Rapport - A6-0203/2008Rapport
A6-0203/2008

RAPPORT dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

30.5.2008 - (9904/2008 – C6‑0207/2008 – 2008/2094(BUD))

Taqsima III – Kummissjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Kyösti Virrankoski


Proċedura : 2008/2094(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0203/2008
Testi mressqa :
A6-0203/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Kummissjoni

(9904/2008 – C6‑0207/2008 – 2008/2094(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikulari l-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b’mod definittiv fit-13 ta’ Diċembru 2007[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida[3],

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 4/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 ppreżentat mill-Kummissjoni fil-15 ta’ April 2008 (COM(2008)0203),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2008 mħejji mill-Kunsill fis-26 ta’ Mejju 2008 (9904/2008 – C6-0207/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0203/2008),

A. billi l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 4 għall-baġit ġenerali 2008 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit ta’ l-2008 l-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2007, li jammonta għal EUR 1 528 833 290,

B.  billi l-elementi prinċipali ta’ dan il-bilanċ favorevoli huma sopra-reġistrazzjoni fid-dħul ta’ EUR 72 957 868.80 u sotto-eżekuzzjoni fin-nefqa ta' EUR 1 579 386 212.59 u bilanċ negattiv ta’ l-iskambju monetarju ta’ -EUR 123 510 791.35,

C. billi s-sotto-eżekuzzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, meta mqabbla mas-snin ta’ qabel, kompliet tonqos,

D. billi għall-Intestatura 1, is-sotto-eżekuzzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fl-2007 kienet tammonta għal EUR 648 miljun, għall-Intestatura 2 kienet tammonta għal EUR 361 miljun, għall-Intestatura 3 kienet ta’ EUR 241 miljun, għall-Intestatura 4 kienet ta’ EUR 362 miljun u għall-Intestatura 5 kienet ta’ EUR 903 miljun,

1.  Jieħu nota ta’ l-abbozz preliminari tal-baġit ta’ emenda Nru 4/2008 li hu ddedikat unikament għall-preżentazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jadotta mingħajr emendi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2008;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
  • [2]  ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1.
  • [3]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).

NOTA SPJEGATTIVA

Skond l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' tippreżenta abbozzi preliminari ta' baġit ta' emenda, f'każ li jkun hemm "ċirkustanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew mhux mistennija". Wara li jkunu ingħalqu l-kontijiet għas-sena finanzjarja n -1, irid ikun applikat l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju, li jipprovdi li l-bilanċ minn kull sena finanzjarja, kemm jekk ikun bilanċ favorevoli jew inkella defiċit, jiddaħħal bħala dħul jew infiq fil-baġit tas-sena finanzjarja sussegwenti.

Wara li jkunu ngħalqu l-kontijiet għal kull sena finanzjarja, kull diskrepanza fir-rigward ta’ l-estimi tiddaħħal fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara permezz ta’ baġit ta’ emenda li jrid jitressaq mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum wara t-tressiq tal-kontijiet proviżorji.

Il-bilanċ favorevoli

L-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2007 turi bilanċ favorevoli ta’ EUR 1 528 833 290 imqassam fuq kalkolu finali li jirriżulta minn

§ dħul għas-sena finanzjarja (+ EUR 117 426 308 469.91)

§ ħlasijiet mill-approprjazzjonijiet tas-sena kurrenti (- EUR 112 905 636 590.67)

§ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li ġew trasferiti għas-sena n + 1 (- EUR 3 114 011 336.73)

§ il-kanċellament ta’ approprjazzjonijiet li ma ġewx utilizzati li ġew trasferiti mis-sena N-1 (+ EUR 245 683 538.88)

§ bilanċ negattiv ta’ l-iskambju monetarju (- EUR 123 510 791.35)

Apprezzament

Għal issa u fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut mill-Kummissjoni, m’huwiex possibbli li jkun analizzat minn fejn ġej preċiżament il-bilanċ favorevoli.

Fuq il-bażi tas-snin ta’ qabel, l-implimentazzjoni tal-baġit tassew ittejbet b’mod konsiderevoli matul l-aħħar ftit snin (f’miljuni ta’ EUR)

Sena

Bilanċ favorevoli

2000

11 613

2001

15 003

2002

7 413

2003

5 4701

2004

2 737

2005

2 410

2006

1 847

2007

1 529

L-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli ta’ l-2007 se jonqos skond il-kontribuzzjoni globali ta’ l-Istati Membri għall-finanzjament tal-Baġit ta’ l-UE 2008. Huwa se jkun imqassam kif ġej (ċifri bl-EUR):

Stat Membru

Baġit 2008

Baġit ta’ emenda Nru 4

Ammont ġdid

Il-Belġju

2 188 345 135

- 41 534 424

2 146 810 711

Il-Bulgarija

193 594 238

- 3 674 386

189 919 852

Ir-Repubblika Ċeka

780 210 328

- 14 808 261

765 402 067

Id-Danimarka

1 531 018 319

- 29 058 471

1 501 959 848

Il-Ġermanja

15 816 818 622

- 300 200 567

15 516 618 055

L-Estonja

105 917 007

- 2 010 287

103 906 720

L-Irlanda

1 100 486 139

- 20 887 042

1 079 599 097

Il-Greċja

1 392 229 788

- 26 424 288

1 365 805 500

Spanja

6 924 554 215

- 131 426 878

6 793 127 337

Franza

12 304 498 097

- 233 537 311

12 070 960 786

L-Italja

10 050 102 155

- 190 749 254

9 859 352 901

Ċipru

100 675 479

- 1 910 804

98 764 675

il-Latvja

139 947 912

- 2 656 188

137 291 724

Il-Litwanja

183 284 577

- 3 478 711

179 805 866

Il-Lussemburgu

207 205 448

- 3 932 724

203 272 724

L-Ungerija

637 121 466

- 12 092 458

625 029 008

Malta

34 090 409

- 647 030

33 443 379

L-Olanda

3 675 262 825

- 69 755 872

3 605 506 953

L-Awstrija

1 751 088 289

- 33 235 362

1 717 852 927

Il-Polonja

1 997 829 783

- 37 918 475

1 959 911 308

Il-Portugall

1 023 188 312

- 19 419 943

1 003 768 369

Ir-Rumanija

842 816 264

- 15 996 511

826 819 753

Is-Slovenja

214 399 753

- 4 069 271

210 330 482

Is-Slovakkja

360 852 867

- 6 848 927

354 003 940

Il-Finlandja

1 170 244 151

- 22 211 038

1 148 033 113

L-Iżvezja

2 211 437 420

- 41 972 712

2 169 464 708

Ir-Renju Unit

13 613 191 666

- 258 376 095

13 354 815 571

Punt 1 400 — Totali

80 550 410 664

-1 528 833 290

79 021 577 374

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008.

Referenzi

9904/2008 – C6-0207/2008 – 2008/2094(BUD)

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG17.4.2008

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)

  Data tal-ħatra

Kyösti Virrankoski

13.12.2006

Rapporteur(s) preċedenti

 

Data tat-tħejjija ta' l-abbozz tal-baġit ta' emenda mill-Kunsill

26.5.2008

Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz ta' baġit ta' emenda

28.5.2008

Eżami fil-kumitat

6.5.2008

29.5.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

29.5.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Busuttil, Daniel Dăianu, Brigitte Douay, Szabolcs Fazakas, Markus Ferber, Vicente Miguel Garcés Ramón, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Silvana Koch-Mehrin, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, László Surján, Gary Titley, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Marusya Ivanova Lyubcheva, Margarita Starkevičiūtė, Gianluca Susta

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

29.5.2008

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

...