RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

30.5.2008 - (COM(2007)0593 – C6‑0342/2007 – 2007/0214(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Anja Weisgerber

Proċedura : 2007/0214(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0201/2008
Testi mressqa :
A6-0201/2008
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(COM(2007)0593 – C6‑0342/2007 – 2007/0214(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0593),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0342/2007),

–   Wara li kkonsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6 0201/2008),

1.  Japprova l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni kif emendat;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-vetturi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistipula biss id-dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi u komponenti ta' l-idroġenu, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stipulati minn miżuri implimentattivi adottati bi proċeduri ta’ komitoloġija.

(3) Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-vetturi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistipula biss id-dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi u komponenti ta' l-idroġenu, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stipulati minn miżuri implimentattivi adottati bi proċedura ta’ komitoloġija li tinvolvi l-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Anki fuq il-bażi tal-kunċett ġdid ta' regolazzjoni li bih sempliċement jiġu stabbiliti r-rekwiżiti fundamentali fir-regolament u aktar tard id-dettalji tekniċi jridu jiġu tradotti f'miżuri ta' implimentazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew għandha tkun iggarantita.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fis-settur tat-trasport, għandu jkun hemm mira ta’ sehem ikbar għal vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għandhom isiru iktar sforzi biex dawn il-vetturi jitqiegħdu fis-suq. L-introduzzjoni ta' vetturi b'karburanti alternattivi tista' tipproduċi titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-arja urbana.

(4) Fis-settur tat-trasport, għandu jkun hemm mira ta’ sehem ikbar għal vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għandhom isiru iktar sforzi biex dawn il-vetturi jitqiegħdu fis-suq. L-introduzzjoni ta' vetturi b'karburanti alternattivi tista' tipproduċi titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-arja urbana u konsegwentament ukoll fil-qagħda tas-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat ukoll it-titjib fis-saħħa pubblika li jista' jintlaħaq bl-introduzzjoni ta' vetturi b'karburanti alternattivi

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-idroġenu jitqies bħala mod nadif għat-tħaddim tal-vetturi billi l-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu la jipproduċu sustanzi li jniġġsu li huma bba¿ati fuq il-karbonju u lanqas ma għandhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sajlenser. Madankollu, ta' min joqgħod attent li l-karburant ta’ l-idroġenu jiġi prodott b’mod sostenibbli sabiex il-bilanċ ambjentali kumplessiv għall-produzzjoni ta’ l-idroġenu bħala karburant għall-vetturi motorizzati jkun wieħed pożittiv.

(5) L-idroġenu jitqies bħala mod nadif għat-tħaddim tal-vetturi tal-ġejjieni lejn ekonomija bbażata fuq ir-riċiklaġġ, mingħajr inkwinanti billi l-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu la jipproduċu sustanzi li jniġġsu li huma bbażati fuq il-karbonju u lanqas ma għandhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sajlenser. Madankollu l-idroġenu huwa enerġija li trid tiġi ttrasportata u mhux sors ta' enerġija, li jfisser li l-politika ta' użu ta' l-idroġenu mill-aspett klimatiku jiddependi minn liema sors jiġi akkwistat. Għalhekk, ta' min joqgħod attent li l-karburant ta’ l-idroġenu jiġi prodott b’mod sostenibbli sabiex il-bilanċ ambjentali kumplessiv għall-produzzjoni ta’ l-idroġenu bħala karburant għall-vetturi motorizzati jkun wieħed pożittiv.

Ġustifikazzjoni

L-idroġenu huwa kkunsidrat, flimkien ma' karburanti bijoloġiċi u l-elettriku, bħala wieħed mill-possibilitajiet alternattivi ta' karburanti mhux fossili li hemm tama fihom fil-qasam tat-trasport. Il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu jkunu partikolarment utli fl-ibliet għat-titjib tal-kwalità ta' l-ajru. Imma l-potenzjal tagħhom biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi jiddependi fuq il-mod kif l-idroġenu użat ikun ġie prodott.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS211 stqarr li “fejn xieraq, għandhom jinżammu l-isforzi bil-għan li tiżdied l-armonizzazzjoni internazzjonali tar-regolamenti dwar il-vetturi motorizzati, sabiex jiġu involuti s-swieq ewlenin tal-vetturi u biex l-armonizzazzjoni tiġi estiża għal oqsma li għadhom mhumiex koperti, b’mod partikulari fil-qafas tal-Ftehimiet ta’ l-1958 u ta’ l-1998 ta’ l-UNECE”. B'konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta' rekwiżiti armonizzati fuq livell internazzjonali għall-vetturi motorizzati fil-qafas ta’ l-UNECE. B’mod partikulari, jekk jiġi adottat Regolament Tekniku Globali (GTR) dwar il-vetturi ta’ l-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibilità li tadatta r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dawk tal-GTR.

1http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21finalreport.pdf

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) It-taħlitiet ta’ l-idroġenu jistgħu jintużaw bħala fjuwil ta’ tranżizzjoni biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu f’pajjiżi fejn hemm infrastruttura tajba għall-gass naturali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rekwiżiti għall-użu ta’ taħlitiet ta’ l-idroġenu u tal-gass naturali/bijometanu, speċjalment il-proporzjon tat-taħlita ta’ l-idroġenu u l-gass, filwaqt li tqis il-fattibilità teknika u l-benefiċċji ambjentali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Fil-futur, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu għandhom ikunu vetturi mħaddma minn idroġenu pur prodott kemm jista' jkun minn enerġiji rinovabbli. L-użu ta' taħlitiet ta' l-idroġenu u gass/bijometanu naturali biex iħaddmu l-vetturi ma jistgħux ikunu iżjed minn teknoloġija tranżitorja.

Ġustifikazzjoni

Il-gass naturali, meta jaqbad, iniġġes. Bl-istess mod, l-użu ta' gass naturali mhuwiex iżjed minn teknoloġija tranżitorja.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-biċċa l-kbira tal-manifatturi qed jagħmlu investimenti importanti fl-iżvilupp tat-teknoloġija ta’ l-idroġenu u diġà bdew iqiegħdu dawn il-vetturi fis-suq. Fis-snin li ġejjin, aktarx li s-sehem tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fil-flotta totali se jiżdied. Għalhekk, jintħieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti komuni li jikkonċernaw is-sikurezza ta’ dawn il-vetturi.

(8) Il-biċċa l-kbira tal-manifatturi qed jagħmlu investimenti importanti fl-iżvilupp tat-teknoloġija ta’ l-idroġenu u diġà bdew iqiegħdu dawn il-vetturi fis-suq. Fis-snin li ġejjin, aktarx li s-sehem tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fil-flotta totali se jiżdied. Għalhekk, jintħieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti komuni li jikkonċernaw is-sikurezza ta’ dawn il-vetturi. Peress li wħud mill-produtturi jużaw metodi differenti għall-iżvilupp ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, huwa neċessarju li r-rekwiżiti ta' sigurtà jkunu stabbiliti b'mod teknoloġikament newtrali.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament preżenti, li jagħti awtorizzazzjoni, għandu jagħmilha possibbli li kull teknoloġija tkompli tiżviluppa għall-użu ta' l-idroġenu biex jaħdmu l-vetturi. Is-suq imbagħad juri waħdu liema teknoloġija finalment tistabbilixxi ruħha.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Minħabba l-karatteristiċi tal-karburant, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu jirrikjedu trattament speċifiku mis-servizz ta' salvataġġ. Jintħieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ tikkettar għall-vetturi biex jinfurmaw dawk is-servizzi bil-karburant maħżun abbord il-vettura.

(11) Minħabba l-karatteristiċi tal-karburant, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu jirrikjedu trattament speċifiku mis-servizz ta' salvataġġ. Jinħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ identifikazzjoni ċara u mgħaġġla għal vetturi bħal dawn biex jinfurmaw dawk is-servizzi bil-karburant maħżun abbord il-vettura. Madankollu, l-identifikazzjoni m'għandhiex twassal sabiex vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jiġu stigmatizzati.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' inċident, ir-riskji marbuta mal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu mhumiex ikbar minn dawk marbuta mal-vetturi li jużaw il-fjuwils fossili. Għalhekk għandu jiġi evitat li vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jitqiesu partikolarment riskjużi fil-każ ta' inċident mingħajr ebda ġustifikazzjoni. L-identifikazzjoni tat-tip ta' magna tal-vettura, mill-banda l-oħra, għandha tkun possibbli għas-servizz ta' salvataġġ, l-ewwelnett permezz ta' sinjal espost b'mod diskret, li ma jwassalx għal stigma, u anki permezz ta' eCall (sinjal awtomatiku tal-vettura privata fil-każ ta' inċident) jew permezz ta' database ċentrali (marbuta ma' Emenda 4).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu biss jagħmlu suċċess fis-suq, jekk ikun hemm disponibbli fl-Ewropa infrastruttura suffiċjenti ta' distributuri. Il-Kummissjoni għandha għalhekk teżamina miżuri xierqa, li jappoġġjaw il-bini ta' netwerk ta' distributuri madwar l-Ewropa kollha għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu.

Ġustifikazzjoni

Mingħajr infrastruttura suffiċjenti ta' distributuri, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu ma jistgħux jagħmlu suċċess. Għalhekk, pereżempju, l-azzjonijiet imsemmija fis-7 qafas ta' programm għar-riċerka jew il-Joint Technology Initiative għandhom jiġu implimentati, sabiex id-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri biex joħorġu permessi għad-distributuri ta' l-ossiġenu ma jostakolawx il-bini ta' netwerk ta' distributuri madwar l-Ewropa.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 14 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) Il-vetturi żgħar innovattivi, taħt il-leġiżlazzjoni KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi kklassifikati bħala vetturi tal-kategorija L, huma meqjusa bħala vetturi li adottaw l-idroġenu fi stadju bikri bħala fjuwil. Dan minħabba li l-introduzzjoni ta’ l-idroġenu għal dawn il-vetturi teħtieġ sforz iżgħar, billi l-isfida teknika u l-livell ta’ investiment meħtieġ huma inqas minn dawk meħtieġa għall-karozzi. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2010, tevalwa l-possibilità li tirregola l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi kklassifikati bħala vetturi ta' l-idroġenu tal-kategorija L.

Ġustifikazzjoni

Il-muturi (vetturi tal-kategorija L) huma vetturi li adottaw l-idroġenu kmieni bħala fjuwil. Għalhekk jeħtieġ li dawn il-vetturi jiġu indirizzati wkoll mill-iżvilupp tar-regolament tal-KE għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura mmotorizzata li tuża l-idroġenun pur jew taħlita ta’ l-idroġenun u l-gass naturali bħala karburant għall-propulsjoni tal-vettura;

(1) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura mmotorizzata li tuża l-idroġenu bħala karburant għall-propulsjoni tal-vettura;

Emenda 12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi kollha ġodda li jaħdmu bl-idroġenu, mibjugħa, irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità u l-komponenti ta’ l-idroġenu jew is-sistemi ta’ l-idroġenu kollha, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità jkollhom approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament.

1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi kollha ġodda li jaħdmu bl-idroġenu, mibjugħa, irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità u l-komponenti ta’ l-idroġenu jew is-sistemi ta’ l-idroġenu kollha, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità jkollhom approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi manifatturati jridu jikkonformaw f'termini tekniċi mhux biss ma' dan ir-regolament imma wkoll, ovvjament, mar-rekwiżiti tar-'regolament implimentattiv' għal dan ir-regolament, li jistipula iżjed rekwiżiti tekniċi dettaljati għall-vetturi u s-sistemi ta' l-idroġenu tagħhom.

Emenda 13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, il-manifatturi għandhom jgħammru lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu bil-komponenti jew is-sistemi ta’ l-idroġenu li jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament.

2. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, il-manifatturi għandhom jgħammru lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu bil-komponenti jew is-sistemi ta’ l-idroġenu li jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Emenda 14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u s-sistemi, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament.

3. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u s-sistemi, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Emenda 15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-manifatturi għandhom jagħtu informazzjoni għal spezzjoni perjodika tas-sistemi u l-komponenti ta’ l-idroġenu matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

5. Il-manifatturi għandhom jagħtu informazzjoni għal spezzjoni tas-sistemi u l-komponenti ta’ l-idroġenu matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

Emenda 16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 5 – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu jifilħu t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija matul il-ħajja operattiva tagħhom;

(d) il-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu jifilħu t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija matul il-ħajja operattiva mistennija tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Il-ħajja operattiva tal-komponenti u s-sistemi ta' l-idroġenu għandha tkun definita b'mod iżjed preċiż billi tiddaħħal il-kelma 'mistennija'.

Emenda 17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi u t-tolleranzi prinċipali tal-materjali uzati fid-disinn tal-kontenitur, inkluż ir-riżultati tat-testijiet li jkunu saru lill-materjal.

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-użu tat-taħlita ta’ gass ta’ l-idroġenu u gass naturali bħala karburant huwa permess.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija neċessarja bħala konsegwenza ta' l-emenda għad-definizzjoni ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fl-Artikolu 3.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-użu tat-taħlita ta’ gass ta’ l-idroġenu u gass naturali bħala karburant huwa permess.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija neċessarja bħala konsegwenza ta' l-emenda għad-definizzjoni ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fl-Artikolu 3.

Emenda 20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal komponenti fir-rigward ta' tipi ġodda ta' komponenti jew sistemi, li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

1. B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal komponenti fir-rigward ta' tipi ġodda ta' komponenti jew sistemi, li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Emenda 21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’effett minn [data,36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ], l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, iqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali u, fil-każ ta’ komponenti jew sistemi ta’ l-idroġenu ġodda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom.

2. B’effett minn [data,36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ], l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, iqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali u, fil-każ ta’ komponenti jew sistemi ta’ l-idroġenu ġodda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom.

Emenda 22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 12(1), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ġdid ta’ vettura jew tip ġdid ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu ġodda, jekk il-vettura, il-komponent jew is-sistema kkonċernata tkun tikkonforma mad-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 12(1), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ġdid ta’ vettura jew approvazzjoni tat-tip KE għal tip ġdid ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu ġodda, jekk il-vettura, il-komponent jew is-sistema kkonċernata tkun tikkonforma mad-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal 'miżuri implimentattivi' tiddaħħal fuq l-istess prinċipju ta' l-Artikolu 4(1). Referenza għal 'approvazzjoni tat-tip KE' tiddaħħal biex it-test ikun konformi mal-paragrafi preċedenti: jekk issir referenza għall-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ġdid ta' vettura, trid tikkonċerna wkoll l-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ġdid ta' komponent jew sistema ta' l-idroġenu.

Emenda 23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

(a) id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, u ta’ komponenti u sistemi ta’ l-idroġenu.

(a) id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, u ta’ komponenti u sistemi ta’ l-idroġenu.

(b) l-informazzjoni li għandha tingħata mill-manifatturi għall-finijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni perjodika msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

(b) l-informazzjoni li għandha tingħata mill-manifatturi għall-finijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni perjodika msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

(c) ir-regoli dettaljati għall-proċeduri ta’ l-ittestjar stipulati fl-Annessi II sa V;

(c) ir-regoli dettaljati għall-proċeduri ta’ l-ittestjar stipulati fl-Annessi II sa V;

(d) ir-regoli dettaljati għall-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu stipulati fl-Anness VI;

(d) ir-regoli dettaljati għall-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu stipulati fl-Anness VI, b'mod partikolari għall-identifikazzjoni tal-vetturi għas-servizzi ta' salvataġġ skond il-punt 15 ta' dak l-Anness;

(e) ir-rekwiżiti għat-tħaddim sikur u affidabbli tal-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu kif stipulati fl-Artikolu 5.

(e) ir-rekwiżiti għat-tħaddim sikur u affidabbli tal-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu kif stipulati fl-Artikolu 5.

Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jiġi ssupplimentat, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija bżonnjuża għax il-miżuri implimentattivi jridu jiġu adottati bi qbil mad-Direttiva ta' Qafas 2007/46/KE, li huwa d-dokument bażiku għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha.

Emenda 24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2);

(a) ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2);

(b) l-ispeċifikazzjoni għar-rekwiżiti marbuta ma’ kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

(b) l-ispeċifikazzjoni għar-rekwiżiti marbuta ma’ kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

– l-użu ta' idroġenu pur jew ta' taħlita ta' idroġenu u gass naturali/bijometanu;

- metodi ġodda għall-ħżin jew l-użu ta’ l-idroġenu;

- metodi ġodda għall-ħżin jew l-użu ta’ l-idroġenu;

- il-protezzjoni tal-vettura mill-impatti;

- il-protezzjoni tal-vettura mill-impatti fir-rigward ta' l-integrità tal-komponenti u s-sistemi ta' l-idroġenu;

- rekwiżiti għas-sistema integrata ta' sikurezza, li għallinqas ikopru l-individwazzjoni ta' nixxijiet u r-rekwiżiti marbuta mal-gass li jnaddaf;

- rekwiżiti għas-sistema integrata ta' sikurezza, li għallinqas ikopru l-individwazzjoni ta' nixxijiet u r-rekwiżiti marbuta mal-gass li jnaddaf;

- iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

- iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

(c) miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(c) miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jiġi ssupplimentat, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika hija bżonnjuża għax il-miżuri implimentattivi jridu jiġu adottati bi qbil mad-Direttiva ta' Qafas 2007/46/KE, li huwa d-dokument bażiku għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha. Din l-emenda ddaħħal ukoll ir-rekwiżit speċifiku relatat ma' l-idroġenu pur jew taħlita ta' idroġenu u gass/bijometanu naturali li kien tneħħa mill-Artikolu 3(1), għax huwa iżjed loġiku li jkun hemm din il-kjarifika hawnhekk – fid-dispożizzjonijiet implimentattivi. L-istess japplika għad-dħul ta' referenza għall-integrità tal-komponenti u s-sistemi ta' l-idroġenu fir-rigward tal-protezzjoni mill-impatt. L-ittikkettar postu hawn bħala element importanti li bih jiġu identifikati l-vetturi bil-komponenti ta' l-idroġenu.

Emenda 25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, mhux aktar tard minn [data, 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, mhux aktar tard minn [data, 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda 26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

BIkomponenti ta’ l-idroġenu li ġejjin huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip:

Fejn jiġu armati, il-komponenti ta’ l-idroġenu li ġejjin huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip:

Ġustifikazzjoni

Dan jagħmel lit-test iżjed preċiż u ferm iżjed ċar.

Emenda 27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I – intestatura (a) – punt 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) 'sensors' għas-sejba tat-tnixxija ta' l-idroġenu.

Ġustifikazzjoni

Is-'sensors' loġikament posthom f'dan il-grupp.

Emenda 28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness 1 – intestatura (b) - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) komponenti maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass):

(b) komponenti maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) b'sistema nominali ta' pressjoni ta' 'l fuq minn 3,0 MPa:

Ġustifikazzjoni

Huwa sensat li jkun hemm limitu tal-obbligu ta' komponenti tat-tip approvat biss għal dawk li jużaw idroġenu kkompressat (gass) bi pressjoni ogħla minn 3.0 MPa għax dan jevita milli jkun hemm nuqqas ta' fehim fl-approvazzjoni ta' partijiet esposti għal pressjoni iktar baxxa, li l-approvazzjoni tagħhom tikkomplika bla bżonn il-proċess ta' l-approvazzjoni (u li tagħmel parti minn punt (a), li jikkonċerna partijiet ta' l-idroġenu likwidu).

Emenda 29

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I – intestatura (b) – punt 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) sensers għas-sejba tat-tnixxija ta' l-idroġenu.

Ġustifikazzjoni

Is-'sensors' loġikament posthom f'dan il-grupp.

Emenda 30

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness II – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Test tal-livell massimu ta’ mili: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-livell ta’ l-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili qatt ma jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

(c) Test tal-livell massimu ta’ mili: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li s-sistema li tevita l-mili żejjed tal-kontenitur taħdem kif suppost u li l-livell ta’ l-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili qatt ma jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intenzjonata li tipprovdi kjarifika bażika li dak li jgħodd iżjed minn kull ħaġa oħra huwa t-tħaddim xieraq tas-sistema li tevita l-mili żejjed – huwa biss meta din tkun qed taħdem sew li l-livell ta' l-idroġenu, meta jkun qed jimtela, ma jkunx kapaċi jiftaħ l-apparati li jnaqqsu l-pressjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness III – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Testijiet ta' sopportabbiltà: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti ta’ l-idroġenu jkunu kapaċi joperaw kontinwament b’mod affidabbli. It-test jikkonsisti fit-twettiq ta’ għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ ttestjar għall-komponent ta’ l-idroġenu f’kundizzjonijiet ta’ temperaturi u pressjoni differenti. Ciklu ta’ ttestjar ifisser l-operat normal (jiġifieri jinfetaħ u jingħalaq darba) tal-komponent ta’ l-idroġenu.

(c) Testijiet ta' sopportabbiltà: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-komponenti ta’ l-idroġenu jkunu kapaċi joperaw kontinwament b’mod affidabbli. It-test jikkonsisti fit-twettiq ta’ għadd speċifiku ta’ ċikli ta’ ttestjar għall-komponent ta’ l-idroġenu f’kundizzjonijiet ta’ temperaturi u pressjoni speċifiċi. Ċiklu ta’ ttestjar ifisser l-operat normal (jiġifieri jinfetaħ u jingħalaq darba) tal-komponent ta’ l-idroġenu.

Emenda 32

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness VI – punt 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Fil-każ ta' inċident, 'shut-off valve' awtomatiku għandu jwaqqaf il-fluss ta' gass mill-kontenitur.

Ġustifikazzjoni

'Shut-off valve' awtomatiku għandu jkun inkluż hawnhekk għax fil-każ ta' inċident il-fluss tal-gass mill-kontenitur għandu ovvjament jitwaqqaf.

Emenda 33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness VI (13)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Il-komponenti ta’ l-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu għal ġo l-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi enkapsulati ġo kompartiment li mhux permeabbli għall-gass jew b'soluzzjoni ekwivalwenti oħra kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni implimentattiva.

13. Il-komponenti ta’ l-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu għal ġo l-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi enkapsulati ġo kompartiment li mhux permeabbli għall-gass jew b'soluzzjoni ekwivalwenti oħra.

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza ma tidher fl-ebda mill-punti l-oħra fl-Anness VI; din hija loġika għax l-Artikolu 12(1)(d) jistipula li hemm bżonn jiġu adottati 'miżuri' għall-Anness VI sħiħ. It-tieni nett, it-terminu 'leġiżlazzjoni implimentattiva' tidher hawn, filwaqt li fil-bqija t-terminu użat huwa 'miżuri'.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jistgħu jintużaw tikketti biex jindikaw lis-servizzi ta’ salvataġġ li l-vettura tuża idroġenu likwidu jew ikkumpressat (gass).

(15) L-identifikazzjoni ta' sors ta' enerġija ta' vettura li taħdem bl-idroġenu għandha tkun possibbli għas-servizzi ta’ salvataġġ).

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' inċident, ir-riskji marbuta mal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu mhumiex ikbar minn dawk marbuta mal-vetturi li jużaw il-fjuwils fossili. Għalhekk għandu jiġi evitat li vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jitqiesu partikolarment riskjużi fil-każ ta' inċident mingħajr ebda ġustifikazzjoni. L-identifikazzjoni tat-tip ta' magna tal-vettura, mill-banda l-oħra, għandha tkun possibbli għas-servizz ta' salvataġġ, l-ewwelnett permezz ta' sinjal espost b'mod diskret, li ma jwassalx għal stigma, u anki permezz ta' eCall (sinjal awtomatiku tal-vettura privata fil-każ ta' inċident) jew permezz ta' database ċentrali (marbuta ma' Emenda 4).

Emenda 35

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness VII – punt 7 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fil-punt 62 ta’ l-Appendiċi 4 ta’ l-Anness XI, tiżdied il-linja l-ġdida li ġejja mat-tabella:

7. Fil-punt 62 ta’ l-Appendiċi 5 ta’ l-Anness XI, tiżdied il-linja l-ġdida li ġejja mat-tabella:

Ġustifikazzjoni

Punt 7 ta' l-Anness VII għandu referenza mhux korretta għall-'Anness XI, Appendiċi 4'. Ir-referenza korretta hija għall-Appendiċi 5, li fid-Direttiva 2007/46/KE, titkellem dwar il-krejnijiet mobbli.

NOTA SPJEGATTIVA

Permezz tal-proposta għal regolament preżenti għandhom jiġu adottati għall-ewwel darba dispożizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-approvazzjoni ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu. L-introduzzjoni ta' kriterji għall-approvazzjoni ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu ma' l-UE kollha hija neċessarja sabiex jiġu ggarantiti l-funzjonament tas-suq intern u fl-istess ħin livell għoli ta' sigurtà u ta' ħarsien ta' l-ambjent. Peress li vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fil-mument mhumiex inklużi fis-sistema tal-KE ta' tipi ta' vetturi approvati, l-Istati Membri jistgħu joħorġu awtorizzazzjoni individwali għal vetturi bħal dawn mingħajr ma jadottaw dispożizzjonijiet legali ġodda. F'prattika bħal din hemm ir-riskju li kull Stat Membru jrid ifassal il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tiegħu stess, li jirriżultaw f'distorsjoni tas-suq waħdieni. Dan iwassal għal spejjeż għoljin għall-produtturi, jinħolqu riskji fis-sikurezza u wkoll jitrażżan b'mod konsiderevoli t-tifrix tat-teknoloġija ta' l-idroġenu fl-UE. Għalhekk ir-rapporteur tqis il-proposta tal-Kummissjoni bħala pass importanti lejn użu ta' karburanti alternattivi fil-qasam tat-trasport.

F'partijiet oħra tad-dinja, bħal fl-Istati Uniti ta' l-Amerika jew fl-ispazju ekonomiku Asjatiku, ukoll qed issir ħidma fl-iżvilupp ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu. Anki hawnhekk toħroġ il-kwistjoni ta' l-approvazzjoni tal-vetturi. In-negozjati ta' l-UE fil-livell internazzjonali dwar rekwiżiti ta' approvazzjoni madwar id-dinja kollha, madankollu, se jieħdu fit-tul. F'dan il-kuntest, regolament ta' l-UE dwar l-approvazzjoni ta' vetturi jista' jagħti direzzjoni lejn approvazzjoni fuq skala internazzjonali.

L-idroġenu huwa kkunsidrat, flimkien ma' karburanti bijoloġiċi u l-elettriku, bħala wieħed mill-possibilitajiet alternattivi ta' karburanti ta' l-UE, li jistgħu fil-ġejjieni jissostitwixxu ż-żejt fis-settur tat-trasport, inaqqsu t-tniġġis ta' l-arja u l-emissjonijiet CO2 marbuta mat-trasport. L-idroġenu bħala element li jġorr l-enerġija jista' jintuża kullimkien, jista' jiġi prodott minn sorsi differenti, jista' jiġi ttrasportat u maħżun. Jista' jġib fis-suq enerġiji li jiġġeddu, iżda jista' wkoll jiġi integrat fis-sistema tradizzjonali. Dawn il-kwalitajiet jagħmlu l-idroġenu proprju fil-qasam tat-trasport alternattiva interessanti.

Fl-istess ħin, kontinwament issir kritika qawwija li tesprimi dubji dwar l-użu fil-politika ambientali, peress li l-idroġenu huwa prodott li jġorr l-enerġija iżda mhuwiex sors ta' enerġija. Indipendentement mill-fatt jekk wieħed huwiex imħasseb dwar jekk l-idroġenu huwiex sors ta' l-enerġija jew le, dan it-tħassib mhuwiex argument biżżejjed kontra r-regolament preżenti fih inifsu dwar l-approvazzjoni ta' vetturi. Il-flessibilità indiskutibbli li joffri l-idroġenu bħala ġeneratur ta' l-enerġija fil-qasam tat-trasport jagħmluh, proprju fis-settur tal-karozzi, teknoloġija li għandha tingħata l-possibilità li tiġi żviluppata. Jekk il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fil-ġejjieni jirnexxux fis-suq jew teknoloġiji oħra jkollhom suċċess akbar, se jurina l-kumplament ta' l-iżvilupp stess. Madankollu, regoli uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi huma rekwiżit minimu, sabiex vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fuq kollox ikunu ppreparati biżżejjed biex jidħlu fis-suq.

Dan il-bieb għandna niftħuh. Ir-rapporteur tenfasizza li introduzzjoni b'suċċess tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fis-suq Ewropew tiddependi wkoll minn kemm jilħaq jinbena fil-ħin netwerk ta' distributuri ta' l-idroġenu għall-vetturi. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament għandu jitwessa' biex jinkludi l-muturi b'żewġ roti. Hija tesprimi ruħha wkoll favur il-possibilità ta' l-identifikazzjoni tal-vetturi b'magna li taħdem bl-idroġenu għas-servizzi ta' salvataġġ. Flimkien mas-sistema ta' identifikazzjoni li għandha tiġi introdotta l-ewwel, hemm ukoll diversi possibilitajiet fuq terminu ta' żmien twil bħall-eCall (trażmissjoni awtomatika ta' sinjal mill-vettura lis-servizz ta' salvataġġ fil-każ ta' inċident) jew database ċentrali li fih id-dejta teknika tal-vettura tkun miġbura indipendentement mill-proprjetarju tal-vettura u li tkun tista' tintalab mis-servizzi ta' salvataġġ fil-każ ta' inċident. Dawn il-possibilitajiet ta' identifikazzjoni huma diġà teknikament possibbli – kull ma jonqos hija l-infrastruttura neċessarja.

Fit-triq lejn ekonomija sostenibbli ta' l-enerġija, li hija bbażata fuq enerġiji li jħarsu l-ambjent u li jistgħu jiġġeddu, il-pass lejn karburant mhux fossili fit-trasport privat huwa ta' importanza kbira. Mhux l-inqas għax iċ-ċittadini individwali qed jindunaw bil-prospetti u l-limitazzjonijiet tat-teknoloġija ta' l-idroġenu iżjed u iżjed permezz ta' l-esperjenza tagħhom stess fis-settur privat tal-vetturi. Barra minn hekk, id-dibattitu attwali dwar il-kultivazzjoni sostenibbli tal-bijofjuwils

wera li ma nistgħux ngħaddu b'teknoloġiji ġodda u sostenibbli oħra għat-trasport. Għalhekk huwa importanti li r-regolament preżenti joħloq ir-rekwiżiti meħtieġa għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-karburant alternattiv ta' l-idroġenu madwar l-Ewropa kollha.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TA' L-IKEL (8.5.2008)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
(COM(2007)0593 – C6‑0342/2007 – 2007/0214(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alojz Peterle

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fis-settur tat-trasport, għandu jkun hemm mira ta’ sehem ikbar għal vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għandhom isiru iktar sforzi biex dawn il-vetturi jitqiegħdu fis-suq. L-introduzzjoni ta' vetturi b'karburanti alternattivi tista' tipproduċi titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-arja urbana.

(4) Fis-settur tat-trasport, għandu jkun hemm mira ta’ sehem ikbar għal vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għandhom isiru iktar sforzi biex dawn il-vetturi jitqiegħdu fis-suq. L-introduzzjoni ta' vetturi b'karburanti alternattivi tista' tipproduċi titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-arja urbana u konsegwentament fl-istat tas-saħħa pubblika wkoll.

Ġustifikazzjoni

Huwa mportanti li jkun enfasizzat ukoll it-titjib fis-saħħa pubblika li jista’ jinkiseb bl-introduzzjoni ta’ vetturi b’karburanti alternattivi.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Ir-Rapport Finali tal-CARS21 (Sistema Regolatorja Kompetittiva għall-Karozzi għas-Seklu 21)1 stqarr li “fejn xieraq, għandhom jinżammu l-isforzi bil-għan li tiżdied l-armonizzazzjoni internazzjonali tar-regolamenti dwar il-vetturi motorizzati, sabiex jiġu involuti s-swieq ewlenin tal-vetturi u biex l-armonizzazzjoni tiġi estiża għal oqsma li għadhom mhumiex koperti, b’mod partikulari fil-qafas tal-Ftehimiet ta’ l-1958 u ta’ l-1998 ta’ l-UNECE”. B'konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta' rekwiżiti armonizzati fuq livell internazzjonali għall-vetturi motorizzati taħt il-patroċinju ta’ l-UNECE. B’mod partikulari, jekk jiġi adottat Regolament Tekniku Globali (GTR) dwar il-vetturi ta’ l-idroġenu u taċ-ċelluli tal-fjuwil, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibilità li tadatta r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal dawk tal-GTR.

http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/competitiveness/cars21finalreport.pdf

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b) It-taħlitiet ta’ l-idroġenu jistgħu jintużaw bħala fjuwil ta’ tranżizzjoni biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu f’pajjiżi fejn hemm infrastruttura tajba għall-gass naturali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tiżviluppa rekwiżiti għall-użu ta’ taħlitiet ta’ l-idroġenu u tal-gass naturali/bijometanu, speċjalment il-proporzjon tat-taħlita ta’ l-idroġenu u l-gass, filwaqt li tqis il-fattibilità teknika u l-benefiċċji ambjentali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Fil-futur, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu għandhom ikunu vetturi li jaħdmu bl-idroġenu pur magħmul kemm jista’ jkun minn enerġiji li jiġġeddu. L-użu ta’ taħlitiet ta’ idroġenu u ta’ gass naturali/bijometnau għall-propulsjoni tal-vettura għandhom ikunu biss teknoloġija tranżitorja.

Ġustifikazzjoni

Il-gass naturali jitfa' sustanzi li jniġġsu meta jinħaraq. Għalhekk, l-użu tal-gass naturali huwa biss teknoloġija tranżitorja.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b) Vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu biss jirnexxu fis-suq jekk ikun hemm infrastruttura suffiċjenti u standardizzata ta' distributuri għall-mili ta’ fjuwil disponibbli fl-Ewropa. Il-Kummissjoni għandha teżamina miżuri xierqa li jappoġġjaw sistema standardizzata ta’ distributuri għall-mili ta’ fjuwil għal netwerk ta’ distributuri għall-mili ta’ fjuwil għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu madwar l-Ewropa kollha.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ tad-distributuri tal-gass naturali hemm il-problema li d-distributuri jaħdmu differenti fl-Istati Membri differenti. Għalhekk, fil-ħolqien tad-distributuri ta’ l-idroġenu għandu jitqies sa mill-bidu l-bżonn li fl-Ewropa kollha jkun hemm l-istess sistema ta’ mili ta’ fjuwil għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura mmotorizzata li tuża l-idroġenun pur jew taħlita ta’ l-idroġenun u l-gass naturali bħala karburant għall-propulsjoni tal-vettura;

(1) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura mmotorizzata li tuża l-idroġenu bħala karburant għall-propulsjoni tal-vettura;

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-użu tat-taħlita ta’ gass ta’ l-idroġenu u gass naturali bħala karburant huwa permess.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija neċessarja bħala konsegwenza ta’ l-emenda għad-definizzjoni tal-vettura li taħdem bl-idroġenu fl-Artikolu 3.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-użu tat-taħlita ta’ gass ta’ l-idroġenu u gass naturali bħala karburant huwa permess.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija neċessarja bħala konsegwenza ta’ l-emenda għad-definizzjoni tal-vettura li taħdem bl-idroġenu fl-Artikolu 3.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b – inċiż –1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- l-użu ta' idroġenu pur jew ta' taħlita ta' idroġenu u gass naturali/bijometanu;

PROĊEDURA

Titolu

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu

Referenzi

COM(2007)0593 – C6-0342/2007 – 2007/0214(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

25.10.2007

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Alojz Peterle

20.12.2007

Eżami fil-kumitat

3.4.2008

Data ta’ l-adozzjoni

6.5.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jens Holm, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Jules Maaten, Linda McAvan, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Christofer Fjellner, Anne Laperrouze, Johannes Lebech, Kartika Tamara Liotard, Alojz Peterle, Bart Staes, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Armando França

OPINJONI TAL- KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (8.5.2008)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
(COM(2007)0593 – C6‑0342/2007 – 2007/0214(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Vladimír Remek

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Jista' jidher li għadu kmieni wisq biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-kostruzzjoni ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu. Madankollu huwa preċiżament għaliex qed jidhru l-ewwel vetturi ta' dan it-tip li huwa assolutament ġust u li li jagħmel sens li l-kwistjoni tingħata l-qafas neċessarju sa mill-bidunett. Huwa wkoll ta' inkoraġġament li dan il-kuntest inħoloq l-ewwelnett bħala kunċett Ewropew,­­­­­­­ u dan jippermetti li l-istrumenti tekniċi emerġenti jirriflettu r-regoli u mhux viċi versa, billi dan ta' spiss joħloq problemi meta jkun jeħtieġ li kunċetti li jkunu diġà eżistew jinġiebu taħt regoli u regolamenti uniċi għall-Ewropa kollha.

Minn din il-prespettiva, l-inizjattiva hija għalhekk pożittiva ferm. Peress illi t-tħaddim ta' din it-teknoloġija relattivament ġdida jista' joħloq varjetà ta' problemi ta' sigurtà, għandu jiġi żgurat li s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu sikuri daqs it-teknoloġiji konvenzjonali tal-propulsjoni. L-użu ta' l-idroġenu (li mhuwiex meqjus bħala sors ta' enerġija iżda bħala trasportatur promettenti ta’ l-enerġija) f'vetturi tat-toroq huwa pass pożittiv ferm għall-ambjent. Ma jiġu prodotti l-ebda emissjonijiet ta' karbonju jew ta' gassijiet serra, u għalhekk għandu jiżdied l-ammont ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fit-toroq, u dan jista' jsir billi tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku f'din it-teknoloġija ġdida. Minbarra dan, għandu jkun hemm qafas leġiżlattiv għall-approvazzjoni ta' vetturi bħal dawn, peress illi bħalissa għad m'hemmx qafas ta' dan it-tip. Xi kumpaniji diġà pproduċew vetturi prototipi li jaħdmu bl-idroġenu u saħansitra qed iqegħduhom fis-suq. Għandu jiġi mfakkar ukoll li diġà hemm għaddejja attività kunsiderevoli f'dan il-qasam fl-Istati Uniti, fil-Ġappun u fil-Korea, u dan ifisser li għadu żmien relattivament tajjeb għall-UE biex tressaq id-dokument propost, f'termini ta' żamma tal-kompetittività.

Il-proposta li tressqet ġiet wara numru ta' diskussjonijiet tekniċi fi ħdan l-entitajiet tal-Kummissjoni u bejn il-partijiet ikkonċernati - prinċipalement manifatturi u stabbilimenti ta' riċerka speċjalizzata (b'mod partikolari TRL UK). Il-Grupp ta' Ħidma espert dwar l-Idroġenu (li d-diskussjonijiet tiegħu kienu jiffurmaw il-bażi tal-proposta) huwa attiv fil-Kummissjoni. F'Ġunju 2006, intbagħat kwestjonarju li dawk li kienu pparteċipaw fil-proċess preparatorju biex jesprimu l-preferenzi tagħhom dwar kif għandha tiġi ffaċċjata l-kwistjoni. Ir-riżultat ta' dawn l-attivitajiet ġie ppreżentat lill-Istati Membri fl-2006 u fil-bidu ta' l-2007, u kien ċar li kien hemm bżonn ta' evalwazzjoni ta' l-impatt dettaljata fir-rigward ta' l-approċċi possibbli.

L-approċċ li ntagħżel kien dak ta' regolament leġiżlattiv fil-livell ta' l-UE skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress illi l-objettivi ppjanati ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' azzjoni iżolata mill-Istati Membri individwali. Il-proposta għal regolament tistabbilixxi biss dispożizzjonijiet fundamentali għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi fil-kategoriji M u N, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu stabbiliti f'miżuri ta' implimentazzjoni. Ir-regolament huwa biss intiż sabiex jittratta l-protezzjoni ta' vetturi mill-konsegwenzi ta' l-impatt u l-użu ta' l-idroġenu. Għall-iskopijiet ta' dan ir-regolament, vettura li taħdem bl-idroġenu tfisser kwalunkwe vettura motorizzata li tuża idroġenu pur jew taħlita ta' idroġenu u ta' gass naturali. Is-sistema ta’ propulsjoni tirreferi jew għall-użu ta' l-idroġenu f'magni ta' kombustjoni interna jew inkella għall-propulsjoni bl-użu ta' ċelluli tal-karburant. Iktar minn hekk, ir-regolament jistabbilixxi obbligi għall-manifatturi u rekwiżiti ġenerali għall-komponenti ta' l-idroġenu, inkluż il-kontenituri u tankijiet ta' idroġenu likwidu, kif ukoll idroġenu f'forma ta' gass ikkumpressat. Huwa jittratta wkoll ir-rekwiżiti ġenerali dwar l-installazzjoni ta' komponenti ta' l-idroġenu u ta' sistemi ta' vetturi. Ir-regolament ovvjament jinkludi wkoll skadenzi għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet, miżuri ta' implimentazzjoni, penali f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regolament u dettalji dwar id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Il-proposta hija kompletament konformi ma' l-istrateġija ta' l-UE għall-iżvilupp sostenibbli.

It-tabella hawn taħt tipprovdi informazzjoni dwar il-prospetti futuri f'dan il-qasam:

Tabella: Rati introduttorji għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fl-2017-2025

Sena

Prospett HyWays A: Appoġġ ta' politika estremament għoli, tagħlim malajr

Prospett HyWays B: Appoġġ ta' politika għoli, tagħlim malajr

Prospett HyWays C: Appoġġ ta' politika modest, tagħlim modest

2017

1.0%

0.2%

0.006%

2018

1.5%

0.4%

0.02%

2019

2.3%

0.7%

0.04%

2020

3.2%

1.2%

0.1%

2021

4.4%

1.7%

0.1%

2022

5.7%

2.4%

0.2%

2023

7.3%

3.2%

0.4%

2024

9.1%

4.1%

0.6%

2025

11.2%

5.1%

0.8%

Sors: Evalwazzjoni ta' l-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea (SEC(2007)1301), p. 33

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex idaħħal dawn l-emendi fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 2 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1) vetturi li jaħdmu bl-idroġenu tal-kategoriji M u N, inkluż il-protezzjoni mill-impatt u s-sikurezza elettrika ta' vetturi bħal dawn;

1) vetturi li jaħdmu bl-idroġenu tal-kategoriji M u N;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 12(2)(b) jinkludi t-test imħassar fost elementi li għalihom il-Kummissjoni tista' (iżda m'għandiex għalfejn) tistabbilixxi miżuri implimentattivi. Din il-parti tat-test għandha għalhekk titħassar.

Emenda 2

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 3 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura mmotorizzata li tuża l-idroġenu pur jew taħlita ta’ l-idroġenun u l-gass naturali bħala karburant għall-propulsjoni tal-vettura;

1) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura mmotorizzata li tuża l-idroġenun bħala fjuwil fis-sistema ta' propulsjoni tagħha;

Ġustifikazzjoni

Wara diskussjonijiet dwar jekk għandhiex tinstab definizzjoni aħjar ta' l-idroġenu bħala mezz ta' propulsjoni (idroġenu pur, taħlita ta' idroġenu u ta' gass naturali), id-definizzjoni l-ġdida hija iktar sempliċi - tirreferi għall-vetturi li s-sistemi ta' propulsjoni tagħhom jużaw l-idroġenu fi kwalunkwe stat tiegħu. Ara wkoll Emenda 13 u l-ġustifikazzjoni tagħha.

Emenda 3

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 4 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi kollha ġodda li jaħdmu bl-idroġenu, mibjugħa, irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità u l-komponenti ta’ l-idroġenu jew is-sistemi ta’ l-idroġenu kollha, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità jkollhom approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament.

1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi kollha ġodda li jaħdmu bl-idroġenu, mibjugħa, irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità u l-komponenti ta’ l-idroġenu jew is-sistemi ta’ l-idroġenu kollha, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità jkollhom approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi manifatturati għandhom ikunu konformi f'termini tekniċi mhux biss ma' dan ir-regolament iżda wkoll, ovvjament, mar-rekwiżiti tar-'regolament ta' implimentazzjoni' ta' dan ir-regolament, li se jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi iktar dettaljati għal vetturi u għas-sistemi ta' idroġenu tagħhom.

Emenda 4

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 4 (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, il-manifatturi għandhom jgħammru lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu bil-komponenti jew is-sistemi ta’ l-idroġenu li jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament.

2. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, il-manifatturi għandhom jgħammru lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu bil-komponenti jew is-sistemi ta’ l-idroġenu li jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-Emenda 3.

Emenda 5

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 4 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u s-sistemi, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament.

3. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u s-sistemi, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-Emenda 3.

Emenda 6

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 4 (5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-manifatturi għandhom jagħtu informazzjoni għal spezzjoni perjodika tas-sistemi u l-komponenti ta’ l-idroġenu matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

5. Il-manifatturi għandhom jagħtu lill-entitajiet ta' spezzjoni awtorizzati informazzjoni għal spezzjoni u manutenzjoni tas-sistemi u l-komponenti ta’ l-idroġenu matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma oriġinali kienet wisq ġenerali. Il-proposta oriġinali fiha l-kelma ''perjodika''. B'mod ċar, l-informazzjoni dejjem se tkun speċifika għar-riċevitur li tkun diretta għalih.

Emenda 7

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 5 (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu jifilħu t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija matul il-ħajja operattiva tagħhom;

d) il-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu jifilħu t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija matul il-ħajja operattiva mistennija tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Il-ħajja operattiva tal-komponenti u s-sistemi ta' l-idroġenu għandhom jiġu definiti b'mod iktar preċiż billi tiddaħħal il-kelma ''mistennija''.

Emenda 8

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 8 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi u t-tolleranzi prinċipali tal-materjali uzati fid-disinn tal-kontenitur, inkluż ir-riżultati tat-testijiet li jkunu saru lill-materjal.

3. Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi u t-tolleranzi prinċipali tal-materjali uzati fid-disinn tal-kontenitur, inkluż ir-riżultati tat-testijiet li jkunu saru lill-materjal.

Ġustifikazzjoni

Dan sempliċement jagħmel lit-test iktar preċiż.

Emenda 9

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 11 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal komponenti fir-rigward ta' tipi ġodda ta' komponenti jew sistemi, li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

1. B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal komponenti fir-rigward ta' tipi ġodda ta' komponenti jew sistemi, li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-Emenda 3.

Emenda 10

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 11 (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’effett minn [data,36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ], l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, iqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali u, fil-każ ta’ komponenti jew sistemi ta’ l-idroġenu ġodda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom.

2. B’effett minn [data,36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ], l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, iqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali u, fil-każ ta’ komponenti jew sistemi ta’ l-idroġenu ġodda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-Emenda 3.

Emenda 11

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 11 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 12(1), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ġdid ta’ vettura jew tip ġdid ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu ġodda, jekk il-vettura, il-komponent jew is-sistema kkonċernata tkun tikkonforma mad-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 12(1), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ġdid ta’ vettura jew approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu ġodda, jekk il-vettura, il-komponent jew is-sistema kkonċernata tkun tikkonforma mad-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Referenza għal ''miżuri ta' implimentazzjoni'' hija imdaħħla għall-istess raġuni ta' l-Artikolu 4(1). Referenza għal ''approvazzjoni tat-tip tal-KE'' hija mdaħħla biex it-test ikun konformi mal-paragrafi ta' qabel: jekk issir referenza għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tip ta' vettura ġdida, din ir-referenza għandha ssir ukoll għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' komponent jew ta' sistema ta' l-idroġenu ġdid.

Emenda 12

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 12 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva [2007/…/KE], tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

a) id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, u ta’ komponenti u sistemi ta’ l-idroġenu.

a) id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, u ta’ komponenti u sistemi ta’ l-idroġenu.

b) l-informazzjoni li għandha tingħata mill-manifatturi għall-finijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni perjodika msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

b) l-informazzjoni li għandha tingħata mill-manifatturi għall-finijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni perjodika msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

c) ir-regoli dettaljati għall-proċeduri ta’ l-ittestjar stipulati fl-Annessi II sa V;

c) ir-regoli dettaljati għall-proċeduri ta’ l-ittestjar stipulati fl-Annessi II sa V;

d) ir-regoli dettaljati għall-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu stipulati fl-Anness VI;

d) ir-regoli dettaljati għall-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu stipulati fl-Anness VI;

e) ir-rekwiżiti għat-tħaddim sikur u affidabbli tal-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu kif stipulati fl-Artikolu 5.

e) ir-rekwiżiti għat-tħaddim sikur u affidabbli tal-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu kif stipulati fl-Artikolu 5.

Il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija meħtieġa għaliex il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skond id-Direttiva ta' Qafas 2007/46/KE, li tikkostitwixxi d-dokument ta' bażi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha.

Emenda 13

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 12 (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva [2007/…/EC], tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

a) ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2);

a) ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2);

b) l-ispeċifikazzjoni għar-rekwiżiti marbuta ma’ kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

b) l-ispeċifikazzjoni għar-rekwiżiti marbuta ma’ kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

- l-użu ta' idroġenu pur jew ta' taħlita ta' idroġenu u gass naturali/bijometanu;

- metodi ġodda għall-ħżin jew l-użu ta’ l-idroġenu;

- metodi ġodda għall-ħżin jew l-użu ta’ l-idroġenu;

- il-protezzjoni tal-vettura mill-impatti;

il-protezzjoni tal-vettura mill-impatti fir-rigward ta' l-integrità tal-komponenti u s-sistemi ta' l-idroġenu;

- rekwiżiti għas-sistema integrata ta' sikurezza, li għallinqas ikopru l-individwazzjoni ta' nixxijiet u r-rekwiżiti marbuta mal-gass li jnaddaf;

- rekwiżiti għas-sistema integrata ta' sikurezza, li għallinqas ikopru l-individwazzjoni ta' nixxijiet u r-rekwiżiti marbuta mal-gass li jnaddaf;

- iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

- iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

- ittikkettjar tal-vettura;

c) miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

c) miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija meħtieġa għaliex il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skond id-Direttiva ta' Qafas 2007/46/KE, li tikkostitwixxi d-dokument ta' bażi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha. Din l-emenda tinkludi wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi relatati ma' l-idroġenu pur jew ma' taħlita ta' idroġenu u gass/bijometan naturali li kienu tneħħew mill-Artikolu 3(1), għaliex kien iktar loġiku li din il-kjarifika ssir hawnhekk - fid-dispożizzjonijiet implimentattivi. Bl-istess mod, dan japplika għall-inserzjoni ta' referenza għall-integrità tal-komponenti u s-sistemi ta' idroġenu fir-rigward tal-protezzjoni mill-impatt. L-ittikkettjar għandu jissemma' hawnhekk bħala element importanti fl-identifikazzjoni ta' vetturi b'komponenti ta' l-idroġenu.

Emenda 14

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Artikolu 14 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, mhux aktar tard minn [data, 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, mhux aktar tard minn [data, 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Ġustifikazzjoni

''Miżuri implimentattivi'' - ara l-ġustifikazzjoni ta' l-Emenda 3. Fir-rigward ta' l-estensjoni tal-perjodu ta' 24 xahar, id-dewmien tal-proċessi leġiżlattivi nazzjonali jistgħu jkunu tant twal li 18-il xahar huwa żmien qasir wisq sabiex pajjiż jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati minnu fir-rigward ta' penali.

Emenda 15

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness I, kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-komponenti ta’ l-idroġenu li ġejjin huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip:

Meta xieraq, il-komponenti ta’ l-idroġenu li ġejjin huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip:

Ġustifikazzjoni

Dan jagħmel li t-test ikun iktar preċiż u ċar

Emenda 16

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness I – intestatura (a) – punt 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) sensers ta' individwazzjoni ta' nixxijiet ta' idroġenu.

Ġustifikazzjoni

Is-sensers loġikament jagħmlu parti minn dan il-grupp.

Emenda 17

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness I - intestatura (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) komponenti maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass):

(b) komponenti maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) bi pressjoni operattiva nominali li tkun ogħla minn 3.0 MPa:

Ġustifikazzjoni

Jagħmel sens li l-obbligu ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti jiġi limitat biss għal dawk li jużaw idroġenu kkumpressat (gass) bi pressjoni ogħla minn 3.0 MPa għaliex dan jevita li jkun hemm konfużjoni ma' l-approvazzjoni tal-partijiet esposti għal pressjoni iktar baxxa, approvazzjoni li, kieku, tikkumplika għalxejn il-proċess ta' l-approvazzjoni (u li għandu jaqa' taħt il-punt (a), li huwa relatat mal-partijiet għal idroġenu likwidu).

Emenda 18

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness I – intestatura (b) – punt 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) sensers ta' individwazzjoni ta' nixxijiet ta' idroġenu.

Ġustifikazzjoni

Is-sensers loġikament jagħmlu parti minn dan il-grupp.

Emenda 19

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness II - punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) Test tal-livell massimu ta’ mili: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-livell ta’ l-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili qatt ma jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

c) Test tal-livell massimu ta’ mili: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li s-sistema li tipprevjeni l-isbroffar tal-kontenitur taħdem kif suppost u li l-livell ta’ l-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili qatt ma jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba sabiex tipprovdi kjarifika bażika, jiġifieri li dak li huwa l-iktar importanti huwa t-tħaddim kif suppost tas-sistema li tipprevjeni l-isbroffar - huwa biss meta din tkun qed taħdem kif suppost li l-livell ta' idroġenu waqt il-mili ma jkunx jista' jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

Emenda 20

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness VI - paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. F'każ ta' inċident, shut-off valve awtomatiku jwaqqaf il-fluss ta' gass mill-kontenitur.

Ġustifikazzjoni

Shut-off valve awtomatiku għandu jiddaħħal hawnhekk minħabba li, f'każ ta' inċident, jeħtieġ li l-fluss tal-gass mill-kontenitur jiġi interrott.

Emenda 21

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness VI - paragrafu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Il-komponenti ta’ l-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu għal ġo l-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi enkapsulati ġo kompartiment li mhux permeabbli għall-gass jew b'soluzzjoni ekwivalwenti oħra kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni implimentattiva.

13. Il-komponenti ta’ l-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu għal ġo l-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi enkapsulati ġo kompartiment li mhux permeabbli għall-gass jew b'soluzzjoni ekwivalwenti oħra.

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza ma tidher fl-ebda wieħed mill-punti l-oħra fl-Anness VI; dan huwa loġiku għaliex l-Artikolu 12(1)(d) jgħid illi se jiġu adottati ''miżuri'' għall-Anness VI kollu kemm hu. Minbarra dan, it-terminu ''leġiżlazzjoni implimentattiva'' jidher hawnhekk, filwaqt li fid-dokument kollu t-terminu użat huwa ''miżuri''.

Emenda 22

Proposta għal Regolament - att li jemenda

Anness VII – paragrafu 7 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-punt 62 ta’ l-Appendiċi 4 ta’ l-Anness XI, tiżdied il-linja l-ġdida li ġejja mat-tabella:

Fl-Appendiċi 5 ta' l-Anness XI, jiżdied il-punt 58a li ġej mat-tabella:

Ġustifikazzjoni

Il-punt 7 ta' l-Anness VII fih referenza mhux korretta għall-''Appendiċi 4 ta' l-Anness XI''. Ir-referenza korretta għandha tkun għal ''Appendiċi 5, li fid-Direttiva 2007/46/KE, tikkonċerna l-krejnijiet mobbli.

PROĊEDURA

Titolu

L-approvazzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu

Referenzi

COM(2007)0593 – C6-0342/2007 – 2007/0214(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

25.10.2007

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Vladimír Remek

22.11.2007

Eżami fil-kumitat

28.2.2008

7.4.2008

Data ta’ l-adozzjoni

6.5.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Norbert Glante, András Gyürk, András Gyürk, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Göran Färm, Juan Fraile Cantón, Robert Goebbels, Gunnar Hökmark, Pierre Pribetich, John Purvis, Bernhard Rapkay, Hannes Swoboda, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Strož

PROĊEDURA

Titolu

L-approvazzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu

Referenzi

COM(2007)0593 – C6-0342/2007 – 2007/0214(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

25.10.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

25.10.2007

ITRE

25.10.2007

TRAN

25.10.2007

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

TRAN

24.10.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anja Weisgerber

21.11.2007

Diskussjoni fil-kumitat

27.2.2008

25.3.2008

6.5.2008

Data ta’ l-adozzjoni

27.5.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Graf Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Salvador Domingo Sanz Palacio, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Marianne Thyssen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Jan Cremers, Wolf Klinz, Manuel Medina Ortega, Gary Titley, Anja Weisgerber

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Morin, Nicolae Vlad Popa

Data tat-tressiq

30.5.2008