RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba
2.6.2008 - (COM(2008)0200 – C6-0164/2008 – 2008/2091(ACI))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Reimer Böge
PR_ACI_Funds
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba
(COM(2008)0200 ‑ C6-0164/2008 ‑ 2008/2091(ACI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0200 - C6-0164/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[1], u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżultat tat-trijalogu bejn il-Kummissjoni u ż-żewġ fergħat ta’ l-awtorità baġitarja li sar fis-16 ta’ April 2008,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0205/2008),
1. Japprova d-deċiżjoni hawn annessa;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
ANNESS - DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE bi qbil mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[1], u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea[2],
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) l-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta minn diżastri.
(2) il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ biljun Euro.
(3) ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat.
(4) il-Greċja ssottomettiet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba diżastru kkawżat minn nirien fil-foresti f’Awissu ta’ 2007,
(5) is-Slovenja ssottomettiet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, minħabba diżastru kkawżat minn għargħar f’Settembru ta’ 2007,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 98 023 212 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Greċja u s-Slovenja applikaw għall-għajnuna mill-Fond ta’ Solidarjetà wara, rispettivament, nirien fil-foresti f’Awissu 2007 u għargħar f’Settembru 2007 li kkawżaw danni serji fiż-żewġ pajjiżi. L-applikazzjonijiet ġew ippreżentati lill-Kummissjoni rispettivament fit-30 ta’ Ottubru u fid-19 ta’ Novembru, fi żmien l-iskadenza ta’ 10 gimgħat wara li l-ewwel danni laqtu ż-żewġ pajjiżi.
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (IIA) tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa l-ammont annwali massimu ta’ EUR 1 biljun. Fl-2008, diġà ġie propost li jiġu mmobilizzati EUR 162 387 985 għall-applikazzjoni tar-Renju Unit, wara l-għargħar li laqtu dak il-pajjiż fis-sajf ta’ 2007. Għadu disponibbli ammont ta’ EUR 837 612 015.
Fl-14 ta’ April il-Kummissjoni ppreżentat baġit preliminari li jemenda (AB Nru 3/2008) sabiex jiddaħħlu fil-baġit ta’ l-2008 l-approprjazzjonijiet xierqa ta’ impenn u ta’ ħlas, kif previst fil-punt 26 ta' l-IIA. L-ammont propost mill-Kummissjoni favur iż-żewġ pajjiżi hu ta’ EUR 98 023 212, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-Qafas Finanzjarju.
Dan l-ammont ta’ kumpens propost għall-Greċja u għas-Slovenja, se jħalli mill-anqas 25 % tal-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea disponibbli għal allokazzjonijiet għal matul l-aħħar kwart tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) 2012/2002.
Skond il-punt 26 ta’ l-IIA, sar trijalogu fis-16 ta’ April bejn il-Kummissjoni u ż-żewġ fergħat ta’ l-awtorità baġitarja sabiex tiġi evalwata l-proposta għall-PAB 3/2008 li l-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-fond hija parti minnha.
Fis-6 ta’ Mejju il-Kumitat għall-Baġits kellu dibattitu mar-rappreżentanti ta’ kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-amministrazzjoni Griega sabiex ikunu evalwati l-kundizzjonijet operattivi u ta’ l-implimentazzjoni konkreti, kif ukoll biex tingħata viżibilità lis-sehem li għandu l-Parlament fil-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà.
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, meta ntalab opinjoni, iddeċieda fit-28 ta’ Mejju 2008 li ma jieħu l-ebda azzjoni dwar din il-proposta sabiex ma jnaqqasx il-veloċità tal-proċess ta’ allokazzjoni.
L-ammont tad-danni u l-għajnuna proposta mill-Kummissjoni huwa kif ġej:
|
|
|
(EUR) |
|
|
|
Ħsarat diretti |
L-ammont totali ta’ l-għajnuna proposta |
|
|
Nirien fil-foresti fil-Greċja |
2 118 273 411 |
89 769 009 |
|
|
Għargħar fis-Slovenja |
233 395 389 |
8 254 203 |
|
|
Total |
|
98 023 212 |
|
Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta’ l-adozzjoni |
6.5.2008 |
|
|
|
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
13 0 1 |
||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Reimer Böge, Costas Botopoulos, Simon Busuttil, Brigitte Douay, Salvador Garriga Polledo, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Mario Mauro, Gérard Onesta, Margaritis Schinas, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter |
|||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Hans-Peter Martin |
|||||