RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)

23.5.2008 - (COM(2007)0602 – C6‑0454/2007 – 2007/0223(CNS)) - *

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Marie-Hélène Aubert

Proċedura : 2007/0223(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0193/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)

(COM(2007)0602 – C6‑0454/2007 – 2007/0223(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0602),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0454/2007),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0193/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentament tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a) Sabiex ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO dwar in-nondiskriminazzjoni u t-trattament nazzjonali, xejn f'dan ir-regolament m'għandu jwassal għal trattament diskriminatorju fir-rigward ta' miżuri meħuda biex jiġi kkumbattut is-sajd illeċitu, mhux dikjarat u mhux regolamentat (IUU).

Ġustifikazzjoni

Sabiex ma jinkisrux l-obbligi tad-WTO, dawn għandhom jissemmew fl-Artikolu 1 ukoll.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) L-ibgħad reġjuni ta’ l-Unjoni Ewropea, deskritti fl-Artikolu 299 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 349 tat-Trattat ta’ Liżbona, jeħtieġu attenzjoni partikolari fil-ġlieda kontra sajd illegali IUU, minħabba l-fraġilità eċċezzjonali ta’ l-ekosistemi tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skond il-Pjan Internazzjonali ta’ Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta’ sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati, fejn:

1. Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet:

– immexxija minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ xi Stat, mingħajr il-permess ta’ dak l-Istat, jew b’kontravenzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

– immexxija minn bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stati msieħba f’xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw b’kontravenzjoni tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli;

– bi vjolazzjoni tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk assunti minn Stati f’kooperazzjoni ma’ xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.

2. Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta’ sajd:

– li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, b’kontravenzjoni tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali;

– imwettqa fiż-żona tal-kompetenza ta’ xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, b’kontravenzjoni tal-proċeduri ta’ l-irrapportar ta’ dik l-organizzazzjoni.

3. Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta’ sajd:

– fiż-żona ta’ l-applikazzjoni ta’ xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li jitmexxew minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta’ Stat mhux imsieħeb f’dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b’manjiera inkonsistenti jew li tikkontraveni l-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar ta’ dik l-organizzazzjoni;

– f’żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitmexxew b’manjiera inkonsistenti mar-responsabbiltajiet Statali għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali;

(5) Skond il-Pjan Internazzjonali ta’ Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta’ sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati.

Ġustifikazzjoni

Dan it-test huwa ta' l-Artikolu bid-definizzjonijiet.

Emenda4

Premessa 13

(13) L-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva u li tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta’ ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.

(13) L-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; Bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva, li r-rintraċċjament ikun garantit u li tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta’ ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Dan l-għan speċifiku għandu jissemma.

Emenda5

Premessa 14

(14) Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet tal-kapaċità ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ċertifikazzjoni;

(14) Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet kollha tal-kapaċità ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ċertifikazzjoni u għandha tgħinhom jevitaw ostakli potenzjali mhux tariffarji għall-kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Mhux biżżejjed li r-restrizzjonijiet tal-kapaċità sempliċement jitqiesu jekk l-iskema ta' ċertifikazzjoni trid tiffunzjona b'mod sħiħ.

Emenda6

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a) L-għajnuna tista' tkun disponibbli, inter alia, fil-forma ta' għajnuna finanzjarja u assistenza teknika kif ukoll bħala programmi ta' taħriġ.

Emenda7

Premessa 34

(34) Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma’ Stati terzi hija essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati. Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;

(34) Il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma’ Stati terzi huma essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati fil-futur. Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki huma meħtieġa wkoll.

Emenda8

Premessa 37

(37) Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta’ gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b’mod serju l-kisba ta’ l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f’periklu s-sostenibbiltà ta’ l-istokkijiet ikkonċernati jew il-konservazzjoni ta’ l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament 2847/93 fil-qasam ta’ l-ispezzjonar ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta’ l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta’ sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b’dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b’dan ir-Regolament.

(37) Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta’ gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b’mod serju l-kisba ta’ l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f’periklu is-sopravivenza tas-sajjieda li jwettqu xogħolhom b’mod legali, s-sostenibbiltà tas-settur u ta’ l-istokkijiet ikkonċernati u l-konservazzjoni ta’ l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament 2847/93 fil-qasam ta’ l-ispezzjonar ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta’ l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta’ sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b’dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li tiġi speċifikata n-natura tat-theddida eżistenti.

Emenda9

Artikolu 1, paragrafu 2

2. Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f’dan ir-Regolament.

2. Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja u skond l-obbligi internazzjonali kemm dawk multilaterali u kif ukoll dawk bilaterali,, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ma jinkisrux obbligi multilaterali jew bilaterali, dawn l-obbligi għandhom jissemmew fl-Artikolu 1 ukoll.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- a) is-sajd IUU jfisser sajd ikkunsidrat illegali, mhux dikjarat jew mhux irregolat, fejn:

1. Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet:

– imwettqa minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ xi Stat, mingħajr il-permess ta’ dak l-Istat, jew b’kontravenzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

– imwettqa minn bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stati msieħba f’xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw b’kontravenzjoni tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli, jew

– bi vjolazzjoni tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk assunti minn Stati f’kooperazzjoni ma’ xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.

2. Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta’ sajd:

– li ma jkunux ġew irrappurtati, jew ikunu ġew irrappurtati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, b’kontravenzjoni tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali;

– imwettqa fiż-żona ta’ kompetenza ta’ xi organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, b’kontravenzjoni tal-proċeduri ta’ l-irrapportar ta’ dik l-organizzazzjoni.

3. Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta’ sajd:

– fiż-żona ta’ l-applikazzjoni ta’ xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti għall-ġestjoni tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta’ Stat mhux imsieħeb f’dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b’manjiera inkonsistenti jew li tikkontraveni l-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar ta’ dik l-organizzazzjoni.

– f’żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu b’manjiera inkonsistenti mar-responsabbiltajiet ta’ l-Istat għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' sajd IUU għandha tidher fl-Artikolu bid-definizzjonijiet, aktar milli fi Premessa.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) "Bastiment tas-sajd": kull bastiment ta’ kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta’ sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta’ sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;

a) "Bastiment tas-sajd": "Bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment ta’ kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta’ sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, tar-refriġerazzjoni, ta’ l-iffriżar jew ta’ l-iproċessar tagħhom abbord jew tat-trasport, inklużi vapuri ta’ sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;

Ġustifikazzjoni

Jekk l-għan huwa li prodotti tas-sajd IUU ma jitħallewx jiddaħħlu fl-UE, għandu jiġi ċċarat li r-regolament ikopri kwalunkwe tip ta’ bastiment li jkun kapaċi jittrasporta tali prodotti irrispettivament mill-forma li jaslu fiha fil-portijiet tal-Komunità jew il-kwantitajiet involuti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h) “Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd" tfisser : organizzazzjoni jew arranġament b’kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, biex jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar għal stokkijiet ta’ ħut transżonali jew stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna li jkunu fiż-żona ta’ baħar internazzjonali li tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;

h) “Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd" tfisser : organizzazzjoni jew struttura b’kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, b’kompetenza biex tistipola miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar ta’ l- stokkijiet ta’ ħut li jgħixu fiż-żona ta’ baħar internazzjonali rilevanti li tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;

Ġustifikazzjoni

LRFMOs m’humiex limitati għall-istokkijiet transżonali jew migratorji. Din id-definizzjoni, għalhekk, għandu jkollha sens aktar ġenerali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

j) ħa jew żbarka ħut prematur; jew

j) żbarka ħut prematur jew; jew

Ġustifikazzjoni

Il-qbid ta’ ħut prematur mhux illegali, għalhekk m’għandux jiġi inkluż hawnhekk.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) wettaq xi attivitajiet ta’ sajd fiż-żona ta’ Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b’manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ dik l-organizzazzjoni jew b’kontravenzjoni tagħhom u jkun ta’ bandiera ta’ Stat mhux imsieħeb f’dik l-organizzazzjoni, jew jew

a) wettaq xi attivitajiet ta’ sajd fiż-żona ta’ Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b’manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ dik l-organizzazzjoni jew b’kontravenzjoni tagħhom jew ikun ta’ bandiera ta’ Stat mhux imsieħeb f’dik l-organizzazzjoni; jew

Ġustifikazzjoni

Bastimenti li jtajru bnadar ta' pajjiżi li ma jappartjenux għal RFMO għandhom jingħaddu bħala IUU minħabba li b’definizzjoni, huma jistadu b’mod mhux regolat

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a L-aċċess għal portijiet ta’ l-Istati Membri, il-forniment ta’ servizzi portwali, u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar abbord, trasbord jew żbarkament f’tali portijiet għandhom jiġu pprojbiti għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jkunu inklużi fil-lista Komunitarja ta' bastimenti tas-sajd IUU skond l-Artikoli 26 u 29.

Ġustifikazzjoni

Indipendentament mill-paragrafu 2, mhux superfluwu li jiġi ċċarat li l-aċċess għall-portijiet ta’ l-Istati Membri se jkun ipprojbit għal bastimenti inklużi fil-lista tas-sajd IUU.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ħlief f’każi ta’ xi forza maġġuri, l-aċċess għall-portijiet ta’ l-Istati Membri, il-provvediment ta’ servizzi tal-port, u t-tmexxija ta’ operazzjonijiet ta’ żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta’ dan ir-Regolament.

2. L-aċċess għall-portijiet ta’ l-Istati Membri, il-provvediment ta’ servizzi tal-port, u t-tmexxija ta’ operazzjonijiet ta’ żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1a, jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-paragrafu 1 a ġdid , sabiex jiġu inklużi bastimenti li m’humiex inklużi fil-lista ta’ bastimenti tas-sajd IUU u ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a F’każijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ diffikulta, il-bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 a u 2 jistgħu jidħlu fil-portijiet ta’ Stati Membri biex jagħmlu użu mis-servizzi portwali u mill-miżuri li huma strettament neċessarji sabiex jitrattaw l-emerġenza.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu l-ġdid huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi l-paragrafi 1 a u 2. Jeħtieġ li ssir ukoll dispożizzjoni għal sitwazzjonijiet ta' forza maġġuri jew ta’ periklu ġenwin, iżda huwa neċessarju wkoll li jiġi assigurat kemm jista’ jkun possibbli li tali ċirkostanzi ma jiffaċilitawx l-iżbark jew it-trasbord ta’ prodotti tas-sajd IUU.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Trasbordi bejn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi jew bejn dawn ta’ l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti fl-ilmijiet Komunitarji u għandhom isiru biss fil-port, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3. Fl-ibħra Komunitarji, l-operazzjonijiet ta’ trasbord bejn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi jew bejn dawn ta’ l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti ħlief f’dawk il-portijiet identifikati għal dan il-għan,, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Ġustifikazzjoni

Biex it-test ikun aktar ċar. Ta' min jinnota li l-Kunsill Reġjonali ta' Konsulenza għal flotta fuq distanza twil jitlob biex it-trasbord fuq il-baħar jiġi pprojbit.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru ma jkunux awtorizzati li jittrasbordaw fuq il-baħar ħut maqbud minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi barra mill-ilmijiet Komunitarji.

4. Lilhinn mill-ibħra Komunitarji, l-operazzjonijiet ta' trasbord fuq il-baħar bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru jew bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru u bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi huma pprojbiti.

Ġustifikazzjoni

Biex it-test ikun aktar ċar. Ta' min jinnota li l-Kunsill Reġjonali ta' Konsulenza għal flotta fuq distanza twil jitlob biex it-trasbord fuq il-baħar jiġi pprojbit.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw post biex jintuża għall-iżbarki jew post viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn ikunu permessi żbarki jew operazzjonijiet ta’ trasbord ta’ ħut imsemmija fil-paragrafu 2.

1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw portijiet biex jintużaw għall-iżbarkar jew viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn is-servizzi portwali, l-operazzjonijiet ta’ żbark u ta’ trasbord ta’ ħut imsemmija fil-paragrafu 2 jkunu awtorizzati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ċċarat l-użu tal-kliem u sabiex tiġi assigurata konsistenza akbar mal-paragrafu 2, li jinkludi wkoll is-servizzi offruti fil-portijiet.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta’ żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:

1. Ħlief għal każi ta’ forza maġġuri, il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta’ żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun hemm bżonn li bastiment jidħol f’port minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp jew minħabba ħsara mekkanika, mhux dejjem ikun possibbli li dan jikkonforma mar-rekwiżit li l-awtoritajiet jiġu avżati 72 siegħa minn qabel.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ga) kwantitajiet li għandhom jinħattu jew jiġu trasbordati.

Ġustifikazzjoni

Il-bastiment mhux bilfors ikollu l-ħsieb li jħott jew jittrasborda l-qabdiet kollha msemmija fil-punt f).

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura istitwita fl-Artikolu 52, tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jiġġedded, jew tipprevedi perjodu ta’ notifika ieħor fejn tikkunsidra, fost oħrajn, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet ta’ l-iżbark u l-portijiet fejn il-bastimenti msemmija huma rreġistrati jew elenkati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn it-tip ta’ eċċezzjonijiet ifixklu l-kontroll u jikkawżaw inċertezza fost dawk responsabbli mill-infurzar u jdgħajfu l-applikazzjoni ta’ l-artikolu . Għadha pjuttost mhux ċara r-raġuni l-għala l-Kummissjoni għandu jkollha tali diskrezzjoni, waqt li ma tingħata ebda ġustifikazzjoni għall-każijiet li fihom, ċerti bastimenti jkunu eżentati mill-obbligu ġenerali, jew għal liema raġuni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Permezz ta’ deroga għall-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista’ jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f’każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f’każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta’ verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista’ jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali.

4. Permezz ta’ deroga għall-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista’ jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f’każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f’każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut iffriżat ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta’ verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista’ jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali. L-ispejjeż tal-ħżin għandhom jitħallsu mill-operatur.

Ġustifikazzjoni

Mhux possibbli li ħut frisk jinħażen għal daqstant fit-tul.

Għandu jiġi ċċarat li, fil-każ li ma tiġix ipprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-ispejjeż li ġġib magħha l-verifikazzjoni li ssir mill-Istat tal-port għandhom jitħallsu mill-operatur, minħabba li dan jipprovdi inċentiv addizzjonali għall-bastimenti li jkunu jixtiequ jidħlu fil-portijiet sabiex jassiguraw li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti tan-notifikazzjoni.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a Jekk il-ħut li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4 huwa frisk, dan għandu inbiegħ permezz tal-mezzi regolari. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kontroll fuq il-qligħ minn dan il-bejgħ sa l-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4.

Ġustifikazzjoni

Il-ħut frisk għandu jinbiegħ wara numru ta' ġranet sabiex ma jeħżienx.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas 15 % ta’ l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta’ pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi.

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas 50 % ta’ l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta’ pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Billi l-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Istati Membri għandhom jiġu spezzjonati f'port, huwa diskriminatorju li jiġu spezzjonati biss 15% tal-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta’ bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29.

d) il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta’ bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29, u li jkunu għadhom ma ġewx inklużi fil-lista tal-Komunità ta’ bastimenti tas-sajd ta’ l-IUU prevista fl-Artikolu 26.

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma’ l-Artikolu 4(1 a) ġdid.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-regoli u ma’ l-objettivi stabbiliti minn qabel mill-Kummissjoni u għandhom jitwettqu u jiġu implimentati fid-diversi Stati Membri. Kull Stat Membru għandu joħloq il-bażi ta' data tiegħu, fuq il-bażi ta’ rekwiżiti pprovduti mill-Kummissjoni, li fiha għandhom jiġu rreġistrati l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għal-bażi ta' data tagħhom, fuq it-talba ta’ l-istess Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-ispezzjonijiet kollha mwettqa mill-Istati Membri għandu jkollhom l-istess livell ta' riġidità u kwalità f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proċeduri, sabiex ikun evitat tagħwiġ tal-fatti u ambigwitajiet fil-proċess tal-kunsiderazzjoni tal-bastimenti spezzjonati. Għal dan il-għan, il-kriterji għall-ispezzjonijiet għandhom jiġu stipulati b’mod oġġettiv mill-Kummissjoni. Għandha tinħoloq bażi ta' dejta f’kull Stat Membru, waqt li l-Kummissjoni għandha tikkoordina din l-informazzjoni fl-interessi tas-sajd sostenibbli.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10 – Spetturi

imħassar

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu dokument ta’ l-identità ta’ kull wieħed mill-ispetturi. L-ispetturi għandhom iġorru fuqhom u jipproduċu dan id-dokument meta jkunu qegħdin jispezzjonaw bastiment tas-sajd.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jwettqu dmirijiethom skond ir-regoli istitwiti f’din is-sezzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu huwa kompletament superfluwu. L-artikolu jitfa’ suspett eċċessiv fuq il-metodi li jaħdmu bihom l-ispetturi, waqt li jissuġġerixxi li l-Istati Membri jistgħu ikunu tant ittraskurati li ma joħorġux id-dokumenti ta' l-identità lill-ispetturi tagħhom, xi ħaġa li mhix ġustifikata u permessa. Barra minn hekk, huma l-Istati Membri aktar milli l-Kummissjoni li huma kompetenti fir-rigward ta’ l-ispetturi.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk spettur ikollu raġuni serja għalfejn għandu jemmen li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f’attività ta’ sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:

1. Jekk l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjoni tagħti lill-ispettur raġuni biżżejjed għalfejn għandu jissuspetta li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f’attività ta’ sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:

Ġustifikazzjoni

Il-verżjoni oriġinali tippermetti wisq suġġettività fil-kompitu ta’ l-ispezzjoni, għad-detriment tal-garanziji legali, u n-nuqqas ta’ tali garanziji jista’ jkollu konsegwenzi legali u ekonomiċi serji għall-Istat tal-port jekk jinstab li l-bastiment ma jkun ikkommetta ebda reat.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) jinnota t-trasgressjoni fir-rapport ta’ l-ispezzjoni;

a) jinnota t-trasgressjoni presunta fir-rapport ta’ l-ispezzjoni;

Ġustifikazzjoni

Konsistenza mal-formulazzjoni l-ġdida tal-parti introduttorja ta’ l-Artikolu 12(1).

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) iwaqqaf l-operazzjonijiet ta’ żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord;

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt jeħtieġ jiġi miżjud mal-paragrafu 1 sabiex id-dispożizzjonijiet jiġu jidhru aktar ċari. L-operazzjonijiet ta’ żbarkar jeħtieġ jitwaqqfu sabiex tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza u spiża bla bżonn.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b’sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat għandha tkun ipprojbita.

1. L-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b’sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat, bi qbil mal-kriterji msemmija fl-artikoli 3, għandha tkun ipprojbita.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun kjarifikat xi jfissru attivitajiet ta' sajd IUU.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 issir waħda effettiva, il-prodotti tas-sajd għandhom jiġu importati biss meta jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tal-qabdiet tagħhom ikkonvalidat u vverifikat b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dokumenti ta’ qabda tal-ħut, u kull dokument relatat, ikkonvalidati b’konformità ma’ l-iskemi għad-dokumentazzjoni ta’ qabda tal-ħut adottati minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, li huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala konformi mar-rekwiżiti msemmija f’dan ir-Regolament, ikunu aċċettati bħala ċertifikati tal-qabda tal-ħut fir-rigward tal-prodotti minn speċi li għalihom ikunu japplikaw dawn l-iskemi għad-dokumentazzjoni ta’ qabda tal-ħut u jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ verifika mitluba mill-Istati Membri ta’ l-importazzjoni skond l-Artikolu 17 u għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rifjut ta’ importazzjoni istitwiti fl-Artikolu 18.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull persuna jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta’ l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.

4. Kull persuna naturali u ġuridika għandu jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta’ l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-persuni fiżiċi, persuni legali jistgħu huma wkoll jiġu affettwati minn deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20 – Rijesportazzjoni

imħassar

1. Ir-rijesportazzjoni ta’ prodotti importati taħt ċertifikat tal-qabda tal-ħut skond dan il-kapitolu tkun awtorizzata bis-saħħa tal-konvalidazzjoni ta’ ċertifikat tar-rijesportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru minn fejn ir-rijesportazzjoni għandha ssir, fuq talba mir-rijesportatur.

 

2. Iċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha mitluba fil-forma mehmuża fl-Anness 2 u għandhom ikunu akkumpanjati b’kopja taċ-ċertifikati tal-qabda tal-ħut li jkunu ġew aċċettati għall-importazzjoni tal-prodotti.

 

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-konvalidazzjoni u l-verifika taċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li wieħed jista’ jifhem it-tħassib dwar kif tista’ tiġi assigurata t-traċċabilità, huwa sproporzjonat li tiġi imposta sensiela bla tarf ta’ rekwiżiti għal ċertifikati, li jista’ jfisser li dejjem jibqa’ jkun hemm xi ħaġa x’tiġi konformi, innotifikata, ikkomunikata jew mibgħuta. Jekk ir-regolament diġà jagħmilha possibbli li wieħed jassumi li l-prodotti kollha importati ġew importati minħabba li ntwerew li kienu legali, ikun pjuttost bla skop li toqgħod terġa' tagħti prova ta’ dan meta l-prodott jerġa’ jiġi esportat minn territorju tal-Komunità.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni bl-annullament, u

b) tavża lill-Istat tal-bandiera bl-annullament; u

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma’ l-emenda maħsuba biex tħassar l-Artikolu 20 dwar l-esportazzjoni mill-ġdid.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni;

b) tavża lill-Istat tal-bandiera, u

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma’ l-emenda maħsuba biex tħassar l-Artikolu 20 dwar l-esportazzjoni mill-ġdid.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24 – Attivitajiet ta’ sajd allegati bħala IUU

Artikolu 24 – Proċedura għall-kxif ta’ attivitajiet ta’ sajd IUU

Ġustifikazzjoni

Ma jidhirx li huwa legalment korrett li tirreferi għal sempliċi attivitajiet allegati f’regolament ta’ dan l-iskop.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd IUU:

1. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3:

Ġustifikazzjoni

Biex ikun kjarifikat xi jfissru attivitajiet ta' sajd IUU.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) Informazzjoni dwar sanzjonijiet u multi imposti fuq bastimenti IUU.

Ġustifikazzjoni

Id-data dwar is-sanzjonijiet u l-multi imposti fuq bastimenti IUU għandha tiġi assessjata sabiex tiġi evalwata l-effettività ta’ dawn il-miżuri.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25 – Attivitajiet tas-sajd presunti bħala IUU

Artikolu 25 – Investigazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ sajd IUU

Ġustifikazzjoni

It-titolu ta’ l-Artikolu preċedenti kien jirreferi għal attivitajiet ‘allegati’ u t-titolu hawnhekk jirreferi għal attivitajiet ‘preżunti’. Mhux biss mhux ċar fejn qiegħda d-differenza, billi fil-każ preċedenti, il-verżjoni emendata hija aktar adattata fis-sens legali, kif ukoll minħabba li żżomm aktar mal-kontenut ta’ l-Artikolu.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-a) tipprovdi l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar l-allegati attivitajiet ta’ sajd IUU, u stqarrija dettaljata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ bastimenti tas-sajd IUU fil-lista tal-Komunità;

Ġustifikazzjoni

Qabel tinħareġ talba uffiċjali lill-Istat tal-bandiera sabiex jieħu miżuri kontra attività tas-sajd IUU, l-Istat imsemmi għandu jiġi ppreżentat bid-dokumentazzjoni kollha u għandu jiġi infurmat bir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni biex tidentifika l-attività bħala waħda IUU.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ċ

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) tavża lis-sid jew, jekk ikun il-każ, lill-operatur tal-bastiment bil-konsegwenzi li jirriżultaw kemm-il darba l-bastiment jiddaħħal fil-Lista ta’ Bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea, kif istitwit fl-Artikolu 36. L-Istati tal-Bandiera jkunu mitluba wkoll jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni rigward is-sidien tal-bastiment jew, jekk ikun il-każ, l-operaturi sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jkunu jistgħu jinstemgħu jekk ikun meħtieġ, skond l-Artikolu 26, paragrafu 3.

c) tavża lis-sid jew, jekk ikun il-każ, lill-operatur tal-bastiment bil-konsegwenzi li jirriżultaw kemm-il darba l-bastiment jiddaħħal fil-Lista ta’ Bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea, kif istitwit fl-Artikolu 36. L-Istati tal-Bandiera jkunu mitluba wkoll jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni rigward is-sidien tal-bastiment jew, jekk ikun il-każ, l-operaturi sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jkunu jistgħu jinstemgħu skond l-Artikolu 26, paragrafu 3.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt ta’ smigħ ma jistax jiġi miċħud.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma’ l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f’attivitajiet ta’ sajd IUU u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b’reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma’ l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f’attivitajiet ta’ sajd IUU bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3, u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b’reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun kjarifikat xi jfissru attivitajiet ta' sajd IUU.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat tal-bandiera bl-inklużjoni ta’ bastiment fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea u għandha tinnotifikah fid-dettall bir-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ dak il-bastiment fil-lista.

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-propjetarju u l-utent, l-Istat tal-bandiera wkoll għandu jkun infurmat dwar l-inklużjoni ta’ wieħed mill-bastimenti teigħu fil-lista IUU. Din il-ħaġa hija essenzjali fid-dawl tal-fatt li l-Istat jintalba b’insistenza sabiex jieħu miżuri f'dan ir-rigward

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Meta sid ikollu bastiment imnizzel fil-lista Komunitarja ta’ bastimenti IUU, il-bastimenti kollha li jippossjedi ssirilhom ispezzjoni bir-reqqa.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h) id-data ta’ l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta’ Bastimenti IUU;

(h) id-data ta’ l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta’ Bastimenti IUU ta’ l-Unjoni u, jekk applikabbli, id-data ta’ l-ewwel inklużjoni fil-lista tal-bastimenti IUU ta’ RFMO waħda jew aktar;

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta’ bastiment f’lista IUU immaniġġjata minn RFMO għandha tiġi inkluża wkoll fl-informazzjoni.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 28 - paragrafu 1 - punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-bastiment konċernat.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-bastiment ikun jista' jiġi identifikat sewwa, huma meħtieġa wkoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.

2. 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.

Ġustifikazzjoni

Dan jassigura li l-lista tkun tista’ tinstab f’pubblikazzjoni uffiċjali speċifika.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta’ sajd IUU.

1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta’ sajd IUU, fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u oġġettivi..

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe elenkar ta’ pajjiżi, li jista' jkollu konsegwenzi sinifikanti, jeħtieġ li jsir fuq kriterji ċari u oġġettivi.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 6 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jekk l-istat konċernat qatt kienx is-suġġett ta’ miżuri kummerċjali ristrettivi għal prodotti tas-sajd adottati minn RFMO;

Ġustifikazzjoni

L-identifikazzjoni tal-pajjiżi hija element importanti li jitqies. Per eżempju, l-ICCAT identifikat diversi pajjiżi li jikkwalifikaw għal projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ diversi tgħabijiet ta’ tonn għaliex il-bastimenti tagħhom kienu involuti f’sajd IUU.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b’mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b’mod korrett fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

7. Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b’mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b’mod korrett fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tippubblika analiżi dwar l-impatt probabbli tiegħu fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u tippubblika proposta għall-iffinanzjar ta’ programmi speċifiċi biex tappoġġja l-implimentazzjoni tiegħu u telimina l-impatti negattivi possibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta se jkollha impatti sinifikanti fuq il-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw u l-Kummissjoni wiegħdet li tgħin f'dan ir-rigward. Din l-emenda ser titlobhom joħorġu bi proposta speċifika.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta’ Stati li ma jikkooperawx, b’manjiera konsistenti ma’ kull rekwiżit applikabbli dwar ir-riżervatezza, inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta’ notifika ta’ l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista’ jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta’ Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-Istati li ma jikkooperawx fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità ta’ din il-lista ta’ Stati li ma jikkooperawx, inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd b’mod konsistenti ma’ kull rekwiżit applikabbli għall-kunfidenzjalità. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta’ notifika ta’ l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista’ jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta’ Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

Ġustifikazzjoni

Dan jassigura li l-lista tkun tista’ tinstab f’pubblikazzjoni uffiċjali speċifika. Il-frażi li tikkonċerna r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità ġiet imċaqilqa minn postha sabiex tagħmilha aktar ċara li dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw il-forom kollha ta' pubbliċità.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha) L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jħallu l-esportazzjoni ta’ bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom li jkun fuq il-lista ta’ IUU;

Ġustifikazzjoni

Sid ta’ vapur mill-UE m’għandux ikun jista’ jdur ma’ l-effetti relatati ma’ l-elenkar ta’ bastiment sempliċiment billi jibdel il-bandiera.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – punt j a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja) L-Istati Membri m' għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jagħtu appoġġ jew sussidji lil bastimenti IUU.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h) l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta’ tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn, bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta’ operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma’ attivitajiet ta’ sajd ma’ ċittadini minn dawn l-Istati;

h) Kull Stat membru għandu jinforma lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta’ tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn ibbażati fit-territorju tiegħu, bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta’ operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma’ attivitajiet ta’ sajd ma’ ċittadini minn dawn l-Istati;

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi ċċarat min għandu jgħarraf lil min.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i) Il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta’ kull ftehim ta’ sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta’ sħubija ta’ sajd ma’ dawn l-Istati;

i) il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta’ kull ftehim ta’ sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta’ sħubija ta’ sajd ma’ l-Istati li ma jikkoperawx fejn it-test tal-ftehima kkonċernata jinkludi impenji fir-rigward tal-ġlieda kontra sajd IUU;

Ġustifikazzjoni

Id-denunzja ta’ ftehima għandha tkun marbuta ma' zoni li kienu ġew sottoskritti f’dak il-ftehim. Fejn dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tista' tagħmel użu minn strumenti oħrajn.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta’ sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3;

a) l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta’ sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jidhru fil-lista li hemm fl-Anness (...) dwar ksur serju;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 3 jistabbilixxi biss kriterji, li huma, barra minn hekk, eċċessivament wisgħin f’xi każijiet. Hemm bżonn ta’ preċiżjoni akbar fir-rigward ta’ liema attivitajiet jistgħu jitqiesu bħala sajd IUU u f’liema zoni.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja tkun ippenalizzata b’sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li jkunu jinkludu multi ta’ massimu ta’ mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta’ mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja jkunu sottoposti għal sanzjonijiet amministrattiva effikaċji, proporzjonati u dissważivi, fil-forma ta’ multi ta’ massimu ta’ mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta’ mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni oriġinali ma tagħmilx distinzjoni bejn sanzjonijiet amministrattivi u penali meta jkun għad baqa’ dubji legali fir-rigward tas-setgħat tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-sanzjonijiet penali u hemm xi Stati Membri li s-sistema legali tagħhom ma tagħmel ebda dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet penali fil-qasam tas-sajd.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħżlu sanzjonijiet penali sakemm l-ammont ta’ sanzjonjiet bħal dawn ikun għallinqas ekwivalenti għal dak tas-sanzjonijiet amministrattivi.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-istqarrija magħmula fil-ġustifikazzjoni għall-emenda għall-paragrafu 1, għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-possibilità li jiġu applikati sanzjonijiet penali jekk is-sistema legali ta’ l-Istat Membru konċernat tippermetti dan.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sanzjonijiet oħrajn

 

45a. Is-sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħrajn, b’mod partikolari:

 

a) projbizzjoni temporanja għal matul ta’ l-anqas il-perjodu ta’ programmazzjoni, jew projbizzjoni permanenti;

 

b) ir-rimbors ta’ għajnuna pubblika jew sussidji li jkunu rċevew bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Il-bastimenti IUU għandhom ikunu mċaħħda mill-għajnuna jew mis-sussidji pubbliċi għal matul ta’ l-anqas il-perjodu tal-programm operazzjonali. It-tneħħija mil-lista ta’ benefiċjarji eliġibbli għandha wkoll tkun mandatorja sabiex min iħallas it-taxxa ma jissussidjax bastimenti jew operaturi li huma ħatja ta’ attività kriminali. Il-bastimenti IUU m’għandhomx jirċievu għajnuna mingħand min iħallas it-taxxa u bastimenti li jkunu irċevew il-flus ta’ min iħallas it-taxxa matul il-perjodu ta' programmazzjoni operazzjonali għandhom iħallsu dawk il-flus lura.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 1. Matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom isiru kontrolli kull sitt xhur sabiex jiġi stabbilit l-istat ta’ tħejjija ta’ l-Istati Membri ħalli jikkonformaw b’mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tiegħu; f’każ li jiġu identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità, l-Istati Membri jintalbu jagħmlu l-aġġustamenti neċessarji.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli proposti teħtieġ li jsiru aġġustamenti xierqa fi Stati Membri individwali fir-rigward tal-liġi nazzjonali, sistemi ta' spezzjoni, rekwiżiti ta' ffinanzjar, taħriġ, eċċ.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-Anness ġie mħassar.

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma’ l-emenda li għandha l-għan li tħassar l-Artikolu 20.

NOTA SPJEGATTIVA

Sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU) huwa problema serja li qed tikber madwar id-dinja kollha. Il-kawżi u l-importanza tas-sajd IUU u l-miżuri meħuda (u dawk mhux meħuda) mill-UE u mill-komunita internazzjonali ġew diskussi fl-ewwel rapport Aubert[1]. F'dan ir-rapport, il-Parlament għamel numru ta' talbiet:

· implimentazzjoni mtejba tad-dispożizzjonijiet tas-CFP biex jitnaqqas is-sajd IUU mill-bastimenti ta' l-UE (paragrafu 8)

· projbizzjoni fuq kummerċ f'ħut IUU (paragrafu 14 ii)

· il-ħolqien ta' reġistru Komunitarju ta' bastimenti IUU (paragrafu 18, it-tieni punt)

· penalitajiet minimi komuni għal infrazzjonijiet (paragrafu 18, it-tielet punt)

· rekwiżit li jintwera l-oriġini legali tal-ħut qabel jinħatt jew jiġi impurtat fl-UE (paragrafu 18, is-sitt punt)

· projbizzjoni fuq id-dħul fil-portijiet ta' l-UE ta' bastimenti IUU u l-ħut tagħhom (paragrafu 20)

· importaturi, trasportaturi, eċċ. huma mħeġġa ma jittrattawx ma' ħut maqbud minn bastiment IUU (paragrafu 20)

Dawn ir-rekwiżiti ntlaqgħu minn appoġġ wiesa' mill-partiti differenti kemm fil-Kumitat tas-Sajd u kemm fil-Parlament.

Il-Kummissjoni rrispondiet malajr, billi ressqet proposta komprensiva u fil-ħin għal regolament li jiġġieled kontra s-sajd IUU, kull meta dan iseħħ. Il-proposta jistħoqqilha l-appoġġ sħiħ tal-Parlament, għax sa ċertu punt sinifikanti hija bbażata fuq ir-rekwiżiti li għamel il-Parlament stess. Fil-fatt, jekk il-proposta tiġi adottata fil-format attwali tagħha, se tqiegħed lill-Komunita fuq quddiem ta' l-isforzi internazzjonali biex jiġi eliminat is-sajd IUU u f'pożizzjoni li tagħmel pressjoni fuq l-Istati li għadhom jippermettu s-sajd IUU mill-bastimenti tagħhom. Minħabba l-prominenza tal-Komunita bħala waħda mill-akbar setgħat tas-sajd u l-akbar suq fid-dinja, l-UE għandha responsabbilita ċara li tkun fuq quddiem.

Il-proposta hija waħda kumplessa, iżda l-elementi essenzjali huma:

· il-ħolqien ta' lista ta' bastimenti (li jtajjru l-bandiera ta' l-UE u dawk li le) involuti fis-sajd IUU;

· skema ta' kontroll statali tal-port li jibbrojbixxi aċċess ta' bastimenti IUU minn pajjiż terz;

· projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' ħut IUU, billi tiġi mitluba ċertifikazzjoni mill-istat tal-bandiera li l-ħut huwa legali;

· l-iżvilupp ta' Sistema Komunitarja ta’ Twissija meta jkun hemm suspett li hemm ħut IUU;

· projbizzjoni ta' importazzjoni ta' ħut minn pajjiżi li ġew identifikati li mhux jikkoperaw ma' l-iskema ta' l-UE;

· dispożizzjonijiet li jispjegaw x'azzjonijiet għandhom jittieħdu f'kull waħda mis-sitwazzjonijiet t'hawn fuq.

Jidher biċ-ċar li hemm bżonn li tkun żgurata kompatibbilita sħiħa bejn din il-proposta u r-"Regolament ta' Kontroll"[2] (li se jkun is-suġġett ta' proposta ġdida għal Regolament tal-Kunsill f'Ottubru 2008).

Elementi Kontroversjali tal-proposta

Tliet aspetti ewlenin kienu s-suġġett ta’ kontroversja: il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament, iċ-ċertifikat tal-qabda u l-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet.

1. Il-Kamp ta' Applikazzjoni tar-Regolament

Il-kwistjoni hi jekk ir-regolament għandux japplika għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-UE jew għal bastimenti minn pajjiżi terzi biss.

Huwa ovvju li l-Komunita għandha tapplika l-istess regoli għall-bastimenti u l-operaturi tagħha li tapplika għal oħrajn. Stati Membri u partijiet mill-industrija jargumentaw li l-bastimenti ta' l-UE diġa huma regolati skond id-dispożizzjonijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (CFP), u għalhekk huma fundamentalment differenti minn bastimenti minn pajjiżi oħra. Dan huwa ekwivalenti għal "aħna aħjar mill-bqija". Din il-pożizzjoni mhijiex valida għal bosta raġunijiet.

L-ewwelnett, pajjiżi oħra għandhom regolamenti li jirregolaw l-industriji tas-sajd tagħhom, li jkunu spiss dettaljati ħafna u kultant aktar stretti minn dawk fl-UE. Fost l-aktar settijiet dettaljati ta' regolamenti hemm dawk fin-Norveġja, l-Islanda, il-Kanada, l-Awstralja u oħrajn. L-UE mhijiex l-unika waħda li tirregola l-industriji tas-sajd tagħha.

It-tieninett, huwa mit promoss minn partijiet ta' l-industrija tas-sajd ta' l-UE u ċerti Stati Membri li l-bastimenti ta' l-UE huma kontrollati b'mod aktar strett minn dawk minn pajjiżi oħra. Ir-rapport riċenti mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri[3] wera biċ-ċar kemm l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jinfurzaw is-CFP. M'hemmx "il-kultura ta' konformita" fl-UE, kif ammettiet l-industrija nnifisha. Ir-rapport tal-Qorti tqassam fuq medda wiesgħa u pajjiżi oħra issa huma konxji ta' x'jiġri fl-UE.

Fost l-aktar skandli importanti tas-sajd IUU f'dawn l-aħħar snin hemm dak dwar it-tonn tal-pinna blu, il-merluzz fl-ibħra Barents u l-Baltiku, u l-Patagonian toothfish, li kollha għandhom involviment importanti fl-UE f'termini ta' bastimenti jew operaturi jew importaturi. Għalhekk l-UE hija involuta b'mod intimu f'bosta industriji kbar tas-sajd IUU f'varjeta wiesgħa ta' rwoli. Filwaqt li ċerti pajjiżi bħaċ-Ċina, il-Korea jew il-bnadar ta' konvenjenza ftit li xejn jippruvaw jimplimentaw ir-regoli, hemm ħafna pajjiżi li jikkunsidraw lill-Komunita bħala parti mill-problema IUU, aktar milli bħala eżempju li għandhom isegwu.

Fil-konsultazzjoni pubblika ta' qabel ma tiġi rilaxxata l-proposta, il-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA) talab li jkun hemm miżuri mhux diskriminatorji meta jiġi ttrattat is-sajd IUU[4].

Jekk id-dispożizzjonijiet tar-regolament IUU mhumiex applikabbli għall-bastimenti ta' l-UE, se jingħad, b'mod ġustifikat, li l-UE tippermetti lilha nnifisha l-privileġġ li tikkonduċi sajd IUU filwaqt li tikkritika lil ħaddieħor.

It-tieletnett, jekk l-UE timponi dixxiplini u kundizzjonijiet differenti fuq attivitajiet IUU minn bastiment ta' l-UE u minn bastimenti mhux ta' l-UE, tkun qed tiddiskrimina skond ir-regoli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Waħda mill-kosegwenzi fejn bastiment jidher fil-lista ta' bastimenti IUU tkun il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni ta' ħut minn dak il-bastiment - fi kliem ieħor, ostakolu lill-kummerċ. Jekk il-Komunita tipprova timponi ostakoli lill-kummerċ għal prodotti minn pajjiżi oħra bbażati fuq miżuri li hi ma timponix fuqha nnifisha, din tkun kontravenzjoni ċara tad-dispożizzjonijiet tad-WTO dwar in-non diskriminazzjoni. Il-Komunita tista', u għandha, tpoġġi lilha nnifisha b'mod li tkun intitolata tieħu azzjoni kontra dawk il-pajjiżi terzi li jkomplu jwettqu sajd IUU.

2. Il-Penalitajiet li għandhom jiġu Imposti

Attwalment, is-sanzjonijiet applikati mill-Istati Membri differenti jvarjaw ħafna, u kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Qorti ta' l-Awdituri nnutaw li l-multi mhumiex ta' skoraġġiment. Il-Parlament ilu li talab għal penalitajiet armonizzati, biżżejjed biex ikunu ta' skoraġġiment, minflok ta' spiża sempliċi li titħallas biex titwettaq l-attivita[5].

L-Istati Membri jaqblu li l-impożizzjoni ta’ penali hija fil-kompetenza tagħhom. Izda deċiżjoni riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja[6] tistipola li l-Komunità tista’ titlob lill-Istati Membri sabiex jimponu sanzjonijiet penali, iżda li n-natura jew il-livell ta’ dawk is-sanzjonijiet tiġi determinata mill-Istati Membri. Madankollu, dan japplika għas-sanzjonijiet kriminali. Il-proposta ma titlobx għal penalitajiet kriminali; tipprova tistabbilixxi biss il-multi massimi li jistgħu jiġu imposti fuq livell raġjonevoli u ta' skoraġġiment. Barra minn hekk, li jkun hemm penalitajiet li huma diffenti ħafna hija diskriminazzjoni kontra wħud mis-sajjieda ta' l-UE.

Implimentazzjoni ġusta ta' dan ir-regolament se jirrikjedi integrazzjoni qawwija fuq il-livell tal-Komunita tas-servizzi responsabbli mill-ispezzjoni u l-kontroll, inkluż il-ħolqien ta' korp Komunitarju ta' spetturi. Is-sussidjarjeta f'dan l-aspett tas-CFP ma rnexxilhiex twassal il-livell meħtieġ ta' konformita.

Peress li l-bastimenti IUU għandhom tendenza jikkonċentraw fuq l-akatr industriji tas-sajd li jħallu qligħ (it-tonn tal-pinna blu, il-merluzz), huwa meħtieġ li s-sanzjonijiet ikunu għoljin biżżejjed biex ikunu ta' skoraġġiment.

3. Ċertifikat ta' Qbid

Iċ-ċertifikat ta' qbid se jippermetti traċċabilita tal-prodott tal-ħut ferm aħjar, u b'hekk ikun għodda prinċipali tar-regolament. Dan ġie deskritt bħala wisq ikkumplikat. Iżda s-sajd fid-dinja globalizzata tal-preżent huwa negozju kumpless ħafna, fejn il-ħut jivvjaġġa madwar id-dinja kollha minn meta jinqabad sa meta jinbiegħ l-aħħar lill-konsumatur. Peress li jgħaddi minn bosta fruntieri, portijiet u ajruporti, hemm ħafna opportunitajiet fejn il-ħut legali u illegali jitħallat, u b'hekk isir "il-ħsil" ta' ħut IUU. Sistema effettiva u komprensiva ta' traċċabilita hija essenzjali biex jiġi minimizzat l-ammont ta' ħsil ta' ħut effettwat.

Numru ta' Stati Membri jinsistu li ċ-ċertifikat m'għandux ikun ta' ostakolu għall-kummerċ, peress li l-UE għandha bżonn il-ħut għall-industrija ta' proċessar u s-suq tagħha. Ma jridux li s-sistema ta' ċertifikati taffettwa l-forniment ta' ħut lejn l-UE. Madankollu, f'ċerti industriji tas-sajd, bħalma huma dawk imsemmija hawn fuq (tonn tal-pinna blu, merluzz, eċċ.), il-persentaġġ ta' ħut IUU huwa għoli ħafna, kultant jilħaq nofs l-ammont totali ta' qbid jew aktar, u partijiet mill-industrija ta' l-UE jibbenefikaw minn dan. B'hekk, skond id-definizzjoni tagħha stess, l-iskema għat-traċċabilita għandu jkollha l-possibbilita li tinterferixxi mas-suq, inkella ma tkun ta' l-ebda użu. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-ħut li jidħol fl-UE mhux ġej minn industriji ta' sajd fejn l-użu ta' dawn iċ-ċertifikati huwa ta' piż kbir, mentri tista' tippermetti li jiġi intraċċat ħut IUU f'industriji oħra tas-sajd.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-industrija jridu jaħdmu flimkien biex tinstab sistema li tgħaqqad effiċjenza u effettivita filwaqt li l-piż amministrattiv jinżamm baxx kemm jista' jkun, iżda ċ-ċertifikat ta' qbid għandu jibqa' pilastru tar-regolament. Inkella l-iskema kollha tkun biss kożmetika u ma jkollha l-ebda impatt fuq is-sajd IUU.

Pajjiżi li Għadhom Qed Jiżviluppaw

Bosta Pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw m'għandhomx ir-riżorsi (finanzjarji, loġistiċi, amministrattivi, umani, eċċ.) biex jissodisfaw bosta mir-rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' ċertifikazzjoni li jimponi r-regolament propost, jekk dawn jixtiequ jaċċedu għas-suq ta' l-UE. Fil-Konferenza ta' Livell Għoli dwar l-eradikazzjoni tas-sajd IUU li saret f'Liżbona f'Ottubru 2007, bosta msieħba mill-Pajjiż li għadhom qed jiżviluppaw qalu li jridu jgħinu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU iżda għandhom bżonn l-għajnuna biex jagħmlu dan.

Il-proposta tappoġġja din il-ħtieġa bil-kliem (Artikolu 30) iżda ma tinkludi l-ebda inizjattivi konkreti. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni taħdem ma' dawn il-pajjiż u tikkonduċi konsultazzjoni wiesgħa kemm mal-gvernijiet tagħhom kif ukoll mas-setturi tagħhom tas-sajd u ta' l-ipproċessar (u mhux biss dawk il-pajjiżi li l-UE iffirmat magħhom il-Ftehimiet ta' Sħubija għas-Sajd) sabiex tgħinhom iwaqqfu programmi ta' sorveljanza u skemi ta' traċċabilita adegwati sabiex ma tkunx rifjutata lilhom il-Komunita bħala suq ta' esportazzjoni. Ċerti Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw żviluppaw, jew qed jiżviluppaw, il-Pjanijiet ta' Azzjoni nazzjonali tagħhom dwar is-Sajd IUU, kif mitlub skond il-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali tal-FAO, biex jiġi evitat, skoraġġut u eliminat is-sajd IUU. Il-Komunita (kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri, b'koordinazzjoni) għandhom jgħinu lil dawn il-pajjiżi biex jidentifikaw il-ħtiġijiet tagħhom u mbagħad jaħdmu biex jiksbuhom.

Konsultazzjoni u Koperazzjoni

Aktar titjib fis-sistema ta' kontroll tal-Komunita, inklużi kemm ir-regolament kif ukoll ir-reviżjoni tar-regolament ta' kontroll, se jirrikjedi kollaborazzjoni u koperazzjoni wiesa' min-naħa ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunita, l-Istati Membri, il-Kunsilli Reġjonali ta' Konsulenza partijiet interessati oħra, inklużi s-settur u l-konsumaturi, mil-lat ta' ġbir u tixrid ta' informazzjoni.

Approċċ fuq medda twila ta' Żmien

Kif diġa msemmi hawn fuq, jekk din il-proposta tiġi adottata fil-format preżenti tagħha, l-UE se tkun mexxej fil-kampanja globali kontra s-sajd IUU. Madankollu lanqas il-Komunita ma tista' tagħmel dan waħidha: għandha bżonn l-imsieħba. Għalhekk huwa essenzjlai li ttejjeb il-ħidma tagħha permezz ta' Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) u forums internazzjonali oħra biex dispożizzjonijiet simili għal dawk inklużi f'din il-proposta jiġu adottati globalment minn pajjiżi oħra jew minn korpi internazzjonali, kif ikun xieraq.

Jekk dan il-proċess ikollu riżultati tajbin, l-UE tkun tista' tiddikjara li qiegħda tiġġieled b'mod effettiv kontra s-sajd IUU.

  • [1]  A6-0015/2007, Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni ta' l-UE kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat, riżoluzzjoni tal-PE tal-15 ta' Frar 2007 (P6_TA(2007)0044)
  • [2]  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni
  • [3]  Rapport speċjali Nru 7/2007 (ĠU C 317 of 28.12.2007)
  • [4]  ACFA – PE (07)38 finali Brussell, 30 ta’ Marzu 2007. L-opinjoni ta' l-ACFA dwar strateġija ġdida maħsuba mill-Kummissjoni għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat (IUU).
  • [5]  Ara pereżempju r-rapporti A5-0228/2002 (Attwool), A5-0470/2001 (Miguelez Ramos) u A4-0298/1997 (Fraga Estevez)
  • [6]  Każ C-440/05 Kummissjoni v. Kunsill, sentenza tat-23 ta' Ottubru 2007

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI (9.4.2008)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
(COM(2007)0602 – C6‑0454/2007 – 2007/0223(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Daniel Varela Suanzes-Carpegna

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (Illegal, Undeclared and Unregulated - IUU) huwa waħda mit-theddidiet l-aktar serji għas-sostenibilità ta’ l-istokkijiet tal-ħut u għall-bijodiversità tal-baħar. Għaldaqstant din il-proposta min-naħa tal-Kummissjoni hija milqugħha b'sodisfazzjon kbir.

Minħabba li l-Komunità Ewropea hija l-akbar suq u l-ewwel importatur għall-prodotti tas-sajd, hija primarjament ir-responsabilità tal-Komunità li tistabbilixxi sistema li timpedixxi s-sajd IUU u, b'mod li hu daqstant importanti, il-kummerċ f'dan is-sajd. Madankollu huwa ta' importanza fundamentali li din is-sistema tkun konformi ma' obbligi internazzjonali multilaterali u bilaterali.

L-għan ewlieni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni jrid ikun li tiġi żgurata t-traċċabilità. Jeħtieġ li jkun possibbli li prodott partikolari jiġi traċċat f'kull punt mill-qabda sad-destinazzjoni aħħarija tul il-katina kollha tal-provvista.

Parti kbira mill-attivitajiet tas-sajd IUU isseħħ jew f'ibħra internazzjonali jew f'ibħra ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn dawn l-iżbarki jistgħu jseħħu. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza ta' l-iskema, tista' tingħata għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jirrikonoxxu li se tkun meħtieġa assistenza biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna biex ikunu jistgħu jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' l-UE u rekwiżiti oħrajn internazzjonali. Tista' tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja kif ukoll programmi ta' taħriġ. Dan għandu jevita wkoll li jinħolqu ostakli li mhux tariffi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a) Sabiex ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u t-trattament nazzjonali, xejn f'dan ir-regolament m'għandu jwassal għal trattament diskriminatorju fir-rigward ta' miżuri meħuda biex jiġi miġġieled is-sajd IUU.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ma jinkisrux l-obbligi tad-WTO, dawn għandhom jissemmew fl-Artikolu 1 ukoll.

Emenda 2

Premessa 13

(13) L-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva u li tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta’ ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità;

(13) L-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva, li tiżgura t-traċċabilità u li tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta’ ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità;

Ġustifikazzjoni

Dan l-għan speċifiku għandu jissemma.

Emenda 3

Premessa 14

(14) Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet tal-kapaċità ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ċertifikazzjoni;

(14) Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet kollha tal-kapaċità ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ċertifikazzjoni u għandha tgħinhom jevitaw ostakli potenzjali għall-kummerċ li ma jkunux tariffi;

Ġustifikazzjoni

Mhux biżżejjed li r-restrizzjonijiet tal-kapaċità jiġu sempliċement ikkunsidrati jekk l-iskema ta' ċertifikazzjoni għandha titħaddem b'mod sħiħ.

Emenda 4

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a) L-għajnuna tista' tkun disponibbli, inter alia, fil-forma ta' għajnuna finanzjarja u assistenza teknika kif ukoll bħala programmi ta' taħriġ.

Emenda 5

Premessa 34

(34) Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma’ Stati terzi hija essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati; għandha tiġi stabbilita sistema ta’ assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;

(34) Il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma’ Stati terzi hija essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati; għandha tiġi stabbilita sistema ta’ assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki huma meħtieġa wkoll.

Emenda 6

Premessa 37

(37) Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta’ gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b’mod serju l-kisba ta’ l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f’periklu s-sostenibbiltà ta’ l-istokkijiet ikkonċernati jew il-konservazzjoni ta’ l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament 2847/93 fil-qasam ta’ l-ispezzjonar ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta’ l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta’ sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b’dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b’dan ir-Regolament;

(37) Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta’ gravità partikolari tal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn ifixklu b’mod serju milli jintlaħqu l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f’periklu s-sopravivenza tas-sajd legali, is-sostenibbiltà tas-settur u ta’ l-istokkijiet ikkonċernati u l-konservazzjoni ta’ l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd, u tkun komplementari għalih. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fil-qasam ta’ l-ispezzjonar ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bis-sistema ta’ l-ispezzjonar tal-portijiet stabbilita fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi sistema ta’ sanzjonijiet fil-Kapitolu X li tapplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) għaldaqstant jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b’dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li tiġi speċifikata n-natura tat-theddida eżistenti.

Emenda 7

Artikolu 1, paragrafu 2

Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f’dan ir-Regolament.

Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja u l-obbligi internazzjonali kemm multilaterali u kif ukoll bilaterali, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif stipulati f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ma jinkisrux obbligi multilaterali jew bilaterali, dawn l-obbligi għandhom jissemmew fl-Artikolu 1 ukoll.

PROĊEDURA

Titolu

Sistema Komunitarja kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Referenzi

COM(2007)0602 – C6-0454/2007 – 2007/0223(CNS)

Kumitat responsabbli

PECH

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.12.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Daniel Varela Suanzes-Carpegna

20.11.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Graham Booth, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Syed Kamall, Alain Lipietz, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Sebastian Valentin Bodu, Ole Christensen, Rovana Plumb

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Neris

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Sistema Komunitarja kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Referenzi

COM(2007)0602 – C6-0454/2007 – 2007/0223(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

7.12.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

11.12.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

11.12.2007

INTA

11.12.2007

ENVI

11.12.2007

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

5.11.2007

ENVI

27.11.2007

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Marie-Hélène Aubert

22.11.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

19.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Jim Allister, Stavros Arnaoutakis, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Luis Manuel Capoulas Santos, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Hélène Goudin, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Luca Romagnoli, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Raül Romeva i Rueda

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Willem Schuth, Kathy Sinnott, Kyösti Virrankoski