipulati fl-Anness A jkunu effettivi;

    Ġustifikazzjoni

    Aktar kjarifika dwar id-dmirijiet ta’ l-awtorità sservi l-funzjoni tas-suq u finalment tibbenefika lill-konsumatur.

    Emenda  34

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – Paragrafu 1 – punt (m)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (m) tiżgura l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess għad-dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

    (m) tiżgura l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent inklużi l-prezzijiet u kwalunkwe spejjeż relatati, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat faċli biex jinftiehem għal dejta bħal din, il-ħlas minn qabel adegwat li jirrifletti l-konsum reali u l-aċċess pront għall-klijenti kollha għal din it-tip ta' dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

    Ġustifikazzjoni

    Aktar kjarifika dwar id-dmirijiet ta’ l-awtorità sservi l-funzjoni tas-suq u finalment tibbenefika lill-konsumatur.

    Emenda  35

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – paragrafu 3 – punti (b), (c) u (d)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) twettaq, f'kooperazzjoni ma' l-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni, investigazzjonijiet dwar l-operat tas-swieq ta' l-elettriku, u tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur ta' regoli tal-kompetizzjoni, dwar kull miżura xierqa meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u tiżgura l-operat kif suppost tas-suq, inkluż impjanti virtwali tal-qawwa elettrika;

    (b) twettaq, f'koperazzjoni ma' l-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni, investigazzjonijiet fl-operat tas-swieq ta' l-elettriku, u tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur ta' regoli tal-kompetizzjoni, dwar kull miżura xierqa meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u tiżgura l-operat kif suppost tas-suq;

    (c) titlob għal kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi ta' l-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

    (c) titlob għal kwalunkwe informazzjoni raġonevoli mill-impriżi ta' l-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

    (d) timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u disswassivi lil impriżi ta' l-elettriku li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew kwalunkwe deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja jew ta' l-Aġenzija;

    (d) timponi b'mod imparzjali, sanzjonijiet meħtieġa, proporzjonati u konsistenti fuq impriżi ta' l-elettriku li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew ma' kwalunkwe deċiżjoni li torbot ta' l-awtorità regolatorja jew ta' l-Aġenzija;

    Ġustifikazzjoni

    Il-ħidmiet u r-responsabilitajiet tar-regolaturi nazzjonali ma għandhomx ikunu mħawda ma' dawk ta' awtoritajiet rilevanti oħra u attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-partijiet li jistgħu jkunu milquta minn deċiżjonijiet regolatorji. F'dan ir-rigward, miżuri strutturali li jilħqu fil-bogħod bħall-impjanti virtwali tal-qawwa elettrika għandhom jitqiesu biss fil-kuntest tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE u għandhom ikunu applikati bil-verifiki u l-konfermi kollha meħtieġa.

    Emenda  36

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – paragrafu 4 – punt (a)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) tqabbid u aċċess man-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni. Dawn it-tariffi għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks.

    (a) tqabbid u aċċess man-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni u l-metodoloġiji tagħhom, jew b’mod alternattiv, il-metodoloġiji u s-sorveljanza tagħhom biex jiġu stabbiliti jew approvati t-tariffi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni. Dawn it-tariffi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tas-servizz universali jkunu jistgħu jintlaħqu u jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks. Dan jista’ jkopri trattament regolatorju speċjali għal investimenti ġodda;

    Ġustifikazzjoni

    Xi awtoritajiet regolatorji nazzjonali diġà għandhom dan id-dmir li jissorveljaw l-operat tas-suq ta' l-elettriku anki f'termini ta' kwalità tal-provvista u tas-servizzi lill-konsumaturi. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu responsabbli għat-twaqqif jew l-approvazzjoni ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni kif ukoll għall-metodoloġiji tagħhom. Deċiżjonijiet meħuda mill-Awtoritajiet Regolatorji għandhom ikunu pubblikament ġustifikati. L-appelli għandhom ikunu f'idejn korp indipendenti u newtrali.

    Emenda  37

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – paragrafu 12

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    12. Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu motiviati.

    12. Id-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu ġġustifikati u magħmula pubbliċi, proporzjonati u meħtieġa, b'attenzjoni speċjali mogħtija għall-opinjonijiet tal-parteċipanti tas-suq u l-obbligi kuntrattwali eżistenti, kif ukoll għall-ispejjeż mistennija u l-benefiċċji tad-deċiżjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Xi awtoritajiet regolatorji nazzjonali diġà għandhom dan id-dmir li jissorveljaw l-operat tas-suq ta' l-elettriku anki f'termini ta' kwalità tal-provvista u tas-servizzi lill-konsumaturi. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu responsabbli għat-twaqqif jew l-approvazzjoni ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni kif ukoll għall-metodoloġiji tagħhom. Deċiżjonijiet meħuda mill-Awtoritajiet Regolatorji għandhom ikunu pubblikament ġustifikati. L-appelli għandhom ikunu f'idejn korp indipendenti u newtrali.

    Emenda  38

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 c – paragrafu 13

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq livell nazzjonali li bihom parti affettwata minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali jkollha d-dritt għall-appell lil entità indipendenti mill-partijiet involuti.

    13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq livell nazzjonali li bihom parti affettwata minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali jkollha d-dritt għall-appell lil entità ġudizzjarja nazzjonali jew awtorità nazzjonali indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.

    Ġustifikazzjoni

    Xi awtoritajiet regolatorji nazzjonali diġà għandhom dan id-dmir li jissorveljaw l-operat tas-suq ta' l-elettriku anki f'termini ta' kwalità tal-provvista u tas-servizzi lill-konsumaturi. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu responsabbli għat-twaqqif jew l-approvazzjoni ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni kif ukoll għall-metodoloġiji tagħhom. Deċiżjonijiet meħuda mill-Awtoritajiet Regolatorji għandhom ikunu pubblikament ġustifikati. L-appelli għandhom ikunu f'idejn korp indipendenti u newtrali.

    Emenda  39

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 f– paragrafu 1 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a. Awtorità msemmija f'paragrafu 1 tista' tirrikjedi d-dejta minn impriża ta' forniment jekk din l-awtorità għandha bżonn validu biex twettaq investigazzjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Ir-regolaturi għandu jkollhom l-abilità li jkollhom aċċess għall-informazzjoni tas-suq bl-ingrossa, iżda jekk dan kellu jsir b'mod mhux xieraq tinħoloq spiża żejda fuq in-negozju u xkiel fuq dawk li jkun qed jippruvaw jidħlu fis-suq. Filwaqt li ma jaffettwax l-obbligu li tinżamm id-dejta, id-Direttiva għandha tiddefinixxi kif l-awtoritajiet tar-regolazzjoni u tal-kompetizzjoni nazzjonali u l-Kummissjoni jkun jista' jkollhom aċċess għal dan it-tagħrif.

    Emenda  40

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 12

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 22 f – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. L-awtorità regolatorja tista’ tiddeċiedi li tagħmel disponibbli lill-parteċipanti fis-suq l-elementi ta’ din l-informazzjoni, sakemm ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji li jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE.

    3. 3. L-awtorità regolatorja għandha tressaq rapport dwar ir-riżultat ta' l-investigazzjonijiet tagħha jew dwar ir-rikjesta tagħha lill-parteċipanti fis-suq għal elementi ta’ din l-informazzjoni, waqt li tiżgura li ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex tiżgura li dejjem ikun hemm trasparenza fit-teħid tad-deċiżjoni waqt li fl-istess ħin tkun irrispettata l-kunfidenzjalità kummerċjali, jeħtieġ li paragrafu 3 jkun emendat.

    Emenda  41

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 14 a (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Artikolu 28 – paragrafu 3 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14a) fl-Artikolu 28, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

     

    "3a. Sal-...*, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi korp ta' evalwazzjoni professjonali indipendenti li jirrevedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, u wara li stabbilixxa l-kriterji tiegħu, id-dispożizzjonijiet rigward is-separazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-impatt tagħhom fuq l-operat tas-suq intern għall-elettriku. Dan il-korp għandu jeżamina, b'mod partikolari, jekk l-implimentazzjoni tas-separazzjoni tas-sjieda kif ukoll separazzjoni effettiva u effiċjenti waslitx għal kompetizzjoni ġusta u effettiva fis-suq intern għall-elettriku. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati ta' din ir-reviżjoni fil-kuntest tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dan ir-rapport għandu jqis, b'mod partikolari, il-bżonn għall-Kummissjoni li tipproponi emendi għad-Direttiva, wara li tikkonsulta mal-Parlament Ewropew. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx bżonn emendi jew le għandha tiġi akkumpanjata bi stqarrija dettaljata tar-raġunijiet. Jekk ikun meħtieġ, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

    ___________

    * Sitt snin mid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva li temenda."

    Ġustifikazzjoni

    Din il-bidla tistieden lill-Kummissjoni biex twettaq proċedura ta' reviżjoni bir-reqqa ta' l-impatt tad-dispożizzjonijiet ta' seperazzjoni (unbundling) u b'mod partikolari is-suċċess ta' separazzjoni effettiva u effiċjenti. Il-Kummissjoni hija mitluba tressaq rapport dwar ir-reviżjoni u biex tipproponi, fejn xieraq, il-bidliet meħtieġa għad-Direttiva fil-każ li separazzjoni effettiva u effiċjenti tidher li ma tkunx biżżejjed.

    Emenda  42

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 14 b (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A – punt (a)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14b) f l-Anness A, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "(a) ikollhom id-dritt ta' kuntratt mal-fornitur ta' l-elettriku tagħhom li jispeċifika:

     

    - l-identita' u l-indirizz tal-fornitur,

     

    - is-servizzi provduti, il-livelli ta' kwalità tas-servizz offrut, kif ukoll l-iskadenza neċessarja għall-bidu tas-servizz,

     

    - [] it-tipi ta’ manutenzjoni li joffru,

     

    - il-metodi kif tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-totalità tat-tariffi applikabbli u l-ispejjeċ ta' manutenzjoni,

     

    - it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet ta' tiġdid u ta' terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, l-eżistenza ta' dritt li wieħed ixolji l-kuntratt mingħajr ma jeħel spejjeż,

     

    - il-kumpens u l-metodi ta' radd lura ta' flus li jistgħu japplikaw fil-każ li l-livelli ta' kwalità tas-servizzi previsti fil-kuntratt ma jintlaħqux, inkluża kontijiet mhux eżatti u li jdumu ma jinħarġu,

     

    - il-metodu ta’ l-inizjar tal-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet b'konformità mal-punt 8(f),

     

    - informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi, inklużi dawk kollha msemmija hawn fuq, ikkomunikati b’mod regolari, b'mod ċar u li jinftiehmu faċilment permezz tal-posta jew tal-posta elettronika u,

     

    - id-dettalji ta' l-awtorità kompetenti ta' rikors kif ukoll id-dettalji tal-proċedura li għandha tittieħed mill-konsumaturi fil-każ ta' tilwima."

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hi maħsuba biex tiggarantixxi lill-konsumaturi d-dritt essenzjali tagħhom għat-trasparenza f'dak li jikkonċerna l-kuntratgti. L-aċċess għal din l-informazzjoni huwa element essenzjali tal-protezzjoni tal-konsumaturi u għandha titfakkar fil-Karta tal-konsumaturi ta' l-enerġija li se ssir fil-futur.

    Emenda  43

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 - punt 14 c (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A – punt (b)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14c) f l-Anness A, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "(b) jiġu infurmati fiż-żmien xieraq dwar kull intenzjoni li jiġu modifikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali u jiġu infurmati bid-dritt tagħhom li jirtiraw mill-kuntratt mingħajr ma jeħlu spejjeż fil-mument li jiġu infurmati bl-intenzjoni li l-kuntratt jiġi modifikat. Il-fornituri tas-servizzi għandhom jinfurmaw immedjatament lill-abbonati tagħhom b’kull żieda fil-prezzijiet, fi żmien xieraq u mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu normali li fih jirċievu l-kont wara li ż-żieda tidħol fis-seħħ u b’mod trasparenti u li jinftiehem. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-klijenti huma ħielsa li jirtiraw minn kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet ġodda notifikati lilhom mill-fornitur tagħhom tas-servizz ta’ l-elettriku;"

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hi maħsuba biex tiggarantixxi lill-konsumaturi d-dritt essenzjali tagħhom għat-trasparenza f'dak li jikkonċerna l-kuntratgti. L-aċċess għal informazzjoni ċara u li tinftiehem huwa element essenzjali tal-protezzjoni tal-konsumaturi u għandha titfakkar fil-Karta tal-konsumaturi ta' l-enerġija li se ssir fil-futur.

    Emenda  44

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 - punt 14 d (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A – punt (c)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14d) f l-Anness A, il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "(c) jirċievu informazzjoni trasparenti indipendenti u kumparabbli dwar il-prezzijiet u t-tariffi prattikati, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli f'dak li jikkonċerna l-aċċess għas-servizzi ta' l-elettriku u l-użu ta' dawn is-servizzi fil-livell nazzjonali u Komunitarji,"

    Ġustifikazzjoni

    L-aċċess għal informazzjoni ċara li tippreżenta elementi kumparabbli hu element essenzjali fl-għażla u għalhekk tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Dan għandu jitfakkar fil-Karta tal-konsumaturi ta’ l-enerġija li se ssir fil-futur.

    Emenda  45

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 14 e (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A – punt (d)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14e) f l-Anness A, il-punt (d) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "(d) jingħataw għażla wiesgħa ta’ metodi ta’ ħlas biex ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-klijenti vulnerabbli, li għandhom jinkludu miters imħallsin minn qabel u sistemi ta' kalkulazzjoni tat-tariffi mingħajr ħlas, jekk ikun il-każ. Kull differenza fit-termini u l-kundizzjonijiet għandha tirrifletti l-ispejjeż għall-fornitur tas-sistemi differenti ta’ ħlas. Termini u kundizzjonijiet għandhom ikunu ġusti u trasparenti. Għandhom jingħataw b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Il-klijenti għandhom ikunu protetti minn metodi mhux ġusti ta’ bejgħ jew li jqarrqu, b'konformità mad-Direttiva 2005/29/KE, inkluż kull ostaklu mhux kuntrattwali imposti mill-operatur,"

    Ġustifikazzjoni

    Hu indispensabbli li l-konsumaturi vulnerabbli jiġu protetti b'mod iktar speċifiku, b'mod partikulari mill-metodi ta' bejgħ imsemmija fid-Direttiva 2005/29/KE tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern. F'dan id-dawl, il-Karta tal-konsumaturi ta' l-enerġija li se ssir fil-futur għandha tagħti post essenzjali lill-miżuri li jkollhom bħala objettiv il-konsumaturi vulnerabbli.

    Emenda  46

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 14 f (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A – punt (f)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (14f) f l-Anness A, il-punt (f) għandu jinbidel b’dan li ġej:

     

    "(f) jittieħed benefiċċju minn proċeduri trasparenti, sempliċi u rħas biex jiġu riżolti l-ilmenti tagħhom. B'mod partikolari, il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għat-twassil tas-servizz u tat-teħid ta' azzjoni fuq l-ilmenti tagħhom mill-fornitur tas-servizz ta' l-elettriku, konformi ma' l-Istandards Internazzjonali ISO 10001, ISO 10002, u ISO 10003. Proċeduri bħal dawn għandhom iwasslu biex tilwimiet jiġu riżolti b’mod ġust u fil-waqt u fi żmien tliet xhur b’dispożizzjoni, fejn meħtieġ, ta’ sistema ta’ rimborż u/jew kumpens. Għandhom isegwu, fejn possibbli, il-prinċipji stipulati fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/257/KE;"

    Ġustifikazzjoni

    L-ISO 10001 jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-konsumatur permezz ta' l-istabbiliment ta' linji gwida għall-kodiċi ta' kondotta. L-ISO 10002 jipprovdi linji gwida dwar il-ġestjoni ta' l-ilmenti. L-ISO 10003 jipprovdi linji gwida għas-soluzzjoni tat-tilwim 'il barra mill-organizzazzjonijiet.

    Emenda  47

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 15

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A – punt (h)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (h) għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-dejta dwar il-konsum, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe impriża li għandha liċenzja ta’ forniment ta' aċċess għad-dejta tagħha dwar il-kejl. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta ikollha l-obbligu li tgħaddi din id-dejta lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-dejta kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-dejta. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

    (h) għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-dejta dwar il-konsum, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe impriża li għandha liċenzja ta’ forniment ta' aċċess għad-dejta tagħha dwar il-kejl li tista’ tinkludi l-provvista enerġetika disponibbli f’zona preċiża u l-mekkaniżmi kollha nazzjonali u Komunitarji li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta ikollha l-obbligu li tgħaddi din id-dejta lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-dejta kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-dejta. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

    Ġustifikazzjoni

    L-inklużjoni ta' dan it-tip ta' informazzjoni għandha tinkoraġġixxi imġiba responsabbli fir-rigward ta' l-impatt ambjentali u ttejjeb f'dan il-qasam l-influwenza pożittiva tal-konsumaturi fuq in-natura tas-suq. L-obbligu li tingħata din l-informazzjoni għandu jkun indikat lill-konsumaturi permezz tal-Karta tal-konsumaturi ta' l-enerġija li se ssir, li huwa mixtieq li tintbagħaqt lill-klijenti meta jidħlu f'kull kuntratt ġdid.

    Emenda  48

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 15

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A - punt (i)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i) għandhom kull xahar jiġu infurmati tajjeb dwar il-konsum attwali ta' l-elettriku u l-ispejjeż. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

    (i) għandhom kull xahar jiġu infurmati tajjeb dwar il-konsum reali ta’ l-elettriku u l-ispejjeż, li jista’ jinkludi l-fornitur ta' l-enerġija disponibbli f’zona speċifika u l-miżuri kollha nazzjonali u Komunitarji li jippromwovu l-effiċjenza ta' l-enerġija, u għandu jkollhom aċċess lest għal dan it-tagħrif matul ix-xahar kollu. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz. Għandhom jiġu installati mijters intelliġenti li jindikaw b'mod preċiż il-konsum ta' l-enerġija u s-sigħat tal-konsum.

    Ġustifikazzjoni

    Smart meters jikkomunikaw il-konsum attwali lill-fornitur u jinfurmaw lill-konsumatur bil-prezz tal-konsum attwali. Dan jista’ jippermetti lill-konsumaturi biex inaqqsu d-domanda f’ħinijiet ta’ konsum għoli u jraħħsu l-prezzijiet ta’ l-enerġija. Il-Karta li se ssir fil-futur għandha ssemmi l-eżistenza tagħhom u tħeġġeġ l-użu tagħhom.

    Emenda  49

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 15 a (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A - paragrafu 1 a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15a) fl-Anness A, il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

     

    " Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija. Din il-Karta għandha tipprovdi referenza għal linji gwida li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri, ir-regolaturi nazzjonali, l-Aġenzija u l-Kummissjoni."

    Ġustifikazzjoni

    Ladarba tiġi stabbilita, il-Karta dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija għandha titqies bħala lista sħiħa tad-drittijiet tal-konsumaturi fis-settur ta' l-enerġija, u għalhekk użata mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej kollha meta l-fornituri tas-servizz ta' l-enerġija jkunu qed jiġu rregolati.

    Emenda  50

    Proposta għal direttiva – li temenda l-att

    Artikolu 1 – punt 15 b (ġdid)

    Direttiva 2003/54/KE

    Anness A - paragrafu 1 b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (15b) fl-Anness A, il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

     

    "Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, inkluż, inter alia, meta standards ulterjuri marbuta mal-punt (f) ikunu żviluppati, biex jinkorporaw biċ-ċar dawn id-drittijiet artikolati fil-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija, fejn meħtieġ u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adotatta skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27b(3)."

    Ġustifikazzjoni

    Id-drittijiet kollha applikabbli, artikolati fil-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija li huma addizzjonali ma' dawk li diġà jinsabu fl-Anness A, lilhinn mir-rekwiżiti stipulati f-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, għandhom jiżdiedu mad-Direttiva u mogħtija saħħa legali sħiħa. L-Anness A jista' jeħtieġ aġġornament ulterjuri fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' standards ġodda, ta' esperjenza ma' l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u kull problema emerġenti tal-konsumatur, kif meħtieġ biex jinkisbu r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 3.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Suq intern ta' l-elettriku

    Referenzi

    COM(2007)0528 – C6-0316/2007 – 2007/0195(COD)

    Kumitat responsabbli

    ITRE

    Opinjoni mressqa minn

           Data mħabbra fis-sessjoni plenarja

    IMCO

    11.10.2007

     

     

     

    Rapporteur għal opinjoni

           Data tal-ħatra

    Alexander Lambsdorff

    3.10.2007

     

     

    Diskussjoni fil-kumitat

    27.11.2007

    22.1.2008

    28.2.2008

    2.4.2008

    Data ta' l-adozzjoni

    8.4.2008

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    35

    3

    2

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Marian Zlotea

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Emmanouil Angelakas, Colm Burke, Giovanna Corda, Bert Doorn, Brigitte Fouré, Benoît Hamon, Joel Hasse Ferreira, Olle Schmidt, Gary Titley

    Sostitut(i) skond ir-Regola 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

    Niels Busk, Bilyana Ilieva Raeva

    PROĊEDURA

    Titolu

    Suq intern ta' l-elettriku

    Referenzi

    COM(2007)0528 – C6-0316/2007 – 2007/0195(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    19.9.2007

    Kumitat responsabbli

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ITRE

    11.10.2007

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ECON

    11.10.2007

    ENVI

    11.10.2007

    IMCO

    11.10.2007

     

    Opinjonijiet mhux mogħtija

    Data tad-deċiżjoni

    ENVI

    9.10.2007

     

     

     

    Rapporteur(s)

    Data tal-ħatra

    Eluned Morgan

    9.10.2007

     

     

    Eżami fil-kumitat

    21.11.2007

    19.12.2007

    23.1.2008

    29.1.2008

     

    31.1.2008

    27.2.2008

    26.3.2008

    8.4.2008

     

    21.4.2008

     

     

     

    Data ta’ l-adozzjoni

    6.5.2008

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    31

    17

    2

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Jan Březina, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Daniel Caspary, Dorette Corbey, Göran Färm, Juan Fraile Cantón, Robert Goebbels, Gunnar Hökmark, Vittorio Prodi

    Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Daniel Strož