Proċedura : 2007/0289(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0200/2008

Testi mressqa :

A6-0200/2008

Dibattiti :

PV 04/06/2008 - 22
CRE 04/06/2008 - 22

Votazzjonijiet :

PV 05/06/2008 - 6.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0252

RAPPORT     *
PDF 294kWORD 482k
29.5.2008
PE 404.790v01-00 A6-0200/2008

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li tapplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u Nru 1100/2006

(COM(2007)0857 – C6‑0051/2008 – 2007/0289(CNS))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Helmuth Markov

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL- KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li tapplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u Nru 1100/2006

(COM(2007)0857 – C6‑0051/2008 – 2007/0289(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0857),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0051/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0000/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Mindu nħalqet, is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) saret waħda mill-istrumenti ewlenin tal-politika tal-kummerċ u l-iżvilupp ta' l-UE biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw inaqqsu l-faqar billi jiġġeneraw dħul permezz ta' kummerċ internazzjonali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom billi jippromwovu l-iżvilupp industrijali u d-diversifikazzjoni ta' l-ekonomiji tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel objettiv ġenerali ta' l-iskema huwa li jassisti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw inaqqsu l-faqar.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-għan ewlieni tal-politika ta' żvilupp ta' l-UE u, għaldaqstant, ta' l-iskema tas-SĠP, huwa li jsir kontribut - permezz ta' diversifikazzjoni akbar ta' l-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tas-sehem akbar tagħhom fil-kummerċ dinji - għall-ilħuq ta' l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju (MDGs), l-eradikazzjoni tal-faqar, il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Ġustifikazzjoni

L-iskema tal-GSP mhix iddisinjata bl-objettiv li jitkabbar il-kummerċ ta' l-UE iżda bil-għan li jiġu megħjuna l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u, b'mod partikulari, l-Anqas Pajjiżi Żviluppati (LDCs) permezz tal-preferenzi ta' l-inizjattiva "Kollox Ħlief Armi". Għandu jkun enfasizzat b'mod speċifiku fil-bidu tar-regolament il-ġdid li l-kisba ta' l-MDGs u t-tnaqqis tal-faqar huma l-objettivi ewlenin tal-politika ta' żvilupp ta' l-UE u, għaldaqstant, tar-regolament il-ġdid tas-SĠP.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex tiżdied ir-rata ta' utilizzazzjoni u l-effettività tas-SĠP u biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitħallew igawdu mill-benefiċċji tal-kummerċ internazzjonali u ta' l-arranġamenti preferenzjali, l-Unjoni Ewropea għandha tfittex li tipprovdi lil dawn il-pajjiżi, u b'mod partikolari lill-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs), b'għajnuna teknika adegwata.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied ir-rata ta' utilizzazzjoni u l-effettività tas-SĠP huwa importanti li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu pprovduti b'assistenza teknika adegwata.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Għandu jingħata appoġġ, f'sura ta' għajnuna teknika, għall-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-arranġament speċjali ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-governanza tajba.

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma lesti li jieħdu l-piżijiet u r-responsabilitajiet meħtieġa skond l-arranġamenti speċjali għandhom jiġu sostnuti sabiex jagħmlu dan.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità għall-arranġament speċjali ta' inċentivi favur l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba wara l-31 ta' Ottubru 2008 għandhom ikunu intitolati li jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji supplimentarji hekk kif jissodisfaw dawn il-kriterji. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar talbiet ġodda fuq bażi annwali.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali għal regolament ma fihiex dispożizzjonijiet dwar pajjiż li jikkonforma ma' dawn il-kriterji wara l-31 ta' Ottubru 2008 sabiex jitlob li jingħatawlu l-arranġamenti speċjali ta' inċentivi. Skond it-test attwali, f'każ bħal dan, il-pajjiż ikollu jistenna d-dħul fis-seħħ tar-regolament li jmiss fl-2012 biex jagħmel it-talba tiegħu. Sabiex ikun żgurat li l-arranġament speċjali ta' inċentivi jżomm in-natura tiegħu ta' inċentiv, huwa importanti li l-possibilità li jsiru talbiet ġodda tibqa' miftuħa. Hu propost li dan isir darba f'sena.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sabiex jiġi evitat it-tnaqqir tal-preferenzi, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-trasferiment ta' prodotti attwalment klassifikati bħala "sensittivi" għall-kategorija "mhux sensittivi"fir-regolament li jmiss.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) F'ġieh il-koerenza fil-politika kummerċjali tal-Komunità, pajjiż benefiċjarju ma għandux jibbenefika kemm mill-iskema tal-Komunità ta’ preferenzi ġeneralizzati tat-tariffi kif ukoll minn ftehim ta’ kummerċ ħieles, jekk dan il-ftehim ikopri ta’ l-inqas il-preferenzi kollha previsti mill-iskema attwali għal dak il-pajjiż.

(19) Għall-finijiet ta' koerenza fil-politika kummerċjali tal-Komunità, pajjiż benefiċjarju ma għandux jibbenefika kemm mill-iskema tal-Komunità ta’ preferenzi ġeneralizzati tat-tariffi kif ukoll minn ftehim ta’ kummerċ ħieles, jekk dan il-ftehim ikopri, effettivament jimplimenta u, jekk ikun il-każ, jikkonsolida ta’ l-inqas il-preferenzi kollha previsti mill-iskema attwali għal dak il-pajjiż.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied il-koerenza tal-politika kummerċjali Komunitarja, huwa meħtieġ li jkun iggarantit li, meta l-konklużjoni ta' ftehima ta' kummerċ ħieles iwassal biex pajjiż jinqata' mil-lista ta' benefiċjarji ta' din l-iskema, din il-ftehima m'għandhiex biss tkopri l-preferenzi previsti fl-iskema preżenti, iżda wkoll timplimentahom u, jekk ikun il-każ, tikkonsolidahom.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Ir-regoli ta' oriġini għandhom jiġu rriveduti sabiex jitqies il-kumulu inter-reġjonali u globali u l-possibilità li pajjiż jibbenefika minn trattament preferenzjali skond is-SĠP, is-SĠP+ u l-inizjattiva 'Kollox Ħlief Armi' (EBA), anke jekk ma jkunx il-pajjiż tad-destinazzjoni aħħarija ta' l-esportazzjoni, sakemm jingħata valur miżjud sostanzjali lill-prodotti fil-pajjiż ikkonċernat. Matul din ir-reviżjoni, il-ħtieġa ta' 'trasformazzjoni doppja' għal ċerti prodotti għandha tiġi eliminata wkoll.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-regoli ta' oriġini sabiex tqis il-kumulu inter-reġjonali u globali u l-possibilità li pajjiż jibbenefika minn trattament preferenzjali skond is-SĠP, is-SĠP+ u l-inizjattiva 'Kollox Ħlief Armi' (EBA), anke jekk ma jkunx il-pajjiż tad-destinazzjoni aħħarija ta' l-esportazzjoni. F'din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tneħħi wkoll il-ħtieġa ta' 'trasformazzjoni doppja' għal ċerti prodotti, bil-għan li tiżdied il-flessibilità tar-regoli ta' oriġini għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 21 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Il-Kummissjoni għandha, bħala prijorità, tistinka fl-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) sabiex jinkiseb ftehim li jarmonizza r-regoli ta' oriġini, skond liema regoli l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-anqas pajjiżi żviluppati jirċievu trattament preferenzjali.

Ġustifikazzjoni

Il-kumplessità tar-regoli dwar l-oriġini hija waħda mir-raġunijiet ewlenin li minħabba fihom ma tantx qed jintużaw, anke jekk huma għodod essenzjali għall-promozzjoni ta' l-integrazzjoni reġjonali. Sistema armonizzata ta' regoli dwar l-oriġini tippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-pajjiżi l-anqas żviluppati sabiex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mis-SĠP.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fuq il-bażi ta' l-aħħar 'data' komparabbli u aġġustata disponibbli fil-mument ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi liema pajjiżi benefiċjarji jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

L-emenda terġa' tintroduċi l-ħsieb wara l-Artikolu 3 (2) tal-verżjoni oriġinali ta' COM(2004)699, sabiex tiżdied is-sigurtà tad-data u tinħoloq trasparenza għall-pajjiżi kollha li jistgħu jipparteċipaw.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fejn jiġu mniżżla l-pajjiżi benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura se tagħmel l-iskema aktar prevedibbli.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta pajjiż benefiċjarju jibbenefika minn ftehim kummerċjali preferenzjali mal-Komunità li jkopri ta’ l-anqas il-preferenzi kollha previsti minn din l-iskema għal dak il-pajjiż, għandu jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji.

2. Meta pajjiż benefiċjarju jibbenefika minn ftehim kummerċjali preferenzjali mal-Komunità, l-applikazzjoni tal-ftehima kummerċjali għandha tieħu preċedenza fuq l-applikazzjoni ta' l-iskema sakemm il-ftehima effettivament timplimenta u, jekk ikun il-każ, tikkonsolida ta’ l-anqas il-preferenzi kollha previsti minn din l-iskema għal dak il-pajjiż, Ftehim kummerċjali mal-Komunità ma jfixkilx l-eliġibilità għall-arranġament speċjali ta' inċentivi stipulat fl-Artikoli 7 sa 10.

Ġustifikazzjoni

Jekk ftehim kummerċjali ikun aktar favorevoli minn din l-iskema, huwa għandu jieħu preċedenza fuqha, sakemm il-ftehim ikun implimentat b'mod effettiv u ġenwinament ikun aktar vantaġġuż. Barra minn hekk, jekk pajjiż jista' jikseb aktar preferenzi billi jikkonforma mal-kundizzjonijiet previsti mill-arranġament speċjali ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, huwa għandu jkun eliġibbli għal dik l-iskema speċjali anke jekk diġà jkollu arranġament speċjali li jorbtu mal-Komunità.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika pajjiż benefiċjarju bit-tneħħija tiegħu mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji.

3. Meta pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż ikkonċernat u lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi notifikat ukoll.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Sabiex jittejjeb l-impatt ta' l-iskema, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u speċjalment lill-LDCs b'għajnuna teknika adegwata għall-bini ta' kapaċità istituzzjonali u regolatorja meħtieġa biex taħsad il-benefiċċji tal-kummerċ internazzjonali u tas-SĠP.

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu pprovduti b'għajnuna teknika adegwata biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-sistema ta' negozju internazzjonali u fl-iskemi preferenzjali.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-għanijiet ta’ l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2), ir-regoli ta' l-oriġini, li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti, il-proċeduri u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva relatati magħhom, għandhom ikunu dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2. Għall-għanijiet ta’ l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2), ir-regoli ta' l-oriġini, li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti, il-proċeduri u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva relatati magħhom, għandhom ikunu dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Il-forma, is-sustanza u l-proċeduri tas-sistema tar-regoli ta' oriġini għandha tkun suġġetta għal reviżjoni regolari sabiex ikun evalwat l-effett tagħha fuq ir-rati ta' l-użu tas-SĠP u biex tikkontribwixxi aħjar għall-għan li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku.

Ġustifikazzjoni

The rules of origin are important for the export possibilities of developing countries under the GSP, GSP+ and EBA schemes. In several cases, rules of origin, stricter than necessary, hamper the utilisation of the schemes. Revision of the rules of origin takes place without consultation of Parliament. For future revisions of the rules of origin, which should take place regularly, the Commission shall take into account cross-regional and global cumulation and the consideration of a country as eligible for GSP, GSP+ and EBA preferential treatment even if it is not the final country for export. These elements would enhance the possibility of developing countries to use the GSP schemes and serve the purpose of promoting economic development.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità fi ħdan id-WTO għall-armonizzazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini li jistabbilixxu trattament preferenzjali għall-pajjiżi li qed jiżvilupp u għall-LDCs.

Ġustifikazzjoni

Bħala parti mill-isforzi biex jiġu armonizzati r-regoli ta' l-oriġini, li jsiru fi ħdan id-WTO, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel ċara x-xewqa tagħha li tiffoka fuq is-SĠP.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għandha tiġi mogħtija wkoll għajnuna teknika biex pajjiżi eliġibbli li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna jikkonformaw mar-ratifika u mar-rekwiżiti effettivi ta' implimentazzjoni ta' l-arranġament speċjali ġdid ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba.

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma lesti jassumu dmirijiet speċjali u responsabilitajiet mir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' konvenzjonijiet internazzjonali, li jitlob l-arranġament speċjali ta' inċentiv, għandhom jiġu megħjuna fl-isforzi tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-istatus ta' ratifika u implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness III. Qabel tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kmieni biżżejjed għad-diskussjoni tar-Regolament li jmiss, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, lill-Kunsill, dwar l-istatus tar-ratifika ta’ dawn il-konvenzjonijiet, inklużi rakkmandazzjonijiet minn korpi ta' monitoraġġ.

3. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-istatus ta' ratifika u implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness III. Qabel tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kmieni biżżejjed għad-diskussjoni tar-Regolament li jmiss, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-istatus tar-ratifika u ta' l-implimentazzjoni ta’ dawn il-konvenzjonijiet ta' kull pajjiż li jibbenefika mill-arranġament speċjali ta' inċentiv. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet minn korpi ta' monitoraġġ dwar jekk xi pajjiż partikulari għandux jieħu passi oħra biex jimplimenta konvenzjoni b'mod effettiv.

 

Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-effikaċja ta' l-arranġament speċjali ta' inċentivi biex jilħaq l-għan tiegħu u tirrakkomanda, fejn ikun xieraq, ir-reviżjoni ta' l-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tingħata l-possibilità li l-arranġament speċjali jiġi adattat u rivedut matul iż-żmien sabiex jilħaq l-għan tiegħu.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 9 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I irid ikun għamel talba għal dan l-għan sal-31 ta' Ottubru 2008, u

a) pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I irid ikun għamel talba għal dan l-għan sal-31 ta' Ottubru 2008, jew, fil-każ ta' pajjiżi jew territorji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(1) u (2), wara dik id-data, ta' kull sena, u

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali għal regolament ma fihiex dispożizzjonijiet dwar pajjiż li jikkonforma ma' dawn il-kriterji wara l-31 ta' Ottubru 2008 sabiex jitlob li jingħatawlu l-arranġamenti speċjali ta' inċentivi. Skond it-test attwali, f'każ bħal dan, il-pajjiż ikollu jistenna d-dħul fis-seħħ tar-regolament li jmiss fl-2012 biex jagħmel it-talba tiegħu. Sabiex ikun żgurat li l-arranġament speċjali ta' inċentivi jżomm in-natura tiegħu ta' inċentiv, huwa importanti li l-possibilità li jsiru talbiet ġodda tibqa' miftuħa. Hu propost li dan isir darba f'sena.

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba akkumpanjata bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2). Waqt li tkun qed teżamina t-talba l-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sejbiet ta’ l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali rilevanti. Hija tista’ titlob lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba kwalunkwe mistoqsija li hija tqis rilevanti u tista’ tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-pajjiż li qed jagħmel it-talba jew ma’ kwalunkwe sors ieħor rilevanti.

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba akkumpanjata bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2). Waqt li tkun qed teżamina t-talba l-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sejbiet ta’ l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali rilevanti. Hija tista’ titlob lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba kwalunkwe mistoqsija li hija tqis rilevanti u għandha tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-pajjiż li qed jagħmel it-talba jew ma’ kwalunkwe sors ieħor rilevanti, inkluż il-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fosthom is-sieħba soċjali.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew u "kwalunkwe sors ieħor rilevanti", bħar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fosthom is-sieħba soċjali, għandhom jitqiesu meta tkun ivverifikata l-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-konvenzjonijiet imniżżla fl-Anness III, bħall-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards professjonali.

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 2 lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba. Fejn pajjiż jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi, dan għandu jiġi informat bid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Diċembru 2008, tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, li jelenka l-pajjiżi li qed jibbenefikaw mill-arranġament speċjali ta’ inċentiv għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba.

3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 2 lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba. Fejn pajjiż jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi, dan għandu jiġi informat bid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Diċembru 2008, tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, li għandu jkun aġġornat kull sena, li jelenka l-pajjiżi li qed jibbenefikaw mill-arranġament speċjali ta’ inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali għal regolament ma fihiex dispożizzjonijiet dwar pajjiż li jikkonforma ma' dawn il-kriterji wara l-31 ta' Ottubru 2008 sabiex jitlob li jingħatawlu l-arranġamenti speċjali ta' inċentivi. Skond it-test attwali, f'każ bħal dan, pajjiż ikollu jistenna d-dħul fis-seħħ tar-regolament li jmiss fl-2012 biex jagħmel it-talba tiegħu. Sabiex ikun żgurat li l-arranġament speċjali ta' inċentivi jżomm in-natura tiegħu ta' inċentiv, huwa importanti li l-possibilità li jsiru talbiet ġodda tibqa' miftuħa. Hu propost li dan isir darba f'sena.

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn pajjiż li qed jagħmel it-talba ma jingħatax l-arranġament speċjali ta’ inċentiv, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet, jekk dak il-pajjiż jitlobhom.

4. Fejn pajjiż li qed jagħmel it-talba ma jingħatax l-arranġament speċjali ta’ inċentivi, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet u tgħarraf lill-pajjiż li jagħmel it-talba, kif ukoll lill-Parlament Ewropew, dwar dan.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' aktar trasparenza, ċertezza legali u kontroll demokratiku, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll l-istati benefiċjarji għandhom jinżammu infurmati l-ħin kollu dwar l-implimentazzjoni, il-progress u r-riżultati tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Kummissjoni għandha tiċċekkja regolarment li l-impenji tal-pajjiżi benefiċjarji qegħdin ikunu onorati u li ma tkun tapplika l-ebda raġuni minn dawk imsemmija fl-Artikolu 15(1) u (2) u fl-Artikolu 16(1) u (2) dwar l-irtirar temporanju ta'arranġamenti preferenzjali. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar il-każijiet ta' rtirar temporanju u tibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni m'għandhiex biss tistenna lill-oħrajn biex tirċievi t-tagħrif dwar il-ksur possibbli ta' l-impenji li jistgħu jiġġustifikaw l-irtirar temporanju. Għandha tara li tiċċekkja b'mod attiv li impenji bħal dawn jinżammu. It-tagħrif dwar il-każijiet ta' rtirar temporanju għandu jsir pubbliku, u rapport annwali għandu jagħti rendikont tajjeb tat-tħaddim tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi.

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievi informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, għandhom jinformaw lill-Kumitat u jitolbu konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar.

1. Fejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievu informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, għandhom jinformaw lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew u jitolbu konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jitlob konsultazzjonijiet. L-irtirar tal-preferenzi huwa deċiżjoni importanti li jkollha impatt kbir fuq il-possibilitajiet ta' kummerċ ta' dak il-pajjiż li qiegħed jiżviluppa. Is-sehem tal-Parlament f'dan il-kuntest għandu jissaħħaħ.

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara l-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fi żmien xahar u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5), li tagħti bidu għal investigazzjoni.

2. Wara l-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fi żmien xahar u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5), li tagħti bidu għal investigazzjoni. Fid-dawl tar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 15(1)(a), il-Kummissjoni għandha mill-ewwel tiftaħ inkjesta f'kull każ fejn il-Kumitat ta' l-ILO għall-Applikazzjonijiet ta' l-Istandards jiddedika "paragrafu speċjali" lil xi pajjiż benefiċjarju li ma jikkonformax ma' l-istandards fundamentali tax-xogħol.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni ta' l-istandards fundamentali tax-xogħol hija ta' importanza partikulari għad-difiża tal-leġittimità ta' l-arranġament speċjali ta' l-inċentivi GSP+. Għalhekk, huwa essenzjali li tinfetaħ inkjesta meta l-Kumitat ta' l-ILO għall-Applikazzjoni ta' l-Istandards jirrapporta ksur ta' l-istandards fundamentali tax-xogħol.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja inklużi l-valutazzjonijiet disponibbli, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-korpi rilevanti ta’ sorveljanza tan-NU, l-ILO u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-oħra. Dawn għandhom iservu bħala l-punt ta’ tluq għall-investigazzjoni dwar jekk l-irtirar temporanju huwiex iġġustifikat għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a). Il-Kummissjoni tista’ tivverifika l-informazzjoni li tkun irċeviet ma’ operaturi ekonomiċi u l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

3. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja, inklużi l-valutazzjonijiet disponibbli, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ta' l-istituzzjonijiet oħra ta' l-UE u tal-korpi rilevanti ta’ sorveljanza tan-NU, l-ILO u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-oħra. Dawn għandhom iservu bħala l-punt ta’ tluq għall-investigazzjoni dwar jekk l-irtirar temporanju huwiex iġġustifikat għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a). Il-Kummissjoni tista’ tivverifika l-informazzjoni li tkun irċeviet ma’ operaturi ekonomiċi, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (fosthom is-sieħba soċjali) u l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Il-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili (fosthom is-sieħba soċjali, bħat-trejdunjons) u ma' l-istituzzjonijiet l-oħra Ewropej (fosthom il-Parlament Ewropew) hi essenzjali jekk għandu jinġabar l-akbar ammont ta' tagħrif marbut ma' investigazzjoni li tista' twassal għall-irtirar temporanju tal-preferenzi previsti f'dan ir-Regolament.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun hemm aktar trasparenza u skrutinju demokratiku, il-Parlament Ewropew għandu jkun imdaħħal fil-fażijiet kollha ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness III.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ irtirar temporanju, hija għandha tippreżenta proposta xierqa lill-Kunsill li għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu.

4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ irtirar temporanju, hija għandha tippreżenta - wara li tkun għarrfet lill-Parlament Ewropew - proposta xierqa lill-Kunsill li għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun hemm aktar trasparenza u skrutinju demokratiku, il-Parlament Ewropew għandu jkun imdaħħal fil-fażijiet kollha ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness III.

Emenda  29

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, wara li tinforma lill-Kumitat, tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hija strettament neċessarja.

7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu l-investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, wara li tinforma lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew, tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hija strettament neċessarja.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jissaħħu t-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-kontroll demokratiku, il-Parlament Ewropew għandu jkun mgħarraf jekk il-Kummissjoni tieħu passi kontra xi pajjiż benefiċjarju bla ma l-ewwel tagħmel inkjesta.

Emenda  30

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-importazzjonijiet ta’ prodotti inklużi fl-Anness I tat-Trattat jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, tfixkil serju għas-swieq Komunitarji, b’mod partikolari lil wieħed jew iżjed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, jew lill-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati wara li tikkonsulta l-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni.

Fejn l-importazzjonijiet ta’ prodotti inklużi fl-Anness I tat-Trattat jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, tfixkil serju għas-swieq Komunitarji, b’mod partikolari lil wieħed jew iżjed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, jew lill-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Parlament Ewropew, tista’ tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati wara li tikkonsulta mal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jwissi meta l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb.

Emenda  31

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 20 jew 21 qabel ma din issir effettiva. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika wkoll il-Kunsill u l-Istati Membri dwar dan.

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 20 jew 21 qabel ma din issir effettiva. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri dwar dan.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi notifikat ukoll.

Emenda  32

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jirreferi deċiżjoni li ttieħdet skond l-Artikoli 20 jew 21 lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

2. Kwalunkwe Stat Membru, jew il-Parlament Ewropew, jista’ jirreferi deċiżjoni li ttieħdet skond l-Artikoli 20 jew 21 lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahar. Fejn ikun il-każ, il-Kunsill għandu jgħarraf lill-pajjiż li jagħmel it-talba u lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Fejn l-arraġamenti preferenzjali għal xi pajjiż ikunu sospiżi skond il-klawsoli ta' salvagwardja stipulati fl-Artikoli 20 u 21, il-Parlament Ewropew għandu d-dritt, bħal kull Stat Membru, li jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill għall-adozzjoni ta' deċiżjoni differenti b'maġġoranza kwalifikata.

Emenda  33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 25 punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) għat-twaqqif, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 2008, tal-lista finali ta’ pajjiżi benefiċjarji skond l-Artikolu 10.

e) għat-twaqqif, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 2008, tal-lista finali ta’ pajjiżi benefiċjarji li għandha tkun aġġornata kull sena skond l-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali għal regolament ma fihiex dispożizzjonijiet dwar pajjiż li jikkonforma ma' dawn il-kriterji wara l-31 ta' Ottubru 2008 sabiex jitlob li jingħatawlu l-arranġamenti speċjali ta' inċentivi. Skond it-test attwali, f'każ bħal dan pajjiż ikollu jistenna d-dħul fis-seħħ tar-regolament li jmiss fl-2012 biex jagħmel it-talba tiegħu. Sabiex ikun żgurat li l-arranġament speċjali ta' inċentivi jżomm in-natura tiegħu ta' inċentiv, huwa importanti li l-possibilità li jsiru talbiet ġodda tibqa' miftuħa. Hu propost li dan isir darba f'sena.

Emenda  34

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 26 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26a

 

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat regolarment rigward:

 

(a) l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li jibbenefikaw mis-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi;

 

(b) l-istatus tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet inklużi fl-Anness III ta' kull pajjiż li qiegħed jibbenefika mill-arranġament speċjali għal inċentivi. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar jekk xi pajjiż partikulari għandux jieħu passi oħra biex jimplimenta konvenzjoni b'mod effettiv;

 

(c) informazzjoni rilevanti dwar il-progress biex jitwettqu l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millennju, b'mod speċjali fil-pajjiżi l-anqas żviluppati.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tħejji studju ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' l-effetti tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2009. L-istudju għandu jintbagħat lill-Kumitat, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sa l-1 ta' Marzu 2010.

 

3. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat, għandha tħejji l-kontenut ta' l-istudju ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt imsemmi fil-paragrafu 2, li għandu jinkludi l-fehmiet tal-pajjiżi benefiċjarji u f'kull każ għandu jkun fih mill-inqas dawn l-elementi li ġejjin:

 

- analiżi statistika dettaljata tar-rati ta' l-utilizzazzjoni tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi għal kull pajjiż u taqsima li tkun tinkludi tqabbil mas-snin ta' qabel;

 

- evalwazzjoni ta' l-effetti soċjali u dawk marbuta mal-kummerċ tal-gradazzjoni fuq il-pajjiżi ggradati;

 

- evalwazzjoni preliminari ta' l-effetti tal-gradazzjoni futura fuq il-pajjiżi li aktarx li jiġu ggradati skond ir-regolamentazzjoni li jmiss;

 

- analiżi ta' l-effetti potenzjali tat-twessigħ tas-sistema ta' preferenzi billi jiżdied il-marġni preferenzjali mogħti għall-prodotti sensittivi u/jew billi jkunu ttrasferiti prodotti "sensittivi" għall-kategorija ta' prodotti "mhux sensittivi";

 

- evalwazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament sabiex jitwettqu l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millennju, u b'mod partikulari rigward il-pajjiżi l-inqas żviluppati.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport speċjali lill-Parlament Ewropew għal żmien il-konklużjoni ta' l-Aġenda ta' l-Iżvilupp ta' Doha, li janalizza l-impatt tan-negozjati fuq l-iskema stabbilita f'dan ir-Regolament filwaqt li jitqiesu l-miżuri li għandhom jiġu adottati biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi.

Ġustifikazzjoni

Jinħtieġ li tiġi stabbilita sistema għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-regolamentazzjoni u biex il-Parlament Ewropew jinżamm infurmat; biex isiru dispożizzjonijiet fir-regolamentazzjoni għall-impatt li se jkollhom in-negozjati tad-WTO fuq il-pajjiżi l-inqas żviluppati; u biex titqies evalwazzjoni wiesgħa tas-sistema, flimkien ma' l-opinjoni tal-pajjiżi benefiċjarji, qabel ma jittieħdu l-passi biex tiġi riveduta r-regolamentazzjoni preżenti. F'kuntest li fih qegħdin jonqsu l-preferenzi, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-possibilità ta' titjib fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-ġenerożità ta' l-iskema.

Emenda  35

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kumitat għandu jeżamina l-effetti ta’ l-iskema, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009. Dan ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), u għandu jiġi ppreżentat kmieni biżżejjed għad-diskussjoni dwar ir-Regolament li jmiss..

3. Il-Kumitat għandu jeżamina l-effetti ta’ l-iskema, fuq il-bażi ta' l-istudju ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt imsemmi fl-Artikolu 26a(2). Dan ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), u għandu jiġi ppreżentat kmieni biżżejjed għad-diskussjoni dwar ir-Regolament li jmiss.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ir-Regolament ikun rivedut b'mod xieraq, jinħtieġ studju tajjeb ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt fuq kif taħdem is-sistema.

Emenda  36

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 29 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-proposta għal regolamentazzjoni riveduta li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2014 għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sa l-1 ta' Ġunju 2010. Il-proposta l-ġdida għandha tqis b'mod xieraq ir-riżultati ta' l-istudju ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt imsemmi fl-Artikolu 26a(2).

Ġustifikazzjoni

Sabiex tikkonforma mar-rekwiżit tal-prevedibilità ta' sena mitlub mill-pajjiżi benefiċjarji u mill-operaturi ekonomiċi, ir-Regolament rivedut għandu jkun approvat sa l-1 ta' Jannar 2011. Sabiex tippermetti li ssir konsultazzjoni xierqa mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet interessati rilevanti, il-proposta għandha toħroġ mill-anqas sitt xhur qabel (l-1 ta' Ġunju 2010). Dan sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tinkorpora r-riżultati ta' l-istudju ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt, li għandu jkun ippubblikat sa l-1 ta' Marzu 2010.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-kummerċ u l-għajnuna normalment huma l-aktar forzi esterni importanti li jgħinu l-iżvilupp ta’ pajjiż.

L-istrument klassiku għall-kisba ta’ żieda fil-kummerċ huma l-preferenzi fit-tariffi, jiġifieri li wieħed ma jagħmilx dazji fuq il-prodotti importati minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Għal ħafna snin, dawn il-preferenzi kummerċjali mhux reċiproċi saru mill-pajjiżi żviluppati għall-benefiċċju ta’ diversi pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw.

Fl-1968, il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) irrakkomandat li ssir "Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi" (SĠP) li permezz tagħha l-pajjiżi industrijalizzati jagħmlu preferenzi kummerċjali, fuq bażi mhux reċiproka, mal-pajjiżi kollha li qegħdin jiżviluppaw, u mhux biss mal-pajjiżi li qabel kienu kolonji tagħhom.

Minn dak iż-żmien, għadd kbir ta’ skemi ta’ aċċess preferenzjali mhux reċiproċi ntużaw mill-pajjiżi ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD), flimkien ma' sensiela dejjem tikber ta’ arranġamenti reċiproċi bilaterali u reġjonali għal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ.

L-iskemi mhux reċiproċi jinkludu programmi ta' SĠP nazzjonali, programmi SĠP+ għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati, bħall-inizjattiva ta’ l-UE “Kollox ħlief l-Armi” (EBA), kif ukoll arranġamenti speċjali għal gruppi ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw bħall-Att għat-Tkabbir u l-Opportunità bejn l-Istati Uniti u l-Afrika (AGOA), l-Inizjattiva tal-Baċir tal-Karibew, eċċ.

Il-Komunità Ewropea kienet ta' l-ewwel li implimentat skema ta’ SĠP fl-1971. Is-SĠP ta’ l-UE hi l-aktar waħda mis-sistemi tal-pajjiżi żviluppati li hi użata u toffri aċċess bla dazju jew tariffi mnaqqsa għall-prodotti impurtati mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP, skond l-arranġament tas-SĠP li jgawdi minnu l-pajjiż konċernat. Sa mill-introduzzjoni tagħha fl-1971, is-SĠP kienet strument essenzjali tal-politika kummerċjali li tgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jiġġeneraw id-dħul permezz tal-kummerċ internazzjonali, bil-għan li jgħin biex jinqered il-faqar u biex jitħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli.

Għall-perjodu 2006-2008, hemm tliet tipi ta’ arranġamenti fis-seħħ għall-pajjiżi benefiċjarji:

1) il-pajjiżi benefiċjarji kollha jgawdu mill-benefiċċju ta’ l-arranġament ġenerali;

2) l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba (l-"SĠP+") jipprovdi benefiċċji addizzjonali għall-pajjiżi li jimplimentaw ċerti standards internazzjonali fid-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, fil-ħarsien ta’ l-ambjent, fil-ġlieda kontra d-drogi u fil-governanza tajba;

3) l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, magħruf ukoll bħala l-inizjattiva "Kollox ħlief l-Armi" (EBA), jipprovdi l-aktar trattament favorevoli, bl-għan li jagħti aċċess "bla dazju u bla kwoti" lill-pajjiżi l-inqas żviluppati għas-suq ta’ l-UE.

Il-linji gwida attwali tas-sistema jkopru l-perjodu bejn l-2006 u l-2015.

L-ewwel regolament ta’ implimentazzjoni plurijennali huwa validu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2008. It-tieni se jkun implimentat bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Skeda taż-żmien

Il-proposta għal regolament tal-Kunsill għall-applikazzjoni ta' skema ta’ preferenzi ġeneralizzati tat-tariffi għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2011 kienet riferita lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni.

B'xorti ħażina, u kontra x-xewqa li esprima l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar proposta għal Riżoluzzjoni tal-Kunsill għall-applikazzjoni ta' skema ta’ preferenzi ġeneralizzati fit-tariffi(1), il-Kummissjoni ma ppreżentatx il-proposta tagħha kmieni biżżejjed (sa l-1 ta’ Ġunju 2007) biex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiġi kkonsultat bis-sħiħ fi żmien reġonevoli.

Fil-fatt, ir-regolament li jimplimenta s-SĠP għandu jkun ippubblikat kmieni biżżejjed biex ikun possibbli għall-operaturi ekonomiċi u għall-pajjiżi benefiċjarji li jaġġustaw ruħhom għat-tibdiliet li jkunu daħlu. Għaldaqstant ir-rapporteur tagħkom jiddispjaċih li l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha fil-21 ta’ Diċembru 2007. Fil-31 ta' Jannar 2008, il-Kunsill talab lill-Parlament biex jagħti l-fehma tiegħu sa l-10 ta’ April.

Ir-rapporteur tagħkom jixtieq jenfasizza li l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew kien mgħaġġel iżżejjed u negattiv b'mod partikulari fid-dawl tat-Trattat ta’ Liżbona. Malli jkun ratifikat, it-Trattat ta’ Liżbona se jagħti lill-Parlament l-irwol ta’ koleġiżlatur fil-kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ, u r-regolamenti li jimplimentaw is-SĠP se jiġu adottati skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni (il-proċedura leġiżlattiva normali).

Spjegazzjoni ta’ l-emendi

L-emendi tar-rapporteur huma maħsuba biex itejbu l-proposta tal-Kummissjoni skond dawn l-erba’ għanijiet bażiċi: (1) li jipproduċu sistema aktar effettiva li tirrispondi aħjar għall-interessi tal-pajjiżi benefiċjarji u l-operaturi ekonomiċi; (2) li jiżviluppaw regoli li jipprovdu għal proċess ta’ riforma regolat aħjar fejn ikun garantit l-involviment tal-benefiċjarji; (3) li jiżguraw li r-regolament jagħti l-piż mixtieq lill-kompitu ta’ kontroll demokratiku li l-Parlament huwa mistenni li jwettaq; u (4) li jagħmlu l-iskema tas-SĠP ta’ l-Unjoni Ewropea konformi mal-qafas multilaterali provdut mid-WTO u mir-Rawnd ta’ Doha.

It-timbru ta’ l-UE għandu jkun dak ta' trasparenza u ċertezza legali akbar. Ħafna mill-emendi mressqa huma mmirati biex is-SĠP ssir aktar ċara u aktar trasparenti.

Regoli ta' l-oriġini

Ir-regoli ta’ l-oriġini u l-proċeduri amministrattivi li jakkumpanjawhom huma waħda mir-raġunijiet ewlenin għal-livell baxx ta’ użu tal-preferenzi kummerċjali mogħtija permezz tas-SĠP, b’mod partikulari mill-pajjiżi l-inqas żviluppati. Ir-regoli ta’ l-oriġini jistgħu iżommu preferenza eżistenti milli jkollha impatt pożittiv, u l-periklu huwa li joħolqu ostaklu għall-kummerċ billi jistipulaw miri tal-kummerċ li ma jkunux jistgħu jintlaħqu, u b’hekk il-preferenza tintuża ftit jew ma tintuża xejn.

Ir-riforma tas-SĠP tagħmel parti mir-riforma ġenerali tar-regoli preferenzjali ta’ l-oriġini applikati mill-UE. Għaldaqstant, kif semmiet il-Kummissjoni fl-evalwazzjoni ta’ l-impatt, ir-regoli ta’ l-orġini ġodda u riveduti għandhom jidħlu fis-seħħ b’mod parallel ma’ l-iskema l-ġdida tas-SĠP (fl-1 ta’ Jannar 2009). Il-Parlament ma kienx ikkonsultat dwar ir-riforma ġenerali tar-regoli preferenzjali u jeżisti s-sogru li jiġi adottat regolament dwar is-SĠP mingħajr ma jkun magħruf l-impatt tar-riforma.

Ir-rapporteur tagħkom jemmen li r-riforma għandha tippermetti l-akkumulazzjoni reġjonali u tinkludi wkoll il-possibilità ta’ akkumulazzjoni orizzontali bejn ir-reġjuni jew akkumulazzjoni globali għall-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċjali skond is-SĠP. Fuq l-istess linji, għandha titqies l-introduzzjoni ta’ regoli aktar favorevoli dwar ir-rekwiżiti ta’ l-għoti ta’ rikonoxximent ta' l-oriġini għal prodott. Hu propost li l-Unjoni Ewropea ssemma' leħenha dwar ix-xewqa tagħha li tagħti prijorità lis-SĠP fil-kuntest tax-xogħol li qiegħed isir mid-WTO dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli ta’ l-oriġini.

Kopertura tal-pajjiżi

Il-kopertura tal-pajjiżi ġiet suġġetta għall-kritika kemm tal-pajjiżi benefiċjarji u l-NGOs, kif ukoll tar-riċerkaturi. Sikwit ikun hemm sitwazzjonijiet fejn pajjiżi fqar b’ekonomiji diversifikati jew ekonomiji aktar kbar jiġu esklużi minnufih mill-aktar skemi vantaġġużi. Il-limitu minimu ta' l-importazzjoni jista' jinbidel bi kriterji oħra li jkunu aktar ċari u fuq kollox aktar marbuta b'mod dirett mal-livell ta' l-iżvilupp (il-kriterju tal-Prodott Domestiku Gross per capita huwa eżempju tajjeb). Il-pajjiżi li jkunu jistgħu jibbenefikaw l-aktar mill-preferenzi fit-tariffi sikwit ikunu dawk li ma jgħaddux mit-test tal-vulnerabilità meħtieġ biex ikunu eliġibbli għall-SĠP+. Ir-rapporteur tagħkom jemmen li din il-kwistjoni għandha tkun indirizzata meta ssir ir-reviżjoni li jmiss ta’ l-iskema.

Studju ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt u implimentazzjoni tar-Rawnd ta' Doha

Skond ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ l-impatt, perjodu ta’ applikazzjoni ta’ sena ma jagħtix lok għal evalwazzjoni konklużiva. Għaldaqstant il-Kummissjoni ssuġġeriet li d-dispożizzjonijiet attwali ta’ l-iskema SĠP ma jinbidlux biex l-utenti jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-iskema.

Skond il-messaġġ ċar tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament(2) fl-2005, ir-rapporteur tagħkom jiddispjaċih ħafna li r-rapport dwar l-evalwazzjoni ta’ l-impatt iqis biss sena waħda tat-tħaddim u ta’ l-impatt tas-sistema.

Biex jiġi evitat li fil-ġejjieni jirrepeti ruħu dan in-nuqqas gravi ta’ tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv dwar it-tħaddim tas-SĠP, ir-rapporteur tagħkom ippropona artikolu ġdid li jirregola l-proċedura ta’ l-evalwazzjoni, li jipprevedi l-inklużjoni ta’ rimarki mill-pajjiżi benefiċjarji.

Ir-rapporteur qiegħed jipproponi wkoll li ssir analiżi speċifika ta’ l-effetti potenzjali tas-SĠP meta jintemmu n-negozjati tar-Rawnd ta’ Doha tad-WTO. Dan l-istudju se jgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u lill-pajjiżi l-inqas żviluppati biex jieħdu sehem b’mod attiv u bla riżervi fil-proċess ta’ negozjar, biċ-ċertezza li l-Unjoni Ewropea se timplimenta l-miżuri meħtieġa mhux biss biex tevita kull "tnaqqir tal-preferenzi" iżda wkoll biex iżżomm u ssaħħaħ it-trattament preferenzjali eżistenti.

Sehem il-Parlament

Sakemm jiġi ratifikat it-Trattat ta’ Liżbona u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni tas-SĠP jiġu adottati permezz tal-proċedura leġiżlattiva normali (il-kodeċiżjoni), ir-rapporteur qiegħed jipproponi diversi emendi bil-għan li jiġi żgurat li tkun irrispettata l-funzjoni ta’ kontroll demokratiku tal-Parlament.

Assistenza teknika

Ir-rapporteur tagħkom ressaq emendi bil-għan li jikber l-impatt tas-sistema preżenti u titjieb ir-rata ta' użu tas-SĠP billi tingħata assistenza teknika mfassla b’mod speċifiku biex tibni l-kapaċità istituzzjonali u regolatorja meħtieġa biex tippermetti lill-pajjiżi l-aktar fil-bżonn li jgawdu kemm jistgħu mill-benefiċċji tal-kummerċ internazzjonali u tas-SĠP.

(1)

P6_TA (2005)0066.

(2)

P6_TA (2005)0066.


OPINJONI TAL- KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (6.5.2008)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u Nru 1100/2006

(COM(2007)0857 – C6‑0051/2008 – 2007/0289(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Filip Kaczmarek

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Komunità Ewropea introduċiet Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) għal pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-1971. F'Lulju 2004, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-kummerċ internazzjonali u l-iżvilupp sostenibbli: il-funzjoni tas-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi tal-Komunità (SĠP) għall-perjodu ta' għaxar snin mill-2006 sa l-2015 (COM(2004)461). Fuq il-bażi ta' din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet ir-regolament SĠP il-ġdid li ġie adottat fis-27 ta' Ġunju 2005(1), li ħa post l-hekk imsejjaħ "arranġament tad-drogi" preċedenti li tqies mill-Awtorità ta' l-Appell tad-WTO bħala mhux konformi mar-regoli tad-WTO ("klawżola awtorizzanti" biex lil xi pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħata trattament aħjar dwar-tariffi iżjed milli lil xi oħrajn, taħt ċerti kondizzjonijiet).

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 980/2005 li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2008, jipprovdi għal tliet tipi differenti ta' preferenzi tat-tariffi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-proposta preżenti tal-Kummissjoni għall-perjodu 2009 sa 2011 fiha l-istess skemi ta' preferenzi:

a) arranġament ġenerali (l-iskema SĠP "normali")

b) arranġament speċjali ta' inċentiv għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba (l-hekk imsejħa skema "SĠP+")

c) arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (l-hekk imsejħa skema "Kollox Barra l-Armi" (EBA))

L-arranġament ġenerali (SĠP) japplika għall-pajjiżi u t-territorji kollha msemmija f'anness (Anness I) għar-regolament, li huma l-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-pajjiżi jitneħħew mil-lista meta jiġu kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul għoli matul tliet snin konsekuttivi u meta l-importazzjonijiet fl-UE jkunu diversifikati b'mod suffiċjenti (meta l-valur ta' l-importazzjonijiet għall-ħames l-ikbar sezzjonijiet ta' l-importazzjonijiet koperti mis-SĠP fl-UE jirrappreżentaw inqas minn 75% ta' l-importazzjonijiet koperti mis-SĠP fl-UE). Pajjiż jitneħħa wkoll mil-lista meta dan jibbenefika minn ftehima kummerċjali preferenzjali li talanqas tkopri l-istess preferenzi ta' l-iskema tas-SĠP.

L-Anness II għar-regolament fih il-lista ta' prodotti inklużi fil-ftehima li huma kklassifikati bħala prodotti sensittivi jew prodotti mhux sensittivi. M'hemmx dazju fuq prodotti kklassifikati bħala mhux sensittivi (barra l-komponenti agrikoli). Id-dazji fuq prodotti mniżżla fil-lista bħala sensittivi huma mnaqqsa. Madankollu, jekk pajjiż li qed jiżviluppa jsib ruħu f'pożizzjoni b'saħħitha fl-importazzjonijiiet ta' l-UE għal ċertu grupp ta' prodotti, jiġu applikati miżuri ta' salvagwardja mill-Kummissjoni u l-prodotti jiġu esklużi. L-arranġamenti preferenzjali jistgħu jiġu rtirati fil-każ ta' vjolazzjonijiet serji ta' prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem jew ta' governanza tajba jew, inter alia, f'każjiet ta' prodotti magħmula mix-xogħol tal-ħabsin, ta' nuqqasijiet fl-esportazzjonijiet tad-drogi jew minħabba prattiki tal-kummerċ mhux ġusti.

L-iskema SĠP+ tippermetti l-importazzjonijiet bla dazju fl-UE wkoll għal prodotti sensittivi fil-lista li tidher fl-Anness II. Madankollu, jinżammu parzjalment dazji speċifiċi.

Pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom importanza limitata fis-suq ta' l-UE - pajjiżi "li l-importazzjonijiet tagħhom koperti mis-SĠP fil-Komunità jirrappreżentaw inqas minn 1% bħala valur ta' l-importazzjonijiet koperti mis-SĠP totali fil-Komunità", l-Artikolu 8(2)b) - huma eliġibbli għall-iskema SĠP+ li teżiġi li l-pajjiż ikun irratifika u implimenta b'mod effettiv il-konvenzjonijiet imniżżla fil-lista ta' l-Anness III tar-Regolament (16-il konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol ta' l-UN/ILO u 11-il konvenzjoni relatata ma' governanza tajba u l-ambjent). Il-pajjiż (jew it-territorju) irid ikun għamel talba sal-31 ta' Ottubru 2008.

L-iskema Kollox Barra l-Armi (EBA) tapplika għall-pajjiżi kollha inklużi fil-lista tan-NU tal-pajjiżi l-inqas żviluppati. Għal dawk il-pajjiżi, id-dazji kollha għandhom jiġu sospiżi għal kollox. Madankollu, l-eċċezzjonijiet japplikaw mhux biss għal armi u munizzjon, imma wkoll għar-ross u z-zokkor.

Is-SĠP huwa wieħed mill-istrumenti ewlenin ta' l-UE biex jgħin inaqqsu l-faqar lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jgħinhom jiġġeneraw dħul permezz tal-kummerċ internazzjonali. Ir-Rapport ta' l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt ippreżentat mill-Kummissjoni f'Diċembru 2007(2) jiddikjara li l-objettiv ewlieni ta' l-iskema tas-SĠP - li huwa li jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw - għadu validu u jibqa' applikabbli għall-perjodu 2009-2011. L-iskema SĠP fil-format attwali daħlet biss fis-seħħ fl-2006, allura r-rapport ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt jista' jevalwa biss sena ta' l-applikazzjoni. Skond il-Kummissjoni, dan ma jippermettix li jkun hemm valutazzjoni u reviżjoni fundamentali tar-regolament. Madankollu, hija tqis li d-dispożizzjonijiet li għadhom kif ġew introdotti bdew iservu l-iskop li jappoġġjaw l-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar b'kummerċ preferenzjali għall-ifqar pajjiżi. Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni tirrevedi biss ċerti aspetti tar-regolament 2005 li jirriżultaw mill-implimentazzjoni regolari ta' l-iskema:

§ It-tneħħija tal-preferenzi tat-tariffi għal ċerti prodotti għal pajjiżi speċifiċi minħabba l-importanza ta' l-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti minn dawn il-pajjiżi.

§ Il-pajjiżi jridu jkunu rratifikaw u implimentaw il-konvenzjonijiet kollha mniżżla fl-Anness III sa l-iskadenza tal-31 ta' Ottubru 2008, filwaqt li r-regolament 2005 inkludiet perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin.

§ Posponiment ta' l-iskema tat-tnaqqis tat-tariffi għaz-zokkor skond l-EBA.

§ Fil-każ li l-Kummissjoni tipproponi li tirtira l-preferenzi ta' xi pajjiż, il-Kunsill issa se jkollu xahrejn biex jiddeċiedi dwar din il-proposta, minflok xahar.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jitlob lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-objettiv ewlieni tal-pulitka għall-iżvilupp ta' l-UE, u għalhekk ta' l-iskema SĠP, huwa li jikkontribwixxi - permezz ta' diversifikazzjoni akbar tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u permezz tal-parteċipazzjoni akbar tagħhom fil-kummerċ dinji - sabiex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp u għall-eradikazzjoni tal-faqar, il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli u tal-governanza tajba fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Ġustifikazzjoni

L-iskema SĠP mhix maħsuba li jkollha l-iskop li tkattar il-kummerċ fl-UE, imma li tappoġġja lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u b'mod partikulari lill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs), permezz tal-preferenzi ta' l-iskema Kollox Barra l-Armi (EBA). Għandu jiġi enfasizzat b'mod speċifiku fil-bidu tar-regolamentazzjoni l-ġdida li s-suċċess ta' l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Milllennju u t-tnaqqis tal-faqar huma l-objettiv ewlieni tal-politika għall-iżvilupp ta' l-UE u għalhekk dan huwa wkoll l-iskop tar-regolamentazzjoni tas-SĠP l-ġdida.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Sabiex tiżdied ir-rata ta' utilizzazzjoni tas-SĠP u sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tal-kummerċ internazzjonali u ta' l-arranġamenti preferenzjali, l-UE għandha tfittex li tipprovdi lil dawn il-pajjiżi, u b'mod partikolari lill-pajjiżi l-inqas żviluppati, b'għajnuna teknika adegwata.

Ġustifikazzjoni

Ir-rata ta' utilizzazzjoni ta' l-iskema tas-SĠP żdiedet, imma xorta waħda l-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhumiex kapaċi jibbenefikaw għal kollox mill-possibilitajiet mogħtija mill-iskema tas-SĠP. Sabiex tiżdied ir-rata ta' utilizzazzjoni, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom bżonn għajnuna teknika ffukata fuq l-użu ta' l-opportunitajiet tal-kummerċ u li jidħlu fis-suq ta' l-UE bil-prodotti tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Ir-regoli ta' l-oriġini għandhom jiġu riveduti biex jitqiesu l-akkumulazzjoni bejn ir-reġjuni u l-akkumulazzjoni globali u l-possibilità għal pajjiż li jkun eliġibbli għat-trattament preferenzjali SĠP, SĠP+ u Kollox Barra l-Armi (EBA), anki jekk dan ma jkunx ir-riċevitur finali ta' l-esportazzjonjieti, u dan jista' jsir sakemm jiżdied valur sinifikanti għall-prodotti f'dak il-pajjiż. Meta ssir reviżjoni bħal din, il-ħtieġa li jkun hemm ipproċessar doppju għal ċerti prodotti għandha tiġi abolita.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema tar-regoli li jirrigwardaw l-oriġini u jqisu l-kumulazzjoni bejn ir-reġjunu u dik globali u l-eliġibilità ta' pajjiż għat-trattament preferenzjali tas-SĠP, is-SĠP+u ta' Kollox Barra l-Armi (EBA), ukoll jekk il-pajjiż ma jkunx il-pajjiż finali ta' esportazzjoni. Meta tkun qed twettaq din ir-reviżjoni hija għandha wkoll tabolixxi r-rekwiżiti ta' pproċessar doppju fil-każ ta' ċerti prodotti sabiex ikun eħfef biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 21 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Il-Kummissjoni għandha, bħala kwistjoni prijoritarja, taħdem fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ sabiex jinkiseb ftehim dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' oriġini li permezz tiegħu l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-pajjiżi l-anqas żviluppati jingħataw trattament preferenzjali.

Ġustifikazzjoni

Il-kumplessità tar-regoli dwar l-oriġini hija waħda mir-raġunijiet għaliex ma jintużax kemm suppost, minkejja li huma għodda essenzjali għall-promozzjoni ta' l-integrazzjoni reġjunali. Sistema armonizzati tar-reġoli ta' l-oriġini tkun tista' tgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u lill-pajjiżi l-anqas żviluppati biex jibbenefikaw mill-opportunitajiet li joffri l-ĠSP.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-għanijiet ta’ l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2), ir-regoli ta' l-oriġini, li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti, il-proċeduri u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva relatati magħhom, għandhom ikunu dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2. Għall-għanijiet ta’ l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2), ir-regoli ta' l-oriġini li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti, il-proċeduri u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva relatati magħhom, għandhom ikunu dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Il-forma, is-sustanza u l-proċeduri tas-sistema tar-regoli ta' oriġini għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni regolari sabiex jiġi evalwat l-effett tagħha fuq ir-rati ta' utilizzazzjoni SĠP u biex jintlaħaq aħjar l-għan li jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli ta' oriġini huma importanti għall-possibilitajiet ta' l-esportazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw skond l-iskemi SĠP, SĠP+ u EBA. F'ħafna każijiet, ir-regoli ta' oriġini, iżjed stretti milli huwa meħtieġ, ifixklu l-utilizzazzjoni ta' l-iskemi. Ir-reviżjoni tar-regoli ta' oriġini ssir mingħajr konsultazzjoni tal-Parlament. Għal reviżjonijiet futuri tar-regoli ta' oriġini, li għandhom isiru b'mod regolari, il-Kummissjoni għandha tqis akkumulazzjoni bejn ir-reġjuni u akkumulazzjoni globali u l-konsiderazzjoni ta' pajjiż li jkun eliġibbli għat-trattament preferenzjali SĠP, SĠP+ u Kollox Barra l-Armi (EBA), anki jekk dan ma jkunx il-pajjiż finali għall-esportazzjoni. Dawn l-elementi jżidu l-possibilità ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jużaw l-iskemi tas-SĠP u jilħqu l-għan li jħeġġu l-iżvilupp ekonomiku.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-istatus ta' ratifika u implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness III. Qabel tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kmieni biżżejjed għad-diskussjoni tar-Regolament li jmiss, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, lill-Kunsill, dwar l-istatus tar-ratifika ta’ dawn il-konvenzjonijiet, inklużi rakkmandazzjonijiet minn korpi ta' monitoraġġ.

3. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-istatus ta' ratifika u implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness III. Qabel tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kmieni biżżejjed għad-diskussjoni tar-Regolament li jmiss, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, lill-Kunsill, dwar l-istatus tar-ratifika u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-konvenzjonijiet ta' kull pajjiż, inklużi rakkmandazzjonijiet minn korpi ta' monitoraġġ. Fejn ikun meħtieġ il-Kummissjoni għandha tinkludi mar-rapport tagħha rakkomandazzjonijiet dwar l-adozzjoni minn pajjiż partikulari ta' miżuri addizzjonali maħsuba sabiex jiżguraw li konvenzjoni partikulari fil-fatt tiġi implimentata.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tinforma lil kull pajjiż li għandu arranġament ta' inċentiv speċjali rigward żvilupp sostenibbli u governanza tajba dwar l-evwalwazzjoni tagħha ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet li jirreferi għalihom l-Anness III u għandha tressaq rakkomandazzjonijiet sabiex tgħin lill-pajjiżi konċernati biex jikkoreġu kwalunkwe nuqqas fl-obbligi tagħhom u sabiex jagħmlu ħilithom biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom rigward żvilupp sostenibbli u governanza tajba.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I irid ikun għamel talba għal dan l-għan sal-31 ta' Ottubru 2008, u

a) pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I irid ikun għamel talba għal dan l-għan, u

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi l-applikazzjoni ta' l-iskema tas-SĠP+ għall-iskadenza tal-31 ta' Ottubru 2008. M'hemm l-ebda raġuni għala l-pajjiżi jiġu ttrattati b'mod differenti jekk dawn ma jissodisfawx il-ħtiġijiet għall-applikazzjoni ta' l-iskema SĠP+ sal-31 ta' Ottubru 2008, imma jagħmlu dan iżjed tard matul il-perjodu ta' tliet snin 2009-2011. Huwa wkoll dubjuż jekk it-twaqqif ta' skadenza tikkonformax mar-rekwiżiti tad-WTO, jiġifieri l-Klawżola Awtorizzanti tad-WTO li tippermetti li pajjiżi li qed jiżviluppaw jagħtu trattament tariffarju aħjar lil ċerti pajjiżi li qed jiżviluppaw flok lil xi oħrajn, taħt ċerti kondizzjonijiet. Għalhekk, ir-regolament ikun jista' jiġi espost għal attakki mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li ma jgawdux mill-iskema SĠP+(3).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba akkumpanjata bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2). Waqt li tkun qed teżamina t-talba l-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sejbiet ta’ l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali rilevanti. Hija tista’ titlob lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba kwalunkwe mistoqsija li hija tqis rilevanti u tista’ tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-pajjiż li qed jagħmel it-talba jew ma’ kwalunkwe sors ieħor rilevanti.

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba akkumpanjata bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2). Waqt li tkun qed teżamina t-talba l-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sejbiet ta’ l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali rilevanti. Hija tista’ titlob lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba kwalunkwe mistoqsija li hija tqis rilevanti u tista’ tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-pajjiż li qed jagħmel it-talba jew ma’ kwalunkwe sors ieħor pertinenti, inklużi l-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, bħalma huma l-imsieħba soċjali.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew u sorsi oħra pertinenti, bħalma huma r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, għandhom jitqiesu waqt il-verifika ta' l-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-konvenzjonijiet inklużi fl-Anness III, bħalma huma l-konvenzjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards professjonali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn pajjiż li qed jagħmel it-talba ma jingħatax l-arranġament speċjali ta’ inċentiv, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet, jekk dak il-pajjiż jitlobhom.

4. Fejn pajjiż li qed jagħmel it-talba ma jingħatax l-arranġament speċjali ta’ inċentiv, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet ta' dan u għandha tinforma dwar dan kemm lill-pajjjiż li jagħmel it-talb u kemm lill-Parlament Ewropew .

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' aktar trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-iskrutinju demokratiku, kemm il-Parlament Ewropew, kif ukoll il-pajjiżi li jressqu t-talbu għandhom ikunu infumati b'mod sistematiku dwar każijiet fejn pajjiż jiġi miċħud l-arranġament ta' inċentiv speċjali.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment li l-impenji tal-pajjiżi benefiċjarji qegħdin jiġu rispettati u li ebda waħda mir-raġunjiet stipulati fl-Artikoli 15(1) u (2) u l-Artikoli 16(1) u (2) ma japplikaw għall-irtirar temporanju ta' l-arranġamenti preferenzjali. Hija għandha tippubblika rapport annwali dwar l-irtirar temporanju u tibgħatu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni m'għandhiex sempliċement toqgħod tistenna lill-ħaddieħor biex tirċievi informazzjoni dwar nuqqas ta' rispett ta' impenji li jistgħu jiġġustifikaw sospensjoni temporanja. Hija għandha tipprova tiċċekkja attivament li dawn l-impenji qed jiġu rispettati. Informazzjoni dwar irtirar temporanju għandha tiġi mxandra u rapport annwali jkun jista' jagħti sinteżi tajba ta' kif qed jaħdem il-ĠSP.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievi informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, għandhom jinformaw lill-Kumitat u jitolbu konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar.

1. Fejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jew Stat Membru jirċievi informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, għandhom jinformaw lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew u jitolbu konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar.

Ġustifikazzjoni

L-irtirar ta' preferenzi hija deċiżjoni importanti b'impatt kbir fuq il-possibilitajiet tal-kummerċ tal-pajjiż li qed jiżviluppa kkonċernat. L-irwol tal-Parlament f'dan il-kuntest għandu jissaħħaħ.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja inklużi l-valutazzjonijiet disponibbli, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-korpi rilevanti ta’ sorveljanza tan-NU, l-ILO u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-oħra. Dawn għandhom iservu bħala l-punt ta’ tluq għall-investigazzjoni dwar jekk l-irtirar temporanju huwiex iġġustifikat għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a). Il-Kummissjoni tista’ tivverifika l-informazzjoni li tkun irċeviet ma’ operaturi ekonomiċi u l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

3. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja, inklużi l-valutazzjonijiet disponibbli, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ta' l-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra u tal-korpi rilevanti ta’ sorveljanza tan-NU, l-ILO u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti l-oħra. Dawn għandhom iservu bħala l-punt ta’ tluq għall-investigazzjoni dwar jekk l-irtirar temporanju huwiex iġġustifikat għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a). Il-Kummissjoni tista’ tivverifika l-informazzjoni li tkun irċeviet ma’ operaturi ekonomiċi, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (inklużi l-imsieħba soċjali) u l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili (inklużi l-imsieħba soċjali bħal pereżempju t-trejdjunjins) u ma' istituzzjonijiet Ewropej oħrajn (inkluż il-Parlament Ewropew) hija essenzjali jekk irridu li jinġabar l-akbar ammont ta' informazzjoni f'investigazzjoni li tista' twassal għal irtirar temporanju tal-preferenzi li jipprovdi r-Regolament.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' trasparenza akbar u ta' l-iskrutinju demokratiku, il-Parlament Ewropew jeħtieġ li jkun involut fl-istadji kollha tal-moniteraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet li jirreferi għalihom l-Anness III.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ irtirar temporanju, hija għandha tippreżenta proposta xierqa lill-Kunsill li għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu.

4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġ irtirar temporanju, wara li tkun infurmat lill-Parlament Ewropew, hija għandha tippreżenta proposta xierqa lill-Kunsill li għandu jiddeċiedi fi żmien xahrejn permezz ta' maġġoranza kwalifikata Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' aktar trasparenza u ta' l-iskrutinju demokratiku, il-Parlament Ewropew jeħtieġ li jkun involut fl-istadji kollha tal-moniteraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet li jirreferi għalihom l-Anness III.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, wara li tinforma lill-Kumitat, tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hija strettament neċessarja.

7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, wara li tinforma lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew, tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hija strettament neċessarja.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' aktar trasparenza u ta' l-iskrutinju demokratiku, il-Parlament Ewropew jeħtieġ li jkun involut fil-moniteraġġ tal-klawżoli ta' salvagwardja skond dan ir-Regolament.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 20 jew 21 qabel ma din issir effettiva. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika wkoll il-Kunsill u l-Istati Membri dwar dan.

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 20 jew 21 qabel ma din issir effettiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Istati Membri b'dan.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' trasparenza akbar u ta' l-iskrutinju demokratiku, il-Parlament Ewropew jeħtieġ li jkun involut fil-moniteraġġ tal-klawżoli ta' salvagwardja skond dan ir-Regolament.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kumitat għandu jeżamina l-effetti ta’ l-iskema, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009. Dan ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), u għandu jiġi ppreżentat kmieni biżżejjed għad-diskussjoni dwar ir-Regolament li jmiss.

3. Il-Kumitat għandu jeżamina l-effetti ta’ l-iskema, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 Dan ir-rapport għandu jinkludi studju dwar l-evalwazzjoni ta' l-impatt li talanqas ikopri l-punti li ġejjin:

 

- studju komparattiv tar-rati ta' utilizzazzjoni tas-SĠP skond dan ir-Regolament u dak ta' qabel, sabiex jiġu identifikati x-xejriet pożittivi u negattivi,

 

- evalwazzjoni ta' l-effetti taż-żieda fl-indikaturi tal-faqar tal-pajjiżi affettwati,

 

- studju komparattiv tat-trattament preferenzjali li joffru l-SĠP u l-Ftehimiet tas-Sħubija Ekonomika.

 

Dan ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), u għandu jiġi ppreżentat kmieni biżżejjed għad-diskussjoni dwar ir-Regolament li jmiss..

Ġustifikazzjoni

Sabiex issir reviżjoni adegwata tar-Regolament fl-2010/11 għall-perjodu 2012 sa 2014, huwa meħtieġ studju xieraq dwar l-evalwazzjoni ta' l-impatt dwar it-tħaddim tas-sistema. L-istudju ppreżentat f'Diċembru 2007 ma kienx iddettaljat biżżejjed u kopra biss sena waħda ta' l-applikazzjoni tar-Regolament adottat fl-2005.

PROĊEDURA

Titolu

Preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Referenzi

COM(2007)0857 – C6-0051/2008 – 2007/0289(CNS)

Kumitat responsabbli

INTA

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Filip Kaczmarek

27.2.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

1.4.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

6.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Margrete Auken, Thijs Berman, Josep Borrell Fontelles, Danutė Budreikaitė, Corina Creţu, Nirj Deva, Koenraad Dillen, Alexandra Dobolyi, Fernando Fernández Martín, Juan Fraile Cantón, Alain Hutchinson, Romana Jordan Cizelj, Filip Kaczmarek, Maria Martens, Gay Mitchell, José Javier Pomés Ruiz, Horst Posdorf, Toomas Savi, Pierre Schapira, Frithjof Schmidt, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Ana Maria Gomes, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Renate Weber

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati, ĠU L 169, 30.06.2005, p.1

(2)

Dokument ta’ ħidma ta’ l-istaff tal-Kummissjoni: Dokument ta' akkumpanjament għar-Regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati għas-snin 2009-2011. Rapport ta' l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt, , SEC(2007)1726 tal-21.12.2007)

(3)

Ir-Rapport ta' l-Awtorità ta' l-Appell tad-WTO, KE-Preferenzi tat-Tariffi, WT/DS246/AB/R, adottat fl-20 ta' April 2004.


PROĊEDURA

Titolu

Preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Referenzi

COM(2007)0857 – C6-0051/2008 – 2007/0289(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

31.1.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.2.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Helmuth Markov

25.2.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

26.2.2008

6.5.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Kader Arif, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Jean-Pierre Audy, Ole Christensen, Albert Deß, Eugenijus Maldeikis, Javier Moreno Sánchez, Salvador Domingo Sanz Palacio, Frithjof Schmidt, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Fernando Fernández Martín

Data tat-tressiq

29.5.2008

Avviż legali - Politika tal-privatezza