Proċedura : 2007/0113(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0195/2008

Testi mressqa :

A6-0195/2008

Dibattiti :

PV 22/10/2008 - 3
CRE 22/10/2008 - 3

Votazzjonijiet :

PV 22/10/2008 - 4.7
CRE 22/10/2008 - 4.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0511

RAPPORT     ***I
PDF 448kWORD 1106k
4.6.2008
PE 398.606v03-00 A6-0195/2008

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshares, prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, bejgħ mill-ġdid u skambju

(COM(2007)0303 – C6‑0159/2007 – 2007/0113(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Toine Manders

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshares, prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, bejgħ mill-ġdid u skambju

(COM(2007)0303 – C6‑0159/2007 – 2007/0113(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0303),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament(C6‑0159/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0195/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a) Minħabba li t-turiżmu għandu sehem importanti ħafna fl-ekonomiji ta’ l-Istati Membri, jeħtieġ li l-industriji tat-timeshare u tal-btajjel fuq tul ta’ żmien jingħataw spinta sabiex jiksbu aktar tkabbir u produttività permezz ta’ l-adozzjoni ta’ sett minimu ta’ regoli komuni;

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Mindu saret l-adozzjoni tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare, it-timeshare evolviet u prodotti ta’ vaganzi ġodda simili dehru fis-suq. Dawn il-prodotti ta’ vaganzi ġodda u ċerti tranżazzjonijiet relatati mat- timeshare, bħall-bejgħ mill-ġdid u skambju, mhumiex koperti mid-Direttiva 94/47/KE. Barra minn hekk, esperjenza bl-applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE wriet li ċerti punti diġà koperti għandhom jiġu aġġornati jew ikkjarifikati.

(1) Mindu saret l-adozzjoni tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare, it-timeshare evolviet u prodotti ta’ btajjel ġodda simili dehru fis-suq. Dawn il-prodotti ta’ btajjel ġodda u ċerti tranżazzjonijiet relatati mat-timeshare, bħal kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u skambju, mhumiex koperti mid-Direttiva 94/47/KE. Barra minn hekk, esperjenza bl-applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE wriet li ċerti punti diġà koperti għandhom jiġu aġġornati jew ikkjarifikati, bl-għan li jiġi evitat l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ btajjel maħsuba biex iduru ma’ din il-leġiżlazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Tagħmel il-premessa konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jinkisbu bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern għall-konsumaturi u n-negozji, il-liġijiet relevanti ta’ l-Istati Membri jeħtieġu jitqarrbu aktar. Madankollu, għal ċerti aspetti, l-Istati Membri għadhom ikunu jistgħu jissoktaw japplikaw regoli aktar stretti.

(3) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jinkisbu bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern għall-konsumaturi u n-negozji, għandhom jiġu armonizzati ċerti aspetti tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-bejgħ mill-ġdid ta’ timeshare u ta’ prodotti ta’ btajjel għal tul ta’ żmien, kif ukoll l-iskambju tat-timeshare. L-Istati Membri m’għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva. Rigward kwistjonijiet mhux koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali f'konformità mal-liġi Komunitarja.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Din id-Direttiva m’għandhiex tagħmel ħsara lir-regoli nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli jew mobbli, kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew skemi ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżiti ta’ għoti ta’ liċenzji, determinazzjoni tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-kuntratti koperti mnn din id-Direttiva.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Tagħmel il-premessa konformi ma’ l-Artikolu 1(1).

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-prodotti differenti koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar u d-dispożizzjonijiet rigward tagħrif prekuntrattwali u l-kuntratt għandhom jiġu kkjarifikati u aġġornati.

(5) It-tipi ta’ prodotti koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu ddefiniti b’tali mod li ma jippermettux li wieħed ikun jista’ jdur mad-dispożizzjonijiet tagħha, u b’mod partikulari mad-dispożizzjonijiet rigward tagħrif prekuntrattwali, il-kuntratt u l-perjodu ta’ rtirar għandhom jiġu kkjarifikati u aġġornati.

Ġustifikazzjoni

Il-problema bid-Direttiva eżistenti hi li operaturi bla skruplu kien jirnexxilhom jiskapulaw id-dispożizzjonijiet tagħha b'mod faċli żżejjed. Id-Direttiva l-ġdida għandha tkun ċara kemm jista’ jkun.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Id-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ timeshare ma tinkludix il-prenotazzjonijiet ta’ kamra ta’ lukanda fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jekk il-kuntratt ikun ta’ inqas minn sena. Kuntratti ta’ kirjiet normali ukoll mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni għax jirreferu għal perjodu waħdieni u kontinwu ta’ okkupazzjoni, u mhux għal perjodi multipli.

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed inaqqas il-perjodu għal sena, jista’ jkun li jiġu inklużi tranżażżjonijiet li m’hemmx intenzjoni li jiġu koperti, bħalma huma l-prenotazzjonijiet tal-lukandi li jirrikjedu ħlas minn qabel, jew xi lukandi li joffru sistemi ta' kupuni b'terminu ta' validità ta’ iktar minn sena. Sabiex jiġu evitati l-interpretazzjonijiet ħżiena, dawn l-esklużjonijiet għandhom jissemmew b’mod ċar.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) Id-definizzjoni ta’ prodotti ta’ btajjel għal tul ta’ żmien tkopri kuntratti fejn id-dritt jinkiseb bi ħlas. B’hekk, l-iskemi ta’ lealtà ordinarji, li jipprovdu skontijiet fuq soġġorni fil-ġejjieni fil-lukandi ta’ katina ta’ lukandi, “vouchers ta’ skontijiet” u “ċekkijiet tal-lukandi” m’għandhomx jiġu koperti.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jagħżel il-lingwa li għandha tintuża għat-tagħrif prekuntrattwali u fil-kuntratt.

 

(6) Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jagħżel il-lingwa li għandha tintuża għat-tagħrif prekuntrattwali u fil-kuntratt bejn il-lingwa jew waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru fejn hu jkun residenti u l-lingwa jew waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu, li għandha tkun lingwa/għandhom ikunu lingwi uffiċjali tal-Komunità. L-Istat Membru fejn il-konsumatur ikun residenti jista' madankollu, jirrikjedi li l-kuntratt jitfassal f'kull każ f'minn ta' l-inqas il-lingwa jew lingwi teigħu – li trid tkun lingwa/i uffiċjali tal-Komunità – u li n-negozjant jipprovdi l-konsumatur bi traduzzjoni ċertifikata tal-kuntratt bil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru ta' fejn tinsab il-proprjetà li għandha tkun lingwa/i uffiċjali tal-Komunità.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Biex ikun żgurat li l-konsumatur ikun fehem b’mod globali l-ħarsien li toffri din id-Direttiva, in-negozjant għandu jipprovdi l-konsumatur b’lista ta’ kontroll; il-lista’ ta’ kontroll għandha tkun imsejsa fuq l-użu ta’ formoli standard, disponibbli bil-lingwi Komunitarji kollha.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur u tgħinu jifhem id-dritt tiegħu li jerġa’ lura, il-kuntratt għandu jinkludi lista ta’ kontroll.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Meta wieħed iqis il-lacunae regolatorji eżistenti u n-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni armonizzata, l-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna jaħdmu lejn il-ħolqien ta' kuntratt mudell fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità, li jkun jinkludi d-dispożizzjonijiet kuntrattwali kollha bażiċi u indispensabbli.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex il-konsumatur jingħata l-possibbiltà li jifhem bis-sħiħ x’inhuma l-obbligi u d-drittijiet tiegħu taħt il-kuntratt, għandu jiġi permess perjodu fejn hu jkun jista’ jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jkolli jiġġustifika ruħu. Bħalissa, it-tul ta’ dan il-perjodu jvarja bejn l-Istati Membri, u l-esperjenza turi li t-tul stipulat fid-Direttiva 94/47/KE mhux twil biżżejjed. Għalhekk, il-perjodu għandu jiġi estiż u armonizzat.

(7) Sabiex il-konsumatur jingħata l-possibbiltà li jifhem bis-sħiħ x’inhuma l-obbligi u d-drittijiet tiegħu skond il-kuntratt, għandu jiġi permess perjodu fejn hu jkun jista’ jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jkollu jiġġustifika ruħu. Bħalissa, it-tul ta’ dan il-perjodu jvarja bejn l-Istati Membri. Biex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u aktar ċarezza għall-konsumaturi u għall-industrija, dan il-perjodu għandu jiġi armonizzat.

Ġustifikazzjoni

Biex it-test ikun iċċarat.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-projbizzjoni fuq ħlasijiet bil-quddiem lin-negozjant jew kwalunkwe parti terza qabel l-aħħar tal-perjodu għall-irtirar għandha tiġi kkjarifikata sabiex ittejjeb il-ħarsien tal-konsumatur. Għall-bejgħ mill-ġdid, il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandha tapplika sakemm isir il-bejgħ propju jew jintemm il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid.

(8) Il-projbizzjoni fuq ħlasijiet bil-quddiem lin-negozjant jew kwalunkwe parti terza qabel l-aħħar tal-perjodu għall-irtirar għandha tiġi kkjarifikata sabiex ittejjeb il-ħarsien tal-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Tagħmel il-premessa konformi ma’ l-Artikolu 6 u tiċċara t-test.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Għal kuntratti anċillari, il-projbizzjoni fuq ħlasijiet bil-quddiem għandha tapplika biss jekk il-kuntratt anċillari jiġi konkluż waqt il-perjodu ta’ rtirar tal-kuntratt prinċipali relatat miegħu.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Barra minn dan, għal kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid, il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandha tapplika sakemm isir il-bejgħ propju jew jintemm il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Tagħmel il-premessa konformi ma’ l-Artikolu 6 u tiċċara t-test.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Minħabba n-natura tal-problema li l-konsumaturi qed jiffaċċjaw bħalissa, kemm il-konsumaturi kif ukoll l-industrija jgawdu jekk in-negozjanti tal-prodotti ta’ bjattel fuq tul ta’ żmien ikunu obbligati jipprovdu biżżejjed evidenza ta’ sigurtà finanzjarja f’każ ta’ insolvenza.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fil-każ ta’ irġigħ lura minn kuntratt fejn il-prezz kien parzjalment jew kopert kollu b’kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm mingħajr pieni. L-istess għandu japplika għall-kuntratti anċillari, bħall-kuntratti għal sħubija f’sistemi ta’ skambju.

(9) Fil-każ ta’ rtirar minn kuntratt fejn il-prezz kien parzjalment jew kollu kopert bi kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm mingħajr ebda spiża għall-konsumatur. L-istess għandu japplika għall-kuntratti anċillari.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-ħarsien mogħti minn din id-Direttiva. Dan għandu jkun ukoll il-każ fejn il-liġi ta’ Stat mhux Membru tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt.

(10) Il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-ħarsien mogħti minn din id-Direttiva. Dan għandu jkun ukoll il-każ fejn il-liġi ta’ pajjiż terz tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt u li l-proprjetà immobbli tkun tinsab fi Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-perjodu ta' rtirar u r-rekwiżiti tat-tagħrif għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet li ma jistax ikun hemm deroga minnhom b'kuntratt skond it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I)1.

 

____________________

1 ĠU L XX, xx/xx/xx, p. x.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-persuni jew organizzazzjonijiet li jkollhom, skond il-liġi nazzjonali, interess leġittimu fis-suġġett ikollhom rimedji ġuridiċi għall-bidu tal-proċedimenti kontra l-vjolazzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(12) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-persuni jew organizzazzjonijiet (li jistgħu jinkludu awtoritajiet tal-liċenzjar nazzjonali jew Ewropej li jirregolaw dawk il-prodotti li jinsabu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva) li jkollhom, skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi ta’ l-UE, interess leġittimu fis-suġġett ikollhom rimedji ġuridiċi għall-bidu tal-proċedimenti kontra l-vjolazzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Il-liġi applikabbli għall-kuntratti relatati mat-timeshare jew mal-prodotti ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien għandha tiġi derminata skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 (Ruma I). Il-qrati b'ġuriżdizzjoni fuq proċedimeti li jirriżultaw mit-timeshare jew minn prodotti ta' btajjel fuq tul ta’ żmien, inkluża kwalunkwe relazzjoni kollaterali jew anċillari għalihom, għandhom jiġu determinati skond it-Taqsima 4, Kuntratti tal-Konsumatur, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-kompetenza legali, l-għarfien u t-twettiq tad-deċiżjonijiet f'materji ċivili u kummerċjali 1(Regolament Brussell I) ħlief meta t-tilwima tkun relatata ma' l-eżistenza, in-natura u l-ambitu ta' dritt in rem.

 

_______________

1 ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Ġustifikazzjoni

Għandu jitneħħa kwalunkwe dubju relatat mal-ġuriżdizzjoni ħalli jiġi evitat tilwim bla bżonn.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati effettivament bid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u jħeġġu lin-negozjanti li jinfurmawhom bil-kodiċijiet ta’ prassi tagħhom li jeżistu fil-qasam.

(14) Il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati effettivament dwar id-drittijiet tagħhom skond din id-Direttiva In-negozjanti għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi bil-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom li jeżistu fil-qasam.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi biex iwaqqfu organizzazzjoni settorjali (UE) sabiex jiżguraw l-iżvilupp u l-immaniġġjar tal-kodiċijiet ta' kondotta b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet maħtura.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar legiżlar aħjar1, l-Istati Membri għandhom ifasslu għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li sa fejn ikun possibbli juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

_________

ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-ftehima interistituzzjonali dwar leġiżlar aħjar (ĠU C 321, 31.12.2003, p.1)

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti tat-tqegħid fis-suq u l-bejgħ tat-timeshare u prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien. Se tapplika wkoll għall-bejgħ mill-ġdid tat-timeshare u prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, u l-iskambju tat-timeshare.

1. L-iskop ta’ din id-Direttiva hu li tikkontribwixxi għall-iffunzjonar xieraq tas-suq intern, u li jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur permezz ta’ l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri rigward ċerti aspetti tat-tqegħid fis-suq, tal-bejgħ u tal-bejgħ mill-ġdid tat-timeshare u prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, kif ukoll ta’ l-iskambju tat-timeshare.

Din id-Direttiva tapplika għat-tranżazzjonijiet bejn in-negozjant u l-konsumatur.

Din id-Direttiva tapplika għat-tranżazzjonijiet bejn in-negozjant u l-konsumatur.

Din id-Direttiva ma tagħmilx ħsara lil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula rimedji għal-liġi kuntrattwali ġenerali li tippermetti lill-konsumautr li jwaqqaf il-kuntratt.

2. Din id-Direttiva hi bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula:

 

- rimedji tal-liġi kuntrattwali ġenerali,

- regoli nazzjonali relatati mar-reġistrazzjoni u t-trasferiment ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, il-kundizzjonijiet ta’ l-istabbiliment u s-sistemi ta’ awtorizzazzjoni,

- determinazzjoni tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-kuntratti koperti f’din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri jistgħu jissoktaw japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam li tressqu lejn xulxin minn din id-Direttiva li huma aktar stretti biex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u li għandhom x’jaqsmu ma’:

 

(a) il-punt ta’ bidu għad-dritt ta’ rġigħ lura;

 

(b) It-termini u l-kondizzjonijiet fl-eżerċitar tad-dritt ta’ rġigħ lura

 

(c) l-effetti ta’ l-eżerċitar tad-dritt ta’ rġigħ lura.

 

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) “timeshare” ifisser kuntratt ta’ tul ta’ żmien ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb bi ħlas għall-valur id-dritt li juża wieħed jew aktar akkomodazzjonijiet għal aktar minn perjodu wieħed ta’ okkupazzjoni;

(a) “kuntratt ta’ timeshare” ifisser kuntratt ta’ tul ta’ żmien ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb, bi ħlas, id-dritt li juża akkomodazzjoni fuq bażi rikorrenti;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien" ifisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb primarjament, bi ħlas għall-valur, id-dritt li jikseb skontijiet jew benefiċċji oħra fuq akkomodazzjoni, separatament jew flimkien ma’ l-ivvjaġġar jew servizzi oħra;

(b) “prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien” ifisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb primarjament, bi ħlas, id-dritt li jikseb skontijiet jew benefiċċji oħra fuq akkomodazzjoni, bil-faċilitajiet jew mingħajrhom, separatament jew flimkien ma’ l-ivvjaġġar jew servizzi oħra;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) “skambju” ifisser kuntratt li bih il-konsumatur bi ħlas għall-valur jissieħeb ma’ skema li tippermettilu jbiddel il-post u/jew il-ħin ta’ l-interess tat-timeshare tiegħu permezz ta’ skambju;

(d) “kuntratt ta’ skambju” ifisser kuntratt anċillari li bih il-konsumatur bi ħlas jissieħeb ma’ sistema ta’ skambju li tippermettilu aċċess għal akkomodazzjoni jew servizzi oħra b’valur miżjud bi skambju ma’ l-għotja temporanja ta’ aċċess lil persuni oħra tal-benefiċċji tad-drittijiet tat-timeshare tiegħu;

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) “kuntratt anċillari” ifisser kuntratt li jaqa’ taħt kuntratt ieħor.

(g) “kuntratt anċillari” ifisser kwalunkwe kuntratt li jkun relatat ma’ kuntratt ewlieni, jiġifieri kuntratt ta’ timeshare jew kuntratt ta’ prodott ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien;

Ġustifikazzjoni

Mil-lat legali, il-kelma “relatat” tinħass aktar xierqa.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt (g a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) "mezz dewwiem” ifisser kwalunke strument li jippermetti lill-konsumatur li jaħżen tagħrif indirizzat personalment lilu b'mod li jkun aċċessibbli għal referenza ġejjiena għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula ta' l-informazzjoni maħżuna;

Ġustifikazzjoni

Biex tingħata ċertezza legali lill-konsumaturi u n-negozjanti, tinħtieġ definizzjoni aktar ċara.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt (g b) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) “kodiċi ta’ kondotta” ifisser ftehim jew sett ta’ regoli li ma jkunux imposti bil-liġi, regolamentazzjoni jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li jiddefinixxi l-imġiba tan-negozjanti li jimpenjaw ruħhom li jintrabtu bih fir-rigward ta’ prattika kummerċjali waħda jew aktar, jew settur tal-kummerċ, wieaħed jew diversi.

Ġustifikazzjoni

Biex tingħata ċertezza legali lill-konsumaturi u n-negozjanti, tinħtieġ definizzjoni aktar ċara.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riklami kollha jindikaw il-possibbiltà li jinkiseb tagħrif bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 2 u fejn dan jista’ jinkiseb.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riklami kollha jindikaw b’mod ċar li kwalunkwe offerta ta’ kuntratt min-negozjant għandha tinkludi t-tagħrif bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 2 u kif jista’ jinkiseb dan it-tagħrif.

2. In-negozjant se jipprovdi lill-konsumatur li jirrikjedi tagħrif b’tagħrif bil-miktub li, barra li għandu deskrizzjoni ġenerali tal-prodott, jipprovdi mill-inqas tagħrif qasir u preċiż fuq l-oġġetti li ġejjin, fejn meħtieġ:

2. Fi żmien xieraq qabel ma l-konsumatur ikun marbut b’kuntratt, in-negozjant se jipprovdi lill-konsumatur b’tagħrif bil-miktub li jkun ċar u konċiż, fejn japplika, dwar id-deskrizzjoni ġenerali tal-prodott, dwar id-dritt ta’ rtirar stipulat fl-Artikolu 5, u dwar il-projbizzjoni tal-ħlas bil-quddiem waqt il-perjodu permess għall-irtirar. Barra minn hekk, il-konsumatur għandu jirċievi tagħrif dwar il-punti li ġejjin, fejn meħtieġ:

(a) fil-każ ta’ timeshare, it-tagħrif stipulat fl-Anness I u, jekk il-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni li għadha qiegħda tinbena, it-tagħrif stipulat fl-Anness II;

(a) fil-każ ta’ kuntratt ta’ timeshare, it-tagħrif stipulat fl-Anness I u, jekk il-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni li għadha qiegħda tinbena, it-tagħrif stipulat fl-Anness II;

(b) fil-każ ta’ prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien, it-tagħrif stipulat fl-Anness III;

(b) fil-każ ta’ kuntratt ta’ prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien, it-tagħrif stipulat fl-Anness III;

(c) fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid, it-tagħrif stipulat fl-Anness IV;

(c) fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid, it-tagħrif stipulat fl-Anness IV;

(d) fil-każ ta’ skambju, it-tagħrif stipulat fl-Anness V.

(d) fil-każ ta’ kuntratt ta’ skambju, it-tagħrif stipulat fl-Anness V.

 

It-tagħrif għandu jkun bla ħlas u pprovdut min-negozjant fuq karta jew fuq mezz ieħor dewwiem.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Fl-istess waqt u bl-istess forma bħat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, in-negozjant għandu wkoll jinforma lill-konsumatur li skond id-dritt internazzjonali privat, il-kuntratt jista’ jkun regolat b’liġi oħra li ma tkunx il-liġi nazzjonali tal-konsumatur, u li t-tilwim possibbli jista’ jkun riferut għal qrati oħra li ma jkunux il-qorti ta’ fejn hu residenti jew normalment domiċiljat il-konsumatur.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid, l-obbligu tan-negozjant li jipprovdi tagħrif skond il-paragrafu 2 japplika għall-konsumatur li jista’ jkollu kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid.

3. Fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid, l-obbligu tan-negozjant li jipprovdi tagħrif skond il-paragrafu 2 japplika għall-konsumatur li jista’ jkollu kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmel it-test konformi ma’ l-Artikolu 2.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tagħrif msemmi fil-paragrafu 2 se jitfassal f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, magħżula mill-konsumatur.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 ikun bil-miktub jew b’mezz ieħor dewwiem, b’karattri li jistgħu jinqraw faċilment, u mfassal fil-lingwa/waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru fejn il-konsumatur huwa residenti, jew inkella l-lingwa/waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-konsumatur, li tkun/ikunu lingwa/i uffiċjali tal-Komunità, skond l-għażla tal-konsumatur. L-Istat Membru fejn il-konsumatur ikun residenti jista', madankollu, jirrikjedi li l-kuntratt jitfassal f'kull każ mill-inqas fil-lingwa/i tiegħu – li trid/iridu tkun/ikunu lingwa/i uffiċjali tal-Komunità – u li n-negozjant jipprovdi lill-konsumatur bi traduzzjoni ċertifikata tal-kuntratt bil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru ta' fejn tinsab il-proprjetà, li għandha tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur rari se jkun f’pożizzjoni biex jimponi l-għażla ħielsa tiegħu fuq in-negozjant. L-għażla għandha tkun bejn il-lingwa/i ta’ l-Istati Membri ta’ residenza tal-konsumatur u l-lingwa/i ta’ l-Istat Membri li tiegħu jkollu nazzjonalità. Barra minn hekk, għandha titqies il-ħtieġa li tiġi sorveljata l-applikazzjoni tad-direttiva, b'mod partikulari fi Stati Membri fejn il-kuntratti tat-timeshare huma suġġetti għal rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni notarili; għaldaqstant, is-sistema ta’ lingwi stipulata fid-Direttiva 94/47 għandha tinżamm.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kuntratt

Dispożizzjonijiet komuni għall-kuntratt ewlieni u dak anċillari

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri se jiżguraw li l-kuntratt hu bil-miktub u mfassal f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, kif magħżula mill-konsumatur.

4. L-Istati Membri se jiżguraw li l-kuntratt hu bil-miktub jew b’mezz ieħor dewwiem, b’karattri li jistgħu jinqraw faċilment, u mfassal fil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru fejn il-konsumatur huwa residenti, jew inkella fil-lingwa/waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-konsumatur, li tkun/ikunu lingwa/i uffiċjali tal-Komunità, skond l-għażla tal-konsumatur. L-Istat Membru fejn il-konsumatur ikun residenti jista', madankollu, jirrikjedi li l-kuntratt jitfassal f'kull każ mill-inqas bil-lingwa/i tiegħu – li trid/iridu tkun/ikunu lingwa/i uffiċjali tal-Komunità – u li n-negozjant jipprovdi lill-konsumatur bi traduzzjoni ċertifikata tal-kuntratt bil-lingwa jew f’waħda mil-lingwi ta’ l-Istat Membru ta' fejn tinsab il-proprjetà, li għandha tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(3) se jifforma parti integrali mill-kuntratt u mhux se jinbidel sakemm il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu mod ieħor jew il-bidliet jirriżultaw minn ċirkustanzi barra l-kontroll tan-negozjant.

2. It-tagħrif miktub imsemmi fl-Artikolu 3(2) se jifforma parti integrali mill-kuntratt u mhux se jinbidel sakemm il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu mod ieħor jew il-bidliet jirriżultaw minn ċirkustanzi strambi u mhux mistennija barra l-kontroll tan-negozjant, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati anke jekk kellha tingħata l-attenzjoni kollha dovuta.

Il-bidliet li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi barra l-kontroll tan-negozjant se jiġu kkomunikati lill-konsumatur bil-miktub qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt.

Kwalunkwe tibdil ta’ dan it-tip fit-tagħrif msemmi fl-Artikolu 3(2) se jiġu kkomunikati bil-miktub, fuq karta jew mezz dewwiem ieħor lill-konsumatur bil-miktub qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt.

Il-kuntratt għandu jsemmi kull tibdil ta’ din ix-xorta b’mod espliċitu.

 

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Jekk it-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (o) ta’ l-Anness I, il-punti (a), (b) u (d) ta’ l-Anness II, il-punti (a) sa (i) ta’ l-Anness III, il-punti (a) sa (g) ta’ l-Anness IV jew il-punti (a) sa (k) ta’ l-Anness V ma jkunx ġie pprovdut bil-miktub jew mezz dewwiem ieħor, il-konsumatur jitqies li ma jkunx marbut bil-kuntratt.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Barra t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-kuntratt għandu:

 

(a) isemmi l-identità u l-post ta’ residenza tal-partijiet;

 

(b) isemmi d-data u l-post tal-konklużjoni tal-kuntratt, u

 

(c) ikun iffirmat miż-żewġ partijiet.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta jsir il-kuntratt, il-konsumatur għandu jirċievi kopja tiegħu, fuq il-karta jew mezz ieħor dewwiem.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Fejn kuntratt ta’ timeshare ikun se jiġi ffinanzjat permezz ta’ self li n-negozjant ikun ġie mgħarraf dwaru, il-kuntratt tat-timeshare għandu jitqies li jkun ġie konkluż suġġett għall-kundizzjoni li s-self jingħata qabel it-tmiem tal-perjodu ta' rtirar imsemmi fl-Artikolu 5(1).

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-klawżoli kuntrattwali korrispondenti se jiġu ffirmati separatament mill-konsumatur.

Il-klawżoli kuntrattwali korrispondenti se jiġu ffirmati separatament mill-konsumatur.

 

2. Il-kuntratt ewlieni jew ta’ bejgħ mill-ġdid għandu jinkludi lista’ ta’ kontroll maħsuba biex tenfasizza d-drittijiet mogħtija lill-konsumaturi permezz ta’ din id-Direttiva u sabiex tiffaċilita l-eżerċitar tad-dritt ta’ rtirar skond l-Artikolu 5.

 

Il-lista ta’ kontroll għandha tkun imsejsa fuq l-użu ta’ formoli standard, disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità, u għandu jkollha formola li tinqala’ għall-eżerċitar tad-dritt ta’ rtirar.

 

B’mod konċiż u ċar, il-lista ta' kontroll għandha tispeċifika dan li ġej:

 

- l-identità u r-residenza tal-partijiet kollha;

 

- in-natura tad-dritt suġġett għall-kuntratt ewlieni;

 

- il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt ewlieni, u fejn ikun xieraq, kemm huwa twil;

 

- id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-drittijiet kuntrattwali tiegħu;

 

- il-prezz li jrid jitħallas mill-konsumatur għat-timeshare, il-prodott ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien jew għas-servizzi pprovduti min-negozjant tal-bejgħ mill-ġdid;

 

- l-ispejjeż assoċjati mat-timeshare jew prodott ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien;

 

- fejn ikun xieraq, is-servizzi jew faċilitajiet li jkun se jkollu aċċess għalihom il-konsumatur;

 

- jekk ikunx possibbli li wieħed jingħaqad ma’ sistema ta’ skambju;

 

- tagħrif dwar it-tul taż-żmien tad-dritt ta’ rtirar;

 

- tagħrif dwar il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem;

 

- jekk in-negozjant hux firmatarju ta’ kodiċi ta’ kondotta;

Ġustifikazzjoni

Biex tiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur u tgħinu jifhem id-dritt tiegħu li jerġa’ jibdielu, il-kuntratt għandu jinkludi lista ta’ kontroll.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafi 1 sa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri se jiżguraw li, wara li għamel kuntratt, il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira, mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni, fi żmien 14-il ġurnata minn meta ż-żewġ partijiet iffirmaw il-kuntratt jew minn meta ż-żewġ partijiet iffirmaw kuntratt preliminari li jorbot. Jekk l-erbatax-il jum ikun festa pubblika, il-perjodu għandu jiġi estiż għall-ewwel jum xogħol wara din id-data.

1. Il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ 21 ġurnata tal-kalendarju biex jirtira mill-kuntratt ewlieni, mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti ebda raġuni.

 

Dan il-perjodu ta’ rtirar għandu jibda jew:

 

(a) mill-ġurnata tal-konklużjoni tal-kuntratt jew tal-kuntratt preliminari li jorbot; jew

 

(b) mill-ġurnata li fiha l-konsumatur jirċievi l-kuntratt jew kuntratt preliminari li jorbot, jekk dik il-ġurnata tiġi wara d-data msemmija f'punt (a).

2. Jekk il-kuntratt ma jinkludix it-tagħrif kollu msemmi fil-punti (a) sa (p) ta’ l-Anness I u l-punti (a) u (b) ta’ l-Anness II, iżda it-tagħrif hu pprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara l-iffirmar tal-kuntratt, il-perjodu ta’ rġigħ lura għandu jibda mill-ġurnata li l-konsumatur jirċievi dak it-tagħrif.

 

3. Jekk it-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (p) ta’ l-Anness I u l-punti (a) u (b) ta’ l-Anness II ma ġiex ipprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara l-iffirmar tal-kuntratt, id-dritt ta’ rġigħ lura jiskadi wara tliet xhur u erbatax-il ġurnata mill-iffirmar tal-kuntratt.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li l-konsumaturi li jixtru offerti waqt li jkunu fuq btala jkollhom l-opportunità jmorru lura d-dar u jirriflettu dwar id-deċiżjoni tagħhom, ‘il bogħod mill-possibilità ta’ bejgħ taħt pressjoni. Sabiex dan jiġi żgurat, huwa aktar affidabbli perjodu ta’ 21 jum.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafi 4 u 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk il-konsumatur biħsiebu jeżerċita d-drittta’ rġigħ lura għandu, qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq, jgħarraf lill-persuna li isimha u l-indirizz tagħha jidhru fuq il-kuntratt għal dak il-għan skond il-punt (p) ta’ l-Anness I. Id-data ta’ l-għeluq titqies li ġiet imħarsa jekk l-avviż, jekk dan hu bil-miktub, jintbagħat qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq.

4. Jekk il-konsumatur biħsiebu jeżerċita d-dritt ta’ rtirar għandu, qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq, jgħarraf fuq karta jew xi mezz dewwiem ieħor, lin-negozjant jew lill-persuna li isimha u l-indirizz tagħha jidhru fuq il-kuntratt għal dak il-għan u fil-lista ta’ kontroll. Id-data ta’ l-għeluq titqies li ġiet imħarsa jekk l-avviż jintbagħat qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq.

Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rgigħ lura, hu mitlub iħallas lura biss dawk l-ispejjeż li, skond il-liġi nazzjonali, jiġġarrbu minħabba l-konklużjoni ta’ u rġigħ lura mill-kuntratt għal formalitajiet legali li għandhom isiru qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1. Dawn l-ispejjeż għandhom jissemmew b’mod espliċitu fil-kuntratt.

 

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar stipulat fil-paragrafu 3, hu mhux se jinħtieġ iħallas lura xejn.

6. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar, hu mhux se jinħtieġ iħallas lura xejn.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri se jiżguraw li kwalunkwe ħlas bil-quddiem, dispożizzjoni ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq karta ta’ kreditu, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel l-aħħar tal-perjodu, fejn jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rġigħ lura skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3) hu pprojbit.

1. L-Istati Membri se jiżguraw li għat-timeshare u għall-prodotti ta’ btajjel għal tul ta’ żmien, ikun projbit kwalunkwe ħlas bil-quddiem, dispożizzjoni ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel l-aħħar tal-perjodu, fejn jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rtirar skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3).

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kuntratti anċillari konklużi fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(1).

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe ħlas, għoti ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq il-karti tal-kreditu, rikonoxximent tad-dejn espliċitu tad-dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid qabel ma seħħ il-bejgħ proprju jew il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid intemm, hu pprojbit.

2. Barra minn hekk, kwalunkwe ħlas bil-quddiem, għoti ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq kontijiet, rikonoxximent tad-dejn espliċitu jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid qabel ma seħħ il-bejgħ proprju jew il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid intemm, hu pprojbit.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ prodotti ta’ btajjel għal tul ta’ żmien.

 

1. Għal kuntratti ta’ prodotti ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien, il-ħlas għandu jsir bi skeda ta’ ħlas bin-nifs: il-ħlasijiet, inkluża kwalunkwe miżata ta’ sħubija, għandhom jinqasmu f’mill-inqas tliet pagamenti, li kull waħda minnhom għandha tkun ta’ valur indaqs għal kuntratt ta’ mhux aktar minn għaxar snin, u ta’ mill-inqas ħames darbiet, li kull waħda minnhom għandha tkun indaqs, għal kuntratti ta' aktar minn għaxar snin; iż-żmien għal kull ħlas għandu jiġi kkalkulat tul it-terminu tal-kuntratt biex il-perjodu ta’ żmien li jgħaddi bejn ħlas u ieħor ikun l-istess. In-negozjant għandu jibgħat talba għall-ħlas bil-miktub, fuq karta jew mezz ieħor li jibqa’, mill-inqas 14-il ġurnata tal-kalendarju qabel kull data tal-ħlas.

 

Bla ħsara għad-dritt ta' rtirar imsemmi fl-Artikolu 5, mit-tieni pagament ’il quddiem, il-konsumatur jista’ jwaqqaf il-kuntratt mingħajr ma jeħel penali billi javża lin-negozjant fi żmien 14-il ġurnata wara li jirċievi t-talba ta’ ħlas għal kull pagament; dan id-dritt m’għandux jaffettwa d-drittijiet li jitwaqqaf il-kuntratt skond il-leġiżlazzjoni eżistenti.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti ta’ prodotti ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien ikollhom l-obbligu li jipprovdu biżżejjed evidenza ta’ sigurtà finanzjarja fil-każ ta’ insolvenza.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri se jiżguraw li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rġigħ lura mill-kuntratt għat-timeshare jew prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien, kwalunkwe kuntratt anċillari, kif ukoll skambju, jintemmu awtomatikament, mingħajr l-ebda piena.

1. Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt ewlieni, kwalunkwe kuntratt anċillari għandu jintemm awtomatikament, mingħajr l-ebda spejjeż għall-konsumatur.

 

2. Jekk il-prezz hu kopert bis-sħiħ jew parzjalment minn kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant, jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu se jintemm, mingħajr piena, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rġigħ lura mill-kuntratt ewlieni, kif stipulat fl-Artikolu 5.

2. Jekk il-prezz hu kopert bis-sħiħ jew parzjalment minn kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant, jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu se jintemm, mingħajr ebda spejjeż għall-konsumatur, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar mill-kuntratt ewlieni, kif stipulat fl-Artikolu 5(1).

3. L-Istat Membri se jistipulaw regoli dettaljati fuq it-twaqqif ta’ tali kuntratti.

3. Il-konsumatur għandu jkun jista’ jwaqqaf l-iskambju fi kwalunkwe waqt.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru se jiżgura li, jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hi l-liġi ta’ Stat Membru, kwalunkwe klawżoli kuntrattwali fejn il-konsumatur jirrinunzja għad-drittijiet tiegħu, kif stipulat f’din id-Direttiva, ma jorbtux.

L-Istat Membru għandu jiżgura li, jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hi l-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumatur ma jistax jirrinunzja għad-drittijiet mogħtija lilu permezz ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Direttiva.

2. Tkun xi tkun il-liġi applikabbli, il-konsumatur mhux se jiġi miċħud mill-ħarsien mogħti minn din id-Direttiva, jekk il-proprjetà immobbli kkonċernata tinsab fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru jew il-kuntratt ġie konkluż fi Stat Membru.

 

Ġustifikazzjoni

Dan issa huwa kopert mill-Artikoli l-ġodda 8a u 8b.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

 

Liġi u ġuriżdizzjoni applikabbli

 

1. Il-liġi applikabbli għall-kuntratti relatati mat-timeshare jew prodotti ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 (Ruma I).

 

2. Il-qrati b'ġuriżdizzjoni fuq proċedimeti li jirriżultaw mit-timeshare jew minn prodotti ta' btala fuq perjodu ta’ żmien twil, inkluża kwalunkwe relazzjoni kollaterali jew anċillari marbuta magħhom, għandhom jiġu determinati skond it-Taqsima 4, Kuntratti tal-Konsumatur, tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, ħlief meta t-tilwima tkun relatata ma' l-eżistenza, in-natura u l-ambitu ta' dritt in rem.

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika donnu li hi mixtieqa sabiex jiġu evitati litigazzjonijiet u riferenzi mhux meħtieġa għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8b

 

Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti

 

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-perjodu ta' rtirar u r-rekwiżiti tat-tagħrif għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet li ma jistax ikun hemm deroga minnhom skond it-tifsira tar-Regolamet (KE) Nru ..../2008 (Ruma I)

Ġustifikazzjoni

L-emenda tikkjarifika l-pożizzjoni legali.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafi 1 u 2, parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jassiguraw konformità ma’ din id-Direttiva fl-interessi tal-konsumaturi.

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw u jagħmlu superviżjoni tal-konformità ġenerali tan-negozjanti tagħhom ma’ din id-Direttiva, fl-interessi tal-konsumaturi.

2. Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li permezz tagħhom korp wieħed jew iktar milli ġejjin, kif determinat bil-liġi nazzjonali, jistgħu jieħdu azzjoni skond il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiġi assigurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva huma applikati:

2. Korp wieħed jew iktar milli ġejjin, kif determinat bil-liġi nazzjonali, għandhom ikunu intitolati jieħdu azzjoni skond il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiġi assigurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva huma applikati:

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(a) l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika bl-għan li twessa' l-firxa ta' organizzazzjonijiet konċernati.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri xierqa biex jinfurmaw lill-konsumatur bil-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u se tħeġġeġ, fejn meħtieġ, lin-negozjanti sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi bil-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jinfurmaw lill-konsumatur bil-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva.

 

L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b’dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta.

 

L-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi biex iwaqqfu organizzazzjoni settorjali (fl-UE) sabiex jiżguraw l-iżvilupp u l-immaniġġjar tal-kodiċijiet ta' kondotta b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet maħtura.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a u 1 b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet settorjali (fl-UE) joffru lill-konsumaturi il-possibilità ta’ sistema alternattiva ta' lħuq ta’ ftehim għall-każijiet ta’ tilwim, sabiex jiġu trattati l-ilmenti.

 

L-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu u jappoġġjaw organizzazzjonijiet settorjali bħal dawn sabiex jiżviluppaw marka ta' kwalità volontarja ma’ l-Ewropa kollha bil-ħsieb li n-negozjanti li jkollhom din il-marka jkun jista' jkollhom marka ta’ kwalità uffiċjali approvata u appoġġjata mill-Istati Membri.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibilità ta’ tagħrif sħiħ kif ukoll aċċess għall-mekkaniżmi legali li jistgħu jintużaw mill-konsumatur skond ir-Regolament Brussell I, b’referenza għal soluzzjoni barra mill-qrati ta’ tilwim tal-konsumatur u azzjonijiet legali ta’ natura legali u amministrattiva.

Ġustifikazzjoni

Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' organizzazzjonijiet pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi u n-negozjanti jkollhom tagħrif sħiħ u aċċess għall-mekkanizmi legali previsti mir-Regolament (KE) Nru 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2001 dwar kompetenza legali, l-għarfien u t-twettiq tad-deċizjonijiet f'materji ċivili u kummerċjali hekk li l-konsumatur ikun garantit livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll kundizzjonijiet stabbli u trasparenti tas-suq.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni se tanalizza din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni se tanalizza din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn 3 snin wara d-data ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet f’dan ir-regolament jiġu kkunsidrati fid-dibattitu li jista’ jsir dwar strument orizzontali dwar il-ħarsien tal-konsumatur, huwa mixtieq li ssir evalwazzjoni fil-ħin.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 94/47/KE ġiet irrevokata.

Id-Direttiva 94/47/KE ġiet irrevokata.

Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

I. Tagħrif dwar in-negozjant

(a) L-identità u r-residenza tal-partijiet, kif ukoll tagħrif speċifiku dwar l-istatus legali tan-negozjant meta l-kuntratt jiġi konkluż, il-firem tal-partijiet u d-data u l-post ta’ fejn ġie konkluż il-kuntratt;

(a) L-identità u r-residenza tal-partijiet, kif ukoll tagħrif speċifiku dwar l-istatus legali tan-negozjant meta l-kuntratt jiġi konkluż, il-firem tal-partijiet u d-data u l-post ta’ fejn ġie konkluż il-kuntratt ewlieni;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Anness I - punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

II. Tagħrif dwar id-dritt miksub

(b) in-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt u klawżola li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-eżerċitar ta’ dak id-dritt fi ħdan it-territorji ta’ l-Istat(i) Membru(i) fejn jinsabu/tinsab il-proprjetà jew proprjetajiet ikkonċernati u jekk ġewx issodisfatti dawk il-kondizzjonijiet jew, jekk ma ġewx, liema kondizzjonijiet għad iridu jiġu ssodisfati;

(b) in-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt ewlieni u ta’ klawżola li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-eżerċitar ta’ dak id-dritt fi ħdan it-territorji ta’ l-Istat(i) Membru(i) fejn jinsabu/tinsab il-proprjetà jew proprjetajiet ikkonċernati u jekk ġewx sodisfati dawk il-kondizzjonijiet jew, jekk ma ġewx, liema kondizzjonijiet għad iridu jiġu ssodisfati;

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Anness I - punt (b a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-perjodu eżatt li fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm hu twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

III. Tagħrif dwar il-proprjetajiet

(c) meta l-kuntratt ikun jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, deskrizzjoni bir-reqqa ta’ dik il-proprjetà u fejn tinsab; meta l-kuntratt jikkonċerna għadd ta’ proprjetajiet (kumplessi multipli), deskrizzjoni addattata tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

(c) meta l-kuntratt ewlieni jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, deskrizzjoni dettaljata ta’ dik il-proprjetà u fejn tinsab;meta l-kuntratt ewlieni ikun jikkonċerna għadd ta’ proprjetajiet (kumplessi multipli), deskrizzjoni addattata tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt ewlieni jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) is-servizzi (pereżempju dawl, ilma, manutenzjoni, ġbir ta’ skart) li għalihom il-konsumatur għandu jew għad ikollu aċċess u b’liema kondizzjonijiet;

imħassar

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-faċilitajiet komuni, bħalma huma l-pixxina, is-sawna, eċċ., li l-konsumatur għandu jew jista’ jkollu aċċess għalihom, u, fejn xieraq, b’liema kondizzjonijiet;

imħassar

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (f a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) jekk il-kuntratt joffri d-dritt li tiġi okkupata akkomodazzjoni f’kumpless wieħed, tagħrif dwar ir-restrizzjonijiet ta’ l-ambitu għall-konsumatur li jokkupa kwalunkwe akkomodazzjoni fi kwalunkwe żmien fil-kumpless;

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (f b) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

IV. Tagħrif dwar l-ispejjeż

 

(fb) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) deskrizzjoni bir-reqqa ta’ kif se jiġu allokati l-ispejjeż kollha lill-konsumaturi u kif u meta jistgħu jinżdiedu tali spejjeż; fejn relevanti, tagħrif dwar jekk hemm spejjeż, ipoteki, impedimenti jew rabtiet oħra rreġistrati kontra d-dritt għall-akkomodazzjoni.

(g) deskrizzjoni xierqa ta’ l-ispejjeż kollha assoċjati mal-kuntratt tat-timeshare; il-mod ta’ kif se jiġu allokati dawn l-ispejjeż lill-konsumaturi u kif u meta jistgħu jiżdiedu tali spejjeż;fejn relevanti, tagħrif dwar jekk hemm spejjeż, ipoteki, impedimenti jew rabtiet oħra rreġistrati kontra d-dritt għall-akkomodazzjoni.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

imħassar

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Anness I - punt (i)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-użu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-bażi għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (pereżempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet).

imħassar

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Anness I - punt (k)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) jekk hix possibbli jew le s-sħubija fi skema ta’ skambju jew bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet kuntrattwali, tagħrif dwar l-iskemi relevanti u indikazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati mal-bejgħ mill-ġdid u l-iskambju bl-użu ta’ dawn l-iskemi;

(k)jekk huwiex possibbli jew le li wieħed jissieħeb f’sistema ta’ skambju jew bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet kuntrattwali, tagħrif dwar is-sistema ta’ skambju rilevanti u indikazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati mal-bejgħ mill-ġdid u l-iskambju permezz ta’ din is-sistema;

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (l)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) indikazzjoni tal-lingwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mad-deċiżjonijiet ta’ tmexxija, iż-żieda fl-ispejjeż u t-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

imħassar

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Anness I - punt (m)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Tagħrif dwar id-dritt ta’ rtirar u ta’ terminazzjoni tal-kuntratt

(m) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(m) tagħrif fuq id-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ rtirar mill-kuntratt; fejn japplika, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-terminazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim ta’ kreditu u l-kuntratti anċillari l-oħra marbuta mal-kuntratt ewlieni fil-każ ta’ rtirar mill-kuntratt, bħal skemi ta’ “cash-back” jew skemi oħra ta’ investiment; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rtirar;

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (m a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ma) il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u tagħrif dwar kwalunkwe responsabilità li jkollu l-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista' tirriżulta mit-terminazzjoni;

Emenda

               75

Proposta għal direttiva

Anness I – punt (n)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jerġa’ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3);

imħassar

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Anness I - punt (o)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

imħassar

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Anness I - punt (p)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

VI. Tagħrif addizzjonali

(p) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

(p) jekk in-negozjant hux firmatarju ta’ kodiċi tal-kondotta jew le, u fejn tista’ tinstab;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tirrikjedi li n-negozjant jipprovdi lill-konsumaturi b’ħafna tagħrif relatat ma’ kodiċijiet ta’ kondotta. Dan l-ammont ta’ tagħrif jaf itaqqal lill-konsumatur mingħajr ma jkun relevanti. Dan hu l-istess bħallikieku n-negozjant jintalab li jipprovdi lill-konsumaturi bil-liġijiet tat-timeshare, u liġijiet oħra relevanti, u li n-negozjant jintalab jagħmilhom parti mill-kuntratt.

It-tagħrif li l-konsumatur jeħtieġ verament hu li jifhem jekk in-negozjant iffirmax kodiċi ta’ kondotta, u fejn jista’ jinkiseb dan it-tagħrif.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Anness II – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istat ta’ tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown);

(a)l-istat ta’ tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown) u ta’ kwalunkwe faċilità oħra li l-konsumatur se jkollu aċċess għaliha;

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Anness II – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) stima raġjonevoli għad-data ta’ l-għeluq għat-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown);

(b)stima raġonevoli għad-data ta’ l-għeluq għat-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown) u kwalunkwe faċilità oħra li l-konsumatur se jkollu aċċess għaliha;

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

I. Tagħrif dwar in-negozjant

(a) L-identità u r-residenza tal-partijiet, kif ukoll tagħrif speċifiku dwar l-istatus legali tan-negozjant meta l-kuntratt jiġi konkluż, il-firem tal-partijiet u d-data u l-post ta’ fejn ġie konkluż il-kuntratt;

(a) L-identità u l-lok uffiċjali tan-negozju tal-partijiet responsabbli li jipprovdu l-akkomodazzjoni, il-vjaġġi jew il-prodotti u s-servizzi relatati li l-konsumatur ikollu aċċess għalihom b’riżultat tal-kuntratt ewlieni;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-konsumatur jifhem ma’ min ikun qed jagħmel il-kuntratt u min ikun se jipprovdi l-iskontijiet.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

II. Tagħrif dwar id-dritt miksub

(b) in-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

(b)in-natura eżatta u s-sustanza tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt ewlieni u deskrizzjoni xierqa tad-drittijiet mogħtija lill-konsumatur permezz tal-kuntratt, inkluża kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-responsabilitajiet tal-konsumaturi li jkunu jixtiequ jgawdu minn dawk id-drittijiet (pereżempju, disponibilità limitata jew offerti reklamati jew skontijiet speċjali);

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (c a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)deskrizzjoni xierqa u korretta ta’ l-akkomodazzjoni disponibbli għal prenotazzjonijiet ġejjiena, indikazzjoni u garanzija tar-rata ta’ skont, u l-perjodi ta’ żmien ta’ meta tkun disponibbli;

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-prodotti ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien sikwit jgħidu li jkollhom aċċess għal portfolio estensiv ta’ akkomodazzjoni u għal kumpaniji ta’ l-ajru, jeħtieġ li l-konsumatur jifhem eżatt min huma l-fornituri. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-konsumaturi jifhmu n-natura tar-relazzjoni bejn in-negozjanti tal-prodotti ta’ btajjel fuq tul ta’ żmien u l-fornituri tagħhom (jekk tkunx impriża ta’ kuntratti “B-to-B” jew sempliċiment kuntratt standard li jiġġedded kull sena, li jkun ifisser proprjetà mobbli jew immobbli u/jew titjiriet li jkunu jistgħu jitħassru mill-portfolio).

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

III. Tagħrif dwar l-ispejjeż

(d) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur;

(d) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, inkluża kwalunkwe spiża perjodika;

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (d a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) fejn japplika, in-natura eżatta ta’ l-iskont/ijiet disponibbli, imqabbla mal-prezz sħiħ tal-proprjetà mobbli jew immobbli, vjaġġi jew kwalunkwe prodott jew servizz reletat relevanti;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni teskludi tagħrif materjali sostanzjali meħtieġ mill-konsumatur biex jagħmel deċiżjoni ta’ bejgħ informata. Dan jinkludi, speċjalment meta jkunu qed jiġi offruti skontijiet, in-natura eżatta ta’ dawn l-iskontijiet meta mqabbla mal-prezzijiet ‘uffiċjali’.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (d b) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) spjegazzjoni ta’ kif kwalunkwe tariffa li għandha titħallas biex jinżamm id-dritt tista’ tinbidel, u stima tal-miżati ġejjiena;

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (d c) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

id-dettalji ta’ kwalunkwe spiża oħra li l-konsumatur għandu jistenna li jkollu b’riżultat tad-dritt tiegħu li jikseb aċċess għall-akkomodazzjoni, il-vjaġġi jew kwalunkwe prodott jew servizz relatat kif speċifikat;

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) indikazzjoni tal-ligwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

imħassar

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Anness III - punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

V. Tagħrif dwar id-dritt ta’ rtirar u tat-terminazzjoni tal-kuntratt

(g) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(g) tagħrif fuq id-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ rtirar mill-kuntratt; fejn japplika, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-terminazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim ta’ kreditu u l-kuntratti anċillari l-oħra marbuta mal-kuntratt ewlieni fil-każ ta’ rtirar mill-kuntratt, bħal skemi ta’ “cash-back” jew skemi oħra ta’ investiment; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rtirar;

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (g a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) (ma) il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u tagħrif dwar kwalunkwe responsabilità li jkollu l-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista' tirriżulta mit-terminazzjoni;

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jerġa’ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3);

imħassar

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Anness III – punt (i)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

imħassar

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Anness III - punt (j)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

VI. Tagħrif addizzjonali

(j) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

(j) jekk in-negozjant hux firmatarju ta’ kodiċi tal-kondotta jew le, u fejn jista’ jinstab dan il-kodiċi;

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Anness IV – taqsima -1 a (ġdida) (titolu)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

I. Tagħrif dwar in-negozjant

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt (a a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

II. Tagħrif dwar is-servizz provdut

 

(aa) deskrizzjoni preċiża tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti skond il-kuntratt (pereżempju t-tqegħid fis-suq);

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt (b) sa (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

III. Tagħrif dwar l-ispejjeż

(b) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur għas-servizzi tal-bejgħ mill-ġdid;

(b)il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur għas-servizzi tal-bejgħ mill-ġdid;

(c) klawżola li tispeċifika li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(c) klawżola li tispeċifika li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(d) indikazzjoni tal-ligwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

 

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Anness IV - punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

IV. Tagħrif dwar id-dritt ta’ rtirar u tat-terminazzjoni tal-kuntratt

(e) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura;

(e)tagħrif fuq id-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt tal-bejgħ mill-ġdid u l-konsegwenzi ta’ rtirar mill-kuntratt;

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Anness IV - punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem sakemm iseħħ il-bejgħ propju jew inkella l-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jintemm;

(f) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem kif iddeterminat bi qbil ma’ l-Artikolu 6(3) sakemm iseħħ il-bejgħ propju jew inkella l-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jintemm;

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Anness IV - punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

imħassar

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt (g a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u tagħrif dwar kwalunkwe responsabilità li jkollu l-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista' tirriżulta mit-terminazzjoni;

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Anness IV - punt (h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

V. Tagħrif addizzjonali

(h) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

(h) jekk in-negozjant hux firmatarju ta’ kodiċi tal-kondotta jew le, u fejn jista’ jinstab dan il-kodiċi;

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Anness V – taqsima -1 a (ġdida) (titolu)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

I. Tagħrif dwar in-negozjant

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Anness V - punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

II. Tagħrif dwar id-dritt miksub

(b) In-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

in-natura eżatta u l-kontenut tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (b a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil;id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (b b) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

spjegazzjoni tal-valur miżjud tas-servizzi offruti min-negozjant ta' l-iskambju;

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Anness V - punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

II. Tagħrif dwar il-proprjetajiet

(c) deskrizzjoni xierqa tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

(c) meta l-konsumatur jista' jikseb deskrizzjoni xierqa tal-propjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

imħassar

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

IV. Tagħrif dwar l-ispejjeż

(e) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-użu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-bażi għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (pereżempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet).

(e) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-iskambju tas-sħubija u t-transazzjonijiet individwali ta' l-iskambju;

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (e a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) tagħrif dwar l-obbligu fuq in-negozjant li jipprovdi dettalji qabel arranġament ta' skambju, fir-rigward ta' kull proposta ta' skambju, dwar kwalunkwe spiża addizzjonali li l-konsumatur ikun responsabbli għaliha fir-rigward ta' l-iskambju;

 

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Anness V - punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) indikazzjoni tal-ligwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

imħassar

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) spjegazzjoni fuq kif taħdem is-sistema ta’ skambju; il-possibbiltajiet u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-iskambju, kif ukoll indikazzjoni tan-numru ta’ kumplessi disponibbli u l-għadd ta’ membri fis-sistema ta’ skambju u għadd ta’ eżempji ta’ possibbiltajiet ta’ skambju konkreti;

(h) spjegazzjoni tal-mod kif taħdem is-sistema ta' skambju u l-possibilitajiet u l-modalitajiet ta' skambju, u kif ukoll indikazzjoni tan-numru ta' kumplessi disponibbli fis-sistema ta' skambju, inkluża kwalunkwe limitazzjoni fuq id-disponibilità ta' akkomodazzjoni partikulari magħżula mill-konsumatur, pereżempju minħabba l-iktar perjodi intensivi ta' domanda u/jew il-bżonn potenzjali li wieħed jibbukkja minn żmien twil minn qabel, u indikazzjonijiet ta' kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet tat-timeshare depożitati fis-sistema ta' skambju mill-konsumatur, inklużi, fejn ikun xieraq, limiti bbażati fuq in-numru ta' punti allokati lill-konsumatur jew miżmuma minnu u sett ta' eżempji ta' possibilitajiet konkreti ta' skambju;

Emenda 111

Proposta għal direttiva

Anness V, punt (i)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

V. Tagħrif dwar id-dritt ta’ rtirar u tat-terminazzjoni tal-kuntratt

(i) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(i) tagħrif dwar it-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt ta' skambju fil-każ li l-konsumatur jirtira mill-kuntratt prinċipali waqt il-perjodu għall-irtirar;

Ġustifikazzjoni

It-terminazzjoni tal-kuntratt ta' skambju għandha ssir jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu li jirtira mill-kuntratt ta' xiri għal interess f'timeshare. In-negozjanti ta' l-iskambju għandhom jinkludu dan it-tagħrif fil-kuntratti tagħhom. Perjodu separat għall-irtirar minn kuntratt ta' skambju huma bla ħtieġa u joħloq konfużjoni għall-konsumatur.

Emenda 112

Proposta għal direttiva

Anness V, punt (j)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jerġa’ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3);

imħassar

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (j a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u tagħrif dwar kwalunkwe responsabilità li jkollu l-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista' tirriżulta mit-terminazzjoni;

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Anness V – punt (k) u (l)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

VI. Tagħrif addizzjonali

(k) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

(k) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rtirar għandu jintbagħat;

(l) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

(l) jekk in-negozjant hux firmatarju ta’ kodiċi tal-kondotta jew le, u fejn tista’ tinstab;


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI (28.3.2008)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshare, prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, bejgħ mill-ġdid u skambju

(COM(2007)0303 – C6‑0159/2007 – 2007/0113(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Antonio López-Istúriz White

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Mindu saret l-adozzjoni tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare, it-timeshare evolviet u prodotti ta’ vaganzi ġodda simili dehru fis-suq. Dawn il-prodotti ta’ vaganzi ġodda u ċerti tranżazzjonijiet relatati mat- timeshare , bħall-bejgħ mill-ġdid u skambju, mhumiex koperti mid-Direttiva 94/47/KE. Barra minn hekk, esperjenza bl-applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE wriet li ċerti punti diġà koperti għandhom jiġu aġġornati jew ikkjarifikati.

(1) Mindu saret l-adozzjoni tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare, it-timeshare evolviet u prodotti ta’ vaganzi ġodda simili jew li jagħtu x’jifhmu li huma simili għaliha u li sikwit jitfasslu biex jevitaw li jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva dehru fis-suq. Dawn il-prodotti ta’ vaganzi ġodda u ċerti tranżazzjonijiet relatati mat- timeshare , bħall-bejgħ mill-ġdid u skambju, mhumiex koperti mid-Direttiva 94/47/KE. Barra minn hekk, esperjenza bl-applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE wriet li ċerti punti diġà koperti għandhom jiġu aġġornati jew ikkjarifikati sabiex ikun evitat ukoll l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ btajjel ġodda maħsuba sabiex jevitaw li jkunu suġġetti għal din il-leġiżlazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-problema bid-Direttiva eżistenti hi li operaturi bla skruplu kien jirnexxielhom jiskapulaw id-dispożizzjonijiet tagħha b'mod faċli żżejjed. Id-Direttiva l-ġdida għandha tkun ċara kemm jista’ jkun.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jinkisbu bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern għall-konsumaturi u n-negozji, il-liġijiet relevanti ta’ l-Istati Membri jeħtieġu jitqarrbu aktar. Madankollu, għal ċerti aspetti, l-Istati Membri għadhom ikunu jistgħu jissoktaw japplikaw regoli aktar stretti.

(3) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jinkisbu bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern għall-konsumaturi u n-negozji, il-liġijiet relevanti ta’ l-Istati Membri jeħtieġu jitqarrbu aktar. F'xi aspetti, jidher li hemm il-ħtieġa li tiddaħħal l-armonizzazzjoni sħiħa.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jintlaħaq livell ottimali ta’ ħarsien tal-konsumatur, u minkejja l-fatt li l-istrument propost huwa Direttiva, f’xi aspetti ewlenin għandha tkun preskritta l-armonizzazzjoni totali.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Din id-Direttiva m’għandhiex tagħmel ħsara lir-regoli nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli jew mobbli, kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew skemi ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżiti ta’ għoti ta’ liċenzji, determinazzjoni tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-kuntratti koperti mnn din id-Direttiva.

(4) Din id-Direttiva m’għandhiex tagħmel ħsara lir-regoli nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-bejgħ u mar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli jew mobbli, kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew skemi ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżiti ta’ għoti ta’ liċenzji, determinazzjoni tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-kuntratti koperti mnn din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva trid tkun bla ħsara għar-regoli nazzjonali dwar il-bejgħ ta’ proprjetà. Barra minn hekk, il-liġi tar-reġistrazzjoni u l-liġi tal-proprjetà huma marbuta mill-qrib.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-prodotti differenti koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar u d-dispożizzjonijiet rigward tagħrif prekuntrattwali u l-kuntratt għandhom jiġu kkjarifikati u aġġornati.

(5) It-tipi ta’ prodotti koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar li ma jħallix li jkunu evitati d-dispożizzjonijiet tagħha u d-dispożizzjonijiet rigward tagħrif prekuntrattwali, il-kuntratt u l-perjodu ta’ rtirar għandhom jiġu kkjarifikati u aġġornati.

Ġustifikazzjoni

Il-problema bid-Direttiva eżistenti hi li operaturi bla skruplu kien jirnexxielhom jiskapulaw id-dispożizzjonijiet tagħha b'mod faċli żżejjed. Id-Direttiva l-ġdida għandha tkun ċara kemm jista’ jkun.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Minħabba d-diffikultajiet partikulari li joħolqu ċerti prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien, dak li hu inkluż f’din l-espressjoni jeħtieġ ikun definit b’mod ċar, u jeħtieġ jiġu stipulati regoli speċifiċi mfassla sabiex jiġi evitat l-abbuż.

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti miġbura taħt l-isem "prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien" huma differenti mit-timeshare għax qatt ma jinvolvu drittijiet veri tal-proprjetà, għaldaqstant jinħtieġu regoli speċifiċi. Hija meħtieġa definizzjoni ċara sabiex dawn il-prodotti jiġu ddifferenzjati mit-timeshare u minn arranġamenti u skemi oħra li din id-Direttiva mhix intiża li tkopri.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) 'Prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien' fit-tifsira ta’ din id-Direttiva trid tiġi ddifferenzjata mit-timeshare u minn pakketti ta’ btajjel u minn ċekkijiet ta’ skontijiet, u minn programmi ta’ lealtà u ta’ fedeltà fejn iċ-ċekkijiet ta’ skontijiet jew il-punti mogħtija jkunu parti mill-quid pro quo għax-xiri ta’ akkomodazzjoni jew ta’ l-ivvjaġġar bl-ajru u ma jkunux jikkostitwixxu prodotti fihom infushom; meta wieħed iqis jekk skema partikulari tikkostitwixxix prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva, tista' titqies b’mod partikulari in-natura mhux żviluppata ta’ l-iskontijiet jew ta’ benefiċċji oħra li allegatament jingħataw, il-fatt li huma jiġu akkwistati direttament bi ħlas jew bi tpartit ma’ punti mhux miġbura fuq il-bażi ta’ l-iljieli użati f'akkomodazzjoni bi ħlas jew ta' mili vvjaġġati, u l-fatt li l-entità li tipprovdi jew li tagħmel l-arranġamenti għall-forniment ta’ l-iskontijiet jew tal-benefiċċji sikwit tkun separata mill-entità li tbigħ il-prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien.

Ġustifikazzjoni

Essenzjalment tiddefinixxi l-prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien skond it-tifsira tad-Direttiva sabiex tkopri l-manifestazzjonijiet kollha tagħhom filwaqt li teskludi l-prodotti u s-servizzi li mhumiex maħsuba li jkunu koperti fid-Direttiva.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-projbizzjoni fuq ħlasijiet bil-quddiem lin-negozjant jew kwalunkwe parti terza qabel l-aħħar tal-perjodu għall-irtirar għandha tiġi kkjarifikata sabiex ittejjeb il-ħarsien tal-konsumatur. Għall-bejgħ mill-ġdid, il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bill-quddiem għandha tapplika sakemm isir il-bejgħ propju jew jintemm il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid.

(8) Il-projbizzjoni fuq ħlasijiet bil-quddiem lin-negozjant jew kwalunkwe parti terza għandha tiġi kkjarifikata sabiex ittejjeb il-ħarsien mogħti lill-konsumatur. Fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid, il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe ħlas għandha tapplika sakemm isir il-bejgħ propju jew jintemm il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fil-każ ta’ irtirar minn kuntratt fejn il-prezz kien parzjalment jew kopert kollu b’kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm mingħajr pieni. L-istess għandu japplika għall-kuntratti anċillari, bħall-kuntratti għal sħubija f’sistemi ta’ skambju.

(9) Fil-każ ta’ irtirar minn kuntratt fejn il-prezz kien kopert kollu jew parzjalment b’kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm mingħajr spejjeż għall-konsumatur. L-istess għandu japplika għall-kuntratti anċillari, bħall-kuntratti għal sħubija f’sistemi ta’ skambju.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-ħarsien mogħti minn din id-Direttiva. Dan għandu jkun ukoll il-każ fejn il-liġi ta’ Stat mhux Membru tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt.

(10) Il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-ħarsien mogħti minn din id-Direttiva. Dan għandu jkun ukoll il-każ fejn il-liġi ta’ pajjiż terz tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt u li l-proprjetà immobbli tkun tinsab fi Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-perjodu ta' rtirar u r-rekwiżiti tat-tagħrif għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet li ma jistax ikun hemm deroga minnhom b'kuntratt skond it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I)1.

 

____________________

1 ĠU L XX, xx/xx/xx, p. x.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika tidher li hi meħtieġa.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Il-liġi applikabbli għall-kuntratti relatati mat-timeshare jew mal-prodotti ta’ btajjel għal żmien twil għandha tiġi dderminata skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 (Ruma I). Il-qrati b'ġurisdizzjoni fuq proċedimeti li jirriżultaw mit-timeshare jew minn prodotti ta' btala fuq perjodu ta’ żmien twil, inkluża kwalunkwe relazzjoni kollaterali jew anċillari għalihom, għandhom jiġu ddeterminati skond it-Taqsima 4, Kuntratti tal-Konsumatur, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali1 ħlief meta t-tilwima tkun relatata ma' l-eżistenza, in-natura u l-ambitu ta' dritt in rem.

 

 

 

_______________

1 ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitneħħew kwalunkwe dubji relatati mal-ġurisdizzjoni ħalli jiġi evitat tilwim bla bżonn.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati effettivament bid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u jħeġġu lin-negozjanti li jinfurmawhom bil-kodiċijiet ta’ prassi tagħhom li jeżistu fil-qasam.

(14) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati effettivament bid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u avżati dwar il-possibilità ta’ prattiki ħżiena u t-tekniki ta’ bejgħ b’ħafna pressjoni, b’mod partikulari fis-settur tal-prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien. Huma għandhom jiġbdu l-attenzjoni għall-eżistenza ta' kodiċijiet ta' kondotta u tas-sinifikat ta' sħubija f'organizzazzjoni approvata ta' l-industrija. In-negozjanti għandhom jiġu mħeġġa jippubblikaw u jipprovdu tagħrif dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħin u tinkoraġġixxi l-kampanji transkonfinali ta’ tagħrif, b’mod partikulari permezz tal-websajt tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva m’għandhiex tinjora l-prattiki ħżiena li jeżistu fis-settur tal-prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien.

Huwa wkoll importanti li l-Kummissjoni tgħin fl-organizzazzjoni ta’ kampanji transkonfinali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Titolu (ġdid) li għandu jiddaħħal qabel Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima 1: Dispożizzjonijiet komuni

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – Paragrafu 1 – Subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva ma tagħmilx ħsara lil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula rimedji għal-liġi kuntrattwali ġenerali li tippermetti lill-konsumautr li jwaqqaf il-kuntratt.

Din id-Direttiva ma tagħmilx ħsara la lil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula rimedji għal-liġi kuntrattwali ġenerali u lanqas lir-regoli nazzjonali dwar il-bejgħ u r-reġistrazzjoni ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, dwar kundizzjonijiet għall-istabbilment u awtorizzazzjoni, u dwar id-determinazzjoni tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-kuntratti koperti minn din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Premessa 4.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jissoktaw japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam li tressqu lejn xulxin minn din id-Direttiva li huma aktar stretti biex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u li għandhom x’jaqsmu ma’:

imħassar

(a) il-punt ta’ bidu għad-dritt ta’ rġigħ lura;

 

(b) It-termini u l-kondizzjonijiet fl-eżerċitar tad-dritt ta’ rġigħ lura

 

(c) l-effetti ta’ l-eżerċitar tad-dritt ta’ rġigħ lura.

 

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li d-dritt ta’ rtirar jkun totalment armonizzat.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) “timeshare ” ifisser kuntratt ta’ tul ta’ żmien ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb bi ħlas għall-valur id-dritt li juża wieħed jew aktar akkomodazzjonijiet għal aktar minn perjodu wieħed ta’ okkupazzjoni;

(a) “timeshare ” ifisser kuntratt ta’ tul ta’ żmien ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb bi ħlas id-dritt rikurrenti li juża wieħed jew aktar akkomodazzjonijiet b’faċilitajiet oħra jew mingħajrhom;

Ġustifikazzjoni

It-terminu "bi ħlas għall-valur" huwa terminu partikolari ta’ sistema legali waħda. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja għandha tuża terminoloġija newtrali.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien" ifisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb primarjament, bi ħlas għall-valur, id-dritt li jikseb skontijiet jew benefiċċji oħra fuq akkomodazzjoni, separatament jew flimkien ma’ l-ivvjaġġar jew servizzi oħra;

(b) “prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien" ifisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena, independentement minn kif ikun deskritt jew imsejjaħ, li bih il-konsumatur jikseb primarjament, bi ħlas, id-dritt li jikseb, permezz ta’ sistema ta’ prenotazzjoni jew b’xi mod ieħor, skontijiet jew benefiċċji oħra fuq akkomodazzjonijiet b’faċilitajiet jew mingħajrhom, separatament jew flimkien ma’ l-ivvjaġġar jew servizzi oħra; l-espressjoni 'prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien' ma tinkludix it-timeshare, il-pakketti tal-btajjel u ċ-ċekkijiet ta’ skontijiet u l-programmi ta’ lealtà u ta’ fedeltà li jintużaw biex jippromwovu l-bejgħ u jinkoraġġixxu l-lealtà tal-konsumatur, u li fihom infushom ma jikkostitwixxux prodott;

Ġustifikazzjoni

Essenzjalment tiddefinixxi l-prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien skond it-tifsira tad-Direttiva sabiex tkopri l-manifestazzjonijiet kollha tagħhom filwaqt li teskludi l-prodotti u s-servizzi li mhumiex maħsuba li jkunu koperti fid-Direttiva. Din id-dispożizzjoni għandha tinqara flimkien mal-premessa l-ġdida 5b.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) “bejgħ mill-ġdid” ifisser kuntratt li bih negozjant bi ħlas għall-valur jgħin lill-konsumatur ibiegħ jew jixtri timsehare jew prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien;

(c) “bejgħ mill-ġdid” ifisser kuntratt li bih negozjant jaġixxi bi ħlas bħala l-intermedjarju ta’ konsumatur għall-bejgħ jew ix-xiri ta’ timeshare jew prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) “skambju” ifisser kuntratt li bih il-konsumatur bi ħlas għall-valur jissieħeb ma’ skema li tippermettilu jbiddel il-post u/jew il-ħin ta’ l-interess tat-timeshare tiegħu permezz ta’ skambju;

(d) “skambju” ifisser kuntratt anċillari li bih il-konsumatur, bi ħlas jew għall-valur tal-ħlas, jissieħeb ma’ skema li tippermettilu li jkollu l-benefiċċju ta’ akkomodazzjoni b’faċilitajiet oħra jew mingħajrhom bi tpartit ma’ l-għoti, min-naħa tiegħu, ta’ aċċess temporanju għall-benefiċċji tat-timeshare tiegħu lil parti terza;

Ġustifikazzjoni

Tiċċara d-definizzjoni.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) “konsumatur” ifisser persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, negozju, jew professjoni tiegħu;

(f) “konsumatur” ifisser persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta’ żball fit-test bl-Ingliż.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "kuntratt anċillari" ifisser kuntratt li jaqa’ taħt kuntratt ieħor.

(g) “kuntratt anċillari” ifisser kwalunkwe kuntratt li, f'termini tal-kontenut jew ta’ l-iskop tiegħu, ikun jiddependi fuq l-eżistenza ta’ kuntratt ta’ timeshare jew ta’ prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħrif prekuntrattwali u r-reklami

Reklami

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riklami kollha jindikaw il-possibbiltà li jinkiseb tagħrif bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 2 u fejn dan jista’ jinkiseb.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riklami kollha jkollhom indikazzjoni prominenti li t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a jkun ġie provdut qabel ma jkun konkluż il-kuntratt u li jkun jagħmel parti mill-kuntratt. Ir-riklamar għandu wkoll jindika fejn ikun jista’ jiġi kkonsultat dak it-tagħrif.

2. In-negozjant se jipprovdi lill-konsumatur li jirrikjedi tagħrif b’tagħrif bil-miktub li, barra li għandu deskrizzjoni ġenerali tal-prodott, jipprovdi mill-inqas tagħrif qasir u preċiż fuq l-oġġetti li ġejjin, fejn meħtieġ:

 

(a) fil-każ ta’ timeshare , is-sett ta’ tagħrif stipulat fl-Anness I u, jekk il-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni li għadha qiegħda tinbena, it-tagħrif stipulat fl-Anness II;

 

(b) fil-każ ta’ prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien, it-tagħrif stipulat fl-Anness III;

 

(c) fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid, it-tagħrif stipulat fl-Anness IV;

 

(d) fil-każ ta’ skambju, it-tagħrif stipulat fl-Anness V;

 

3. Fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid, l-obbligu tan-negozjant li jipprovdi tagħrif skond il-paragrafu 2 japplika għall-konsumatur li jista’ jkollu kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid.

2. It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1) għandu jkun provdut lill-konsumatur fi kwalunkwe post fejn hu jiġi mistieden sabiex jiġi offrut timeshare jew fejn ikun se jiġi promoss jew offrut prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien.

4. It-tagħrif msemmi fil-paragrafu 2 se jitfassal f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, magħżula mill-konsumatur.

 

Ġustifikazzjoni

Jidher ċar li jintużaw ħafna prattiki tal-bejgħ li huma abbużivi, b’mod partikulari fil-bejgħ ta’ prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien. Huwa importanti li dawn il-prattiki jkunu mwaqqfa.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3a

 

Tagħrif pre-kuntrattwali

 

1. Qabel mal-konsumatur ikun jista’ jaċċetta kwalunkwe offerta jew jintrabat bi kwalunkwe kuntratt, in-negozjant għandu jipprovdilu tagħrif ċar, li jinftiehem, preċiż u suffiċjenti dwar il-punti li ġejjin:

 

(a) fil-każ ta’ timeshare, it-tagħrif stipulat fl-Anness I u, jekk il-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni li għadha qiegħda tinbena, it-tagħrif stipulat fl-Anness II;

 

(b) fil-każ ta’ prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien, it-tagħrif stipulat fl-Anness III;

 

(c) fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid, it-tagħrif stipulat fl-Anness IV;

 

(d) fil-każ ta’ skambju, it-tagħrif stipulat fl-Anness V.

 

In-negozjant għandu jipprovdi t-tagħrif bil-miktub u bla ħlas.

 

2. It-tagħrif imsemmi f’paragrafu 1 għandu jitfassal, skond l-għażla tal-konsumatur, jew b’lingwa tal-pajjiż ta’ residenza tal-konsumatur jew b’lingwa tal-pajjiż li tiegħu il-konsumatur għandu n-nazzjonalità sakemm din il-lingwa tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità.

 

3. Il-konsumatur għandu juri li jkun qara u fehem it-tagħrif imsemmi f’paragrafu 1 billi jpoġġi l-firma tiegħu jew permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija msejsa bejn wieħed u ieħor fuq l-aktar test riċenti tal-Kunsill, b’xi tibdil.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri se jiżguraw li l-kuntratt hu bil-miktub u mfassal f ’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, kif magħżula mill-konsumatur.

1. L-Istati Membri se jiżguraw ta' l-inqas li l-kuntratt hu bil-miktub u mfassal, skond l-għażla tal-konsumatur, jew b’lingwa tal-pajjiż li tiegħu il-konsumatur għandu n-nazzjonalità sakemm din il-lingwa tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità.

 

Fejn din il-lingwa ma tkunx il-lingwa awtentika tal-kuntratt, il-verżjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur għandha tkun traduzzjoni ċertifikata. F’dan il-każ, il-konsumatur għandu wkoll jiġi provdut bil-kuntratt fil-lingwa awtentika.

 

1a. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirrinunzja d-drittijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1 u jagħżel lingwa oħra, sakemm din il-lingwa tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Din ir-rinunzja għandha ssir bil-miktub.

2. It-tagħrif miktub imsemmi fl-Artikolu 3(2) se jifforma parti integrali mill-kuntratt u mhux se jinbidel sakemm il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu mod ieħor jew il-bidliet jirriżultaw minn ċirkustanzi barra l-kontroll tan-negozjant.

2. It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1) se jifforma parti integrali mill-kuntratt u mhux se jinbidel sakemm il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu mod ieħor jew il-bidliet jirriżultaw minn ċirkustanzi barra l-kontroll tan-negozjant.

Il-bidliet li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi barra l-kontroll tan-negozjant se jiġu kkomunikati lill-konsumatur qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.

Il-bidliet li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi barra l-kontroll tan-negozjant se jiġu kkomunikati lill-konsumatur bil-miktub qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.

Il-kuntratt għandu jsemmi kull tibdil ta’ din ix-xorta b’mod espliċitu.

Il-kuntratt għandu jsemmi kull tibdil ta’ din ix-xorta b’mod espliċitu.

 

2a. Barra t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1), il-kuntratt għandu jsemmi:

 

(a) l-identità u l-post ta’ residenza tal-partijiet;

 

(b) id-data u l-post fejn kien konkluż il-kuntratt,

 

u għandu jkun iffirmat miż-żewġ partijiet.

3. Qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, in-negozjant se jiġbed b’mod espliċitu l-attenzjoni tal-konsumatur lejn l-eżistenza tad-dritt ta’ rġigħ lura u t-tul tal-perjodu ta’ rġigħ lura imsemmi fl-Artikolu 5 u l-projbizzjoni fuq il-ħlas bil-quddiem tul il-perjodu ta’ rġigħ lura imsemmi fl-Artikolu 6.

3. Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, in-negozjant se jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur lejn l-eżistenza tad-dritt ta’ rġigħ lura u t-tul tal-perjodu ta’ rġigħ lura imsemmi fl-Artikolu 5 u l-projbizzjoni fuq il-ħlas bil-quddiem tul il-perjodu ta’ rġigħ lura imsemmi fl-Artikolu 6.

Il-klawżoli kuntrattwali korrispondenti se jiġu ffirmati separatament mill-konsumatur.

Il-klawżoli kuntrattwali korrispondenti u t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1) se jiġu ffirmati separatament mill-konsumatur.

 

Il-kuntratt għandu jkollu miegħu formola li tista’ tinqala’, kif stipulat fl-Anness VI, maħsuba biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar skond l-Artikolu 6.

 

3a. Il-konsumatur għandu jirċievi kopja tal-kuntratt meta dan ikun konkluż.

 

3b. Fejn kuntratt ta’ timeshare ikun se jiġi ffinanzjat permezz ta’ self li n-negozjant ikun ġie mgħarraf dwaru, il-kuntratt tat-timeshare għandu jitqies li jkun ġie konkluż suġġett għall-kundizzjoni li s-self jingħata qabel it-tmiem tal-perjodu ta' rtirar imsemmi fl-Artikolu 5(1).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħuda mill-aktar test riċenti tal-Kunsill. Madankollu, saru tibdiliet sabiex tiġi żgurata aktar ċarezza u sabiex tiġi trattata il-problema antipatka tal-lingwi. Rigward il-fatt li b’mod inevitabbli se jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn negozjant ikollu jitratta ma’ konsumaturi minn ħafna Stati Membri, ma jkunx realistiku jew sinċier li jiġi stipulat rekwiżit li jista' jwassal għal inċertezza legali. Ir-rekwiżit li t-traduzzjoni tkun ċertifikata huwa mfassal sabiex jipprovdi salvagwardja għall-konsumatur.

Member States must be allowed to retain their current option of enacting stricter procedural rules providing consumer protection on the conclusion of contracts.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri se jiżguraw li, wara li għamel kuntratt, il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira, mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni, fi żmien 14-il ġurnata minn meta ż-żewġ partijiet iffirmaw il-kuntratt jew minn meta ż-żewġ partijiet iffirmaw kuntratt preliminari li jorbot. Jekk l-erbatax-il jum ikun festa pubblika, il-perjodu għandu jiġi estiż għall-ewwel jum xogħol wara din id-data.

1. L-Istati Membri se jiżguraw li, wara li għamel kuntratt, il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira, mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni, fi żmien 14-il ġurnata minn meta ż-żewġ partijiet iffirmaw il-kuntratt jew minn meta ż-żewġ partijiet iffirmaw kuntratt preliminari li jorbot. Jekk l-erbatax-il jum ikun festa pubblika, il-perjodu għandu jiġi estiż għall-ewwel jum xogħol wara din id-data.

2. Jekk il-kuntratt ma jinkludix it-tagħrif kollu msemmi fil-punti (a) sa (p) ta’ l-Anness I u l-punti (a) u (b) ta’ l-Anness II, iżda it-tagħrif hu pprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara l-iffirmar tal-kuntratt, il-perjodu ta’ rġigħ lura għandu jibda mill-ġurnata li l-konsumatur jirċievi dak it-tagħrif.

2. Jekk il-kuntratt ma jinkludix it-tagħrif kollu msemmi fil-punti (a) sa (o) ta’ l-Anness I, l-Anness II, fil-punti (a) sa (i) ta’ l-Anness III, fil-punti (a) sa (g) ta’ l-Anness IV jew fil-punti (a) sa (k) ta’ l-Anness V, iżda t-tagħrif hu pprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara jum il-konklużjoni tal-kuntratt, il-perjodu ta’ rġigħ lura għandu jibda mill-ġurnata li l-konsumatur jirċievi dak it-tagħrif.

3. Jekk it-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (p) ta’ l-Anness I u l-punti (a) u (b) ta’ l-Anness II ma ġiex ipprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara l-iffirmar tal-kuntratt, id-dritt ta’ rġigħ lura jiskadi wara tliet xhur u erbatax-il ġurnata mill-iffirmar tal-kuntratt.

3. Jekk it-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (o) ta’ l-Anness I, l-Anness II, fil-punti (a) sa (i) ta’ l-Anness III, fil- punti (a) sa (g) ta’ Anness IV jew fil-punti (a) sa (k) ta’ l-Anness V, ma ġiex ipprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara jum il-konklużjoni tal-kuntratt, id-dritt ta’ rġigħ lura jiskadi wara tliet xhur u erbatax-il ġurnata tal-kalendarju minn jum il-konklużjoni tal-kuntratt.

4. Jekk il-konsumatur biħsiebu jeżerċita d-drittta’ rġigħ lura għandu, qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq, jgħarraf lill-persuna li isimha u l-indirizz tagħha jidhru fuq il-kuntratt għal dak il-għan skond il-punt (p) ta’ l-Anness I. Id-data ta’ l-għeluq titqies li ġiet imħarsa jekk l-avviż, jekk dan hu bil-miktub, jintbagħat qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq.

4. Jekk il-konsumatur biħsiebu jeżerċita d-dritt ta’ rġigħ lura għandu, qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq, jgħarraf lill-persuna li isimha u l-indirizz tagħha jidhru fuq il-kuntratt u fuq il-formola li tista’ tinqala’ pprovduta għal dak il-għan, b’mezzi li jistgħu jiġu ppruvati. Id-data ta’ l-għeluq titqies li ġiet imħarsa jekk l-avviż, jekk dan hu bil-miktub, jintbagħat qabel ma tiskadi d-data ta’ l-għeluq.

5. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rgigħ lura, hu mitlub iħallas lura biss dawk l-ispejjeż li, skond il-liġi nazzjonali, jiġġarrbu minħabba l-konklużjoni ta’ u rġigħ lura mill-kuntratt għal formalitajiet legali li għandhom isiru qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1. Dawn l-ispejjeż għandhom jissemmew b’mod espliċitu fil-kuntratt.

 

6. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar stipulat fil-paragrafu 3, hu mhux se jinħtieġ iħallas lura xejn.

6. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar, hu mhux se jinħtieġ iħallas lura xejn.

Ġustifikazzjoni

Tirrifletti t-test li attwalment qed jiġi diskuss fil-Kunsill.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri se jiżguraw li kwalunkwe ħlas bil-quddiem, dispożizzjoni ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq karta ta’ kreditu, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel l-aħħar tal-perjodu, fejn jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rġigħ lura skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3) hu pprojbit.

1. L-Istati Membri se jiżguraw li għat-timeshare u għall-prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien kwalunkwe ħlas bil-quddiem, dispożizzjoni ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lil kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel l-aħħar tal-perjodu, fejn jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rġigħ lura skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3) hu pprojbit.

2. Kwalunkwe ħlas, għoti ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq il-karti tal-kreditu, rikonoxximent tad-dejn espliċitu tad-dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid qabel ma seħħ il-bejgħ proprju jew il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid intemm, hu pprojbit.

2. Kwalunkwe ħlas bil-quddiem, għoti ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq il-karti tal-kreditu, rikonoxximent tad-dejn espliċitu tad-dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid qabel ma seħħ il-bejgħ proprju jew il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid intemm, hu pprojbit.

Ġustifikazzjoni

Tikkonforma t-test oriġinali mal-verżjoni li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Kunsill.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Titolu (ġdid) li għandu jiddaħħal wara Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima 2: Dispożizzjonijiet relatati b’mod speċifiku ma’ prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

 

Ħlasijiet magħmula għal prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien

 

Ħlasijiet ta’ prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien ta’ tul ta’ bejn 18-il xahar u 10 snin għandhom ikunu pagabbli fi tliet ħlasijiet bin-nifs indaqs, filwaqt li t-tieni u t-tielet ħlas bin-nifs għandhom ikunu dovuti wara li jiskadi terz u żewġ terzi rispettivament tat-tul tal-kuntratt.

 

Ħlasijiet ta’ prodotti ta’ btajjel ta’ tul ta’ aktar minn 10 snin għandhom ikunu pagabbli f’ħames ħlasijiet bin-nifs indaqs, filwaqt li t-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames ħlas bin-nifs għandhom ikunu dovuti wara li jiskadi l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' parti mill-ħames ħlasijiet, rispettivament, tat-tul tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Teżisti prattika abbużiva fejn il-konsumaturi jiġu konvintii jħallsu somom kbar ta’ flus mill-ewwel għal prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien u għall-benefiċċji mwegħda li wara jirriżulta li ma jkun kważi xejn għajr illużjoni. Minħabba li l-bejjiegħa oriġinali ta’ dawn il-prodotti jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jiġu traċċati jew li jkunu għalqu n-negozju sakemm il-konsumatur jasal biex jitlob sodisfazzjon, u b’hekk irendu ineffettiva kwalunkwe azzjoni li tittieħed mill-konsumatur dwar il-ksur tal-kuntratt, din is-sistema ta’ ħlasijiet bin-nifs toffri salvagwardja siewja.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6b

 

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ rtirar stipulat fl-Artikolu 5, il-konsumatur jista’ b’mod unilaterali jikkanċella kuntratt ta’ prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien, mingħajr ma jeħel ebda penali, billi jagħti 14-il ġurnata avviż li jispiċċaw fit-tmiem ta’ kwalunkwe perjodu tal-ħlasijiet bin-nifs skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6a.

 

Dan id-dritt għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ terminazzjoni tal-kuntratt li jirriżulta mil-liġi applikabbli.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6c

 

Il-fornituri ta’ prodotti ta’ btala għal tul ta’ żmien għandu jkollhom assikurazzjoni ta’ responsabilità ċivili sabiex ikopru lilhom infushom kontra talbiet mingħand konsumaturi, liema talbiet ikunu jirriżultaw min-nuqqas ta’ prestazzjoni jew mill-prestazzjoni difettuża ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħhom u minn kontumaċja.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Intestatura (ġdida) li għandha tiddaħħal wara Artikolu 6c u qabel Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima 3: Terminazzjoni ta' kuntratti anċillari u dispożizzjonijiet ġenerali oħra

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru se jiżgura li, jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hi l-liġi ta’ Stat Membru, kwalunkwe klawżoli kuntrattwali fejn il-konsumatur jirrinunzja għad-drittijiet tiegħu, kif stipulat f’din id-Direttiva, ma jorbtux.

L-Istat Membru għandu jiżgura li, jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hi l-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumatur ma jistax jirrinunzja għad-drittijiet mogħtija lilu permezz ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Direttiva.

2. Tkun xi tkun il-liġi applikabbli, il-konsumatur mhux se jiġi miċħud mill-ħarsien mogħti minn din id-Direttiva, jekk il-proprjetà immobbli kkonċernata tinsab fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru jew il-kuntratt ġie konkluż fi Stat Membru.

 

Ġustifikazzjoni

Dan issa huwa kopert mill-Artikoli l-ġodda 8a u 8b.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

 

Liġi u ġurisdizzjoni applikabbli

 

1. Il-liġi applikabbli għall-kuntratti relatati mat-timeshare jew prodotti ta’ btala fuq perjodu ta’ żmien twil għandha tiġi ddeterminata skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 (Ruma I).

 

2. Il-qrati b'ġurisdizzjoni fuq proċedimeti li jirriżultaw mit-timeshare jew minn prodotti ta' btala fuq perjodu ta’ żmien twil, inkluża kwalunkwe relazzjoni kollaterali jew anċillari marbuta magħhom, għandhom jiġu determinati skond it-Taqsima 4, Kuntratti tal-Konsumatur, tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, ħlief meta t-tilwima tkun relatata ma' l-eżistenza, in-natura u l-ambitu ta' dritt in rem.

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika tidher bżonnjuża sabiex jiġu evitati litigazzjonijiet u riferenzi mhux meħtieġa lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8b

 

Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti

 

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva relatati mal-perjodu ta' rtirar u r-rekwiżiti tat-tagħrif għandhom jitqiesu bħala dispożizzjonijiet li ma jistax ikun hemm deroga minnhom skond it-tifsira tar-Regolamet (KE) Nru .../2008 (Ruma I)

Ġustifikazzjoni

L-emenda tikkjarifika l-pożizzjoni legali.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2)

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1)

 

I. TAGĦRIF DWAR IN-NEGOZJANT

(a) L-identità u r-residenza tal-partijiet, kif ukoll tagħrif speċifiku dwar l-istatus legali tan-negozjant meta l-kuntratt jiġi konkluż, il-firem tal-partijiet u d-data u l-post ta’ fejn ġie konkluż il-kuntratt;

L-identità u r-residenza tan-negozjant;

 

II. TAGĦRIF DWAR ID-DRITTIJIET MIKSUBA

(b) In-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt u klawżola li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-eżerċitar ta’ dak id-dritt fi ħdan it-territorji ta’ l-Istat(i) Membru(i) fejn jinsabu/tinsab il-proprjetà jew proprjetajiet ikkonċernati u jekk ġewx issodisfatti dawk il-kondizzjonijiet jew, jekk ma ġewx, liema kondizzjonijiet għad baqagħlhom jiġu ssodisfatti;

(b) In-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt u klawżola li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-eżerċitar ta’ dak id-dritt fi ħdan it-territorji ta’ l-Istat(i) Membru(i) fejn jinsabu/tinsab il-proprjetà jew proprjetajiet ikkonċernati u jekk ġewx issodisfatti dawk il-kondizzjonijiet jew, jekk ma ġewx, liema kondizzjonijiet għad baqagħlhom jiġu ssodisfatti;

 

(c) Meta l-kuntratt jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, deskrizzjoni bir-reqqa ta’ dik il-proprjetà u fejn tinsab; Meta l-kuntratt jikkonċerna għadd ta’ proprjetajiet (kumplessi multipli), deskrizzjoni addattata tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; Meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

 

(d) Is-servizzi (pereżempju dawl, ilma, manutenzjoni, ġbir ta’ skart) li għalihom il-konsumatur għandu jew għad ikollu aċċess u b’liema kondizzjonijiet.

 

(e) il-faċilitajiet komuni, bħalma huma l-pixxina, is-sawna, eċċ., li l-konsumatur għandu jew jista’ jkollu aċċess għalihom, u, fejn xieraq, b’liema kondizzjonijiet;

 

(f) kif ġew irranġati l-manutenzjoni u t-tiswijiet lill-akkomodazzjoni u l-amministrazzjoni u t-tmexxija tagħha, kif ukoll jekk u kif il-konsumaturi jistgħu jinfluwenzaw u jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet rigward dawn il-kwistjonijiet;

 

(g) deskrizzjoni bir-reqqa ta’ kif se jiġu allokati l-ispejjeż kollha lill-konsumaturi u kif u meta jistgħu jinżdiedu tali spejjeż; fejn relevanti, tagħrif dwar jekk hemmx spejjeż, ipoteki, impedimenti jew rabtiet oħra rreġistrati kontra d-dritt għall-akkomodazzjoni.

 

(h) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

(c) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

 

(d) meta l-kuntratt ikun jipprovdi drittijiet biex tiġi okkupata akkomodazzjoni li tintgħazel minn ġabra ta' akkomodazzjonijiet, tagħrif dwar kwalukwe restrizzjoni fuq il-kapaċità tal-konsumatur li jokkupa kwalunkwe akkomodazzjoni fi kwalunkwe ħin fil-ġabra ta' akkomodazzjonijiet;

(i) -prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-użu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-bażi għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (pereżempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet).

 

(j) klawżola li tispeċifika li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

 

(k) jekk hix possibbli jew le s-sħubija fi skema ta’ skambju jew bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet kuntrattwali, tagħrif dwar l-iskemi relevanti u indikazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati mal-bejgħ mill-ġdid u l-iskambju bl-użu ta’ dawn l-iskemi;

 

(l) indikazzjoni tal-lingwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mad-deċiżjonijiet ta’ tmexxija, iż-żieda fl-ispejjeż u t-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

 

(m) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

 

(n) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jerġa’ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3);

 

(o) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

 

(p) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

 

(q) il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra ’l qorti;

 

 

III. TAGĦRIF DWAR IL-PROPRJETAJIET

 

(e) fejn il-kuntratt jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, deskrizzjoni preċiża ta' dik il-proprjetà u l-lokazzjoni tagħha, flimkien ma', fejn ikun xieraq, dettalji u kopji ta' kwalunkwe reġistru ta' l-artijiet, reġistru pubbliku, katast jew reġistrazzjoni ekwivalenti marbuta mal-proprjetà; meta l-kuntratt jikkonċerna għadd ta’ proprjetajiet (kumplessi multipli), deskrizzjoni addattata tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

 

(f) is-servizzi (pereżempju dawl, ilma, manutenzjoni, ġbir ta’ skart) li għalihom il-konsumatur għandu jew għad ikollu aċċess u b’liema kondizzjonijiet;

 

(g) fejn ikun applikabbli, il-faċilitajiet komuni, bħalma huma l-pixxina, is-sawna, eċċ., li l-konsumatur għandu jew jista’ jkollu aċċess għalihom, u b’liema kondizzjonijiet.

 

IV. TAGĦRIF DWAR L-ISPEJJEŻ

 

(h) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur;

 

(i) indikazzjoni ta' l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għas-servizzi (pereżempju l-elettriku, l-ilma, il-manutenzjoni, u l-ġbir ta' skart);

 

(j) fejn ikun applikabbli, indikazzjoni ta' l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-faċilitajiet komuni, bħall-pixxina jew is-sawna, li l-konsumatur għandu jew jista’ jkollu aċċess għalihom;

 

(k) deskrizzjoni preċiża ta' kif se jiġu kkalkulati l-ispejjeż kollha assoċjati mal-kuntratt tat-timeshare; il-mod ta’ kif se jiġu allokati dawn l-ispejjeż lill-konsumaturi u kif u meta jistgħu jkunu miżjuda tali spejjeż; il-metodu użat għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatarji (pereżempju, it-taxxi u l-imposti) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet);

 

(l) fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar jekk hemmx xi imposti, ipoteki jew impedimenti, jew kwalunkwe rabta oħra rreġistrata kontra d-dritt għall-akkomodazzjoni;

 

(m) dikjarazzjoni li tispeċifika li l-konsumatur mhux se jġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

 

V. DRITT TA' RĠIGĦ LURA U KANĊELLAZZJONI TAL-KUNTRATT

 

(n) tagħrif dwar id-dritt ta' rtirar mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta' dan l-irtirar; fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif ta' kwalunkwe ftehima ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ terminazzjoni bħal din;

 

(o) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

 

(p) il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni ta' kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u tagħrif dwar ir-responsabilità marbuta mal-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista' tirriżulta mit-terminazzjoni;

 

(q) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa (3);

 

VI. TAGĦRIF ADDIZZJONALI

 

(r) tagħrif dwar l-arranġamenti relatati ma' manutenzjoni u tiswijiet tal-proprjetà u l-amministrazzjoni u t-tmexxija tagħha, inkluż jekk u kif il-konsumaturi jistgħu jinfluwenzaw u jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet rigward dawn il-kwistjonijiet;

 

(s) jekk huwiex possibbli jew le li wieħed jissieħeb f’sistema ta’ skambju jew bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet kuntrattwali, tagħrif dwar is-sistema ta’ skambju rilevanti u indikazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati mal-bejgħ mill-ġdid u l-iskambju permezz ta’ dik is-sistema;

 

(t) indikazzjoni tal-lingwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam ma' deċiżjonijiet ta’ tmexxija, żieda fl-ispejjeż u t-trattament ta’ mistoqsijiet u lmenti;

 

(u) meta n-negozjant ikun firmatarju ta' kodiċijiet ta' kondotta, tagħrif dwar dan il-kodiċijiet;

 

(w) fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar il-possibilità ta' soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti.

Ġustifikazzjoni

Tikkorrispondi għat-test l-aktar riċenti tal-Kunsill. Dispożizzjoni dwar tali informazzjoni ssaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur kontra pretensjonijiet falzi ta' sjieda jew titolu ta' proprjetà.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Annex II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti supplimentari għall-akkomodazzjoni li għadha qiegħda tinbena, kif imsemmija fl-Artikolu 3

Rekwiżiti supplimentari għall-akkomodazzjoni li għadha qiegħda tinbena, kif imsemmija fl-Artikolu 3a

(a) l-istat ta’ tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown);

(a) l-istat ta’ tlestija ta’ l-akkomodazzjoni, tas-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown) u kwalunkwe faċilità li l-konsumatur se jkollu aċċess għaliha;

(b) stima raġjonevoli għad-data ta’ l-għeluq għat-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown);

(b) id-data ta’ l-għeluq għat-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown) u kwalunkwe faċilità li l-konsumatur se jkollu aċċess għaliha;

(c) fejn tikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, in-numru tal-permess tal-bini u l-isem/ismijiet u l-indirizz/i sħiħ/sħaħ ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti;

(c) fejn ikun applikabbli, in-numru tal-permess tal-bini u l-isem/ismijiet u l-indirizz/i sħiħ/sħaħ ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, jekk il-kuntratt ikun jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika;

(d) garanzija rigward it-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni jew garanzija rigward il-ħlas lura ta’ kwalunkwe ħlas magħmul jekk l-akkomodazzjoni mhix lesta u, fejn meħtieġ, il-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-operat ta’ tali garanziji.

(d) fejn ikun applikabbli, garanzija rigward it-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni jew garanzija rigward il-ħlas lura ta’ kwalunkwe ħlas magħmul jekk l-akkomodazzjoni mhix lesta u, fejn meħtieġ, il-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-operat ta’ tali garanziji.

Ġustifikazzjoni

Tikkorrispondi għat-test l-aktar riċenti tal-Kunsill.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2)

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1)

 

I. TAGĦRIF DWAR IN-NEGOZJANT

(a) L-identità u r-residenza tal-partijiet, kif ukoll tagħrif speċifiku dwar l-istatus legali tan-negozjant meta l-kuntratt jiġi konkluż, il-firem tal-partijiet u d-data u l-post ta’ fejn ġie konkluż il-kuntratt;

(a) L-identità u r-residenza tan-negozjant u l-istatus legali tiegħu;

 

II. TAGĦRIF DWAR ID-DRITTIJIET MIKSUBA

(b) in-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

(b) in-natura eżatta u l-kontenut tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt u deskrizzjoni preċiża tad-drittijiet mogħtiija lill-konsumatur skond il-kuntratt, inkluża kwalunkwe restrizzjoni dwar il-kapaċità tal-konsumatur li jgawdi dawn id-drittijiet (pereżempju disponibilità limitata jew offerti pprovduti fuq bażi li min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, jew limiti ta' żmien fuq skont partikulari);

(c) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

(c) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

 

III. TAGĦRIF DWAR L-ISPEJJEŻ

(d) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur;

(d) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, inkluża kwalunkwe spiża rikorrenti;

(e) klawżola li tispeċifika li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(e) dikjarazzjoni li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(f) indikazzjoni tal-ligwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

 

 

IV. DRITT TA' RĠIGĦ LURA U KANĊELLAZZJONI TAL-KUNTRATT

(g) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(f) tagħrif dwar id-dritt ta' rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta' tali rġigħ lura; fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif ta' kwalunkwe ftehima ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ tali terminazzjoni;

(b) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jerġa’ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3);

 

(i) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

(g) dettalji li jindikaw lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

 

(h) il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni ta' kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u tagħrif dwar ir-responsabilità tal-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista' tirriżulta mit-terminazzjoni;

 

(i) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa (3);

 

V. TAGĦRIF ADDIZZJONALI

 

(i) indikazzjoni tal-lingwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni wara l-bejgħ għal dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ mistoqsijiet u lmenti;

(p) eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

(k) fejn in-negozjant ikun firmatarju ta' kodiċijiet ta' kondotta, tagħrif dwar dawk il-kodiċijiet;

(k) il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra ’l qorti;

(l) fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar il-possibilità ta' soluzzjoni għat-tilwim barra ’l qorti.

Ġustifikazzjoni

Tikkorrispondi għat-test l-aktar riċenti tal-Kunsill.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2)

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1)

 

I. TAGĦRIF DWAR IN-NEGOZJANT

(a) L-identità u r-residenza tal-partijiet, kif ukoll tagħrif speċifiku dwar l-istatus legali tan-negozjant meta l-kuntratt jiġi konkluż, il-firem tal-partijiet u d-data u l-post ta’ fejn ġie konkluż il-kuntratt;

(a) L-identità u r-residenza tan-negozjant u l-istatus legali tiegħu;

 

II. TAGĦRIF DWAR IS-SERVIZZI PPROVDUTI

 

(b) deskrizzjoni preċiża tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti skond il-kuntratt (pereżempju t-tqegħid fis-suq);

 

III. TAGĦRIF DWAR L-ISPEJJEŻ

(b) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur għas-servizzi tal-bejgħ mill-ġdid;

(c) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur għas-servizzi tal-bejgħ mill-ġdid;

(c) klawżola li tispeċifika li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(d) dikjarazzjoni li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(d) indikazzjoni tal-ligwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni man-negozjant, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam ma' l-immaniġjar ta’ mistoqsijiet u lmenti;

 

 

IV. DRITT TA' RĠIGĦ LURA U KANĊELLAZZJONI TAL-KUNTRATT

(e) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura;

(e) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid l-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(f) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem sakemm iseħħ il-bejgħ propju jew inkella l-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jintemm;

 

(g) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

(f) dettalji li jindikaw lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

 

(g) il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni ta' kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u tagħrif dwar ir-responsabilità tal-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista' tirriżulta mit-terminazzjoni;

 

(h) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq ħlasijiet bil-quddiem sakemm iseħħ il-bejgħ propju jew sakemm b'xi mod issir it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid;

 

V. TAGĦRIF ADDIZZJONALI

 

(i) indikazzjoni tal-lingwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni man-negozjant, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

(h) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

(j) meta n-negozjant ikun firmatarju ta' kodiċijiet ta' kondotta, tagħrif dwar dawn il-kodiċijiet;

(i) il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra ’l qorti;

(k) fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar il-possibilità ta' soluzzjoni għat-tilwim barra 'l qorti.

Ġustifikazzjoni

Tirrifletti t-test l-aktar riċenti tal-Kunsill.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Anness V

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2)

Tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3a(1)

 

I. TAGĦRIF DWAR IN-NEGOZJANT

(a) L-identità u r-residenza tal-partijiet, kif ukoll tagħrif speċifiku dwar l-istatus legali tan-negozjant meta l-kuntratt jiġi konkluż, il-firem tal-partijiet u d-data u l-post ta’ fejn ġie konkluż il-kuntratt;

(a) L-identità u r-residenza tan-negozjant u l-istatus legali tiegħu;

 

II. TAGĦRIF DWAR ID-DRITTIJIET MIKSUBA

(b) in-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

(b) In-natura eżatta u l-kontenut tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

(c) deskrizzjoni xierqa tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

(c) spjegazzjoni tal-mod kif taħdem is-sistema ta' skambju u l-possibilitajiet u l-modalitajiet ta' skambju, u kif ukoll indikazzjoni tan-numru ta' kumplessi disponibbli fis-sistema ta' skambju, inkluża kwalunkwe limitazzjoni fuq id-disponibilità ta' akkomodazzjoni partikulari magħżula mill-konsumatur, pereżempju minħabba l-iktar perjodi intensivi ta' domanda u/jew il-bżonn potenzjali li wieħed jibbukkja minn żmien twil minn qabel, u indikazzjonijiet ta' kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet tat-timeshare depożitati fis-sistema ta' skambju mill-konsumatur, inklużi, fejn ikun xieraq, limiti bbażati fuq in-numru ta' punti allokati lill-konsumatur jew miżmuma minnu u sett ta' eżempji ta' possibilitajiet konkreti ta' skambju;

(d) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

(d) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

 

III. TAGĦRIF DWAR IL-PROPRJETAJIET

 

(e) deskrizzjoni xierqa tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

 

IV. TAGĦRIF DWAR L-ISPEJJEŻ

(e) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-użu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-bażi għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (pereżempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet).

(f) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur għas-sħubija fis-sistema ta' skambju u kwalunkwe imposta ta' tiġdid u l-prezz attwali li jrid jitħallas għal kull skambju;

 

(g) tagħrif dwar l-obbligu fuq in-negozjant li jipprovdi dettalji qabel arranġament ta' skambju, fir-rigward ta' kull proposta ta' skambju, dwar kwalunkwe imposta addizzjonali li l-konsumatur ikun responsabbli għaliha fir-rigward ta' l-iskambju;

(f) klawżola li tispeċifika li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(h) dikjarazzjoni li l-konsumatur mhux ser iġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt;

(g) indikazzjoni tal-ligwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni man-negozjant, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam ma' l-immaniġjar ta’ mistoqsijiet u lmenti;

 

(h) spjegazzjoni fuq kif taħdem is-sistema ta’ skambju; il-possibbiltajiet u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-iskambju, kif ukoll indikazzjoni tan-numru ta’ kumplessi disponibbli u l-għadd ta’ membri fis-sistema ta’ skambju u għadd ta’ eżempji ta’ possibbiltajiet ta’ skambju konkreti;

 

 

V. DRITT TA' RĠIGĦ LURA U KANĊELLAZZJONI TAL-KUNTRATT

(i) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(i) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura; fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif ta' kwalunkwe ftehima ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ tali terminazzjoni;

 

(j) dettalji li jindikaw lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

(j) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jerġa’ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3);

(k) tagħrif dwar il-projbizzjoni fuq il-ħlasijiet bil-quddiem tul il-perjodu fejn il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt skond l-Artikolu 5(1) sa (3);

 

VI. TAGĦRIF ADDIZZJONALI

(k) indikazzjoni lil min u kif l-avviż ta’ rġigħ lura għandu jintbagħat;

 

 

(l) indikazzjoni tal-lingwa/i disponibbli għall-komunikazzjoni man-negozjant, pereżempju għal dak li għandu x’jaqsam mat-trattament ta’ mistoqsijiet u ilmenti;

(l) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

(m) meta n-negozjant ikun firmatarju ta' kodiċijiet ta' kondotta, tagħrif dwar dawk il-kodiċijiet;

(m) il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra ’l qorti;

(n) fejn ikun applikabbli, tagħrif dwar il-possibilità ta' soluzzjoni għat-tilwim barra ’l qorti.

Ġustifikazzjoni

Tikkorrispondi għat-test l-aktar riċenti tal-Kunsill.

PROĊEDURA

Titolu

Il-il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshare

Referenzi

COM(2007)0303 – C6-0159/2007 – 2007/0113(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

21.6.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Antonio López-Istúriz White

10.9.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

20.11.2007

26.2.2008

 

 

Data ta' l-adozzjoni

27.3.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Bowles, Mogens Camre, Jean-Paul Gauzès, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Georgios Papastamkos, Michel Rocard, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (27.2.2008)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshare, prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, bejgħ mill-ġdid u skambju

(COM(2007)0303 – C6‑0159/2007 – 2007/0113(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Emanuel Jardim Fernandes

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond:

Il-Kummissjoni nediet revizjoni fil-fond ta' l-acquis komunitarju li tirrigwarda l-konsumaturi u ġiet adottata Green Paper fit-8 ta' Frar 2007 li tikkontempla bosta miżuri biex issir riforma f'dan il-qasam ibbażata fuq strateġija mħallta - bi proposta orizzontali għal strument ta' aġġornament sistematiku ta' aspetti komuni ta' l-acquis. u, min-naħa l-oħra, minn reviżjoni vertikali ta' ċerti elementi ta' setturi speċifiċi, inkluża reviżjoni tad-Direttiva 95/47/KE dwar il-protezzjoni tax-xerrejja rigward ċerti aspetti tal-kuntratti dwar l-akkwist tad-dritt ta' l-użu ta' proprjetà immobbli fuq bażi ta' timeshare. Barra minn hekk, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Lulju 2004(1) l-Parlament Ewropew irrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tadotta miżuri biex issolvi problemi tal-konsumaturi rigward it-timeshare, skond it l-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-protezzjoni tal-Konsumaturi.

Il-proposta tal-Kummissjoni

- Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-konsultazzjoni li saret mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li hemm problemi serji tal-konsumatur rigward prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien u s-servizzi ta' medjazzjoni ta’ bejgħ mill-ġdid, kif ukoll, f'livell aktar baxx, dwar timeshares u skambji(2). Il-konsultazzjonijiet li tniedu fuq skala iżgħar mir-rapporteur ikkonfermaw ukoll l-eżistenza ta' żbilanċi fis-suq : kif ġara fil-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni, diversi parteċipanti esprimew in-nuqqas ta' qbil tagħhom, imma kien hemm maġġoranza li madankollu ħarġet favur reviżjoni tad-Direttiva attwali u ma tqisx li hu plawsibbli li applikazzjoni aħjar tal-mekkanizmu ta' awtoregolazzjoni mis-settur inniisu tkun suffiċjenti biex issolvi l-problemi attwali.

- Ġustifikazzjoni u skopijiet tal-proposta tal-Kummissjoni:

Wara l-adozzjoni tad-Direttiva 94/47/KE, is-suq żviluppa b'mod konsiderevoli fir-rigward ta' l-offerta u l-implimentazzjoni ta' prodotti ġodda kummerċjali bl-istess mod kif sar fl-użu tat- timeshare u oħrajn kważi simili mil-lat ekonomiku. Bħala regola ġenerali dawn il-prodotti jinvolvu ħlas bil-quddiem sostanzjali, segwit minn aktar ħlasijiet għall-użu ta' akkomodazzjoni għall-vaganzi (waħdu jew flimkien ma' prodotti oħrajn). Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-prodotti ma jaqgħux taħt l-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE, li wassal għal problemi serji għall-konsumaturi u l-intrapriżi.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija magħmula essenzjalment f'modifika tad-definizzjonjiet u l-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE, hekk li tkopri wkoll il-prodotti ġodda għall-vaganzi u sabiex tiċċara u taġġorna d-dispożizzjonijiet rigward esigenzi ta' kontenut u esigenzi lingwistiċi għall-kuntratt u l-informazzjoni li tkun ipprovduta lill-konsumatur.

Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur għal opinjoni jqis li l-attivitajiet kummerċjali koperti b’din id-Direttiva huma ta' importanza fundamentali għas-settur tat-turiżmu fl-UE u, aktar preċiżament, għall-operaturi u l-konsumaturi ta’ l-Unjoni. Il-linja gwida li fuqha huwa bbażat dan ir-rapport taqbel għalhekk mal-ħtieġa li tissaħħah il-pożizzjoni tal-konsumaturi fi kwalunkwe tranżazzjoni li tirrigwarda l-akkwist ta' timeshare. Għalhekk ir-rapporteur, b'konformità mal-pożizzjonijiet mistqarra mill-Parlament fl-2002, iqis li l-Artikolu 153 għandu jintuża flimkien mal-bażi legali proposta mill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun hemm garanzija għall-konsumatur ta' livell ta' protezzjoni għoli.

Ir-rapporteur iqis ukoll li jeħtieġ li jitwessgħu u jiġu aġġornati d-definizzjonijiet fundamentali tad-Direttiva sabiex jiġi evitat li din ma ssibx ruħha skaduta fi żmien qasir, u jeħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti rigward lingwaġġ u informazzjoni li jolqtu lill-Istati Membri u lin-negozjanti sabiex ikun garantit suq aktar stabbli u trasparenti. Il-konsumatur għandu għalhekk jibbenefika minn tagħrif aħjar u aktar u għandu għalhekk jevita kwalunkwe rġigħ lura eventwali mill-kuntratti minħabba, pereżempju, bidla fiċ-ċirkustanzi jew ukoll minħabba nuqqas ta' għoti ta' tagħrif suffiċjenti miż-żewġ partijiet konċernati. Id-dritt ta' rġigħ lura jeħtieġ jiġi eżerċitat bl-aktar mod ċar u hekk li ma jkunux meħtieġa ħlasijiet addizzjonali.

Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis li għalkemm reviżjoni orizzontali ta' l-acquis komunitarju rigward il-protezzjoni tal-konsumatur tkun bla dubju preferibbli sabiex tiċċara aktar id-definizzjonijiet li huma assolutament neċessarji biex ikun jista' jiffunzjona suq uniku integrali, kif ukoll għat-tisħiħ tal-livell ta' sigurtà legali għall-protezzjoni tal-konsumatur, din it-tip ta' reviżjoni fil-fatt mhix possibbli. Dan minħabba l-problemi serji li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi fl-eżerċizju tad-drittijiet tagħhom, b'mod speċjali fil-livell transnazzjonali: dawn ma jirriżultawx min-nuqqas ta' legiżlazzjoni komunitarja armonizzata f'dan il-qasam, imma għaliex ma jeżistix qafas ġuridiku Komunitarju ċar - qafas li jista' jiġi kumplimentat b'mod utli minn oqsfa ġuridiċi nazzjonali aktar rigorużi li jippermjaw lill-intraprizi u lill-konsumaturi leġittimi li jkollhom attitudni xierqa.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi mill-Parlament

Emenda 1

Preambolu - l-ewwel premessa

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolari l-Artikoli 95 u 153 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Kif jirriżulta mill-ewwel Artikolu tal-proposta leġiżlattiva u mill-qafas legali tagħha, jiġifieri r-reviżjoni ta' l-acquis komunitarju fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi, l-iskop ta' din l-emenda hu li jsaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi u li jqarreb lejn xulxin il-leġiżlazzjonijiet, Il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni għandha tiġi kkumplimentata bl-Artikolu 153 tat-Trattat bħala segwitu tar-rapport adottat mill-Parlament fl-2004 (2000/2208(INI)).

Emenda 2

Premessa 3 a (gdida)

 

(3a) Filwaqt li jisħaq fuq l-importanza ta’ dan is-settur għat-turizmu Ewropew u filwaqt li jfakkar li fir-riżoluzzjonijet tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2005 dwar prospetti ġodda u sfidi ġodda għal turiżmu Ewropew sostenibbli1 u tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar Politika Ewropea għat-Turiżmu mġedda2, il-Parlament Ewropew kien digà rrefera għall-ħtieġa li tkun riveduta d-Direttiva 94/47/KE.

 

___________________

1 ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 325.

2 Testi adottati, P6_TA(2007)0575.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew dejjem ħa ħsieb id-drittijiet tal-konsumatur fejn għandu x'jaqsam it-turiżmu. Għalhekk huwa xieraq li ssir referenza għaż-żewġ riżoluzzjonijiet dwar dan adottati waqt il-leġiżlatura preżenti.

Emenda 3

Premessa 4

(4) Din id-Direttiva m’għandhiex tagħmel ħsara lir-regoli nazzjonali li ghandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli jew mobbli, kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew skemi ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżiti ta’ għoti ta’ liċenzji, determinazzjoni tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suggett tal-kuntratti koperti minn din id-Direttiva.

4. Din id-Direttiva m’ghandhiex taghmel hsara lir-regoli nazzjonali li ghandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli jew mobbli, kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew skemi ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiziti ta’ ghoti ta’ licenzji, determinazzjoni tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suggett tal-kuntratti koperti minn din id-Direttiva, sakemm dawn ir-regoli ma jirriżultawx anqas rigorużi minn dawk li joħorġu minn din id-Direttiva rigward protezzjoni tal-konsumatur, bla ħsara ghall-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda hu li jsaħħaħ wieħed miż-żewg għanijiet ta' din il-proposta għal direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tal-konsumatur, billi jiġi stabbilit livell minimu ta' protezzjoni.

Emenda 4

Premessa 16 a (gdida)

 

16 a. Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar legiżlazzjoni aħjar1, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li sa fejn ikun possibbli juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

_________

ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda hu li jkun hemm konformità mal-ftehima interistituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar (ĠU C 321, 31.12.2003, p.1)

Emenda 5

Artikolu 1(2), Parti Introduttorja

2. L-Istati Membri jistgħu jissoktaw japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam li tressqu lejn xulxin minn din id-Direttiva li huma aktar stretti biex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u li għandhom x’jaqsmu ma’ :

2. L-Istati Membri jistgħu jissoktaw japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam li tressqu lejn xulxin minn din id-Direttiva li huma aktar stretti biex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur inklużi dawk li jirrigwardaw:

Ġustifikazzjoni

Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi li l-Istati Membri jkunu jistgħu ikomplu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, inklużi oqsma stipulati f'dan l-Artikolu, imma mhux neċessarjament dawk biss.

Emenda 6

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a)

a) Timeshare: “timeshare” ifisser kuntratt ta’ tul ta’ żmien ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb bi ħlas għall-valur id-dritt li juża wieħed jew aktar akkomodazzjonijiet għal aktar minn perjodu wiehed ta’ okkupazzjoni;

a) Timeshare: “timeshare” ifisser kuntratt ta’ tul ta’ żmien ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb bi ħlas għall-valur id-dritt li juża wieħed jew aktar akkomodazzjonijiet għal aktar minn perjodu wieħed ta’ okkupazzjoni. Dawn id-drittijiet għall-użu għandhom jinkludu, b'mod partikulari drittijiet kuntrattwali impliċiti rigward kards għal btajjel u klabbs, kards turistiċi u arrangament oħrajn simili;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali li tipprovdi definizzjoni aktar wiesgħa tal-kunċett ta' timeshare sabiex tevita li l-leġiżlazzjoni proposta ma tisfax skaduta fi żmien qasir.

Emenda 7

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (ċ)

ċ) bejgħ mill-ġdid: “bejgħ mill-ġdid” ifisser kuntratt li bih negozjant bi ħlas għall-valur jgħin lill-konsumatur ibiegħ jew jixtri timeshare jew prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien;

ċ) bejgħ mill-ġdid: “bejgħ mill-ġdid” ifisser kuntratt li bih negozjant bi ħlas għall-valur jassisti lill-konsumatur fil-bejgħ jew ix-xiri ta' timeshare jew prodott ta’ btala għal tul ta’ żmien;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali: il-kelma "jassisti" tagħti definizzjoni aktar preċiza tas-servizz mogħti u tar-relazzjoni bejn in-negozjant u l-konsumatur.

Emenda 8

Artikolu 2, Paragrafu 1, Punt (f a) (ġdid) f a):

 

(fa) "mezz li jservi fit-tuli” tfisser kull strument li jippermetti li konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula ta' l-informazzjoni maħżuna;

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni identika għal dik li hemm fl-Artikolu 2 punt tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tirrigwarda l-kummerċjalizzazjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji għall-konsumaturi u li timmodifika d-Direttivi 90/619/KE tal-Kunsill, 97/7/KE u 98/27/KE li jipprevedu mezzi ta' informazzjoni aktar aġġornati.

Emenda 9

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (g)

g) "kuntratt anċillari" jfisser kuntratt li jaqataħt kuntratt ieħor.

g) "kuntratt anċillari" jfisser kuntratt li għandu l-iskop li jikkumplimenta kuntratt ieħor.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali: il-kelma "jikkompleta" tiddefinixxi b'mod aktar preċiz ir-relazzjoni legali bejn il-partijiet kontrattanti għaliex "kuntratt anċillari" mhux bilfors ikun "subordinat" għal kuntratt prinċipali.

Emenda 10

Artikolu 3 (1)

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riklami kollha jindikaw il-possibbiltà li jinkiseb tagħrif bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 2 u minfejn dan jista’ jinkiseb.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riklami kollha jindikaw il-possibbiltà li jinkiseb tagħrif bil-miktub, jew fuq karta jew fuq kwalunkwe mezz ieħor li jservi fit-tul, imsemmi fil-paragrafu 2 u minfejn dan jista’ jinkiseb.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni identika għal dik li hemm fid-Direttiva 2002/65/KE, Artikolu 2, paragrafu 7) u fis-sentenza ta' l-introduzzjoni ta' l-Artikolu 2, paragrafu 1, inċiż f) a (ġdida) ta' din il-proposta.

Emenda 11

Artikolu 3(2), Introduzzjoni

2. In-neguzjant għandu jipprovdi informazzjoni bil-miktub lill-konsumatur li jkun talabha. Fejn ikun xieraq, minbarra deskrizzjoni generali tal-prodott, din l-informazzjoni bil-mibtub trid turi dettalji fil-qosor talanqas rigward dawn l-elementi:

2. In-neguzjant għandu jipprovdi informazzjoni bil-miktub lill-konsumatur li jkun talabha li minbarra deskrizzjoni generali tal-prodott, din l-informazzjoni bil-mibtub fuq karta jew fuq kull xorta oħra ta' medja li sservi trid turi dettalji fil-qosor talanqas rigward dawn l-elementi:

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda hu:

1) li jkun hemm definizzjoni identika għal dik li hemm fid-Direttiva 2002/65/KE, Artikolu 2 punt f) (e):

2) li jiġgarantixxi lill-konsumaturi livell għoli ta' informazzjoni li twieġeb pożittivament għad-diversi lmenti li ta' spiss isiru minnhom dwar l-insuffiċjenza ta' l-informazzjoni li tingħata, b'mod partikulari f'dik li hi kwalità u kwantità.

Emenda 12

Artikolu 4 (1)

1. L-Istati Membri se jiżguraw li l-kuntratt hu bil-miktub u mfassal f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, kif magħżula mill-konsumatur.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt hu bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz ieħor li jservi fit-tul, u li jkun imfassal fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn ikollu r-residenza il-konsumatur jew li tiegħu ikun ċittadin. Din il-lingwa, jew dawn il-lingwi, iridu jkunu fi kwalunkwe każ, lingwa uffiċjali jew lingwi uffiċjali tal-Komunità, kif magħżula mill-konsumatur. L-Istat Membru fejn għandu r-residenza l-konsumatur jista' madankollu jeżiġi li t-tagħrif imsemmi fil-Paragrafu 2 ikun, fi kwalunwke każ, imfassal talanqas bil-lingwa/lingwi tal-konsumatur li tkun/ikunu fost il-lingwi uffiċjali tal-Komunità, u n-negozjant għandu jagħti lill-konsumatur traduzzjoni uffiċjali rikonoxxuta ta' dan it-tagħrif bil-lingwa/lingwi ta' l-Istat Membru fejn il-proprejtà jew bini jinsab, u din/dawn iridu jkunu fost il-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda hu:

1) li jkun hemm konformità mad-definizzjoni identika li hemm fid-Direttiva 2002/65/KE, Artikolu 2 punt f), u

2) b'konformità mal-pożizzjoni informali li attwalment isossni l-Kunsill f'dan il-qasam, li tiggarantixxi li l-iskema lingwistika użata toffri livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur mingħajr madankollu ma timponi spejjeż eċċessivi għas-settur.

Emenda 13

Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 1 u 2

2. It-tagħrif miktub imsemmi fl-Artikolu 3(2) se jifforma parti integrali mill-kuntratt u mhux se jinbidel sakemm il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu mod ieħor jew il-bidliet jirriżultaw minn ċirkustanzi barra l-kontroll tan-negozjant.

2. It-tagħrif miktub, fuq karti jew fuq xi mezz ieħor li jservi fit-tul, imsemmi fl-Artikolu 3(2) ikun jifforma parti integrali mill-kuntratt u t-trażmissjoni tiegħu lill-konsumatur għandu jsir b'mod xieraq, oġġettiv u ċar, bl-użu ta' tipi kbar biżżejjed biex jinqraw. Dan it-tagħrif bil-miktub ma jkunx jista' jinbidel sakemm il-bidliet ma jkunux minħabba ċirkostanzi imprevisti, mhux mistennija li n-negozjant ma jkunx jista' jikkontrollahom u li jirriżultaw f' konsegwenzi li n-negożjant ma setax jevita, ukoll jekk ikun ħa jew ħadet l-akbar attenzjoni sabiex jiġu evitati.

Il-bidliet li jirrizultaw miċ-ċirkostanzi barra l-kontroll tan-negozjant se jiġu kkomunikati lill-konsumatur qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.

Bidliet bħal dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-konsumatur bil-miktub fuq karti jew fuq kwalunkwe mezz ieħor li jservi fit-tul qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda hu:

1) li jkun hemm segwitu għall emenda 7, u

2) li jiggarantixxi li l-partijiet ma jkollhomx dritt awtonomu għall-inkluzjoni ta' informazzjoni essenzjali. L-esperjenza turi li l-espressjoni "sakemm il-partijiet il-partijiet jaqblu b’mod espliċitu mod ieħor" tippermetti li ċerti negozjanti jipproponu unilateralment kuntratti li l-istipulazzjonijiet tagħhom iwasslu biex il-konsumatur, bi ħsara għalih u mingħajr ma jkun jaf, jaċċetta nuqqas ta' aċċess għall-informazzjoni.

Emenda 14

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Fi kwalunkwe kaz, il-konsumatur għandu jirċievi kopja tal-kuntratt fuq karta jew fuq xi mezz ieħor li jservi fit-tul.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda hu li tiggarantixxi lill-konsumatur l-aktar livell għoli ta' informazzjoni possibbli sabiex jiġi żgurat b'mod oġġettiv li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq stabbli u trasparenti.

Emenda 15

Artikolu 5 (1)

1. L-Istati Membri se jiżguraw li, wara li għamel kuntratt, il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira, mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni, fi żmien 14-il ġurnata minn meta ż-żewg partijiet iffirmaw il-kuntratt jew minn meta z-zewg partijiet iffirmaw kuntratt preliminari li jorbot. Jekk l-erbatax-il jum ikun festa pubblika, il-perjodu għandu jiġi estiz għall-ewwel jum xogħol wara din id-data,

1. L-Istati Membri se jizguraw li, wara li għamel kuntratt, il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira, mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni, fi żmien 21-il ġurnata kontinwi minn meta ż-żewġ partijiet iffirmaw il-kuntratt finali. Jekk l-wiehed u għoxrin jum ikun festa pubblika, il-perjodu għandu jiġi estizż għall-ewwel jum xogħol ta' wara din id-data,

Ġustifikazzjoni

Il-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ proprjetà spiss isir waqt żmien ta’ btala u għalhekk 14-il jum huwa żmien qasir wisq biex issir evalwazzjoni oġġettiva dwar jekk ix-xerrej hux serju jew le jekk jixtieqx jipproċedi bix-xiri.

Emenda 16

Artikolu 5 (2)

2. Jekk il-kuntratt ma jinkludix it-tagħrif kollu msemmi fil-punti (a) sa (p) ta’ l-Anness I u l-punti (a) u (b) ta’ l-Anness II, iżda it-tagħrif hu pprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara l-iffirmar tal-kuntratt, il-perjodu ta’ rgigħ lura għandu jibda mill-gurnata li l-konsumatur jirċievi dak it-tagħrif.

2. Jekk il-kuntratt ma jinkludix it-tagħrif kollu msemmi fil-punti (a) sa (p) ta’ l-Anness I u l-punti (a) u (b) ta’ l-Anness II, iżda t-tagħrif hu pprovdut bil-miktub, fuq karti jew fuq mezz ieħor li jservi fit-tul, fi żmien tliet xhur wara l-iffirmar tal-kuntratt, il-perjodu ta’ rgigħ lura għandu jibda mill-gurnata li l-konsumatur jirċievi dak it-tagħrif. Jekk ma tingħatax din l-informazzjoni fiz-żmien imsemmi f'dan il-paragrafu, il-kuntratt jiġi dikjarat null.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika sabiex isaħħah is-sikurezza legali tal-proposta.

Emenda 17

Artikolu 5 (3)

3. Jekk it-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (p) ta’ l-Anness I u l-punti (a) u (b) ta’ l-Anness II ma ġiex ipprovdut bil-miktub fi żmien tliet xhur wara l-iffirmar tal-kuntratt, id-dritt ta’ rgigħ lura jiskadi wara tliet xhur u erbatax-il gurnata mill-iffirmar tal-kuntratt.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-emenda 16 tipproponi li jekk l-informazzjoni konċernata ma tingħatax fiż-żmien stipulat, il-kuntratt jiġi dikjarat null. L-iffissar ta' perjodu għall-irgigħ lura jidher għalhekk li hu bla bażi.

Emenda 18

Artikolu 5 (5)

5. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rgigħ lura, hu mitlub iħallas lura biss dawk l-ispejjeż li, skond il-liġi nazzjonali, jiġġarrbu minħabba l-konklużjoni ta’ u rgigħ lura mill-kuntratt għal formalitajiet legali li għandhom isiru qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1. Dawn l-ispejjeż għandhom jissemmew b’mod espliċitu fil-kuntratt.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dritt ta' rtirar minn kuntratt b’volontà huwa dritt "ex tunc", jiġifieri li l-effetti tiegħu jinfluwenzaw id-data ta' l-iffirmar tal-kuntratt. Dan ifisser li n-negozjant ma jkunx jista' jġiegħel lill-konsumatur iħallas spejjeż rigward kuntratt li ma jipproduċix effetti. L-esperjenza turi li bosta drabi, u bi ksur tal-ligi, meta konsumatur jiġi biex jezerċita dan id-dritt ħieles ta' rgigħ lura, isib ruhu ffaċċjat bi spejjeż amministrattivi li huwa ostakolu għall-ezerċizzju ħieles ta' dan id-dritt.

Emenda 19

Artikolu 5 (6)

6. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar stipulat fil-paragrafu 3, hu mhux se jinħtieġ iħallas lura xejn.

6. Meta l-konsumatur jezerċita d-dritt għall-irtirar, hu mhux se jinħtieġ iħallas lura xejn.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali bħala segwitu ta' l-emenda 18.

Emenda 20

Artikolu 6 (1)

1. L-Istati Membri se jiżguraw li kwalunkwe ħlas bil-quddiem, dispożizzjoni ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq karta ta’ kreditu, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel l-aħħar tal-perjodu, fejn jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rgigħ lura skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3) hu pprojbit.

1. L-Istati Membri se jiżguraw li kwalunkwe ħlas bil-quddiem, dispożizzjoni ta’ garanziji, reżervazzjoni f'kontijiet bankarji jew fuq il-karti tal-kreditu jew debitu, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel l-ahhar tal-perjodu, fejn jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rgigħ lura skond l-Artikolu 5(1) sa 5(3) hu pprojbit.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu koperti metodi differenti ta’ garanziji ta’ depożitu/pagament.

Emenda 21

Artikolu 6 (2)

2. Kwalunkwe ħlas, għoti ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus fuq il-karti tal-kreditu, rikonoxximent tad-dejn espliċitu tad-dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid qabel ma seħħ il-bejgħ proprju jew il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid intemm, hu pprojbit.

2. Kwalunkwe ħlas, għoti ta’ garanziji, reżervazzjoni ta’ flus f'kontijiet bankarji jew fuq il-karti tal-kreditu jew debitu, rikonoxximent tad-dejn espliċitu tad-dejn jew kwalunkwe ħlas għall-valur ieħor lin-negozjant jew lill-kwalunkwe parti terza mill-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid qabel ma sehh il-bejgħ proprju jew il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid intemm, hu pprojbit.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu koperti metodi differenti ta’ garanziji ta’ depożitu/pagament.

Emenda 22

Artikolu 7 (1)

1. L-Istati Membri se jiżguraw li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rġigħ lura mill-kuntratt għat-timeshare jew prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien, kwalunkwe kuntratt anċillari, kif ukoll skambju, jintemmu awtomatikament, mingħajr l-ebda piena.

1. L-Istati Membri se jiżguraw li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rġigħ lura mill-kuntratt għat-timeshare jew prodott ta’ btala fuq tul ta’ żmien, kwalunkwe kuntratt anċillari, kif ukoll skambju, jintemmu awtomatikament, mingħajr ebda spejjeż għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali u lingwistika

Emenda 23

Artikolu 7 (2)

2. Jekk il-prezz hu kopert bis-sħiħ jew parzjalment minn kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant, jew minn parti terza fuq il-bazi ta’ ftehim bejn il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu se jintemm, mingħajr piena, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rġigħ lura mill-kuntratt ewlieni, kif stipulat fl-Artikolu 5.

2.Jekk il-prezz hu kopert bis-sħiħ jew parzjalment minn kreditu mogħti lill-konsumatur min-negozjant jew minn parti terza fuq il-baż ta’ ftehim bejn il-parti terza u n-negozjant, il-ftehim ta’ kreditu jintemm mingħajr spejjeż għall-konsumatur jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rġigħ lura mill-kuntratt ewlieni.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali u lingwistika

Emenda 24

Artikolu 9, paragrafu 2, punt (a)

a) il-korpi pubbliċi jew ir-rapprezentanti tagħhom;

a) l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika sabiex twessa' t-tip ta' organizzazzjonijiet għal min hi mmirata.

Emenda 25

Artikolu 10, paragrafu 2a (ġdid)

 

2a .L-Istati Membri għadhom jiżguraw li l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu jistgħu ikollhom informazzjoni sħiħa u jkollhom aċċess għall-mekkanizmi legali previsti mir-Regolament (KE)Nru 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2001 dwar kompetenza legali, l-għarfien u t-twettiq tad-deċizjonijiet f'materji ċivili u kummerċjali1 f'dak li jirrigwarda soluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti u azzjonijiet legali ta' natura ġuridika u amministrattiva.

________

(1) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (GU L 363 ta’ l-20.12.2006, p. 1)

Ġustifikazzjoni

Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' organizzazzjonijiet pubbliċi, huwa essenzjalment kompitu ta' l-Istati Membri li jieħdu ħsieb li l-konsumaturi u n-negozjanti jkollhom informazzjoni sħiħa u aċċess għall-mekkanizmi legali previsti mir-Regolament (KE)Nru 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2001 dwar kompetenza legali, l-għarfien u t-twettiq tad-deċizjonijiet f'materji ċivili u kummerċjali hekk li l-konsumatur ikun garantit livell għoli ta' protezzjoni. kif ukoll kundizzjonijiet stabbli u trasparenti tas-suq.

Emenda 26

Anness I, punt (c)

ċ) Meta l-kuntratt jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, deskrizzjoni bir-reqqa ta’ dik il-proprjetà u fejn tinsab; meta l-kuntratt jikkonċerna għadd ta’ proprjetajiet (kumplessi multipli), deskrizzjoni addattata tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

(c) Meta l-kuntratt jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, deskrizzjoni bir-reqqa ta’ dik il-proprjetà, inkluż il-grad ta' rfinatura, arredament u aċċessorji fissi, u fejn tinsab meta l-kuntratt jikkonċerna għadd ta’ proprjetajiet (kumplessi multipli), deskrizzjoni addattata tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; meta l-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni xierqa ta’ l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 27

L-Anness I, il-punt (c a) (ġdid)

 

(ca) meta kuntratt jagħti dritt għall-okkupazzjoni ta' proprjetà waħda fost għadd ta' proprjetajiet fi grupp ta' proprjetajiet, informazzjoni dwar restrizzjonijiet għall-okkupazzjoni ta' dik il-proprjetà, jew, meta jkun hemm applikata sistema ta' punti, informazzjoni dwar il-ħtieġa li jinkisbu aktar punti sabiex wieħed jikkwalifika għall-okkupazzjoni tal-proprjetà konċernata;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 28

L-Anness I, il-punt (ċ b) (ġdid)

 

(cb) l-informazzjoni mogħtija min-negozjant trid tinkludi dettalji dwar kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-użu tal-propjetà, restrizzjonijiet għall-ippjanar flimkien mad-dettalji kollha ta’ kunsensi għal permessi ta’ ppjanar jew ta' bini, jew permessi li jirrigwardaw il-proprjetà.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li l-propjetà li qed tinbiegħ kienet inbniet legalment.

Emenda 29

Anness I, punt (f)

f) kif gew irrangati l-manutenzjoni u t-tiswijiet lill-akkomodazzjoni u l-amministrazzjoni u t-tmexxija tagħha, kif ukoll jekk u kif il-konsumaturi jistgħu jinfluwenzaw u jieħdu sehem fid-deċizjonijiet rigward dawn il-kwistjonijiet;

f) kif isiru l-arranġamenti għall-manutenzjoni u t-tiswijiet ta' l-akkomodazzjoni u għall-amministrazzjoni u t-tmexxija tagħha, inkluża kjarifika dwar ir-responsabiltajiet tal-partijiet involuti, kif ukoll jekk u kif il-konsumaturi jistgħu jinfluwenzaw u jieħdu sehem fid-deċizjonijiet rigward dawn il-kwistjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 30

Anness I, punt (g)

g) deskrizzjoni bir-reqqa ta’ kif se jiġu allokati l-ispejjeż kollha lill-konsumaturi u kif u meta jistgħu jiżdiedu tali spejjeż; fejn relevanti, tagħrif dwar jekk hemm spejjeż, ipoteki, impedimenti jew rabtiet oħra reġistrati kontra d-dritt għall-akkomodazzjoni.

g) deskrizzjoni bir-reqqa ta’ kif se jiġu allokati l-ispejjeż kollha lill-konsumaturi u kif u meta jistgħu jiżdiedu tali spejjeż; fejn relevanti, tagħrif dwar jekk hemmx spejjeż, ipoteki, impedimenti jew rabtiet oħra reġistrati kontra d-dritt għall-akkomodazzjoni u drittijiet oħra li jirriżultaw mill-kuntratt,

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 31

Anness I, punt (h)

h) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu;

h) il-perjodu eżatt illi fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, fejn xieraq, kemm huwa twil; id-data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu u d-dritt ta' rġigħ lura;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 32

Anness I, punt (i)

i) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-uzu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-bażi għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (perezempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (perezempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet).

i) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-uzu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-metodu għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (pereżempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 33

L-Anness I, il-punt (j)

(Ma tikkonċernax il-verżjoni EN).

Emenda 34

Anness I, punt (k)

k) jekk hix possibbli jew le s-sħubija fi skema ta’ skambju jew bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet kuntrattwali, tagħrif dwar l-iskemi relevanti u indikazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati mal-bejgħ mill-ġdid u l-iskambju bl-użu ta’ dawn l-iskemi;

k) jekk hix possibbli jew le s-sħubija fi skema ta’ skambju jew bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet kuntrattwali, tagħrif dwar l-iskemi relevanti u indikazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati mal-bejgħ mill-ġdid u l-iskambju bl-użu ta’ dawn l-iskemi. L-obbligu li tingħata l-informazzjoni kif mitluba minn dan l-anness japplika, bl-adattamenti li jkunu meħtieġa, għad-drittijiet ta' skambju jew bejgħ mill-ġdid;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 35

Anness I, punt (m)

m) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiza tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerga’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(m) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, fil-każ li l-konsumatur jeżerita dan id-dritt; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali bħala segwitu ta' l-emenda 17.

Emenda 36

Anness I, punt (p)

p) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

p) informazzjoni dwar l-applikazzjoni eventwali ta' kodiċijiet ta' kondotta għan-negozjanti u dwar il-mezzi ta' aċċess għall-kontenut tagħhom,

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti. L-iskop huwa wkoll sabiex ikun magħruf jekk in-negozjant ikunx firmatarju ta' kodiċi ta' kondotta u tingħata informazzjoni dwar aċċess għall-kontenut tagħhom.

Emenda 37

Anness I, punt (q)

q) il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra l-qorti

q) informazzjoni dwar il-ligi applikabbli għall-kuntratt u, fejn ikun relevanti, dwar il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra l-qorti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiċċara l-ligi applikabbli għall-kuntratt.

Emenda 38

Anness II, punt (b)

b) stima raġjonevoli għad-data ta’ l-għeluq għat-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown);

b) stima raġjonevoli għad-data ta’ l-għeluq għat-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva bis-sħiħ (gass, dawl, ilma u linji tat-telefown) u dettalji dwar sanzjonijiet applikabbli fil-każ li ma tiġix rispettata l-istima raġonevoli taz-żmien biex titlesta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 39

L-Anness II, il-punt (b a) (ġdid)

 

b)a) klawżola li tispeċifika li l-konsumatur mhux se jġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt u mhux se jkun suġġett għal obbligi oħrajn minbarra dawk speċifikati fil-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti. Hija għandha wkoll l-iskop li tiggarantixxi li l-konsumatur mhux se jġarrab spejjeż jew obbligi oħra barra dawk speċifikati fil-kuntratt.

Emenda 40

Anness II, punt (d)

d) garanzija rigward it-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni jew garanzija rigward il-ħlas lura ta’ kwalunkwe ħlas magħmul jekk l-akkomodazzjoni mhix lesta u, fejn meħtieġ, il-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-operat ta’ tali garanziji.

d) garanzija rigward it-tlestija u l-livell ta' kwalità tat-tlestija ta’ l-akkomodazzjoni u l-istandard ta' din it-tlestija, jew garanzija rigward il-ħlas lura ta’ kwalunkwe ħlas magħmul jekk l-akkomodazzjoni ma titlestiex u, fejn meħtieġ, il-kondizzjonijiet li jirregolaw dawn il-garanziji.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiggarantixxi li l-livell ta' tlestija miftiehem ikun rispettat kompletament.

Emenda 41

Anness III, punt (b)

b) In-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

b) In-natura eżatta u l-kontenut tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt, inkluża deskrizzjoni preċiza tad-drittijiet miksuba mill-konsumatur permezz tal-kuntratt u tar-restrizzjonijiet eventwali applikabbli, jew ta' offerti limitati jew limitazzjonijiet marbutin biz-żmien f'każ ta' xi roħs speċifiku;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiddeskrivi b'mod ċar u preċiż id-dritt jew drittijiet li jinsabu fil-kuntratt.

Emenda 42

Anness III, punt (d)

d) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur;

d) il-prezz totali li għandu jitħallas mill-konsumatur;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiddeskrivi b'mod ċar u preċiż id-dritt jew drittijiet li jinsabu fil-kuntratt..

Emenda 43

Anness III, punt (i a) (ġdid)

 

i) a) kundizzjonijiet u effetti tal-kanċellazzjoni tal-kuntratt u informazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-konsumatur rigward spejjeż li jirrizultaw mill-kanċellazzjoni tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tintroduċi l-obbligu ta' tagħtif dwar il-possibiltajiet, il-kundizzjonijiet u l-konsegwenzi ta' kanċellazzjoni ta' kuntratt, kif ukoll dwar ir-responsabbiltà tal-konsumatur dwar spejjeż li jirrizultaw minn din il-kanċellazzjoni.

Emenda 44

Anness IV, punt (e)

e) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-konsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiża tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerga’ lura;

e) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tintroduċi l-obbligu li jingħata tagħrif dwar id-dritt li jerġa' lura kif jistipula l-Artikolu 5.

Emenda 45

Anness IV, punt (e a) (ġdid)

 

(ea) il-kundizzjonijiet u l-effetti tal-kanċellazzjoni tal-kuntratt u informazzjoni dwar ir-responsabilità tal-konsumatur rigward spejjeż li jirrizultaw mill-kanċellazzjoni tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tintroduċi l-obbligu ta' tagħtif dwar il-possibiltajiet, il-kundizzjonijiet u l-konsegwenzi ta' kanċellazzjoni ta' kuntratt, kif ukoll dwar ir-responsabbiltà tal-konsumatur dwar spejjeż li jirrizultaw minn din il-kanċellazzjoni.

Emenda 46

Anness IV, punt (h)

h) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

h) informazzjoni dwar l-applikazzjoni eventwali ta' kodiċijiet ta' kondotta għan-negozjanti u dwar il-mezzi ta' aċċess għalihom;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti. L-iskop huwa wkoll sabiex ikun magħruf jekk in-negozjant ikunx firmatarju ta' kodiċi ta' kondotta u sabiex tingħata informazzjoni dwar aċċess għalihom.

Emenda 47

Anness IV, punt (i)

i) il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra l-qorti

i) informazzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt u, jekk meħtieġ, dwar il-possibbiltà għal soluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiċċara l-ligi applikabbli għall-kuntratt.

Emenda 48

Anness IV, punt (i a) (ġdid)

 

i) a) klawżola li tindika li t-trasferiment ikun sar b'mod ħieles u bla riservi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiggarantixxi li t-trasferment isir b'mod hieles u bla riservi sabiex il-konsumatur ma jsibx ruħu miċhud, jekk ikun hemm bżonn, mid-dritt li jikseb ipoteka.

Emenda 49

Anness V, punt (b)

b) in-natura eżatta tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

b) In-natura eżatta u l-kontenut tad-dritt li hu s-suġġett tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiggarantixxi li t-trasferment isir b'mod ħieles u bla riservi sabiex il-konsumatur ma jsibx ruħu miċhud, jekk ikun hemm bżonn, mid-dritt li jikseb ipoteka.

Emenda 50

Anness V, punt (e)

e) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-użu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-bażi għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (perezempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (perezempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet).

e) il-prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur, stima ta’ l-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-użu tal-faċilitajiet komuni u s-servizzi; il-metodu għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-kontijiet statutarji mandatorji (pereżempju, it-taxxi u d-drittijiet) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju, it-tmexxija, il-manutenzjoni u t-tiswijiet);

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti.

Emenda 51

Anness V, punt (i)

i) tagħrif fuq id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, kif ukoll indikazzjoni preċiża tan-natura u l-ammont ta’ l-ispejjeż li l-konsumatur ikollu jħallas lura skond l-Artikolu 5(5) jekk jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

(i) tagħrif dwar id-dritt ta’ rġigħ lura mill-kuntratt u l-kunsegwenzi ta’ rġigħ lura mill-kuntratt, fil-każ li l-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu li jerġa’ lura; fejn xieraq, tagħrif dwar l-arranġamenti għat-twaqqif tal-ftehim ta’ kreditu u l-kuntratt anċillari marbut mal-kuntratt fil-każ ta’ rġigħ lura mill-kuntratt skond l-Artikolu 5; tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ tali rġigħ lura;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika legali bħala segwitu ta' l-emenda 17.

Emenda 52

L-Anness V, il-punt (i a) (ġdid)

 

i) a) klawżola li tindika li t-trasferiment ikun sar b'mod ħieles u bla riservi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiggarantixxi li t-trasferment isir b'mod ħieles u bla riservi sabiex il-konsumatur ma jsibx ruħu miċhud, jekk ikun hemm bżonn, mid-dritt li jikseb ipoteka.

Emenda 53

Anness V, punt (l)

l) l-eżistenza, il-kontenut, il-kontroll u l-infurzar ta’ kodiċijiet tal-kondotta;

l) informazzjoni dwar l-applikazzjoni eventwali ta' kodiċijiet ta' kondotta għan-negozjanti u dwar il-mezzi ta' aċċess għall-kontenut rispettiv tagħhom,

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuħ, kompetittiv u trasparenti. L-iskop huwa wkoll sabiex ikun magħruf jekk in-neguzjant ikunx firmatarju ta' kodiċi ta' kondotta u tingħata informazzjoni dwar aċċess għall-kontenut tagħhom.

Emenda 54

Anness V, punt (m)

m) il-possibbiltà għal soluzzjoni għat-tilwim barra l-qorti

m) informazzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt u, jekk meħtieġ, dwar il-possibbiltà għal soluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tiggarantixxi lill-konsumatur livell għoli ta' protezzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' suq miftuh, kompetittiv u trasparenti u sabiex tiċċara l-ligi applikabbli għall-kuntratt.

PROĊEDURA

Titolu

Ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshare

Referenzi

COM(2007)0303 – C6-0159/2007 – 2007/0113(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

21.6.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Emanuel Jardim Fernandes

3.7.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

23.1.2008

25.2.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

26.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

34

1

0

Membri preżenti għall-vot finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Brigitte Fouré, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Zsolt László Becsey, Philip Bradbourn, Anne E. Jensen, Helmuth Markov, Vladimír Remek, Leopold Józef Rutowicz, Ari Vatanen, Corien Wortmann-Kool

(1)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (rapport ta' Manuel Medina Ortega) dwar is-segwitu għall-politika Komunitarja għall-protezzjoni ta' min jixtri timeshares (Direttiva 94/47/KE) (2000/2208 (INI)).

(2)

Ara COM (2007) 303, p. 6.


PROĊEDURA

Titolu

Ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshare

Referenzi

COM(2007)0303 – C6-0159/2007 – 2007/0113(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.6.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

21.6.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

21.6.2007

JURI

21.6.2007

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Toine Manders

16.7.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

13.9.2007

3.10.2007

22.11.2007

23.1.2008

 

25.3.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

19.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Gabriela Creţu, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Malinova Iotova, Graf Alexander Lambsdorff, Toine Manders, Arlene McCarthy, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Salvador Domingo Sanz Palacio, Eva-Britt Svensson, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Giovanna Corda, Magor Imre Csibi, Brigitte Fouré, Joel Hasse Ferreira, Ian Hudghton, Othmar Karas

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Vladimir Urutchev

Data tat-tressiq

29.5.2008

Avviż legali - Politika tal-privatezza