RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)
4.6.2008 - (16133/3/2007 – C6‑0129/2008 – 2006/0272(COD)) - ***II
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Paolo Costa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)
(16133/3/2007 – C6‑0129/2008 – 2006/0272(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16133/3/2007 – C6‑0129/2008)[1],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (KUMM(2006) 0784) ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6‑0223/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni ferrovjarja eżistenti, il-ferroviji ta' patrimonju, tal-mużewijiet u dawk għat-turisti huma eżentati milli josservaw din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Direttiva 2004/49/KE Artikolu 2 – paragrafu 2 - punti (ca) u (cb) (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex wieħed jibqa' konsistenti mal-pożizzjoni approvata tal-Parlament fl-ewwel qari fir-rigward tad-Direttiva dwar l-interoperabilità ferrovjarja, għandu jkun ċar li ferroviji tal-patrimonju u dawk tal-mużewijiet huma eżentati milli josservaw din id-Direttiva sakemm dawn ikunu konformi mar-regoli ta' sigurtà nazzjonali jew li joperaw fin-netwerk tagħhom stess. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt a a (ġdid) Direttiva 2004/49/KE Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-test jerġa' jistabbilixxi l-emenda 14 ta' l-ewwel qari tal-Parlament fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Direttiva 2004/49/KE Artikolu 14 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-test jerġa' jistabbilixxi l-emenda 21 ta' l-ewwel qari tal-Parlament, jiġifieri s-sistema obbligatorja ta' ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jittieħed kont ta' elementi ġodda u ta' kif inhi miktuba l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. |
- [1] ĠU C 122E, 20.5.2008, p. 10.
- [2] Testi adottati, 29.11.2007, P6_TA(2007)0557.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond u kummenti proċedurali
Fit-13 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet lill-Parlament u lill-Kunsill proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)[1]1.
Il-proposta ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni flimkien ma' żewġ propost leġiżlattivi oħra, jiġifieri d-Direttiva l-ġdida dwar l-Interoperabilità u r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji. It-tliet proposti mressqa taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni flimkien mal-Komunikazzjoni bil-għan li jiġi faċilitat il-moviment liberu tal-ferroviji madwar l-UE, ġew meqjusa bħala parti mill-pakkett tal-Kummissjoni dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta' vetturi fuq il-binarji. Matul l-aħħar sena, intlaħaq ftehim kmieni fl-ewwel qari mal-Kunsill dwar il-proposta tad-Direttiva ġdida dwar l-Interoperabilità.
Fid-29 ta' Diċembru 2007, il-Parlament Ewropew ħareġ Opinjoni fl-ewwel qari bħala parti mill-proċedura tal-kodeċiżjoni u adotta rapport li fih ippropona 27 emenda għat-test tal-Kummissjoni[2]2. Fit-3 ta' Marzu 2008, il-Kunsill adotta pożizzjoni komuni skond l-Artikolu 251 tat-Trattat li mbagħad intbagħtet lill-Parlament u lill-Kummissjoni.
2. Evalwazzjoni tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill
Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fiha, b'mod sħiħ jew parzjali jew fil-prinċipju, bosta emendi tal-Parlament li ġew adottati fl-ewwel qari u li prinċipalment ikopru:
- testi relatati mal-proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju (RPS) u t-tabella ta' korrelazzjoni tal-miżuri ta' transpożizzjoni (emendi 1, 2, 10, 11, 12, 13, 15, u 23);
- it-trasferiment tal-kontenut ta' l-Artikoli 14 u 14a u l-anness relatat mad-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi għad-Direttiva ġdida dwar l-Interoperabilità (emendi 18, 20, 26 u 27);
- Dispożizzjonijiet relatati mad-definizzjoni tar-Reġistru Nazzjonali ta' Vetturi u mad-Detenturi (emendi 8 u 9);
Filwaqt li l-kwistjoni tat-trasferiment tad-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-servizz ta' vetturi għad-direttiva ta' l-interoperabilità l-ġdida issolviet b'suċċess bejn it-tliet istituzzjonijiet, dan ma kienx il-każ għad-dispożizzjonijiet relatati mal-manutenzjoni tas-sistema ta' ċertifikazzjoni. L-emenda tal-Parlament titlob li jkun hemm sistema obbligatorja, filwaqt li t-test tal-Kunsill jipprevedi sistema volontarja.
Iktar minn hekk, emendi oħra li mhumiex imdaħħla fil-Pożizzjoni komuni huma l-użu tal-proċedura ta' emerġenza taħt il-PRS il-ġdid, id-definizzjonijiet tar-regoli dwar is-sigurtà nazzjonali u r-rekwiżiti essenzjali (emendi 5 u 7), l-introduzzjoni ta' analiżi tal-benefiċċji ta' l-ispejjeż għall-iżvilupp ta' Miri Komuni tas-Sikurezza (emenda 14), il-possibilità li tintalab opinjoni teknika ta' l-Aġenzija f'każ ta' deċiżjoni negattiva mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà (emenda 22).
Għandu jiġi nnutat li t-test tal-Kunsill b'bosta partijiet jissostitwixxi t-test tal-Kummissjoni b'test ġdid. Dan jikkonċerna prinċipalment il-kunċett ġdid ta' l-entità inkarigata mill-manutenzjoni f'din id-Direttiva.
3. Proposti mir-rapporteur
Peress li l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ma tinkludix l-emendi tal-Parlament u prinċipalment l-emendi dwar is-sistema obbligatorja ta' ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni, qed jiġi propost li l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari terġa' tiġi stabbilita filwaqt li jittieħed kont tat-test tal-Kunsill.
Sistema obbligatorja ta' ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni għall-protagonisti kollha tas-suq, eż. impriżi tal-ferroviji, maniġers ta' l-infrastrutturi, detenturi jew kwalunkwe entità oħra li tista' tiġi ċertifikata bħala entità inkarigata mill-manutenzjoni skond il-kriterji u r-rekwiżiti mniżżla f'din id-Direttiva, se toħloq kundizzjoni ta' ugwaljanza fl-UE. Dan se jiżgura applikazzjoni uniformi tas-sistema ta' ġestjoni tal-manutenzjoni u tas-sikurezza madwar l-Ewropa mingħajr diskriminazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin se jtejjeb is-sigurtà fil-ferroviji tal-Komunità.
- [1] 1 COM(2006)0784
- [2] 2 . Rapport tas-Sur Costa , A6-0346/2007, P6_TA(2007)0557.
PROĊEDURA
Titolu |
Emendi għad-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sikurezza fuq il-ferroviji tal-Komunità |
|||||||
Referenzi |
16133/3/2007 – C6-0129/2008 – 2006/0272(COD) |
|||||||
Data ta' l-ewwel qari tal-PE - Numru P |
29.11.2007 T6-0557/2007 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2006)0784 - C6-0493/2006 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
13.3.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 13.3.2008 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paolo Costa 10.3.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
25.3.2008 |
7.4.2008 |
28.5.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
29.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Leopold Józef Rutowicz |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bart Staes |
|||||||