RAPPORT dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati

28.5.2008 - (COM(2007)0839 – C6‑0028/2008 – 2007/0283(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Mariela Velichkova Baeva

Proċedura : 2007/0283(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0194/2008
Testi mressqa :
A6-0194/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati

(COM(2007)0839 – C6‑0028/2008 – 2007/0283(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0839),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0028/2008),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0194/2008),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex meta jiddeċiedi dwar id-data ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja relatata ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati, hu jikkonsidra t-tħassib tal-Parlament rigward il-bżonn li jitnaqqas il-piż ta’ taxxa minn fuq min iħallas it-taxxa;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Emenda  1

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri l-oħra li għandhom fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Din tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara ta’ meta din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri l-oħra li għandhom fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Din tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Intwera tħassib dwar dħul fis-seħħ retroattiv. Sabiex jitneħħa kull dubju skond il-liġi nazzjonali, huwa issuġġerit li d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tkun fil-ġurnata ta’ wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill tikkonċerna l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni 90/436/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja relatata ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (l-hekk imsejħa “Konvenzjoni ta' Arbitraġġ”), il-Konvenzjoni tal-21 ta' Diċembru 1995 dwar l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, il-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999 li jemenda l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ u l-Konvenzjoni ffirmata fit-8 ta’ Diċembru 2004 mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja sabiex jissieħbu fil-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ.

Dan is-sett ta’ strumenti legali huwa maħsub sabiex jelimina t-taxxa doppja relatata ma' l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati. Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tistipula proċedura ta’ arbitraġġ li tippermetti lill-kumpaniji jitolbu reviżjoni ta’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati.

L-Att ta’ l-2005 ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija introduċa sistema simplifikata għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għal dawn il-konvenzjonijiet. Fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 3(3) u 3(4) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni sabiex jiddetermina d-data li fiha jidħlu fis-seħħ dawn il-konvenzjonijiet għall-Bulgarija u r-Rumanija u biex jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa għal dawn il-konvenzjonijiet. B’hekk, il-Kunsill għandu jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.

Sa fejn id-deċiżjoni proposta hija l-implimentazzjoni ta’ mandat inkluż it-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, ir-rapporteur jappoġġja bi sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u jħares 'il quddiem sabiex jara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ u sabiex jara l-istrumenti relatati jitlestew fl-iqsar żmien possibbli.

Madankollu, ir-rapporteur jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-leġiżlatur u għall-kwistjoni rigward id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ emendata. It-test propost jissuġġerixxi li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ emendata tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri, skond din l-iskeda:

· fir-rigward ta’ l-Istati Membri li għalihom il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ diġà tinsab fis-seħħ: fl-1 ta’ Jannar 2007;

· fir-rigward ta’ l-Istati Membri li għalihom il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ għadha ma tinsabx fis-seħħ: fil-ġurnata li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għal dawk l-Istati Membri.

L-iskeda timplika li d-Deċiżjoni, meta u jekk tiġi approvata, se tistabbilixxi data retroattiva tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Intwera tħassib dwar l-effett retroattiv. Sabiex jitneħħa kull dubju skond il-liġi nazzjonali, huwa issuġġerit li d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tkun fil-ġurnata ta’ wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Fir-rigward tad-data ta' applikazzjoni, jiġifieri d-data minn meta l-applikabilità tal-proċeduri skond il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tibda, ir-rapporteur, skond il-prinċipji li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tinkorpora, jistieden lill-Kunsill, meta jiddeċiedi dwar din id-data, sabiex iqis li dan l-arranġament jevita piż ta’ taxxa minn fuq min min iħallas it-taxxa.

PROĊEDURA

Titolu

Emendar ta’ l-anness ta’ l-att ta’ adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja rigward l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati

Referenzi

COM(2007)0839 – C6-0028/2008 – 2007/0283(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

15.1.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

17.1.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Mariela Velichkova Baeva

15.1.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

7.4.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

19.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

41

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, David Casa, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, Hans-Peter Martin, John Purvis, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ieke van den Burg, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Dragoş Florin David, Harald Ettl, Alain Lipietz, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Poul Nyrup Rasmussen, Margaritis Schinas, Theodor Dumitru Stolojan

Data tat-tressiq

28.5.2008