RAPPORT
2.6.2008 - (5968/2008 – C6‑0067/2008 – 2005/0267(CNS)) - *
dwar il-proposta għal deċiżjoni kwadru tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-iskambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni kwadru tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-iskambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri
(5968/2008 – C6‑0067/2008 – 2005/0267(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (5968/2008),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0690),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ġunju 2007[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 34(2)(b) tat-Trattat UE,
– wara li kkunsidra Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0067/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0207/2008),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
2. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b’mod sostanzjali jew li jissostitwih b'test ieħor;
5. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jagħtu prijorità lil kull proposta futura biex tiġi emendata d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 dwar l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji li jridu jkunu annessi mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;
6. Jinsab determinat li jeżamina kull proposta futura ta' dan it-tip bi proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 u f’koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
L-Emendi 1 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 5 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
(5a) Il-fatt li reġimi legali differenti jistgħu japplikaw għal kundanna kriminali waħda jwassal għaċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni mhux affidabbli bejn l-Istati Membri u joħloq inċertezza legali għall-persuna kkundannata. Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni, l-Istat Membru li jikkundanna għandu jitqies bħala s-sid tad-data dwar il-kundanni kriminali mogħtija fit-territorju tiegħu kontra ċittadini ta' Stati Membri oħra. Konsegwentement, l-Istat Membru li l-persuna kkundannata tkun ċittadina tiegħu, u fejn trid tiġi trażmessa din id-data, irid jiżgura li din tinżamm aġġornata billi jitqiesu kwalunkwe bidla jew tħassir li jsiru fl-Istat Membru li jikkundanna. Id-data li tkun inżammet aġġornata biss għandha tintuża internament mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza jew tintbagħat ulterjurment minnu lil kwalunkwe Stat ieħor, kemm jekk hu Stat Membru ieħor jew pajjiż terz. |
Emenda 2 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 9 a a (ġdida) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
(9a)a Meta tasal informazzjoni skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 7(2), l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru taċ-ċittadinanza trid tiżgura li t-tweġibiet għat-talbiet minn individwu għal informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu jinkludu referenza ġenerali għar-rekord kriminali ta' l-applikant, inkluża l-informazzjoni mressqa mill-Istat Membru li jikkundanna. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ta' din l-emenda huwa li jiġi żgurat li persuna ma tkunx kapaċi tgħatti l-fatt li jkollha kundanni kriminali mogħtija fi Stat Membru ieħor apparti l-Istat Membru taċ-ċittadinanza, speċjalment f'każi fejn titlob informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha għal raġunijiet oħra apparti għal proċeduri kriminali. | |
Emenda 3 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 10 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
(10) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni Kwadru jistabbilixxu regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali trasmessa bejn l-Istati Membri bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni tagħha. Regoli ġenerali eżistenti dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ġuddizzjarja f'materji kriminali huma kumplimentati bir-regoli stabbiliti f'dan l-istrument. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1981 tapplika għad-data personali ttrattata abbażi tad-Deċiżjoni Kwadru attwali. Din id-Deċiżjoni Kwadru tinkorpora wkoll id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2005 dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni estratta mir-rekords kriminali, li jillimitaw l-użu li l-Istat Membru rikjedenti jista' jagħmel mill-informazzjoni mitluba. Din tissupplementhom b'regoli speċifiċi li japplikaw meta l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jibgħat informazzjoni dwar il-kundanni trasmessa lilu mill-Istat Membru li jikkundanna. |
(10) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas jistabbilixxu regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali trażmessa bejn l-Istati Membri bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni tagħha. Regoli ġenerali eżistenti dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas ta' kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura f'affarijiet kriminali huma kumplimentati bir-regoli stabbiliti f'dan l-istrument, b'mod partikolari l-prinċipji bażiċi stipulati fl-Artikolu 9. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1981 tapplika għad-data personali ttrattata abbażi tad-Deċiżjoni Qafas attwali. Din id-Deċiżjoni Qafas tinkorpora wkoll id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2005 dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni estratta mir-rekord kriminali, li jillimitaw l-użu li l-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jagħmel mill-informazzjoni mitluba. Din tissupplementahom b'regoli speċifiċi li japplikaw meta l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jibgħat informazzjoni dwar il-kundanni trażmessa lilu mill-Istat Membru li jikkundanna. |
|
|
Ġustifikazzjoni | |
Id-Deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (li għandha tapplika wkoll għal dan l-att bħala linja gwida ġenerali) għadha qed tistenna li tiġi adottata. Għal din ir-raġuni, għandu jissemma sett ġenerali ta' prinċipji għall-protezzjoni tad-data li għandu jiġi osservat kull meta tinġabar, tiġi pproċessata u tiġi trażmessa data skond din id-Deċiżjoni Qafas. | |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
(10a) F'dan il-kuntest, l-adozzjoni tad-deċiżjoni qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali hi ta' importanza assoluta sabiex ikun previst livell xieraq ta' protezzjoni tad-data, inkluż għall-ipproċessar ta' data personali fil-livell nazzjonali. |
Emenda 5 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 12 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
(12a) Dak li hu magħruf dwar l-eżistenza ta' kundanni u dwar il-projbizzjonijiet li jirriżultaw minnhom, u anke dwar il-post fejn ingħataw u ġew irrekordjati, irid jiġi pprovdut sabiex jiġi żgurat li s-siltiet mir-rekords kriminali jkunu faċli li jinftiehmu. Għalhekk l-Istati Membri jridu jistabbilixxu formats li jistgħu jitqabblu bejnithom għal siltiet li jinkludu kundanni, b'sezzjoni speċjali li trid tinħoloq għall-kundanni relatati ma' reati sesswali.
|
Ġustifikazzjoni | |
Irid jiġi żgurat li s-siltiet mir-rekords kriminali jkunu faċli li jinftiehmu u li l-informazzjoni ta' ġo fihom tintuża kif suppost. Dak l-objettiv jista' jintlaħaq jekk it-tipi varji ta' kundanni jinġabru flimkien: pereżempju, kundanni għal reati kontra l-proprjetà, kundanni għal reati kontra persuni oħra, kundanni għal reati sesswali, eċċ. L-ikklassifikar skond it-tip ta' kundanni jiżgura li l-persuni kkundannati għal reati sesswali jiġu immedjatament identifikati. | |
Emenda 6 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
2. Kwalunkwe tibdil jew tħassir ta' informazzjoni trasmessa skond l-Artikolu 4 (4) għandha tinvolvi l-istess tibdil jew tħassir mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna fir-rigward ta' l-informazzjoni maħżuna skond il-paragrafu 1 għall-fini ta' trasmissjoni mill-ġdid b'mod konformi ma' l-Artikolu 7. |
2. Kwalunkwe tibdil jew tħassir ta' informazzjoni trażmessa skond l-Artikolu 4 (4) għandha tinvolvi l-istess tibdil jew tħassir mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna fir-rigward ta' l-informazzjoni maħżuna skond il-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-parti finali ta' l-artikolu propost tintroduċi sistema doppja fir-rigward ta' kundanni mogħtija fi Stat Membru ieħor apparti l-Istat Membru li l-persuna kkundannata hija ċittadin tiegħu (sistema waħda għall-użu domestiku u l-oħra għall-Istati Membri li jagħmlu t-talba apparti l-Istat Membru taċ-ċittadinanza). Kull ma se tagħmel din is-sistema doppja hu li tagħmel ix-xogħol ta' trażmissjoni ta' l-informazzjoni iżjed kumpless u iżjed konfuż. | |
Emenda 7 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
3. Għall-fini ta' trasmissjoni mill-ġdid b'mod konformi ma' l-Artikolu 7 l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jista' juża' biss l-informazzjoni li ġiet aġġornata skond il-paragrafu 2. |
3. L-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jista’ juża’ biss l-informazzjoni li ġiet aġġornata skond il-paragrafu 2. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-parti finali ta' l-artikolu propost tintroduċi sistema doppja fir-rigward ta' kundanni mogħtija fi Stat Membru ieħor apparti l-Istat Membru li l-persuna kkundannata hija ċittadin tiegħu (sistema waħda għall-użu domestiku u l-oħra għall-Istati Membri li jagħmlu t-talba apparti l-Istat Membru taċ-ċittadinanza). Kull ma se tagħmel din is-sistema doppja hu li tagħmel ix-xogħol ta' trażmissjoni ta' l-informazzjoni iżjed kumpless u iżjed konfuż. | |
Emenda 8 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
1a. Meta tintalab informazzjoni mir-reġistru ta' rekords kriminali fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna għal kwalunkwe raġuni 'l barra mill-qafas tal-proċeduri penali, l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba għandu jispeċifika r-raġunijiet tiegħu għal din it-talba. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tikkonforma mal-mod kif qegħdin il-kliem fl-Artikolu 9(2) tal-proposta u tikkorrispondi mal-ħtieġa li jkunu ddefiniti l-każi speċifiċi fejn din l-informazzjoni tista' tiġi trażmessa skond il-liġi ta' l-Istat Membru li jikkundanna jew dak taċ-ċittadinanza tal-persuna, skond iċ-ċirkustanzi, sabiex jintuża' barra mill-qafas ta' proċedura penali. | |
Emenda 9 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
2. Meta persuna titlob informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha stess, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba tista', f'konformità mal-liġi nazzjonali, tissottometti talba lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor għal informazzjoni u data relatata li għandhom jiġu estratti mir-rekord kriminali, dment li l-parti interessata hi jew kienet resident jew ċittadin ta' l-Istat Membru rikjedenti jew ta' dak interpellat. |
2. Meta persuna titlob informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha stess, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba għandha, f'konformità mal-liġi nazzjonali, tissottometti talba lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor għal informazzjoni u data relatata li għandhom jiġu estratti mir-rekord kriminali, dment li l-parti interessata hi jew kienet resident jew ċittadin ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba jew ta' dak interpellat. |
Ġustifikazzjoni | |
F'każi fejn il-parti interessata hija jew kienet residenti jew ċittadina ta' Stat Membru ieħor u teżisti l-evidenza ta' dan, talba għal informazzjoni minn dak l-Istat l-ieħor ma tistax tiddependi fuq ir-rieda tajba ta' l-Istat li fih tkun tressqet it-talba. | |
Emenda 10 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9 - paragrafu -1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
-1. L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas għandhom ikunu konformi ma’ ta' l-inqas dawn il-prinċipji bażiċi li ġejjin: |
|
(a) l-ipproċessar tad-data għandu jkun permess mil-liġi, u għandu jkun neċessarju u proporzjonat fir-rigward ta' l-iskopijiet ta' ġbir u/jew ta' pproċessar ulterjuri; |
|
(b) id-data għandha tinġabar biss għal skopijiet speċifikati u leġittimi u pproċessata ulterjurment b'mod kumpatibbli ma' dawk l-iskopijiet; |
|
(c) id-data għandha tkun preċiża u aġġornata; |
|
|
Ġustifikazzjoni | |
L-istess ġustifikazzjoni bħal ta' Emenda 3. | |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu -1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
-1a. L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, il-fehmiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku jew l-adeżjoni ma' partit jew ma' trejdjunjin u ta' data li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit. Bħala eċċezzjoni, l-ipproċessar ta' data ta' dan it-tip jista' jsir jekk, apparti l-prinċipji stipulati fil-paragrqafu -1: |
|
(a) l-ipproċessar ikun previst mil-liġi, wara awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja kompetenti, skond il-każ partikolari, u jkun assolutament meħtieġ għall-finijiet ta' każ speċifiku; u |
|
(b) l-Istati Membri jipprevedu salvagwardji speċifiċi xierqa, pereżempju aċċess għad-data kkonċernata għal ħadd ħlief għall-persunal li huwa responsabbli għall-ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar. |
Emenda 12 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
1. Data personali prevista fl-Artikolu 7(1) u (4) għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali tista' tintuża biss mill-Istat Membru rikjedenti għall-finijiet tal-proċedimenti kriminali li għaliha ġew mitluba, f'konformità mal-formola annessa. |
1. Data personali pprovduta skond l-Artikolu 7(1) u (4) għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba, bi qbil mal-prinċipji msemmija fil-paragrafu -1 u esklussivament għall-finijiet tal-proċedimenti kriminali li għaliha ntalbu, f'konformità mal-formola annessa. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess ġustifikazzjoni bħal ta' l-Emenda 3. | |
Emenda 13 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
2. Data personali taħt l-Artikolu 7(2) u (4) għal kwalunkwe skopijiet għajr dak tal-proċedimenti kriminali, tista' tintuża mill-Istat Membru rikjedenti, skond il-liġi nazzjonali tiegħu, biss għall-iskop li għalih intalbet u fil-limit speċifikati mill-Istat intalbet u fil-limiti speċifikati mill-Istat Membru rikjest fil-forma rilevanti |
2. Data personali pprovduta skond l-Artikolu 7(2) u (4) għal kwalunkwe skopijiet għajr dak tal-proċedimenti kriminali, tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba, skond il-liġi nazzjonali tiegħu u skond il-prinċipji msemmija fil-paragrafu -1 u esklussivament għall-iskopijiet tal-proċedimenti partikolari li għalihom intalbet u fil-limiti speċifikati mill-Istat Membru interpellat fil-formola rilevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess ġustifikazzjoni bħal ta' l-Emenda 3. | |
Emenda 14 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, data personali provduta taħt l-Artikolu 7(1), (2) u (4) tista' tintuża mill-Istat Membru rikjedenti biex jevita theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. |
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, data personali pprovduta taħt l-Artikolu 7(1), (2) u (4) tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba jekk dan l-użu jkun meħtieġ u proporzjonat ma' l-iskop tal-prevenzjoni ta' perikolu immedjat jew serju għas-sigurtà pubblika; f'każ ta' dan it-tip, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipprovdi lill-Istat Membru interpellat b'notifika ex post li tistabbilixxi t-twettiq tal-kundizzjonijiet ta' neċessità, proporzjonalità, urġenza u serjetà tat-theddida. |
Emenda 15 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li data personali rċevuta minn Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 4, jekk trasmessa lil Stat terz skond l-Artikolu 7 paragrafu 3, hija soġġetta għall-istess restrizzjonijiet ta' użu bħal dawk applikabbli fi Stat Membru rikjedenti skond il-paragrafi 2 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li data personali, jekk trasmessa lil Stat terz għall-iskop ta' proċediment kriminali, tista' tintuża ulterjorment minn dak l-Istat biss għall-iskopijiet ta' proċedimenti kriminali. |
4. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li data personali li tasal minn Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 4, jekk trażmessa lil Stat terz skond l-Artikolu 7 paragrafu 3, hija soġġetta għall-istess restrizzjonijiet ta' użu bħal dawk applikabbli fi Stat Membru li jagħmel talba skond il-paragrafi 2 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li data personali, jekk trażmessa lil Stat terz għall-iskop ta' proċediment kriminali, tista' tintuża ulterjurment minn dak l-Istat għall-iskopijiet ta' proċedimenti kriminali biss . |
Emenda 16 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9- paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
5. Dan l-Artikolu ma japplikax għal data personali miksuba minn Stat Membru taħt din id-Deċiżjoni Kwadru u li toriġina minn dak l-Istat Membru. |
5. Il-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw għal data personali miksuba minn Stat Membru skond din id-Deċiżjoni Qafas u li toriġina minn dak l-Istat Membru. |
Emenda 17 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
5a. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jiġu infurmati b’mod sistematiku dwar l-iskambju ta' data personali taħt din id-Deċiżjoni Qafas u, b’mod partikolari, dwar l-użu ta' data personali fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 9(3). |
|
L-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data ta’ l-Istati Membri għandhom jimmoniterjaw l-iskambju msemmi fil-paragrafu 1 u jikkoperaw ma’ xulxin għal dak l-iskop. |
Emenda 18 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 9 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
Article 9a |
|
Drittijiet tas-suġġett ta' data |
|
1. Suġġett ta' data għandu jiġi infurmat dwar il-fatt li qed tiġi pproċessata data personali li tikkonċernah. Meta jkun hemm bżonn, il-forniment ta’ dik l-informazzjoni għandha tinżamm sabiex ma jkunx hemm tfixkil ta’ l-iskopijiet li għalihom id-data qed tiġi pproċessata. |
|
2. Suġġett ta' data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni dwar liema data qed tiġi pproċessata, f'lingwa li jifhem, u għandu jkollu wkoll id-dritt li tirranġa u, fejn ikun xieraq, tħassar data li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 9(-1). |
|
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi rrifjutata jew miżmuma jekk verament ikun hemm bżonn sabiex: |
|
(a) jitħarsu s-sigurtà u l-ordni pubblika; |
|
(b) ikun evitat reat; |
|
(c) ma jixxeklux l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali; |
|
(d) jitħarsu d-drittijiet u l-garanziji ta' partijiet terzi. |
Emenda 19 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a – punt iv a (ġdid) | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
|
(iv a) informazzjoni dwar skwalifiki li jirriżultaw minn kundanna kriminali, |
Emenda 20 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b – punt iv | |
Test propost mill-Kunsill |
Emenda |
(iv) informazzjoni dwar skwalifiki li jirriżultaw minn kundanna kriminali. |
imħassar |
- [1] Testi adottati, P6_TA(2007)0170.
NOTA SPJEGATTIVA
Fit-22 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal Deċiżjoni Qafas dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-iskambju ta' informazzjoni maħruġa minn rekords kriminali. L-għan tal-proposta huwa li titjieb il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u biex jiġi żgurat li t-talbiet għal informazzjoni mill-Istati Membri rigward ir-rekords kriminali jitwieġbu b'mod xieraq, komprensiv u komplut.
Is-suġġetti ewlenin trattati fil-proposta huma:
1. L-obbligu għall-Istat Membru li jikkundanna li jibgħat immedjatament l-informazzjoni kollha lill-Istat Membru taċ-ċittadinanza dwar il-kundanna li tkun ingħatat liċ-ċittadini tiegħu.
2. L-obbligu għall-Istat Membru taċ-ċittadinanza biex iżomm u jaġġorna l-informazzjoni kollha li jirċievi.
3. Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għat-tweġib ta' talba għall-informazzjoni dwar rekord kriminali.
Fis-6 ta' Frar 2008, il-Kunsill ta' l-UE ddeċieda li jerġa' jikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Konsultazzjoni ulterjuri hija ġġustifikata fir-rigward tat-tibdiliet ewlenin li saru lit-test oriġinali u, b'mod partikolari, l-inklużjoni ta' wħud mill-proposti tal-Parlament u l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju rigward ir-rikonoxximent u l-infurzar tal-projbizzjonijiet li jirriżultaw mill-kundanni għal reati sesswali li jsiru kontra t-tfal.
Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li ħafna mill-proposti li jinsabu fir-rapport tal-21 ta' Ġunju 2007 tal-Parlament ġew aċċettati. Madankollu, trid tinġibed l-attenzjoni lejn il-proposta għal qafas legali uniku għall-protezzjoni tad-data personali li hija identika għal dik oriġinarjament imfassla mill-Kummissjoni; peress li l-inizjattivi tal-Parlament f'dan il-qasam ma tqisux, se jkollhom jitressqu iżjed emendi. Ir-rapporteur jiddispjaċih ukoll għall-fatt li l-Kunsill għażel li jistabbilixxi sistema doppja fir-rigward tal-kundanni mressqa fi Stat Membru ieħor apparti dak l-Istat Membru li l-persuna kkundannata hija ċittadin tiegħu (sistema waħda tintuża fil-qasam domestiku u l-oħra tintuża fl-Istati Membri l-oħra fejn ikollha tintbagħat l-informazzjoni relatata mal-kundanni). Sistema doppja ta' dan it-tip ma tistax ma tagħmilx ix-xogħol diffiċli tat-trażmissjoni ta' l-informazzjoni iżjed kumpless u iżjed konfuż - fattur li jiġġustifika li tinżamm is-sistema proposta oriġinarjament mill-Kummissjoni, skond liema kwalunkwe bidla fir-rekords kriminali jew tħassir minnhom fl-Istat Membru fejn qed issir il-kundanna jkunu jirrikjedu li ssir l-istess emenda jew tħassir fl-Istat Membru li l-persuna kkundannata hija ċittadin tiegħu.
Irridu niġbdu l-attenzjoni għal ċerti aspetti tal-proposta li forsi għandhom jitqiesu fid-dettall mill-Kunsill u l-Istati Membri. Hemm evidenza qawwija li d-delinkwenti sesswali u individwi oħra estremament perikolużi jgawdu minn nuqqas ta' sistema effettiva għall-iskambju ta' l-informazzjoni u jabbużaw mil-limiti imposti fuq is-setgħat attwali ta' l-UE.
Il-qafas legali propost jiddetermina min jista' jitlob informazzjoni relatata mal-kundanni. Fil-qasir, it-talbiet jistgħu jsiru jew mill-parti interessata jew mill-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri. Madankollu, hemm każi speċifiċi ħafna li fihom, ċertu entitajiet pubbliċi jew privati għandhom ikunu kapaċi jsiru jafu jekk il-persuni li bi ħsiebhom jimpjegaw (jew li diġà qed jimpjegaw) għandhomx rekord kriminali. Hawnhekk qed nirreferu għall-istituzzjonijiet edukattivi u dawk għall-kura tat-tfal.
Mhuwiex biżżejjed għall-istabbilimenti edukattivi jew għall-kura tat-tfal (sew jekk huma pubbliċi jew privati) li jirrikjedu bħala parti mill-proċess ta' l-għażla li jiġu ppreżentati dokumenti varji bħala evidenza ta' l-esperjenza, tal-ħiliet u tat-taħriġ imsemmija tal-kandidati. dawk l-istabbilimenti jridu jkunu kapaċi (u fil-prattika jridu) jinsistu li l-applikanti jippreżentaw ċertifikat rigward ir-rekord kriminali tagħhom, flimkien mad-dokumenti l-oħra tagħhom.
Madankollu, proċedura bħal dik deskritta fil-paragrafu t'hawn fuq m'hijiex biżżejjed biex tiġi garantita s-sikurezza tat-tfal. L-istabbilimenti edukattivi jridu jkunu kapaċi jiskopru jekk l-istaff tagħhom (jiġifieri l-impjegati eżistenti) għandux rekord kriminali relatat mar-reati sesswali kontra t-tfal. Għalhekk huwa mixtieq li kieku stabbilimenti ta' dan it-tip, filwaqt li jiddefendu għal kollox id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, ikunu jistgħu jitolbu u jassiguraw l-aċċess għall-informazzjoni f'każi li fihom l-individwi kkonċernati jkollhom fil-verità rekord kriminali relatat mar-reati li jkunu saru kontra t-tfal.
PROĊEDURA
Titolu |
Skambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri |
|||||||
Referenzi |
05968/2008 – C6-0067/2008 – COM(2005)0690 – C6-0052/2006 – 2005/0267(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
10.2.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 21.2.2008 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra 27.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
5.5.2008 |
29.5.2008 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
29.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Urszula Gacek, Patrick Gaubert, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Claude Moraes, Martine Roure, Csaba Sógor, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Simon Busuttil, Genowefa Grabowska, Sophia in ‘t Veld, Syed Kamall, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marianne Mikko, Bill Newton Dunn, Nicolae Vlad Popa |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Manolis Mavrommatis |
|||||||