RAPPORT dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

4.6.2008 - (COM(2008)0132 – C6‑0161/2008 – 2008/0052(CNS)) - *

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Bogusław Sonik

Proċedura : 2008/0052(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0221/2008
Testi mressqa :
A6-0221/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

(COM(2008)0132 – C6‑0161/2008 – 2008/0052(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0132),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 175(1) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0161/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0221/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-ħames Konferenza Ministerjali "Ambjent għall-Ewropa" ("Environment for Europe") li saret f'Mejju ta' l-2003 f'Kiev, l-Ukrajna, adottat il-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (il-Protokoll SEA). Il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, iffirmat il-Protokoll SEA fil-21 ta’ Mejju 2003.

Il-konvenzjoni ta' l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali fil-kuntest transkonfinali (il-Konvenzjoni ta' Espoo), hija u tibni fuq il-liġi eżistenti dwar l-EIA, stabbiliet proċeduri għall-Partijiet konsulenti li x’aktarx jiġu affettwati mill-impatti ambjentali transkonfinali ta’ proġetti proposti. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-1997. Il-Komunità Ewropea ffirmatha fis-26 ta' Frar 1991 u ġiet ratifikata fl-24 ta' Ġunju 1997. Id-dispożizzjonijiet prinċipali tagħha huma implimentati mid-Direttiva 97/11.

Id-Direttiva 2001/42/KE, dwar l-evalwazzjoni ta' l-effetti ta' uħud mill-pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (SEA)), tapplika għal kategorija wiesgħa ta' pjanijiet u programmi, u tistipula rekwiżiti dettaljati biex issir evalwazzjoni u rappurtar dwar l-effetti ambjentali tagħhom. Il-ħila li jiġu evitati effetti ambjentali gravi fuq il-livell tal-proġett tista’ tixxekkel mid-deċiżjonijiet meħuda fi pjanijiet jew politiki. Għal din ir-raġuni, ġie stabbilit li proċess simili ta' evalwazzjoni missu jsir fuq dawn il-livelli. Dan hu l-proċess SEA.

Id-Direttiva SEA tinkludi dispożizzjoni dwar l-effetti transkonfinali mnebbħa mill-Konvenzjoni ta' Espoo.

L-objettivi tal-Protokoll SEA għandhom jipprovdu livell għoli ta’ ħarsien ta' l-ambjent, inkluż is-saħħa, u jiżguraw li dan it-tħassib jiġi integrat f’miżuri u strumenti maħsuba biex jiżguraw l-iżvilupp sostenibbli.

Il-Komunità Ewropea, f’konformità ma’ l-Istrateġija tagħha dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u r-Regolamentazzjoni Aħjar, biħsiebha timplimenta l-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo permezz tal-proċeduri tal-evalwazzjoni ta’ l-impatt stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt, li jindirizzaw b’mod ekwilibrat il-komponenti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ l-iżvilupp sostenibbli.

Bosta aspetti tad-dimensjoni ta’ l-UE jixirqilhom jitqiesu. Il-KE u l-Istati Membri kienu fost l-ewlenin fl-iżvilupp tal-kunċett u l-prattika tas-SEA u għandhom jikkonfermaw l-appoġġ tagħhom billi jirratifikaw il-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo dwar l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

Referenzi

COM(2008)0132 – C6-0161/2008 – 2008/0052(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

8.4.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

10.4.2008

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Bogusław Sonik

14.4.2008

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Jules Maaten, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Iles Braghetto, Bairbre de Brún, Genowefa Grabowska, Rebecca Harms, Jutta Haug, Henrik Lax, Johannes Lebech, Alojz Peterle