RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija
4.6.2008 - (COM(2007)0530 – C6‑0318/2007 – 2007/0197(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Giles Chichester
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija
(COM(2007)0530 – C6‑0318/2007 – 2007/0197(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0530),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0318/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi (A6-0226/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha ma’ test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafi 1 a u 1 b (ġodda) | |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
1a. Fil-każ li tiġi stabbilita Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija, għandhom jiġu kkunsidrati l-għażliet ta’ finanzjament kollha li tipprovdi għalihom il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod1. |
|
1b. Il-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali għandu jkun applikat fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija u l-Parlament għandu jidħol f’negozjati mat-taqsima l-oħra ta’ l-awtorità baġitarja bil-ħsieb li jaslu għal ftehima f’waqtha dwar il-finanzjament ta’ l-Aġenzija f’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehima Interistituzzjonali; |
|
1ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Ix-xogħol li sar mill-ERGEG mindu twaqqaf ikkontribwixxa b'mod pożittiv għas-suq intern ta' l-elettriku u l-gass. Madankollu, hemm kunsens wiesa' fis-settur, u kif ġie propost mill-ERGEG innifsu, li l-kooperazzjoni volontarja bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali issa għandha sseħħ fi ħdan struttura Komunitarja soda b'kompetenzi ċari u bis-setgħa li tadotta deċiżjonijiet regolatorji individwali f'għadd ta' każijiet speċifiċi. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib, filwaqt li jeliminaw ix-xkiel li hemm għall-iskambju transkonfinali ta’ l-elettriċità u l-gass bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-politika enerġetika tal-Komunità. It-twaqqif ta’ Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija (Aġenzija) biex jimtela l-vojt iservi l-għan doppju li l-perspettiva Komunitarja tkun inkorporata fil-prattiki ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u li jsir kontribut lejn it-titjib ta' l-effikaċja tal-prinċipji Komunitarji ta’ trattament indaqs u kundizzjonijiet ġusti ta' aċċess għan-netwerks trans-Ewropej għall-ġarr tal-gass u ta' l-elettriċità, u b'hekk ikun qed isir kontribut lejn il-funzjonament kif jixraq tas-suq enerġetiku intern. L-Aġenzija se tippermetti wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li minn perspettiva Komunitarja jagħtu spinta lill-kooperazzjoni tagħhom u li jipparteċipaw, fuq bażi komuni, fl-eżerċizzju ta' funzjonijiet marbuta mal-Komunità. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-Aġenzija għandha tiżgura li l-funzjonijiet regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond id-Direttiva 2003/54/KE u d-Direttiva 2003/55/KE ikunu kkoordinati sewwa, u fejn meħtieġ, li jiġu kkompletati fuq il-livell Komunitarju. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu garantiti l-indipendenza ta' l-Aġenzija, il-kapaċitajiet tekniċi u regolatorji kif ukoll it-trasparenza u l-effiċjenza tagħha. |
(6) L-Aġenzija għandha tiżgura li l-funzjonijiet regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond id-Direttiva 2003/54/KE u d-Direttiva 2003/55/KE ikunu kkoordinati sewwa, u fejn meħtieġ, li jiġu kkompletati fuq il-livell Komunitarju. Għal dak il-għan, jeħtieġ li jiġu garantiti l-indipendenza ta' l-Aġenzija u l-membri tagħha vis-à-vis l-konsumaturi, il-produtturi ta’ l-enerġija u l-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni, kemm jekk pubbliċi jew privati, u li tiġi żgurata l-konformità tagħha mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-kapaċità teknika tagħha, il-kapaċità tagħha li taġġusta ruħha għall-iżviluppi regolatorji, kif ukoll it-trasparenza tagħha, is-soġġettibilità tagħha għall-kontroll demokratiku u l-effiċjenza tagħha. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) L-Aġenzija għandha b’mod sistematiku tissorvelja s-swieq għat-tgħawwiġ tas-suq, u meta jkun jixraq tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija mhux biss għandha tkun tista’ tagħti tagħrif, iżda wkoll għandha tkun tista’ timmoniterja u tagħti twissijiet bikrija lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-awtoritajiet nazzjonali. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
EmendaEmenda |
(8) Huwa xieraq li jiġi pprovdut qafas li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jikkooperaw. Dan il-qafas għandu jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern ta' l-elettriku u tal-gass madwar il-Komunità kollha. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali. Din is-setgħa għandha tkopri r-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tqabbad talanqas żewġ Stati Membri, eżenzjonijiet mir-regoli tas-suq intern għall-interkonnetturi ġodda ta' l-elettriku u għall-infrastrutturi ġodda tal-gass li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed. (9) |
(8) Huwa xieraq li jiġi pprovdut qafas integrat li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jipparteċipaw u jikkooperaw. Dan il-qafas għandu jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern ta' l-elettriċità u tal-gass madwar il-Komunità kollha. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali. Din is-setgħa għandha tkopri r-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tqabbad flimkien ta’ l-anqas żewġ Stati Membri, eżenzjonijiet mir-regoli tas-suq intern għall-interkonnetturi ġodda ta' l-elettriċità u għall-infrastrutturi ġodda tal-gass li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
EmendaEmenda |
(9) Peress li l-Aġenzija għandha s-superviżjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandu jkollha rwol ta' konsulenza lejn il-Kummissjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet tar-regolamentazzjonit as-suq. Għandu jkun meħtieġ ukoll li tinforma lill-Kummissjoni meta ssib li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma tipproduċix ir-riżultati meħtieġa jew meta awtorità regolatorja nazzjonali li d-deċiżjoni tagħha tmur kontra l-linji gwida ma tkunx trid tikkonforma ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija. |
(9) Peress li l-Aġenzija għandha għarfien ġenerali dwar l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u dwar sorsi oħra, għandu jkollha rwol ta' konsulenza lejn il-Kummissjoni, lejn l-istituzzjonijiet l-oħra ta’ l-UE u lejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ mill-anqas żewġ Stati Membri fir-rigward tal-kwistjonijiet tar-regolamentazzjoni tas-suq. Għandha tkun meħtieġa wkoll li tinforma lill-Kummissjoni meta ssib li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma tipproduċix ir-riżultati meħtieġa jew meta awtorità regolatorja nazzjonali li d-deċiżjoni tagħha tkun marret kontra l-linji gwida ma tkunx trid tikkonforma ma' l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) L-Aġenzija għandha tkun tista' toħroġ linji gwida mhux vinkolanti biex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba. |
(10) L-Aġenzija għandha wkoll tkun tista' toħroġ linji gwida vinkolanti biex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat neċessarji biex twettaq il-funzjoni regolatorja importanti tagħha biex tiżgura l-koperazzjoni transkonfinali b’mod effiċjenti. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) L-Aġenzija, meta jkun xieraq, għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati u tipprovdilhom okkażjoni raġonevoli biex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti, bħalma huwa l-abbozz tal-kodiċijiet u r-regoli tan-netwerks. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati għandha tkun parti ewlenija tal-ħidma ta’ l-Aġenzija. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-qafas ta’ l-abbozzar tal-miżuri, bħalma huwa l-abbozz tal-kodiċijiet u tar-regoli tan-netwerks, għandhom isiru mill-Aġenzija u mhux mill-ENTSOs. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) L-istruttura ta' l-Aġenzija għandha tiġi adattata sabiex tilqa' l-ħtiġijiet speċifiċi tar-regolamentazzjoni ta' l-enerġija. B'mod partikolari, ir-rwol speċifiku ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-indipendenza tagħhom jeħtieġ li jitqies bis-sħiħ. |
(11) L-istruttura ta' l-Aġenzija għandha tiġi adattata sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tar-regolamentazzjoni ta' l-enerġija. B'mod partikolari, l-irwol speċifiku ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtieġ li jitqies bis-sħiħ u l-indipendenza tagħhom jeħtieġ li tkun iggarantita. |
Ġustifikazzjoni | |
L-indipendenza ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali trid mhux biss titqies iżda trid ukoll tkun iggarantita fil-ħolqien u fl-implimentazzjoni sussegwenti tad-dispożizzjonijiet tat-tielet pakkett enerġetiku. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b'mod effiċjenti u fuq kollox indipendenti. L-indipendenza ta' l-awtoritajiet Regolatorji mhux biss huwa prinċipju ewlieni ta' governanza tajba iżda wkoll kundizzjoni fundamentali biex tiġi żgurata l-fiduċja fis-suq. Jekk dan jiġi rifless fuq il-livell nazzjonali, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi indipendentement minn kull interess tas-suq u ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet minn l-ebda gvern jew entità oħra pubblika jew privata. |
(13) L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b'mod effiċjenti, trasparenti, raġunat u fuq kollox indipendenti. L-indipendenza ta' l-awtoritajiet Regolatorji vis-à-vis l-produtturi u l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni hija prinċipju ewlieni tal-governanza tajba u kundizzjoni fundamentali biex tiġi żgurata l-fiduċja fis-suq. Meta s-sitwazzjoni tiġi riflessa fil-livell nazzjonali u Komunitarju, il-Bord tar-Regolaturi u l-membri tiegħu għandu għalhekk jaġixxi indipendentement minn kull interess tas-suq u ma għandu jfittex jew jieħu l-ebda struzzjoni u ma għandu jaċċetta l-ebda rakkomandazzjoni minn xi gvern jew entità oħra pubblika jew privata Il-Bord tar-Regolaturi għandu, fl-istess ħin, jikkonforma ruħu mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirrigwarda l-enerġija, l-ambjent, is-suq enerġetiku intern u l-kompetizzjoni u għandu jirrapporta lill-istituzzjonijiet ta’ l-UE fir-rigward tad-deċiżjonijiet u l-proposti tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tiddefinixxi l-indipendenza ta’ l-Aġenzija: l-indipendenza vis-à-vis l-operaturi li bejniethom trid twettaq l-arbitraġġ u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE u tal-korpi leġiżlattivi tagħha. | |
Tiddefinixxi r-responsabbiltà demokratika ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Fejn l-Aġenzija jkollha s-setgħa biex tieħu deċiżjonijiet, għal finijiet ta' ekonomija ta' proċess, il-partijiet interessati għandhom jingħataw id-dritt ta' appell lil Bord ta' l-Appell, li għandu jkun parti mill-Aġenzija, iżda li jkun indipendenti kemm mill-istruttura amministrattiva kif ukoll minn dik regolatorja. |
(14) Fejn l-Aġenzija jkollha s-setgħa li tieħu deċiżjonijiet, għal finijiet ta' ekonomija ta' proċedura, il-partijiet interessati għandhom jingħataw id-dritt ta' appell inizjalment lil Bord ta' l-Appell, li għandu jkun parti mill-Aġenzija, iżda li jkun indipendenti kemm mill-istruttura amministrattiva tagħha kif ukoll minn dik regolatorja. Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell għandha tkun suġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. |
Ġustifikazzjoni | |
Tispeċifika d-dritt li għandhom il-partijiet għall-appell kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-Aġenzija għandha tkun iffinanzjata l-aktar mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn tariffi u minn kontributi volontarji. B'mod partikolari, ir-riżorsi li attwalment iqiegħdu l-awtoritajiet regolatorji għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew għandhom jibqgħu disponibbli għall-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja Komunitarja għandha tibqa' applikabbli sakemm tikkonċerna sussidji li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Barra minn hekk, il-verifikar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. (16) |
(15) L-Aġenzija għandha tkun iffinanzjata l-aktar mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, minn tariffi u minn kontribuzzjonijiet. B'mod partikolari, ir-riżorsi li fil-preżent huma miġbura flimkien mill-awtoritajiet regolatorji għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew għandhom jibqgħu disponibbli għall-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja Komunitarja għandha tibqa' applikabbli sakemm ikunu kkonċernati sussidji li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Barra minn hekk, il-verifikar tal-kontijiet għandha tintriga bih il-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-possibilità ta’ kontribuzzjonijiet volontarji tista’ titfa’ dubji fuq it-trasparenza u l-indipendenza ta’ l-Aġenzija.. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 15 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Wara li tkun ġiet stabbilita l-Aġenzija, il-baġit tagħha għandu jiġi evalwat mill-awtorità baġitarja fuq bażi kontinwa, b’referenza għall-ammont ta’ xogħol ta’ l-Aġenzija u l-prestazzjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tiddetermina jekk ikunx hemm riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed disponibbli għaliha. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jintlaħqu l-aħjar standards ta’ effiċjenza. |
Ġustifikazzjoni | |
Hija ħaġa essenzjali li l-ispejjeż u l-ħtiġijiet fir-rigward ta’ riżorsi umani jibqgħu jiġu eżaminati mill-ġdid. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 18 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux aktar tard minn erba’ snin mit-twaqqif ta’ l-Aġenzija, u kull ħames snin wara dan, rapport dwar il-kompiti speċifiċi ta’ l-Aġenzija u r-riżultati miksuba, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa essenzjali li l-effikaċja ta’ l-Aġenzija tibqa’ tiġi eżaminata mill-ġdid, u jekk ikun hemm bżonn tiġi pprovduta l-opportunità ta’ reviżjoni aktar tard. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, għall-ksib tal-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq livell Komunitarju, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif deskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. |
(19) Peress li l-objettivi ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq livell Komunitarju, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala ta’ l-effetti ta’ l-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif deskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 19 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għalkollox quddiem il-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jkun jista’ jagħmel skrutinju fuq il-prestazzjoni u l-iffunzjonar ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Is-sede ta' l-Aġenzija għandha tinsab fi [post]. Sakemm jitlestew il-kwartieri tagħha, għandha tkun ospitata fil-kwartieri tal-Kummissjoni. |
4. Is-sede ta' l-Aġenzija għandha tkun stabbilita fi Brussell. Sakemm jitlestew il-kwartieri tagħha, se tkun ospitata fil-kwartieri tal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Brussell huwa l-aħjar post biex tiġi ospitata l-Aġenzija. Tnaqqas l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u tiżgura kuntatt eħfef mad-DĠ TREN u man-Netwerks Ewropej ta’ l-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trasmissjoni li sejrin jibqgħu jkunu bbażati fi Brussell, kif ukoll ma’ assoċjazzjonijiet interessati importanti oħra. L-ERGEG bħalissa tinsab fi Brussell u wriet li qed taħdem b’effiċjenza. Brussell hija l-belt kapitali Ewropea li għandha l-aħjar kollegamenti mal-bliet kapitali l-oħra kollha ta’ l-UE.. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tip ta' azzjonijiet ta' l-Aġenzija |
Il-kompiti ta' l-Aġenzija |
L-Aġenzija tista': |
L-Aġenzija, biex twettaq il-għan kif definit fl-Artikolu 1, għandha: |
(a) toħroġ opinjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni; |
(a) (a) toħroġ opoinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, relatati mal-kwistjonijiet tekniċi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonament tajjeb tas-suq enerġetiku intern; |
(b) toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji; |
(b) toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji; |
(c) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni; |
(c) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, jew lill-Kummissjoni; |
(d) tieħu d-deċiżjonijiet individwali f'każijiet speċifiċi kif jissemma fl-Artikoli 7 u 8. |
(d) tieħu d-deċiżjonijiet f'każijiet speċifiċi imsemmija fl-Artikoli 6 sa 8d; |
|
(da) tipprovdi qafas li fih ikunu jistgħu jikkooperaw ir-regolaturi nazzjonali; |
|
(db) tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti tan-netwerks Ewropej ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni; |
|
(dc) tistabbilixxi termini u kundizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi għall-iżvilupp ta’ kodiċijiet u regoli abbozzati min-netwerks Ewropej ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u tapprova l-kodiċijiet u r-regoli sabiex ikun żgurat il-funzjonament effiċjenti u sikur tas-suq enerġetiku intern; |
|
(dd) tistabbilixxi metodoloġiji u tariffi għal mekkaniżmi ta’ kumpens bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni, imsejsa fuq evalwazzjoni ta' l-ispejjeż effettivi tagħhom; |
|
(de) tikkoordina l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet tagħhom fis-swieq reġjonali ta’ l-elettriċità u tal-gass; |
|
(df) flimkien mal-Kummissjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni interreġjonali fost is-swieq ta’ l-enerġija u tintegra s-swieq enerġetiċi reġjonali għal ġos-suq intern ta’ l-elettriċità; |
|
(dg) tapprova l-operaturi indipendenti tas-sistemi maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/54/KE. |
|
(dh) tintriga b’konsultazzjonijiet pubbliċi madwar l-UE kollha li għandhom x’jaqsmu mal-kwistjonijiet spjegati fil-punti (da) sa (dd). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprovdix qafas ta’ l-UE għall-koperazzjoni effettiva ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Aġenzija jrid ikollha setgħat reali, biex timmaniġġa b’mod effiċjenti l-kwistjonijiet transkonfinal. L-Aġenzija għandu jkollha rwol aktar qawwi meta l-abbozzi ta’ miżuri min-naħa ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni jinbdew, ikunu mmoniterjati u approvati biex ikun żgurat li dak kollu li hu importanti għall-interess pubbliku jkun imwettaq. L-Aġenzija għandu jkollha wkoll irwol ewlieni xi twettaq fl-implimentazzjoni tal-kodiċijiet ta’ l-Operaturi tan-Netwerks tat-Trasmissjoni u kif ikunu infurzati. B’mod ġenerali, l-Aġenzija trid tkun involuta fl-ispeċifikar ta’ l-ambitu u l-kontenut tal-kodiċijiet ta’ l-UE. Bil-għan li jkun evitat li tinħoloq sitwazzjoni regolatorja li tkun waħda diffiċli u konfuża ladarba s-swieq nazzjonali jintegraw għal ġos-swieq reġjonali, l-Aġenzija għandu jkollha bħala mandat li tikkoordina l-awtoritajiet nazzjonali relevanti fl-iggwidar, fl-istipular ta' regoli u fl-immoniterjar tas-swieq reġjonali. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenzija tista', fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati għall-iskop li ġiet stabbilita għalih. |
L-Aġenzija tista', fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjoni jew rakkomandazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati ma’ l-iskop li ġiet stabbilita għalih. |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ il-kooperazzjoni ta’ bejn l-Aġenzija u l-Parlament Ewropew. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Aġenzija tista' tagħti opinjoni lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kodiċijiet tekniċi jew tas-suq, dwar l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali u l-abbozz tal-pjan ta' investiment fuq firxa ta’ 10 snin. |
3. L-Aġenzija għandha tapprova l-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin tan-Netwerks Ewropej ta’ l-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Elettriċità u tal-Gass, imsemmi fl-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u fl-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, filwaqt li tiżgura n-non-diskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti u sikur tas-suq enerġetiku intern. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-Aġenzija. Huwa neċessarju li tiġi evitata l-awto-regolamentazzjoni fil-livell ta’ l-UE. Huwa dover ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali li tapprova l-pjanijiet ta’ investiment tat-TSOs. Għalhekk fil-livell ta’ l-UE, l-Aġenzija għandha tapprova l-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin madwar l-Ewropa kollha. L-investituri għandhom bżonn qafas regolatorju ċar u prevedibbli. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-pjanijiet ta’ investiment ta’ 10 snin għandu jkun fihom dispożizzjonijiet għat-tranżizzjoni għal miters u grilji intelliġenti fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmoniterjaw il-progress ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni lejn l-iżvilupp tal-miters u l-grilji intelliġenti. Għal dan il-għan, l-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu skeda ta’ żjieda gradwali li tkun tinkludi data ta’ skadenza għat-tlestija. |
|
L-Aġenzija għandha tiżgura li dawk is-sistemi ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni, inklużi l-miters u l-grilji intelliġenti, li jkunu implimentati, jkunu jaġevolaw l-iżvilupp tas-suq enerġetiku intern u li ma jdaħħlux xi barrieri tekniċi ġodda. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. L-Aġenzija għandha tabbozza u tadotta linji gwida li jistabbilixxu prinċipji li jkunu bażiċi, ċari u objettivi għall-armonizzazzjoni tar-regoli tan-netwerks, wara l-proċess imfisser fl-Artikolu 2e tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005. L-Aġenzija għandha tadotta l-abbozzi tal-kodiċijiet tan-netwerks li jkunu żviluppati min-netwerks Ewropej ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni, f'konformità mal-proċedura spjegata fl-Artikolu 2eb tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikolu 2ea tar-Regolament 1775/2005, u għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom. Fejn l-Aġenzija temmen li l-operaturi tas-sistemi ta’ ta’ trasmissjoni jkunu naqsu li jimplimenta kodiċi tan-netwerk, tista’ tagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2eb(6a) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew l-Artikolu 2ea(6a) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3c. L-Aġenzija għandha tikkoordina l-komunikazzjonijiet bejn l-UE u l-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni minn pajjiżi terzi. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni ġġustifikata lill-Kummissjoni jekk tqis li l-abbozz ta' programm ta' ħidma annwali, l-abbozz ta' pjan ta' investiment mifrux fuq 10 snin mogħtija lilha skond l-Artikoli 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikoli 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 ma jiżgurawx in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti tas-suq. |
4. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni opinjoni ġġustifikata kif jixraq jekk jagħti l-każ li jkun jidhrilha li l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan ta' investiment mifrux fuq 10 snin imressqa lilha skond l-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 ma jkunux jiżguraw in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti tas-suq. |
Ġustifikazzjoni | |
Din hija konformi ma’ l-Emenda 9 tar-rapporteur, li ssostni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu aktar involuti fl-attivitajiet ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni ġġustifikata lill-Kummissjoni, skond l-Artikoli 2e(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikoli 2e(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2003 fejn tqis li kodiċi tekniku jew tas-suq ma jiżgurax in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb tas-suq, fejn kodiċi tekniku jew tas-suq ma ġiex adottat f'perjodu ta' żmien raġonevoli jew fejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jonqsu milli jimplimentaw kodiċi tekniku jew tas-suq. |
5. Permezz tad-delegazzjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni u skond id-definizzjonijiet imfissra fl-Artikolu 2eb(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikolu 2ea(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, l-Aġenzija tista’ tieħu deċiżjonijiet ta’ sospensjoni u tipproponi li l-Kummissjoni timponi multi fejn ikun jidhrilha li abbozz ta’ kodiċi tekniku ma jkunx ġie adottat f'perjodu ta' żmien raġonevoli jew fejn l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni jonqsu milli jimplimentaw kodiċi tekniku. |
Ġustifikazzjoni | |
Tiddetermina l-bażi legali ta’ l-Aġenzija u s-setgħa li għandha li tissospendi jew li tipposponi fl-oqsma tal-leġiżlazzjoni, il-kompetizzjoni u l-liġi tas-suq intern. Is-setgħa li jkunu imponuti sanzjonijiet, madankollu, tibqa’ f’idejn il-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas ta’ bażi legali ċara. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-bini ta' kapaċitajiet transkonfinali ġodda, u tiżgura t-tħaffif ta' dan il-proċess fi ħdan il-limiti tal-kooperazzjoni reġjonali aktar mill-qrib. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-għan ta’ din l-emenda hu li jkun żgurat proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ malajr u effettiv għall-bini ta’ kapaċitajiet transkonfinali ġodda u li jkun evitat l-immajnar tal-proġetti ta’ investiment. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6b. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-kalkoli tal-kapaċità transkonfinali mill-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u l-użu (l-ammont f’daqqa) li fil-fatt isir tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn il-grilji, u għandha tirriżolvi wkoll problemi ta’ aċċess inġust, diskriminatorju jew mhux effiċjenti minn naħa għall-oħra tal- fruntieri nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 6 jeħtieġ li jkun imsaħħaħ biex ikun żgurat li l-Aġenzija jkollha setgħat reali biex tissorvelja l-kummerċ transkonfinali. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 6 - paragrafu 6 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6c. L-Aġenzija għandha tkun tista’ timponi sanzjonijiet effettivi jekk l-ostakoli għal kummerċ transkonfinali ma jitneħħewx. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 6 jeħtieġ li jkun imsaħħaħ biex ikun żgurat li L-Aġenzija jkollha setgħat reali biex tissorvelja l-kummerċ transkonfinali u tieħu azzjoni biex tneħħi kull ostakolu għal kummerċ. Kemm jekk tinħoloq l-ENTSO u kemm jekk le, l-ACER għandu jkollha setgħat diretti biex iġġiegħel lill-operaturi individwali tas-sistemi ta’ trasmissjoni biex ikunu konformi mad-deċiżjonijiet tagħha. Jekk tinħoloq l-ENTSO jkun essenzjali li s-setgħat u d-dmirijiet ta’ l-ACER jkun jeħtieġ li jkunu estiżi aktar biex jaqblu ma’ l-attivitajiet ta' l-ENTSO. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6d. L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa u d-dmir li tieħu deċiżjonijiet li jorbtu fuq il-kwistjonijiet kollha li jkunu jaffettwaw l-aċċess u l-użu tas-sistemi ta’ trasmissjoni konnessi bejniethom li jkunu jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed jekk ma jkunx intlaħaq ftehim konġunt mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 6 jeħtieġ li jkun imsaħħaħ biex ikun żgurat li l-Aġenzija jkollha setgħat reali biex tissorvelja l-kummerċ transkonfinali. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Aġenzija għandha tippromwovi kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u fost l-awtoritajiet regolatorji fil-livell reġjonali. Fejn tqis li jkunu meħtieġa regoli li jorbtu dwar tali kooperazzjoni, l-Aġenzija għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni. |
3. L-Aġenzija għandha tiżgura l- kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-livell Ewropew u reġjonali. Fejn tqis li jkunu meħtieġa regoli li jorbtu dwar tali kooperazzjoni, l-Aġenzija għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kelma ‘tippromwovi’ ma tiżgurax li l-għan li għalih għandha titwaqqaf l-Aġenzija, li, skond l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija hu ‘biex tikkoordina l-azzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali’, ikun jista’ jintlaħaq. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fuq talba ta' kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista' toħroġ opinjoni rigward il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005. |
4. Fuq talba ta' kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni rigward jekk deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja tkunx konformi mal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 u l-leġiżlazzjoni Komunitarja li tispjega l-politika enerġetika tal-Komunità. |
Ġustifikazzjoni | |
Testendi r-responsabbiltà demokratika ta’ l-Aġenzija biex tinkludi li l-Aġenzija tqis l-estensjonijiet possibbli tal-liġi ta’ l-UE rigward l-enerġija. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fejn fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla, l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tikkonformax ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija kif imsemmi fil-paragrafu (4), l-Aġenzija għanda tinforma lill-Kummissjoni. |
5. Fejn fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla, l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx konformi ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-Aġenzija għanda tinforma lill-Kummissjoni u lill-gvern ta’ l-Istat Membru kkonċernat. |
Ġustifikazzjoni | |
Minbarra l-Kummissjoni l-gvern ta’ dak l-Istat Membru relevanti għandu jkun mgħarraf wkoll. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib, f'każ speċifiku, diffikultajiet rigward l-applikazzjoni tal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, tista' titlob opinjoni mingħand l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha toħroġ l-opinjoni tagħha fi żmien erba' xhur, wara li tkun ikkonsultat mal-Kummissjoni. |
6. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib, f'każ speċifiku, diffikultajiet rigward l-applikazzjoni tal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, tista' titlob opinjoni mingħand l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha toħroġ l-opinjoni tagħha fi żmien xahrejn. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha l-għan li ssaħħaħ is-setgħa ta’ l-għoti ta’ pariri b’mod indipendenti li għandha l-Aġenzija u li jitqassru l-iskadenzi. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 7 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7b. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-iżviluppi li jsiru fis-swieq tal-gass u ta’ l-elettriċità, b’mod partikulari l-aċċess ta’ enerġiji rinnovabbli għall-grilja, billi jkun żgurat li jsiru standards ta’ referenza pożittivi tar-regoli nazzjonali dwar aċċess bħal dan u billi t-tali aċċess ikun iffaċilitat fi Stati Membri oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-għan ta’ din l-emenda hu li jkun żgurat li jkunu stabbiliti standards ta' referenza reali u pożittivi ta' l-aċċess ta' l-enerġiji rinnovabbli skond il-prattika nazzjonali u skond il-pekuljaretajiet nazzjonali, u li jkun iffaċilitat it-tixrid ta’ dawn il-prattiki pożittivi fi Stati Membri oħra, ukoll. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk l-Aġenzija tonqos milli tadotta deċiżjoni fir-rigward ta' applikazzjoni għal għotja ta' eżenzjoni skond dan il-paragrafu fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba ta’ l-applikant, il-Kummissjoni għandha tieħu t-tali deċiżjoni minn flokha. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiġi evitata l-paralisi istituzzjonali fi ħdan l-Aġenzija, qed jiddaħħal mekkaniżmu f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni biex id-deċiżjoni finali tgħaddi f’idejn il-Kummissjoni Ewropea f’każ ta’ dewmien serjament twil, min-naħa ta’ l-Aġenzija, biex tieħu deċiżjonijiet dwar eżenzjonijiet. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Aġenzija għandha tippromwovi sforzi biex tagħti sura prattika lil-linji gwida dwar in-netwerks ta’ l-enerġija transEwropej kif hemm stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għan-netwerks ta’ l-enerġija transEwropej1. |
|
B’mod partikulari, l-Aġenzija għandha tqis dawk il-linji gwida meta tkun tapprova pjanijiet ta’ investiment ta’ 10 snin skond l-Artikolu 6(3). _______________________ 1ĠU l 262, 22.9.2006, p. 1. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. L-Aġenzija, fuq talba tal-Kummissjoni, għandha tassumi kompiti addizzjonali speċifiċi li huma marbuta ma’ l-għan tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob lill-Aġenzija li twettaq kull kompitu speċifiku addizzjonali fl-ambitu ġenerali tal-qasam tal-ħidma tagħha li jista’ jitqies li jkun jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-objettivi tal-qafas regolatrju tal-Komunità għall-koperazzjoni tar-regolaturi ta’ l-enerġija. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 8 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8a |
|
Il-ħżin ta’ l-enerġija u l-immaniġġjar tal-kriżijiet |
|
1. Meta tippubblika r-rapport annwali tagħha, l-Aġenzija għandha tidentifika l-ħtiġijiet ta’ ħżin li jkollha l-UE, kemm mil-lat ċikliku u kemm mil-lat ta' sigurtà, u għandha toħroġ dettalji ta' linji gwida marbuta ma' l-investiment fl-infrastruttura tal-produzzjoni u t-trasmissjoni. |
|
2. L-Aġenzija għandha tikkoordina l-mekkaniżmi nazzjonali ta’ l-immaniġġjar tal-kriżijiet ta’ l-enerġija fil-livell Komunitarju. |
|
3. L-Aġenzija għandha tikkoordina l-komunikazzjonijiet bejn l-UE u l-operaturi minn pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Tikkumplementa l-emenda 18 tar-rapporteur. | |
L-Aġenzija trid twettaq l-irwol ta’ monitur kemm tas-suq Ewropew ta’ l-enerġija u kemm tal-politika enerġetika Ewropea. | |
Il-koordinazzjoni u l-iskambji ta’ l-immaniġġjar tal-kriżijiet ma’ pajjiżi terzi huma essenzjali wkoll biex tittejjeb l-operazzjoni tas-swieq. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 8 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8b |
|
Konsultazzjoni u Trasparenza
|
|
1. Qabel ma tadotta xi miżura, l-Aġenzija għandha tikkonsulta formalment lill-parteċipanti tas-suq, lill-konsumaturi u lill-utenti b’mod miftuħ u trasparenti, b’mod partikolari rigward il-kompiti tagħha vis-à-vis t-trażmissjoni ta’ l-operaturi tas-sistemi. |
|
L-Aġenzija għandha, meta jkun xieraq, tagħti lill-partijiet interessati opportunità raġonevoli biex tikkummenta fuq il-miżura proposta u għandha tippubblika r-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni. |
|
2. L-Aġenzija għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b’livell għoli ta’ trasparenza. |
|
3. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-pubbliku u l-partijiet kollha interessati jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment, b’mod partikolari rigward ir-riżultati tal-ħidma tagħha, fejn ikun xieraq. |
|
4. L-Aġenzija għandha tistipula fir-regoli tal-proċedura interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli tat-trasparenza li sar riferiment għalihom fil-paragrafi 2 u 3. |
|
5. L-Aġenzija għandha tippubblika fil-websajt tagħha, għall-inqas l-aġenda, id-dokumenti preparatorji u l-minuti tal-laqgħat tal-Bord Amministrattiv, tal-Bord tar-regolaturi u tal-Bord ta’ l-Appell. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 8 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8c |
|
Monitoraġġ u rappurtaġġ dwar is-settur ta’ l-enerġija |
|
1. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-iżviluppi fis-swieq tal-gass u ta’ l-enerġija elettrika, u b’mod partikolari l-prezzijiet bl-imnut tal-gass u ta’ l-enerġija elettrika u l-osservanza tad-drittijiet tal-konsumatur imniżżla fid-Direttiva 2003/55/KE u d-Direttiva 2003/54/KE. |
|
2. L-Aġenzija għandha tippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-swieq tal-gass u ta’ l-enerġija elettrika, inklużi kwistjonijiet relatati mal-konsumaturi, fejn għandha tidentifika l-ostakoli li baqa’ għall-ikkompletar tas-suq intern ta’ l-enerġija elettrika u l-gass. |
|
3. Meta tippubblika r-rapport annwali tagħha, l-Aġenzija tista’ tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, opinjoni dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu biex jitneħħew l-ostakoli li saret referenza għalihom fil-paragrafu 2. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija se jkollha rwol li tipprovdi rapport annwali dwar l-iżvilupp tas-suq ta’ l-enerġija elettrika u tal-gass, bil-kapaċità li toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex titjieb il-liberalizzazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 8 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8d |
|
Superviżjoni, infurzar u penali |
|
1. L-Aġenzija, b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tista’ timponi penali finanzjarji fuq l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li ma jonorawx l-obbligi rispettivi tagħhom skond l-Artikolu 7 jew li jonqsu milli jipprovdu informazzjoni mitluba mill-Aġenzija biex twettaq il-kompiti tagħha. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. |
|
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’koperazzjoni ma’ l-Aġenzija għandhom ikunu responsabbli għall-verifika tal-konformità ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni bl-obbligi rikjesti mid-dispożizzjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament. |
|
3. Meta l-penali jkunu imposti skond dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tippubblika l-ismijiet ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni involuti u l-ammonti u r-raġunijiet għall-penali finanzjarji imposti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tiddisponi mekkaniżmi effettivi ta’ infurzar li jippermettulha li twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod effettiv. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija, imsemmija fl-Artikolu 14(8), u għandu jibagħtu l-aktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Dan ir-rapport għandu jkun fih sezzjoni indipendenti, approvata mill-Bord tar-Regolaturi, dwar l-attivitajiet regolatorji ta' l-Aġenzija matul is-sena kkonċernata. |
10. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija, imsemmija fl-Artikolu 14(8), u fir-rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-swieq tal-gass u ta’ l-elettriku msemmija fl-Artikolu 8c(2). L-Aġenzija għandħa tibgħat ir-rapporti annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat għar-Reġjuni u lill-Qorti ta' l-Awdituri mhux iktar tard mill-15 ta’ April. Dan ir-rapport għandu jkun fih sezzjoni indipendenti, approvata mill-Bord tar-Regolaturi, dwar l-attivitajiet regolatorji ta' l-Aġenzija matul is-sena kkonċernata. Il-ħames istituzzjonijiet ta’ l-UE għandhom jagħtu jew jirrifjutaw approvazzjoni ta’ l-implimentazzjoni mill-Aġenzija tal-politiki ta’ l-UE dwar l-enerġija, is-suq intern ta’ l-enerġija u l-kompetizzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 10(4). |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha bżonn tidentifika minbarra r-responsabilitajiet amministrattivi diretti u regolatorji, l-iżviluppi ewlenin u l-ostakoli fis-swieq tal-gass u l-elettriku. L-aspetti tal-konsumatur għandhom ikunu riflessi b’mod xieraq f’dan ir-rapport. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn tnax-il membru. Sitta għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, u sitta mill-Kunsill. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ta' ħames snin, u jista' jiġġedded darba. |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn sitt membri. Tnejn għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, tnejn mill-Kunsill u tnejn mill-Parlament Ewropew. L-ebda membru tal-Bord Amministrattiv ma għandu jkun ukoll Membru tal-Parlament Ewropew. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ta' ħames snin, u jista' jiġġedded darba. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur ta' l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord ta' l-Amministrazzjoni ma jiddeċidix mod ieħor. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa' talanqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa' wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta' għall-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur. Il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija. |
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Iċ-Chairperson tal-Bord tar-regolaturi jew in-nominat tiegħu/tagħha minn dak il-Bord u d-Direttur ta' l-Aġenzija għandhom jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvutaw. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa' talanqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa' wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta' għall-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur. Il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Bord tar-Regolaturi se jkun affettwat materjalment mid-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni u għalhekk iċ-Chairperson tal-Bord tar-Regolaturi jew in-nominat tiegħu/tagħha minn dak il-Bord għandhom jattendu l-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni bħala osservatur. | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti. |
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti, sakemm dan ir-Regolament jew l-istatut ta’ l-Aġenzija ma jistipulawx mod ieħor. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu l-għan li jsaħħaħ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-Membri tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandhom jieħdu azzjonijiet indipendenti fl-interess pubbliku. Għal dak l-iskop, kull sena huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub ta’ l-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub ta' l-interessi u jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista’ jkun meqjus bħala preġudizzjarju għall-indipendenza tagħhom jew kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jkun meqjus preġudizzjarju għall-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 5 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5b. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod indipendenti, oġġettiv u fl-interess pubbliku mingħajr ma titlob jew taċċetta l-ebda istruzzjoni minn gvernijiet nazzjonali jew reġjonali. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 5 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5c. L-ebda membru tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni ma għandu jkun ukoll Membru tal-Bord tar-Regolaturi.. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 5 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5d. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni jista’ jitneħħa mill-kariga wara talba tal-Kummissjoni u b’deċiżjoni meħuda mill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew għandu jieħu din id-deċiżjoni b’maġġoranza assoluta tal-voti. |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi minn emenda 12 | |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi, għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 13(2). |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, bil-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi, għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 13(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm irwol formali, ċar u definit tal-Bord tar-Regolaturi fil-ħatra tad-Direttur minħabba li d-Direttur imexxi l-Aġenzija u jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jaħtar il-membri tal-Bord tar-Regolaturi skond l-Artikolu 11(1). |
Imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tkun żgurata l-indipendenza ta’ l-Aġenzija, il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni m’għandux ikun responsabbli għall-ħatra tal-membri tal-Bord tar-Regolaturi. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, u wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni u kiseb l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, bi qbil ma' l-Artikolu 12(3), il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara, u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewopew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali. |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, u wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni u kiseb l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, bi qbil ma' l-Artikolu 12(3), il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara, u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewopew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jkun ippubblikat. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur. |
7. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu, b’konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolaturi jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm irwol formali, ċar u definit tal-Bord tar-Regolaturi fil-ħatra tad-Direttur minħabba li d-Direttur imexxi l-Aġenzija u jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 10 - paragrafu 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden kwalunkwe membru jew membri tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tagħha u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta’ dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jkun jista’ jagħmel skrutinju fuq il-prestazzjoni u l-iffunzjonar ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 10 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Rapporti tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni |
|
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni biex iressaq rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed, għal kull Stat Membru mill-awtoritajiet regolatorji, kif imsemmi fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24(a) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll rappreżentant tal-Kummissjoni li ma jkollux id-dritt tal-vot. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaħtru membru supplenti għal kull Stat Membru. |
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed, għal kull Stat Membru mill-Kapijiet awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew tar-rappreżentanti tagħhom skond fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24(a) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll rappreżentant tal-Kummissjoni li ma jkollux id-dritt tal-vot. Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru biss mill-awtorità regolatorja nazzjonali jista’ jidħol fil-Bord tar-Regolaturi. Kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun responsabbli għan-nomina ta' persuna alternattiva mill-istaff kurrenti ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi fuq maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu. Kull membru jew supplenti għandu jkollu vot wieħed. |
3. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi fuq maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti tiegħu. Kull membru jew supplenti għandu jkollu vot wieħed. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu. |
4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura jistipulaw f'aktar dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, partikolarment il-kundizzjonijiet li skondhom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, kif ukoll, fejn xieraq, ir-regoli rigward il-kworum. Ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jistipulaw metodi ta’ ħidma speċifiċi sabiex ikunu kkunsidrati miżuri li jinħolqu fil-kuntest ta’ inizjattivi ta’ koperazzjoni reġjonali. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu liċ-Chairperson tal-Bord tar-Regolaturi biex iressaq rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun responsabbli għall-Kunsill u l-Parlament. | |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi opinjoni lid-Direttur qabel l-adozzjoni ta' l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, u 8. Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi, fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, għandu jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. |
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi l-kunsens tiegħu lid-Direttur qabel l-adozzjoni ta' l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, u 8, 8a, 8b u 8c skond l-Artikolu 14(3). Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi, fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, għandu jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Id-Direttur għandu jwettaq il-kompitu tiegħu/tagħha skond id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi, li għandu jkun l-uniku entità ta’ l-Aġenzija li tieħu deċiżjonijiet rigward ir-regolamentazzjoni tas-suq ta’ l-enerġija. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħti opinjoni dwar il-kandidat li se jinħatar bħala Direttur skond l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13(2). Il-Bord għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu. |
2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-kandidat li se jinħatar bħala Direttur skond l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13(2). Il-Bord għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm irwol formali, ċar u definit tal-Bord tar-Regolaturi fil-ħatra tad-Direttur minħabba li d-Direttur imexxi l-Aġenzija u jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 12 - paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden kwalunkwe membru jew membri tal-Bord tar-Regolaturi biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta’ dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi minn emenda 16 | |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi b'mod indipendenti fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu. Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjonjiet, la minn kwalunkwe gvern u lanqas minn kwalunkwe entità oħra. |
1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi skond id-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tar-Regolaturi. Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjonjiet, la minn kwalunkwe gvern u lanqas minn kwalunkwe entità oħra. |
2. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħu, minn lista ta' talanqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret sejħa għal espressjoni ta' interess. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. |
2. 2. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni bil-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħu rilevanti għas-settur ta’ l-enerġija, minn lista ta' mhux inqas minn żewġ kandidati proposti mill-Bord tar-Regolaturi, u wara li tkun saret sejħa għal espressjoni ta' interess. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu u għandu jkun suġġett għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. |
3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' ħames snin. Matul id-disa' xhur qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni l-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari: |
3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' ħames snin. Matul id-disa' xhur qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, l-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari: |
(a) il-prestazzjoni tad-Direttur; |
(a) il-prestazzjoni tad-Direttur; kif ukoll |
(b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija fis-snin li jkunu ġejjin. |
(b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija fis-snin li jkunu ġejjin. |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, u filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u f'dawk il-każijiet biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Aġenzija jista' jestendi l-mandat tad-Direttur darba għal mhux iktar minn tliet snin. |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta u kkunsidra b’mod sħiħ l-opinjoni tal-Bord tar-Regolaturi, u filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u f'dawk il-każijiet biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Aġenzija jista' jestendi l-mandat tad-Direttur darba għal mhux iktar minn tliet snin. |
5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb għal mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. |
5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb għal mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Estensjoni bħal din tal-mandat tad-Direttur għandha tkun suġġetta għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. |
6. Jekk il-mandat tiegħu/tagħha ma jiġix estiż, id-Direttur għandu/għandha jibqa’/tibqa' fil-kariga sal-ħatra tas-suċċessur tiegħu/tagħha. |
6. Jekk il-mandat tiegħu/tagħha ma jiġix estiż, id-Direttur għandu/għandha jibqa’/tibqa' fil-kariga sal-ħatra tas-suċċessur tiegħu/tagħha. |
7. Id-Direttur jista' jitneħħa mill-karigu tiegħu biss permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu. |
7. Id-Direttur jista' jitneħħa mill-karigu tiegħu biss permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, bil-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu. |
8. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu d-Direttur iressaq rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu. |
8. Minbarra r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 10(10), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu d-Direttur iressaq rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-Direttur jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, u 8, soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi. |
3. Id-Direttur għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, 8, 8a, 8b u 8c soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Direttur għandu jkun obbligat jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-iktar importanti, id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi, sabiex fil-prattika jidħlu fis-seħħ. | |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 14 - paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lid-Direttur biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tagħha u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta’ dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi minn emenda 17 | |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Kull sena d-Direttur għandu jħejji l-abbozz tal-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara, u qabel it-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena għandu jgħaddih lill-Bord tar-Regolaturi u lill-Kummissjoni. |
6. Kull sena d-Direttur għandu jħejji l-abbozz tal-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara, u qabel it-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena għandu jgħaddih lill-Bord tar-Regolaturi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jkun hemm kontroll demokratiku fuq il-programm ta’ ħidma ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Wara sejħa għal espressjoni ta' interess, il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jinħatru mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. |
2. Wara sejħa pubblika għal espressjoni ta' interess, il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jinħatru mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Qabel jinħatru, il-kandidati magħżula mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu l-mistoqsijiet li jagħmlulhom il-membri ta’ dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Jista’ jkun hemm premessa li tgħid li fl-interess tal-kontinwità, il-ħatra u t-tiġdid tal-Membri tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jippermettu s-sostituzzjoni parzjali tal-Bord. | |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 15 - paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden kwalunkwe membru jew membri tal-Bord ta’ l-Appell biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta’ dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Issegwi minn emenda 17 | |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti speċifikament minn: |
1. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti speċifikament minn: |
(a) sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (Sezzjoni tal-Kummissjoni); |
(a) sussidju mill-Komunità, imdaħħal taħt l-intestatura xierqa tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (Sezzjoni tal-Kummissjoni), kif deċiż mill-awtorità baġitarja, skond il-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006; |
(b) it-tariffi mogħtija lill-Aġenzija skond l-Artikolu 19; |
(b) it-tariffi mogħtija lill-Aġenzija skond l-Artikolu 19; |
(c) kwalunkwe kontribut volontarju mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji tagħhom; |
(c) kontribuzzjoni finanzjarja minn kull awtorità regolatorja nazzjonali, minn kull Stat Membru; |
|
(ca) kwalunkwe metodi alternattivi proposti, speċjalment permezz ta’ tariffa fuq il-flussi ta’ l-elettriku u l-gass; kif ukoll |
(d) kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja, kif jissemma fl-Artikolu 10(6). |
(d) kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja, kif jissemma fl-Artikolu 10(6). |
|
Il-Bord jew ir-Regolaturi għandhom jiftiemu sa [...]*il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir minn kull Stat Membru skond l-Artikolu 18(1)(c). |
|
* 12 –il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Tariffi huma dovuti lill-Aġenzija għal talbiet għal deċiżjoni ta' eżenzjoni skond l-Artikolu 8(1). |
1. Tariffi huma dovuti lill-Aġenzija għal talbiet għal deċiżjoni ta' eżenzjoni skond l-Artikolu 8(1) jew għal parir speċifiku jew speċjali, rakkomandazzjonijiet, deċiżjonijiet jew kompiti ta’ monitoraġġ għall-operaturi tas-sistema Ewropea tat-trażmissjoni tan-netwerks. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiżdied l-awtonomija finanzjarja ta’ l-Aġenzija u minħabba l-probema tat-tnaqqis fil-baġi ta’ l-UE, huwa ssuġġerit li jkunu estisi d-dispożizzjonijiet biex jinstab finanzjament mis-suq. | |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar ta' kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz preliminari tal-baġit li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta' ħidma mistennija għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jibgħat dan l-abbozz preliminari lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni flimkien ma' lista tal-karigi proviżorji. Kull sena, il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jagħmel stima tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, abbażi ta' l-abbozz imħejji mid-Direttur. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tintbagħat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu. Qabel ma tiġi adottata l-istima, l-abbozz imħejji mid-Direttur għandu jintbagħat lill-Bord tar-Regolaturi, li jista' joħroġ opinjoni dwar l-abbozz. |
1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar ta' kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz preliminari tal-baġit li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta' ħidma mistennija għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jibgħat dan l-abbozz preliminari lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni flimkien ma' lista tal-karigi proviżorji. Kull sena, il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jagħmel stima tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, abbażi ta' l-abbozz imħejji mid-Direttur. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tintbagħat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu. Qabel ma tiġi adottata l-istima, l-abbozz imħejji mid-Direttur għandu jintbagħat lill-Bord tar-Regolaturi, li jista' joħroġ opinjoni ġustifikata dwar l-abbozz. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Direttur għandu rwol regolatorju importanti. Fid-dawl ta’ dan, u biex tkun żgurata l-indipendenza regolatorja tiegħu, huwa jew hija għandu l-ewwel jirċievi opinjoni ġġustifikata b’mod sħiħ mill-Bord tar-Regolaturi. | |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista’ jadotta dispożizzjonijiet oħra sabiex esperti nazzjonali minn Stati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati billi jiġu ssekondati ma' l-Aġenzija. |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista’ jadotta dispożizzjonijiet oħra sabiex esperti nazzjonali minn Stati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati billi jiġu ssekondati ma' l-Aġenzija f’każijiet eċċezzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Reklutaġġ eċċessiv ta’ staff billi jiġi ssekondat minn awtoritajiet nazzjonali u regolaturi se jnaqqas l-indipendenza ta’ l-Aġenzija u għandu jsir meta ma jkun hemm l-ebda għażla oħra u f’każijiet eċċezzjonali. | |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba mill-Aġenzija u l-metodi ta' ħidma tagħha, b'rabta ma' l-għan, il-mandat u l-kompiti tagħha, kif iddefiniti f'dan ir-Regolament u fil-programmi annwali ta' ħidma tagħha. |
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba mill-Aġenzija u l-metodi ta' ħidma tagħha, b'rabta ma' l-għan, il-mandat u l-kompiti tagħha, kif iddefiniti f'dan ir-Regolament u fil-programmi annwali ta' ħidma tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni estensiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Tispeċifika l-metodu ta’ evalwazzjoni u l-utilità tagħha meta jitfasslu l-programmi ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-ewwel rapport ta' evalwazzjoni għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn erba' snin wara li l-ewwel Direttur ikun ħa l-karigi tiegħu. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni talanqas kull ħames snin. |
2. L-ewwel rapport ta' evalwazzjoni għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn tliet snin wara li l-ewwel Direttur ikun ħa l-karigi tiegħu. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni talanqas kull tliet snin. |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Matul id-dibattitu dwar dan ir-Regolament, ir-rapporteur ikkonvinċa ruħu iżjed dwar il-bżonn li hemm li wieħed iħares ’l bogħod iżjed mill-proposti tal-Kummissjoni għal Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija, u li tinħoloq Aġenzija b’iżjed indipendenza u li jkollha iżjed setgħat għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
Ir-rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li, f’każ li dan kollu jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-iżvilupp ta’ suq integrat kompetittiv ta’ l-enerġija għall-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija ser ikollha bżonn iżjed setgħat, indipendentement mill-Kummissjoni, sabiex tieħu f’idejha sitwazzjonijiet trans-konfinali u twettaq koperazzjoni effettiva bejn it-TSOs (l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni) u r-regolaturi nazzjonali ta’ l-enerġija.
Għalhekk, l-emendi proposti f’dan l-abbozz tar-rapport jissuġġerixxu li l-Aġenzija jkollha setgħat sinifikanti ġodda għat-teħid ta’ deċiżjonijiet – b’mod partikolari rigward l-iżvilupp ta’ kodiċi tekniċi u pjanijiet ta’ investiment ta’ l-ENTSOs – u jkollha indipendenza regolatorja u finanzjarja ikbar.
Madankollu, flimkien ma’ ammont ikbar ta’ setgħa u indipendenza għandu jkun hemm ukoll ammont ikbar ta’ responsabiltà – kemm lejn il-Parlament kif ukoll lejn il-partijiet interessati. Għalhekk, sabiex jibbilanċja dawn is-setgħat il-ġodda, ir-rapporteur jipproponi li jkun hemm żieda konsiderevoli tal-bżonn li l-Aġenzija toffri konsulti lill-Parlament, u żieda fit-trasparenza u r-responsabiltà tagħha lejn dan ta’ l-aħħar.
Wieħed għandu jżomm f’moħħu l-ħin kollu li t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għandu jiġi ttrattat bħala ħaġa kompluta – bl-Aġenzija bħala element importanti b’karattru orizzontali. L-irwol, is-setgħat u d-dmirijiet li l-Parlament jadotta għall-Aġenzija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti ma’ l-abbozzi tad-Direttivi u Regolamenti tal-pakkett – b’mod partikolari ladarba huma marbutin mas-setgħat u r-responsabiltajiet ta’ l-ENTSOs.
Kwistjonijiet Legali: Bilanċ Istituzzjonali u Setgħat ta’ l-Aġenzija
Il-Parlament Ewropew jifhem l-importanza tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali li l-Kummissjoni Ewropea, permezz tat-Trattat, għandha l-obbligu li tiddefendi.
Permezz ta’ dan l-abbozz tar-rapport, ir-rapporteur kien konxju tal-prinċipji legali importanti ppreżentati fil-ġurisprudenza mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ Meroni ta’ l-1958 (u f’każijiet oħra):
· li l-awtorità deleganti ma tistax tikkonferixxi lil xi korp ieħor setgħat differenti minn dawk li għandu d-delegatur skond it-Trattat, u li ma jkunux soġġetti għall-istess dmirijiet; kif ukoll
· li huwa impossibbli li jiġu delegati setgħat li jinvolvu elementi qawwija ta’ diskrezzjoni bejn ħafna għanijiet u xogħlijiet differenti, biex b’hekk wieħed jitbiegħed mir-responsabiltajiet u mill-kontroll politiku.
Fuq din il-bażi, il-maġġoranza ta’ l-Aġenziji Ewropej eżistenti ġew mogħtija tagħrif u dmirijiet ta’ koordinazzjoni, fejn l-abiltà li jeżerċitaw is-setgħat għat-teħid ta’ deċiżjonijiet (b’impatti ġuridikament vinkolanti fuq terzi persuni) tkun ristretta biss għall-każijiet individwali.
Iżda kull Aġenzija għandha l-mod individwali tagħha ta’ kif tkun imqassma istituzzjonalment, u l-awtorità tagħhom għandha tiġi żviluppata, l-ewwel u qabel kollox, billi jżommu f’moħħhom il-bżonnijiet tas-setturi speċifiċi li jkunu ser jaħdmu fihom. Dan huwa l-approċċ li għandna nieħdu meta nkunu qegħdin naħdmu fuq il-ħolqien ta’ din l-Aġenzija l-ġdida għas-settur ta’ l-enerġija.
Kollox ma’ kollox, ir-rapporteur jemmen li l-qalba tal-prinċipji Meroni m’humiex affettwati min-naturi ta’ l-emendi proposti minnu.
L-idea li l-Aġenzija ser ikollha marġni wiesgħa ta’ setgħa ta’ diskrezzjoni minħabba l-proposti ppreżentati f’dan ir-rapport, hija waħda kwestjonabbli. Is-sitwazzjoni hija kompletament differenti minn dik diskussa fil-każ Meroni, fejn l-awtorità deleganti għandha tqis “tmien objettivi differenti”. L-Aġenzija ser tieħu deċiżjonijiet li jeħtieġu evalwazzjonijiet tekniċi ħafna; m’hijiex ser teżerċita t-tip ta’ diskrezzjoni li tinħtieġ għall-għażla bejn ħafna interessi pubbliċi differenti u li ma jaqblux bejniethom.
Fil-fatt, il-funzjonijiet fdati f’idejn l-Aġenzija skond l-Artikolu 4 wara li ġie emendat, ma jinvolvux setgħat regolatorji ġenerali u lanqas libertà ġenerali ta’ evalwazzjoni li flimkien ma’ l-iżvilupp tal-'politika ta’ l-enerġija', jistgħu jkunu ndaqs kompletament (jew anki parzjalment). F’dawn il-proposti għall-emendi, il-possibiltà li jiġu adottati deċiżjonijiet li jorbtu hija llimitata għal deċiżjonijiet individwali jew regoli li jikkonċernaw strettament kwistjonijiet tekniċi meħtieġa sabiex jiġi assigurat funzjonament effiċjenti u sikur tas-suq intern ta’ l-enerġija.
L-emendi għall-Artikolu 6, paragrafu 3, juru dan l-approċċ: l-Aġenzija hija awtorizzata biss li tapprova kodiċi (mħejjija mill-ENTSO) li jirrelataw ma’ l-operazzjoni teknika tan-netwerk. Min-naħa l-oħra, hija tagħti biss pariri lill-Kummissjoni dwar kodiċi li jirrelataw b’mod partikolari mar-regoli tal-kompetizzjoni u tas-suq. Filwaqt li l-approvazzjoni ta’ kodiċi purament tekniċi hija kompitu purament tekniku u xieraq għall-Aġenzija; il-Kummissjoni ġustament tieħu r-responsabilità għall-kodiċi tas-Suq, minħabba li l-kodiċi huwa relatat mal-politika tal-kompetizzjoni.
Għalhekk, il-prinċipji stabbiliti fil-każ Meroni għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest, u mhux jiġu implimentati b’mod simplistiku u konservattiv iżżejjed. Fil-każ ta’ l- Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija (li ssib il-bażi legali tagħha fl-Artikolu 95 tat-Trattat KE) dawn jeħtieġu evalwazzjoni mill-ġdid u li għandha ssir iżjed bir-reqqa.
Governanza u Struttura ta’ l-Aġenzija
Il-kambjamenti proposti għall-istruttura u l-funzjonament ta’ l-Aġenzija huma maħsuba sabiex jiżguraw l-iżjed bilanċ effettiv bejn il-bżonnijiet għal indipendenza regolatorja fuq in-naħa l-waħda, u kontroll politiku adegwat fuq in-naħa l-oħra. Prinċipju importanti għar-rapporteur huwa li l-indipendenza ta’ Aġenzija hija kritika mhux biss minħabba l-effiċjenza tagħha iżda wkoll minħabba fil-kredibiltà tagħha.
Bħala riżultat ta’ dan kollu, l-emendi proposti mir-rapporteur jintroduċu l-bidliet prinċipali li ġejjin:
· Irwol iżjed b’saħħtu għall-Bord tar-Regolaturi u għall-Parlament meta jinħatar Direttur. Id-Direttur xorta jibqa’ jinħatar mill-Bord Amministrattiv, iżda fuq il-bażi ta’ lista ta’ 2 ismijiet, ta’ l-inqas, nominati mill-Bord tar-Regolaturi, minflok mill-Kummissjoni.
· Bord Amministrattiv li jkun iżjed effiċjenti u iżjed trasparenti. Is-sħubija ssir iżjed effiċjenti b’mod konsiderevoli, b’5 membri b’kollox - 2 membri nominati mill-Kummissjoni u 2 oħra mill-Kunsill; iżda wkoll rappreżentant nominat mill-Parlament Ewropew, sabiex jassigura li l-opinjonijiet tal-leġiżlaturi jiġu riflessi. Il-membri jkunu mistennija li jaħdmu b’mod indipendenti u li jagħmlu dikjarazzjoni ta’ l-impenji u l-interessi li jistgħu jkunu ta’ xkiel għal din l-indipendenza.
· Skadenza ta’ żmien tiġi introdotta sabiex wieħed jassigura li ma jkunx hemm dewmien fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Aġenzija. L-Aġenzija tkun mistennija tieħu deċiżjonijiet f’perijodu determinat ta’ żmien – huma ssuġġeriti tliet xhur. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni matul dan il-perijodu, id-deċiżjoni taqa’ f’idejn il-Kummissjoni. Dan jevita paraliżi istituzzjonali u inċertezza għas-suq. Dan jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b’mekkaniżmu adegwat għal superviżjoni u kontroll.
· Żieda fl-indipendenza finanzjarja għall-Aġenzija. Hemm skop ulterjuri għall-Aġenzija li ġġib il-finanzi mis-suq (bħala ‘ħlas’ tas-servizzi mogħtija/deċiżjonijiet mittieħda) u mingħand ir-regolaturi nazzjonali.
Ġeneralment, dawn il-proposti jsaħħu l-indipendenza regolatorja ta’ l-Aġenzija, filwaqt li jassiguraw responsabiltà politika effettiva. B’mod partikolari, ir-responsabiltà ta’ l-Aġenzija lejn il-Parlament tissaħħaħ.
Konsultazzjoni, Monitoraġġ u Rapportar
L-aħjar mod ta’ kif tingħata setgħa vinkolanti lill-Aġenzija (b’pass li jkompli jsaħħaħ il-kompatibiltà tagħha mal-prinċipji ta’ Meroni) huwa li jinbena qafas legali adegwat li jiggarantixxi li l-partijiet ikkonċernati kollha jiġu kkonsultati; jistabbilixxi b’mod ċar id-dmir ta’ trasparenza ta’ l-Aġenzija; u, b’mod partikolari, jestendi r-responsabiltà (permezz ta’ għoti ta’ tagħrif u rapportar) ta’ l-Aġenzija lejn il-Parlament Ewropew.
Għal dan il-għan, l-Artikoli proposti l-ġodda 8b (ġdid) u 8c (ġdid) għandhom jinkludu fir-regolament propost bżonnijiet preċiżi għall-ACER:
· li jwettaq konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha konċernati b’kull mezz li jsir skond ir-Regolament;
· li jassigura livell għoli ta’ trasparenza, u li jipprovdi aċċess faċli għat-tagħrif, permezz ta’ arranġamenti ċari li jinstabu fir-Regoli ta’ Proċedura; kif ukoll
· li josserva żviluppi fis-swieq tal-gass u ta’ l-elettriku – b’mod partikolari kwistjonijiet ta’ konsumaturi – u jipproduċi rapport annwali għall-Parlament u l-Kummissjoni, fejn (fejn hemm bżonn) jiġu ppreżentati proposti għall-azzjoni sabiex jitjieb il-ftuħ tas-swieq.
Konklużjoni
L-għan tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija huwa li bil-mod il-mod is-suq ta’ l-enerġija, li sa għaxar snin ilu kien ibbażat fuq sistema ta’ monopolju, jimxi minn stadju ta’ liberalizzazzjoni għal stadju fejn il-kompetizzjoni tkun ġenwina u sostenibbli.
Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-relazzjoni bejn il-proċessi regolatorji u l-iżvilupp tas-suq għandhom ikunu rregolati permezz ta’ approċċ li huwa:
· ikkonċentrat fuq l-istat futur tas-suq (jiġifieri approċċ li dejjem iħares ’il quddiem) fejn il-kondizzjonijiet ser ikunu iżjed kompetittivi u diversifikati; kif ukoll
· iffukat fuq l-implimentazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni, sabiex inaqqas kemm jista’ jkun ir-regoli ex-ante applikati skond il-każ.
Dawn l-għanijiet jistgħu jseħħu fuq livell Ewropew, filwaqt li l-qafas kompetittiv u r-regoli ex-ante jiġu armonizzati. Dan ifisser li r-regolamentazzjoni tas-settur ta’ l-enerġija tibda tonqos progressivament, sakemm ir-regoli li jiġu applikati jkunu r-regoli ta’ kompetizzjoni. Tajjeb li wieħed jissottolinea li sakemm ma jintlaħaqx ambjent effiċjenti u kompetittiv, ir-regolamentazzjoni speċifika għal settur jibqa’ jkollha rwol importanti.
Iżda s-settur ta’ l-enerġija jaqa’ biss taħt sistema bbażata primarjament fuq regoli ta’ kompetizzjoni meta jiġi stabbilit li l-industrija ma tkunx għadha monopolju naturali u tkun saret industrija "normali".
Il-futur tas-suq ta’ l-enerġija fl-Ewropa u l-iżvilupp tiegħu wara l-implimentazzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għalhekk ser ikollu bżonn irwol importanti li ser ikun ta’ l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija. Din hija r-raġuni għala s-setgħa u l-indipendenza ta’ l-Aġenzija għandhom jissaħħu u jiżdiedu aktar minn kif propost mill-Kummissjoni.
OPINJONI GĦALL-BAĠITS (7.5.2008)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija
(COM(2007)0530 – C6‑0318/2007 – 2007/0197(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Proposta tal-Kummissjoni
Impatt finanzjarju
L-ispejjeż annwali totali ta' l-Aġenzija l-ġdida għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija huma stmati għal madwar EUR 6-7 miljun fis-sena, li minnhom EUR 5 miljun ikunu għall-infiq fuq il-persunal (bil-medja kull persuna ta' l-ispiża tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri EUR 0.117 miljun fis-sena, somma li tinkludi l-infiq assoċjat mal-binjiet u l-ispejjeż amministrattivi assoċjati), EUR 1 miljun spejjeż operattivi (laqgħat, studji, kif ukoll l-ispejjeż tat-traduzzjoni, il-pubblikazzjoni u r-relazzjonijiet pubbliċi), u l-bqija għall-ispejjeż kapitali (li jirrigwardaw l-akkwist ta' proprjetà mobbli u nfiq assoċjat) u l-ispejjeż tal-missjonijiet.
L-ispejjeż annwali ta' l-Aġenzija se jkunu koperti mill-għotjiet Komunitarji. L-Aġenzija għandha dħul limitat li ġej minn pagamenti li jridu jitħallsu minn partijiet terzi meta l-Aġenzija tieħu ċerti deċiżjonijiet.
Il-persunal
Il-Kummissjoni tipproponi li l-Aġenzija l-ġdida għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, minħabba l-funzjonijiet tagħha, għandu jkollha persunal limitat ta' bejn 40 u 50 impjegat. Din l-evalwazzjoni tibbaża fuq analiżi tal-ħtiġijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'dak li jirrigwarda l-persunal, kif ukoll analiżi tar-riżorsi minimi meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti proposti, partikolarment fid-dawl tal-possibbiltà ta' sinerġiji fit-tħaddim tar-riżorsi ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jgħinu fil-ħidma ta' l-aġenzija. Skond il-Kummissjoni, in-numri proposti ta' impjegati huma konformi mal-ħtiġijiet ta' dawn l-awtoritajiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tgħid li kieku l-Kummissjoni kellha tipprova twettaq il-kompiti ta' l-Aġenzija, l-għadd tal-persunal ikun wisq akbar.
Tifħir
Mil-lat baġitarju, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom għandha ċertu tħassib dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija l-ġdida għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija minħabbi ċerti inċertezzi dwar il-finanzjament tagħha. Dan it-tħassib jirrigwarda l-punti li ġejjin:
1) L-Aġenzija l-ġdida għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija trid tiġi finanzjata skond is-sotto-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 fejn il-marġini saru partikolarment limitati. F'din l-intestatura, diġa kien meħtieġ ċertu programmar mill-ġdid sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-finanzjament ta' Galileo. Il-marġini li rriżulta tas-sotto-intestatura 1a għall-2008 kien fil-fatt 0.
Il-finanzjament ta' l-Aġenzija l-ġdida ta' l-Enerġija la hi inkluża fl-aħħar programm finanazjaru tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2008, u lanqas fit-tabelli annessi ma' l-APS għall-2009, fejn hemm biss dikjarat li l-aġenzija "se tiġi finanzjata minn tnaqqis minn azzjonijiet oħra (l-aktar minn azzjonijiet taħt prerogattivi istituzzjonali) fi ħdan il-qasam tal-politika tat-trasport u l-enerġija." Ma ġewx provduti aktar dettalji dwar dan l-eżerċizzju.
Il-Kummissjoni kkonfermat mal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju li qed timmira li l-aġenzija tiġi finanzjata mingħajr ma jitnaqqas il-marġini fis-sotto-intestatura 1a, jiġifieri permezz ta' rilokazzjoni barra minn kwalunkwe linji deċiżi b'ko-deċiżjoni. S'issa l-Kummissjoni għadu ma rnexxilhiex tispeċifika eżattament kif se tagħmel dan.
Madankollu, anke jekk din il-manuvra kellha tħalli l-marġini kif inhu, fuq il-karta, dan ifisser li l-finanzjament ta' l-aġenzija jitwettaq billi jintużaw ir-riżorsi "disponibbli b'mod liberu" fis-sotto-intestatura 1a u li kwalunkwe prijorita ġdida li tinqala' fil-futur se tirrikjedi programmar formali mill-ġdid (kif diġa ġie mħabbar li se jkun meħtieġ għall-ħolqien ta' l-Awtorita ppjanata l-ġdida tas-Suq għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. Skond ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom, dan jidher inaċċettabbli (ara l-Emenda 1).
2) F'dan il-kuntest, wieħed għandu jenfasizza għal darb'oħra li l-aġenziji bħal din l-aġenzija l-ġdida li ġiet proposta hawnhekk jissodisfaw l-aktar funzjonijiet amministrattivi. Għalhekk għandu jingħata ftit ħsieb bis-serjeta lill-possibbilita li dawn il-korpi jiġu finanzjati taħt l-intestatura 5 ta' l-MFF, li għandha l-vantaġġ miżjud li l-marġini mhumiex stretti daqs dawk ta' l-intestaturi operattivi l-oħra (ara l-Emenda 2).
3) Ovvjament, se tkun meħtieġa proċedura ta' l-Artikolu 47 IIA għat-twaqqif ta' din l-aġenzija l-ġdida meta l-Kummissjoni fl-aħħar tippubblika d-dettalji ta' kif bi ħsiebha tiffinanzjaha. Jekk il-leġiżlatur jiddeċiedi favur it-twaqqif ta' din l-aġenzija, l-awtorita baġitarja tilħaq ftehim dwar il-finanzjament tagħha fi ħdan il-qafas tad-dispożizzjonijiet ta' l-IIA (ara l-Emenda 3).
emendi
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jirrifjuta l-proposta attwali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta' inċertezzi fir-rigward tal-finanzjament tagħha, u biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fl-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
1a. Iqis li l-ammont ta' riferenza indikat fil-proposta leġiżlattiva m’huwiex kompatibbli mal-limitu ta' fuq tas-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid 2007 bla ma jipperikola l-finanzjament ta’ prijoritajiet oħrajn; jinnota li l-Kummissjoni kkomunikat l-intenzjoni tagħha li tiffinanzja l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija l-ġdida b’mod esklussiv permezz ta’ tqassim mill-ġdid fi ħdan is-sottointestatura 1a; itenni, madankollu, li l-awtorità baġitarja għadha ma rċeviet l-ebda informazzjoni rigward id-dettalji ta' dan l-eżerċizzju ta’ tqassim mill-ġdid, u għalhekk għadu m’huwiex ċar s'issa liema programmi jew prijoritajiet huma effettwati u liema konsegwenzi għandhom jirriżultaw matul dan il-perjodu finanzjarju kollu, u jekk se jibqax marġini suffiċjenti fis-sotto-intestatura 1a; |
Emenda 2 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 b (ġdid) | |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
1b. Juri li l-Aġenzija proposta se tissodisfa l-aktar il-funzjonijiet amministrattivi u tassisti lill-Kummissjoni; għalhekk huwa ta' l-opinjoni li għandhom jiġu esplorati l-possibbilitajiet kollha biex l-aġenzija l-ġdida tiġi finanzjata taħt l-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali 2007 - 2013 fejn jidher li għad hemm disponibbli marġini suffiċenti; |
Emenda 3 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 c (ġdid) | |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
1c. Jenfasizza li għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 għat-twaqqif ta' l-Aġenzija; jenfasizza li, jekk l-awtorita leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif ta' din l-aġenzija, il-Parlament se jidħol fin-negozjati mal-parti l-oħra ta' l-awtorita baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar il-finanzjament ta' din l-aġenzija b'konformita mad-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-IIA; |
PROĊEDURA
It-Titolu |
Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0530 – C6-0318/2007 – 2007/0197(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 11.10.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jutta Haug 20.9.2004 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
27.3.2008 1.4.2008 8.4.2008 |
|
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
6.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Daniel Dăianu, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, Hynek Fajmon, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Francesco Musotto, Margaritis Schinas, Theodor Dumitru Stolojan, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarj (14.5.2008)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija
(COM(2007)0530 – C6‑0318/2007 – 2007/0197(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Alain Lipietz
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni biex tinħoloq Aġenzija għall-Koperazzjoni Ewropea tar-Regolaturi Nazzjonali ta' l-Enerġija hija f'waqtha. Hija r-riżultat loġiku ta' l-iżvilupp, wara numru ta' snin tal-Programm Ewropew għall-Enerġija.
Oriġinarjament, is-servizzi pubbliċi ta' l-enerġija u tal-gass, fis-27 Stat Membru ta' Unjoni Ewropea, kienu ħafna drabi assigurati mill-intrapriżi, ġeneralment pubbliċi, li kważi kellhom monopolju nazzjonali jew reġjonali. Madanakollu, għal ħafna snin, dawn l-entitajiet kienu bdew ibigħu l-enerġija lill-xulxin. Għalhekk kien hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli biex ikun hemm kompetizzjoni b'saħħitha bejn dawn l-entitajiet u l-entitajiet il-ġodda li jistgħu jidhru fis-suq. Il-prinċipju li ftit ftit kien impost jikkonsisti fis-separazzjoni ta' min-naħa l-waħda ż-żewġ netwerks tat-trasport ta' l-enerġija (elettriku u gass) u min-naħa l-oħra, in-numru kbir ta' intrapriżi tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni ta' l-enerġija. Din is-separazzjoni għandha tiżgura n-newtralità tas-sistema tat-trasport vis-à-vis il-produtturi ta' l-enerġija. Il-mod kif issir din is-separazzjoni (b'separazzjoni tal-proprjetà jew mingħajrha) ma tikkonċernax lil dan ir-regolament. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tippreċiża li din is-separazzjoni għandha tkun imwettqa irrispettivament mill-iskema ta' proprjetà pubblika jew privata, kemm tat-trasportatur u kemm tal-produtturi-distributuri.
Ir-riżultat ta' dan l-iżvilupp kien it-trasformazzjoni tas-sistema tan-netwerks tat-trasport nazzjonali f'monopolji naturali, eżattament kif ġara bis-sistema tat-toroq, tal-portijiet u ta' l-ajruporti fejn hemm kompetizzjoni bejn trakkijiet, vapuri u ajruplani li jappartjenu lill-eluf ta' intrapriżi. Il-Kummissjoni waslet ukoll biex tippreċiża li parti mill-kapaċità tal-ħażna tal-gass għandha tkun integrata fis-sistema tat-trażmissjoni li hija attiv (asset) pubbliku Ewropew.
B'riżultat ta' dan jinħolqu tliet problemi kif ġej :
- Il-garanzija ta' l-aċċess ħieles għall-produtturi kollha kbar u żgħar (mis-sidien ta’ turbini tar-riħ sa dawk ta’ impjant ta' l-enerġija nukleari), għas-sistema tat-trasport kompletament trasparenti u mingħajr l-ebda diskriminazzjoni la tad-daqs u lanqas tan-nazzjonalità.
-Ir-regolamentazzjoni tas-suq ta' l-enerġija fuq il-bażi tal-politika dwar l-enerġija ta' l-UE (li tinkorpora fiha politika ta' l-integrazzjoni soċjali u reġjonali u tal-ħarsien ta' l-ambjent, b'mod partikolari tal-klima).
-Il-kisba ta' l-interkonnessjoni fiżika u l-armonizzazzjoni ta' l-istandards tekniki bejn in-netwerks fuq livell Ewropew, kif ukoll il-ftuħ tagħhom għal pajjiżi terzi, speċjalment fornituri tal-gass (ir-Russja) jew pajjiżi li jitrażmettu l-elettriku (l-Iżvizzera).
L-interkonnessjoni u l-armonizzazzjoni neċessarji huma ġustifikati permezz tal-ħolqien ta' entità ta' koordinazzjoni ta' regolaturi nazzjonali (l-Aġenzija).
Is-sistema ta' netwerks tat-trasport nazzjonali interkonnessi u r-regolaturi koordinati tagħhom permezz ta' l-Aġenzija, se jikkostitwixxu servizz pubbliku ta' l-enerġija reali, imsejjes fuq il-koperazzjoni fuq livell Ewropew.
Ir-rapporteur tagħkom iqis li l-proposti tal-Kummissjoni huma favorevoli. Madanakollu qed jitlob li jiġu ċċarati żewġ punti.
L-ewwelnett, is-setgħat ta' l-Aġenzija.
Bir-raġun, il-Kummissjoni rrifjutat is-suġġeriment tal-modifika tat-trattati bl-għan waħdieni jkun li tagħti lil din l-Aġenzija setgħat li jorbtu. Barra minn hekk, hija tirrikonoxxi li hija la għandha l-mezzi tekniki u lanqas l-istaff biex tagħmel dan ix-xogħol. Għalhekk, qed tipproponi aġenżija prinċiparjament konsultattiva u li se tirreferi kwistjonijiet lill-Kummissjoni għal deċiżjonijiet u jekk ikun meħtieġ, għal sanzjonijiet.
Ir-rapporteur tagħkom jikkunsidra li jeżiżtu biżżejjed bażijiet legali sabiex jiżdiedu s-setgħat ta' din l-aġenzija fil-qasam tas-suq intern u fil-ġlieda kontra l-abbuż minn pożizzjoni dominanti, filwaqt li l-Kummissjoni titħallielha s-setgħa li timponi penali. Min-naħa l-oħra, is-sorveljanza tal-konformità tal-politika tar-regolaturi nazzjonali mal-politika dwar l-enerġija ta' l-Unjoni Ewropea, ma tistax, kif inhuma bħalissa l-affarijiet, ħlief tkun suġġetta għal opinjonijiet li ma jorbtux.
It-tieninett, ir-responsabilità ta' l-Aġenzija.
Il-kredibilità ta' l-Aġenzija f’għajnejn is-suq tesiġi minnha indipendenza totali mill-aġenti li l-imġiba tagħhom hi tirregola, sew jekk huma jimmaniġġjaw it-trażmissjoni ta' l-enerġija u sew jekk huma produtturi-distributuri ta' l-enerġija. Aġenzija mogħtija din is-setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar aġenti privati jew pubbliċi għandu jkollha leġittimità bbażata fuq responsabilità demokratika.
Ir-rapporteur, filwaqt li qed jissuġġerixxi t-tkabbir tal-kapaċità ta' azzjoni diretta ta' l-Aġenzija (mingħajr il-medjazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea), fittex li jibbilanċja s-setgħat tagħha li ġejjin mir-responsabilità demokratika lejn il-Parlament u l-Kunsill. Mhux biss l-Aġenzija għandha taġixxi b'konformità mat-Trattati u mal-leġiżlazzjoni sekondarja, iżda hija għandha wkoll tikkunsidra d-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet tagħha għall-entitajiet leġiżlattivi Ewropej li minnhom ġejja l-awtorità tagħha.
emendi
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli biex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi tal-Parlament |
(4) Fir-Rebbiegħa ta' l-2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri rigward l-istabbiliment ta' mekkaniżmu indipendenti għall-kooperazzjoni tar-regolaturi nazzjonali. |
(4) Fir-Rebbiegħa ta' l-2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri rigward il-ħolqien ta' mekkaniżmu indipendenti għal entitajiet li jirregolaw l-enerġija sabiex jikkoperaw flimkien u sabiex jieħdu deċiżjonijiet importanti dwar kwistjonijiet transkonfinali. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi tal-Parlament |
|
(4a) L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mill-qrib u għandhom jeliminaw l-ostakoli għall-iskambji transkonfinali sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika ta’ l-UE għall-enerġija. L-adozzjoni ta’ strument indipendenti sabiex jimtela' l-vojt eżistenti taqdi diversi funzjonijiet, l-inkorporazzoni tal-perspettiva Ewropea fit-tħaddim tal-poter ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-kontribuzzjoni lejn l-effikaċja tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u kundizzjonijiet ġusti li l-Komunità tħaddan fir-rigward ta’ l-aċċess għan-netwerks Transewropej għat-trasport tal-gass u l-elettriku, u l-kontribuzzjoni għall-iffunzjonar sew tas-suq intern. L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi Ewropej, minn hawn ‘il-quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’ għandha titwaqqaf bħala organizzazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jibnu l-koperazzjoni tagħhom fuq il-perspettiva Ewropea u li jipperteċipaw, fuq bażi komuni, fit-tħaddim ta' funzjonijiet relatati ma' l-Ewropa. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Abbażi tal-valutazzjoni ta' l-impatt rigward ir-riżorsi meħtieġa għal entità ċentrali, ġie konkluż li entità ċentrali indipendenti toffri aktar vantaġġi fit-tul minn għażliet oħra. Għaldaqstant, għandha titwaqqaf Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, minn hawn 'il quddiem "l-Aġenzija". |
(5) Abbażi tal-valutazzjoni ta' l-impatt rigward ir-riżorsi meħtieġa għal entità ċentrali, ġie konkluż li entità ċentrali indipendenti toffri aktar vantaġġi fit-tul minn għażliet oħra. Il-mudell ta’ “aġenzija” intgħażel minn fost mudelli oħrajn bħall-ERGEG+. Il-mudelli rrifjutati għandhom jerġgħu jiġu kkunsidrati fil-każ li l-Aġenzija ma trendix ir-riżultati mistennija. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni rrifjutat numru ta’ possibilitajiet oħrajn, bħall-ERGEG+ jew struttura simili għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. F’każ li l-mudell ta’ aġenzija ma’ jrendix ir-riżultati mistennija, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid il-possibilitajiet l-oħrajn u timmodifika ir-regolament kif meħtieġ. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-Aġenzija għandha tiżgura li l-funzjonijiet regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond id-Direttiva 2003/54/KE u d-Direttiva 2003/55/KE ikunu kkoordinati sewwa, u fejn meħtieġ, li jiġu kkompletati fuq il-livell Komunitarju. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu garantiti l-indipendenza ta' l-Aġenzija, il-kapaċitajiet tekniċi u regolatorji kif ukoll it-trasparenza u l-effiċjenza tagħha. |
(6) L-Aġenzija għandha tiżgura li l-funzjonijiet regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond id-Direttiva 2003/54/KE u d-Direttiva 2003/55/KE ikunu kkoordinati sewwa, u fejn meħtieġ, li jiġu kkompletati fuq il-livell Komunitarju. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu garantiti l-indipendenza ta' l-Aġenzija u tal-membri tagħha vis-à-vis l-konsumaturi, il-produtturi ta’ l-enerġija u l-operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni, kemm pubbliċi u kif ukoll privati, u l-assigurazzjoni tal-konformità ta’ l-azzjonijiet tagħha mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-kapaċità teknika tagħha, il-kapaċità tagħha li taġġusta għall-iżviluppi regolatorji u kif ukoll it-trasparenza, is-sottomissjoni għall-kontroll democratiku u l-effiċjenza tagħha |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Huwa xieraq li jiġi pprovdut qafas li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jikkooperaw. Dan il-qafas għandu jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern ta' l-elettriku u tal-gass madwar il-Komunità kollha. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali. Din is-setgħa għandha tkopri r-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tqabbad talanqas żewġ Stati Membri, eżenzjonijiet mir-regoli tas-suq intern għall-interkonnetturi ġodda ta' l-elettriku u għall-infrastrutturi ġodda tal-gass li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed. |
(8) Huwa xieraq li jiġi pprovdut qafas integrat li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jipparteċipaw u jikkooperaw. Dan il-qafas għandu jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern ta' l-elettriku u tal-gass madwar il-Komunità kollha. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali. Din is-setgħa għandha tkopri r-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tqabbad talanqas żewġ Stati Membri, eżenzjonijiet mir-regoli tas-suq intern għall-interkonnetturi ġodda ta' l-elettriku u għall-infrastrutturi ġodda tal-gass li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed. ) |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Peress li l-Aġenzija għandha s-superviżjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandu jkollha rwol ta' konsulenza lejn il-Kummissjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet tar-regolamentazzjonit as-suq. Għandu jkun meħtieġ ukoll li tinforma lill-Kummissjoni meta ssib li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma tipproduċix ir-riżultati meħtieġa jew meta awtorità regolatorja nazzjonali li d-deċiżjoni tagħha tmur kontra l-linji gwida ma tkunx trid tikkonforma ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija. |
(9) Peress li l-Aġenzija għandha s-superviżjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji u sorsi oħrajn nazzjonali, għandu jkollha rwol ta' konsulenza lejn il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet l-oħrajn ta’ l-UE u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ ta’ l-anqas żewġ Stati Membri fir-rigward tal-kwistjonijiet tar-regolamentazzjonit as-suq. Għandu jkun meħtieġ ukoll li tinforma lill-Kummissjoni meta ssib li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma tipproduċix ir-riżultati meħtieġa jew meta awtorità regolatorja nazzjonali li d-deċiżjoni tagħha tmur kontra l-linji gwida ma tkunx trid tikkonforma ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) L-Aġenzija għandha tkun tista' toħroġ linji gwida mhux vinkolanti biex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba. |
(10) L-Aġenzija għandha tkun tista' tfassal dokumenti li jelenkaw il-prattiki tajba u toħroġ linji gwida biex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji, lill-dawk li jimmaniġġjaw in-netwerk tat-trasport u lill-parteċipanti fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba u għandu jkollha linjigwida vinkolanti għall-aġir bi qbil mal-prinċipji Komunitarji fi ħdan il-qafas tal-politika ta’ l-UE għall-enerġija. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b'mod effiċjenti u fuq kollox indipendenti. L-indipendenza ta' l-awtoritajiet Regolatorji mhux biss huwa prinċipju ewlieni ta' governanza tajba iżda wkoll kundizzjoni fundamentali biex tiġi żgurata l-fiduċja fis-suq. Jekk dan jiġi rifless fuq il-livell nazzjonali, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi indipendentement minn kull interess tas-suq u ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet minn l-ebda gvern jew entità oħra pubblika jew privata. |
(13) L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b'mod effiċjenti, trasparenti u raġjunat u fuq kollox indipendenti. L-indipendenza ta' l-awtoritajiet Regolatorji vis-à-vis il-produtturi ta’ l-enerġija u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni mhux biss huwa prinċipju ewlieni ta' governanza tajba iżda wkoll kundizzjoni fundamentali biex tiġi żgurata l-fiduċja fis-suq. Biex dan jiġi rifless fuq il-livell nazzjonali u dak Komunitarju, il-Bord tar-Regolaturi u l-membri tiegħu għandhom jaġixxu indipendentement minn kull interess tas-suq u għandhom jevitaw kunflitti ta’ interess u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn l-ebda gvern jew entità oħra pubblika jew privata, u għandhom fl-istess waqt jimxu mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirrigwarda l-enerġija, l-ambjent, is-suq intern u l-politki ta' kompetittività u jirrappurtaw lill-awtoritajiet ta’ l-UE dwar id-deċiżjonijiet u l-proposti tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija maħsuba biex tiddefinixxi l-indipendenza ta' l-Aġenzija : indipendenza vis à vis l-operaturi li bejniethom hi għandha tarbitra u r-responsabilità demokratika rigward il-liġi ta' l-Unjoni u ta' l-entitajiet leġiżlattivi tagħha. | |
Tiddefinixxi r-responsabilità demokratika ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Fejn l-Aġenzija jkollha s-setgħa biex tieħu deċiżjonijiet, għal finijiet ta' ekonomija ta' proċess, il-partijiet interessati għandhom jingħataw id-dritt ta' appell lil Bord ta' l-Appell, li għandu jkun parti mill-Aġenzija, iżda li jkun indipendenti kemm mill-istruttura amministrattiva kif ukoll minn dik regolatorja. |
(14) Fejn l-Aġenzija jkollha s-setgħa biex tieħu deċiżjonijiet, għal finijiet ta' ekonomija ta' proċess, il-partijiet interessati għandhom jingħataw id-dritt ta' appell, għall-bidu, lil Bord ta' l-Appell, li għandu jkun parti mill-Aġenzija, iżda li jkun indipendenti kemm mill-istruttura amministrattiva kif ukoll minn dik regolatorja. Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell għandha tkun sottomessa għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Ġustifikazzjoni | |
Tiddefinixxi d-dritt għall-appell tal-partijiet ikkonċernati kontra d-deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli ġenerali rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmumin mill-entitajiet Komunitarji. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jistipula l-miżuri prattiċi biex titħares id-dejta kummerċjalment sensittiva u d-dejta personali. |
(17) L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli ġenerali rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmumin mill-entitajiet Komunitarji, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Aarhus. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu japprova l-protokolli u għandu jistipula l-miżuri prattiċi biex titħares id-dejta kummerċjalment sensittiva u d-dejta personali. |
Ġustifikazzjoni | |
Jenfasizza n-natura vinkolanti tal-Konvenzjoni ta' Aarhus (pereżempju speċjalment dwar it-trasparenza ta' studji ta' l-impatt ambjentali) vis à vis l-istituzzjonijiet kollha ta' l-Unjoni, u għalhekk ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-ħidma ta' l-Aġenzija għandu jkun possibbli skond il-ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Komunità. |
(18) Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-ħidma ta' l-Aġenzija għandu jkun possibbli skond il-ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Komunità skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.. |
Ġustifikazzjoni | |
Fethimiet ma’ pajjiżi terzi hemm bżonn li jkunu approvati mill-entità leġiżlattiva relevanti skond it-Trattat. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, għall-ksib tal-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq livell Komunitarju, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif deskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, |
(19) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq livell Komunitarju, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, jistgħu jinkisbu, minħabba l-iskala ta’ l-effetti ta’ l-azzjoni, aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif deskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, minn issa l' quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’ qed tiġi stabbilita bil-għan li tikkomplementa, fuq livell Komunitarju, il-kompiti regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24a tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll, fejn meħtieġ, biex tikkoordina l-azzjoni bejniethom. |
Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, minn issa l' quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’ qed tiġi stabbilita bil-għan li tikkomplementa, fuq livell Komunitarju, fejn jikkonċerna ta’ l-anqas żewġ Stati Membri, il-kompiti regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24a tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll, fejn meħtieġ, biex tikkoordina l-azzjoni bejniethom. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika li l-Aġenzija għandha tieħu azzjoni meta jkun mistenni li attività transkonfinali ser twassal għal vojt regolatorju. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar wiesgħa li tista' tingħata lil persuni ġuridiċi li jaqgħu taħt il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tipparteċipa fi proċeduri legali. |
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar wiesgħa li tista' tingħata lil persuni ġuridiċi li jaqgħu taħt il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Tista' tkun parti fi proċeduri legali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija m’għandhiex takkwista propjetà. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tip ta' azzjonijiet ta' l-Aġenzija |
Kompiti ta' l-Aġenzija |
L-Aġenzija tista': |
L-Aġenzija għandha: |
(a) toħroġ opinjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni; |
(a) tagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati ma’ l-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern, bħan-nondiskriminazzjoni u l-kompetizzjoni effettiva; |
(b) toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji; |
(a) tagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lil awtoritajiet regolatorji b’rabta ma’ kwistjonijiet relatati ma’ l-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern, bħan-nondiskriminazzjoni u l-kompetizzjoni effettiva; |
(c) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni; |
(c) tagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-konsumaturi, lill-operaturi tat-trasport, tad-distribuzzjoni u tal-produzzjoni ta' l-enerġija u lill-konsumaturi; |
|
(ca) tfassal dokumenti li jelenkaw il-prattiki tajbin u tadotta linjigwida bi qbil ma’ l-Artikoli 6 u 7; kif ukoll |
(d) tieħu d-deċiżjonijiet individwali f'każijiet speċifiċi kif jissemma fl-Artikoli 7 u 8. |
(d) tieħu d-deċiżjonijiet individwali f'każijiet speċifiċi kif jissemma fl-Artikoli 6, 7 u 8. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni ma’ tagħtix lill-Aġenzija s-setgħat meħtieġa sabiex taqdi l-irwol tagħha, i.e. li tippermetti l-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali, titratta kwistjonijiet transkonfinali u tikkontribwixxi b’mod ġenerali għall-iffunzjonar tajjeb tas-suq intern. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenzija tista', fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati għall-iskop li ġiet stabbilita għalih. |
L-Aġenzija tista', fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjoni lil dawn l-istituzjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha relatati għall-iskop li ġiet stabbilita għalih. |
Ġustifikazzjoni | |
Testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' konsulenza mill-Aġenzija fil-konfront tal-leġiżlatura Ewropea. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. L-Aġenzija għandha żżomm għaddej djalogu miftuħ u trasparenti ma’ l-organizzazzjonijiet li jirraprenżentaw l-interessi eżistenti f’dan il-qasam, u għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati qabel ma’ tadotta kwalunkwe dokument li jikkonċernahom. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Aġenzija tista' tagħti opinjoni lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kodiċijiet tekniċi jew tas-suq, dwar l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali u l-abbozz tal-pjan ta' investiment fuq firxa ta’ 10 snin. |
3. Wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti, l-Aġenzija għandha tipprepara linjigwida strateġiċi għan-Netwerk Ewropew ta’ l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u għan-Netwerk Ewropew ta’ l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kodiċijiet tekniċi u tas-suq, il-pjan ta' investiment fuq firxa ta’ 10 snin li jelenka l-ostakoli għall-iżvilupp tan-netwerk transkonfinali kkawżati minn proċeduri jew prattiki ta’ awtorizzazzjoni li ma jaqblux, sabiex jiġi żgurat l-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern, fi ħdan il-qafas tal-politika ta’ l-enerġija stipulata fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
|
|
Ġustifikazzjoni | |
Filwaqt li l-ENTSO huma responsabbli mill-iżvilupp tal-kodiċi u tal-pjanijiet ta’ investiment fuq 10 snin, l-Aġenzija għandha tkun f’pożizzjoni li toffri gwida sabiex tiżgura l-iffunzjonar tajjeb tas-suq intern. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) L-Aġenzija għandha, fuq l-inizzjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Kummiossjoni, tagħti parir lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta' linjigwida strateġiċi sabiex jgħinu lill-Operaturi tas-Sistema tan-Netwerk Ewropew ta' Trażmissjoni, fl-iżvilupp ta’ kodiċi u regoli (inklużi regoli tekniċi), għodod operazzjonali komuni tan-netwerk u pjanijiet ta’ riċerka, pjan ta’ investiment fuq 10 snin inkluż, kull sentejn, ħarsa lejn kemm il-ġenerazzjon ihi adegwata , u programm annwali ta’ ħidma kif previst fl-Artikolu 2c(1)(a) sa (c), tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Article 2c(1)(a) sa (c) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, inkluż, fejn jixraq, fl-adozzjoni ta' linjigwida mandatorji. L-Aġenzija għandha fuq l-inizzjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Kummissjoni, tagħti parir lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta'kodiċi tas-suq, u fl-adozzjoni ta' linjigwida mandatorji |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-profondità tal-kodiċi u r-regoli proposti – kemm jekk dawn japplikaw għall-infrastrutturi kollha ta’ trażmissjoni kif ukoll għar-relazzjonijiet bejn netwerks nazzjonali ta’ trażmissjoni eżistenti – għandhom jiġu definiti ex-ante. L-ewwelnett, l-Aġenzija għandha tipprovdi parir lill-Kummissjoni, fuq talba jew fuq inizzjattiva tagħha stess, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-profondità ezatti tal-kodiċi jew regola f’oqsma speċifikati fl-Artikolu 2c(3) tar-Regolament dwar l-elettriku u l-gass. Bl-istess mod, l-objettivi ta’ livell għoli u l-kamp ta’ applikazzjoni għall-pjan ta’ investiment fuq 10 snin jenħtieġ li jiġi definit ex-ante. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni ġġustifikata lill-Kummissjoni jekk tqis li l-abbozz ta' programm ta' ħidma annwali, l-abbozz ta' pjan ta' investiment mifrux fuq 10 snin mogħtija lilha skond l-Artikoli 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikoli 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 ma jiżgurawx in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti tas-suq. |
4. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni ġġustifikata lill-Kummissjoni jekk tqis li l-abbozz ta' programm ta' ħidma annwali, l-abbozz ta' pjan ta' investiment mifrux fuq 10 snin mogħtija lilha skond l-Artikoli 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikoli 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 ma jiżgurawx in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti tas-suq, jew il-konformità mal-politika ta' l-enerġija stipulata fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Jenfasizza l-qafas leġiżlattiv ta' l-azzjoni ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni ġġustifikata lill-Kummissjoni, skond l-Artikoli 2e(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikoli 2e(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2003 fejn tqis li kodiċi tekniku jew tas-suq ma jiżgurax in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb tas-suq, fejn kodiċi tekniku jew tas-suq ma ġiex adottat f'perjodu ta' żmien raġonevoli jew fejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jonqsu milli jimplimentaw kodiċi tekniku jew tas-suq. |
5. Permezz tad-delegazzjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni u b'konformità mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2e(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikoli 2e(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, l-Aġenzija tista' tieħu deċiżjonijiet ta' sospensjoni u tipproponi lill-Kummissjoni li timponi multi fejn tqis li kodiċi tekniku jew tas-suq ma jiżgurax in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb tas-suq, fejn kodiċi tekniku jew tas-suq ma ġiex adottat f'perjodu ta' żmien raġonevoli jew fejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jonqsu milli jimplimentaw kodiċi tekniku jew tas-suq. |
Ġustifikazzjoni | |
Jiddetermina l-bażi ġuridika u s-setgħa ta' sospensjoni ta' l-Aġenzija fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni u tas-suq intern. Is-setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet hija, madanakollu, miżmuma mill-Kummissjoni minħabba n-nuqqas ta' bażi legali ċara. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-Aġenzija għandha, bi qbil mal-programm ta’ ħidma, jew jekk mitluba mill-Kummissjoni, tfassal dokumenti li jelenkaw il-prattiki t-tajba u tadotta linjigwida li jkun fihom regoli għall-ħarsien tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tal-kompetizzjoni effikaċji u l-iffunzjonar tajjeb tas-suq meta tfassal il-kodiċi tekniċi u dawk tas-suq, l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali u l-abozz tal-pjan ta’ investiment fuq 10 snin. Il-linjigwida m’għandhomx ikunu vinkolanti ħlief meta jiġu endorsjati mill-proċedura regolatorja xierqa. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6b. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-linjigwida li tadotta, kif previst fil-paragrafu 6a, u tista’, fuq l-inizzjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni jew awtorità kompetenti jew operatur interessat, tadotta deċiżjonijiet sabiex tiddetermina jekk dawk li għalihom kienu maħsub l-linjigwida applikawhomx. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6c. L-Aġenzija għandha tikkonsulta b’mod estensiv u fi stadju bikri, mal-parteċipanti, il-konsumaturi u l-utenti aħħarin tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti, partikolarment dwar ix-xogħlijiet tagħha fir-rigward ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħalissa l-ERGEG qiegħda twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi fuq livell ta’ l-UE. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tiret din il-biċċa xogħol peress li diġà għandha regoli stabbiliti u esperjenza fit-tmexxija ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi. Barra minn dan, l-Aġenzija, bid-differenza mit-TSOs, hija entità li taġixxi fl-interess tal-parteċipanti kollha tas-suq. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Skond il-programm ta' ħidma tagħha, jew fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tista' tadotta linji gwida mhux vinkolanti li jgħinu lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba. |
2. Skond il-programm ta' ħidma tagħha, jew fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija, għandha tfassal dokumenti li jelenkaw il-prattiki tajba biex jgħinu lill-awtoritajiet regolatorji u l-parteċipanti fis-suq fi ħdan il-qafas tal-politika ta’ l-UE għall-enerġija. Hija tista’ wkoll tadotta linjigwida li jfakkru l-obbligi vinkolanti skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja li jħarsu l-prinċipji tan-nondiskrminiazzjoni,i l-kompetizzjoni effikaċji u l-iffunzjonar effiċjenti tas-suq meta tfassal il-kodiċi tekniċi, l-abbozz tal-programm annwali ta' ħidma jew l-abbozz tal-pjan ta’ investiment fuq 10 snin; il-linji gwida m’għandhomx ikunu vinkolanti fir-rigward tal-bilanċ tas-swieq ta' l-enerġija billi jżidu l-produzzjoni jew ibiddlu t-tekniki ta' produzzjoni, l-iffrankar ta' l-enerġija, it-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta' serra u t-titjib ta' l-effiċjenza enerġetika ta' l-Unjoni, bi qbil mal-politika dwar l-enerġija stabbilita mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fuq talba ta' kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista' toħroġ opinjoni rigward il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005. |
4. Fuq talba ta' kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni rigward il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 u l-leġiżlazzjoni Komunitarja li tistipola l-politika ta’ l-enerġija ta’ l-UE.. |
Ġustifikazzjoni | |
Jestendi r-responsabilità demokratika ta' l-Aġenzija biex tqis l-estensjonijiet eventwali tal-liġi ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-enerġija. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib, f'każ speċifiku, diffikultajiet rigward l-applikazzjoni tal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, tista' titlob opinjoni mingħand l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha toħroġ l-opinjoni tagħha fi żmien erba' xhur, wara li tkun ikkonsultat mal-Kummissjoni. |
6. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib, f'każ speċifiku, diffikultajiet rigward l-applikazzjoni tal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, tista' titlob opinjoni mingħand l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-Kummissjoni, toħroġ l-opinjoni tagħha fi żmien xahrejn, wara li tkun ikkonsultat mal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ l-indipendnaze ta’ l-Aġenzija billi tipprovdi gwida u tqassar l-iskadenza. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Aġenzija tista’ twettaq kompiti oħrajn f’isem il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet regolatorju nazzjonali, meta dawn il-kompiti jistgħu jiġu fdati lilha, u hi għandha tagħmel dan skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-dokument li jagħtiha l-mandat sabiex twettaq il-kompiti msemmija. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn tnax-il membru. Sitta għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, u sitta mill-Kunsill. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ta' ħames snin, u jista' jiġġedded darba. |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn tnax-il membru ta’ 12-il nazzjonalità differenti magħżulin fuq il-bażi tal-ħiliet esperti tagħhom, sitta minnhom magħżulin mill-kandidati ppreżentati mill-Kummissjoni u sitta mill-kandidati ppreżentati mill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ta' ħames snin, u jista' jiġġedded darba. |
Ġustifikazzjoni | |
B’dan il-mod il-Bord Amministrattiv huwa aktar rappreżentattiv u għandu aktar responsabilità demokratika. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-membri tal-Bord Amministrattiv għanhom jaġixxu b’mod indipendenti u għandhom jastjenu minn kwalunkwe aġir inkompatibli man-natura tad-dmirijiet tagħhom, filwaqt li kull sena għandhom jippreżentaw prova dokumentata, fil-forma ta’ dikjarazzjoni ffirmata, li huma m’għandhom ebda kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur ta' l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord ta' l-Amministrazzjoni ma jiddeċidix mod ieħor. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa' talanqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa' wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta' għall-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur. Il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija. |
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur ta' l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa' talanqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa' wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta' għall-inqas kwart mill-membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista' jieħu deċiżjoni unanima sabiex jistieden lil parti terza biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur Il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija. |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti. |
4. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-regolament jew fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Ir-regoli ta' proċedura jistipulaw f'aktar dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, partikolarment il-kundizzjonijiet li skondhom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, kif ukoll, fejn xieraq, ir-regoli rigward il-kworum. |
5. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistipulaw f'aktar dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, partikolarment ir-regoli rigward il-kworum |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi, għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 13(2). |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, bi ftehim mal-Bord tar-Regolaturi, għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 13(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ il-kondiviżjoni tar-repsonsabilitajiet. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija, imsemmija fl-Artikolu 14(8), u għandu jibagħtu l-aktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Dan ir-rapport għandu jkun fih sezzjoni indipendenti, approvata mill-Bord tar-Regolaturi, dwar l-attivitajiet regolatorji ta' l-Aġenzija matul is-sena kkonċernata. |
10. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija, imsemmija fl-Artikolu 14(8), u għandu jibagħtu l-aktar tard sal-15 ta' April lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Dan ir-rapport għandu jkun fih sezzjoni indipendenti, approvata mill-Bord tar-Regolaturi, dwar l-attivitajiet regolatorji ta' l-Aġenzija matul is-sena kkonċernata. Il-ħames istituzzjonijiet ta’ l-UE għandhom jagħtu jew jirrifjutaw l-approvazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-UE fil-qasam ta' l-enerġija, tas-suq intern u tal-kompetizzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jfassal rakkomandazzjonijiet għall-programm ta' ħidma previst fl-Artikolu 10(4). |
Ġustifikazzjoni | |
Jispeċifika r-risposti ta' l-entitajiet ta' l-UE għar-rapport annwali ta' l-Aġenzija u jressaq 'il quddiem id-data tar-rapport b'tali mod li dawn ir-risposti jkunu jistgħu jiggwidaw lill-Aġenzija fit-tfassil tal-programm għas-sena ta' wara. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi opinjoni lid-Direttur qabel l-adozzjoni ta' l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, u 8. Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi, fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, għandu jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. |
1. Id-Direttur għandu jakkwista l-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi qabel l-adozzjoni ta' l-opinjonijiet, il-linjigiwda strateġiċi, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, u 8 Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi, fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, għandu jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun l-unika entità ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija fir-rigward tar-regolazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Tiddefinixxi l-kamp ta’ kompetenza. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi b'mod indipendenti fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu. Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjonjiet, la minn kwalunkwe gvern u lanqas minn kwalunkwe entità oħra. |
1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu għandu jaġixxi b’mod indipendenti u bi qbil mad-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi. Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjonjiet jew rakkomandazzjonijiet, la minn kwalunkwe gvern nazzjonali u lanqas minn kwalunkwe entità oħra pubblika jew privata, fi ħdan il qafas tal-politika ta’ l-enerġija stipulata mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħu, minn lista ta' talanqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret sejħa għal espressjoni ta' interess. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. |
2. 2. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord tar-Regolaturi, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħu, minn lista ta' talanqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni u żewġ kandidati proposti mill-Kunsill, u wara li tkun saret sejħa għal espressjoni ta' interess. Għal dan il-għan il-kandidati proposti għandhom jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu mistoqsijiet li jagħmlulhom il-membri tiegħu. Il-Parlament jista' jirrifjuta din il-ħatra jekk ir-risposti mogħtija ma jikkonformawx mal-linji gwida ta' l-UE. |
Ġustifikazzjoni | |
Jispeċifika r-responsabilità demokratika tad-Direttur. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, u filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u f'dawk il-każijiet biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Aġenzija jista' jestendi l-mandat tad-Direttur darba għal mhux iktar minn tliet snin. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Issaħħaħ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Id-Direttur jista' jitneħħa mill-karigu tiegħu biss permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu. |
7. Id-Direttur jista' jitneħħa mill-karigu tiegħu biss permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' tliet kwarti tal-voti |
Ġustifikazzjoni | |
Konformità ma’ l-emenda ta’ qabel | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-Direttur jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, u 8, soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi. |
3. Id-Direttur għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, u 8, soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi. |
Ġustifikazzjoni | |
Tiddefinixxi l-kamp ta’ kompetenza. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord ta' l-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt sostituti, magħżula minn fost persunal fi gradi għolja, attwali jew tal-passat, ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew l-istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħra, b'esperjenza relevanti fis-settur ta' l-enerġija. Il-Bord ta' l-Appell jaħtar il-President tiegħu. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Appell għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza kkwalifikata ta' għall-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Appell għandu jissejjaħ meta meħtieġ. |
1. Il-Bord ta' l-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt sostituti, magħżula minn fost persunal fi gradi għolja, attwali jew tal-passat, ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew l-istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħra, b'esperjenza relevanti fis-settur ta' l-enerġija, maħtura fuq il-bażi tal-kompetenza professjonali u ta' oriġini min 12-il Stat Membru differenti. Il-Bord ta' l-Appell jaħtar il-President tiegħu. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Appell għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza kkwalifikata ta' għall-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Appell għandu jissejjaħ meta meħtieġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-kuntest ta’ l-Aġenzija, id-diversità, l-esperjenza u l-kompetenza huma kwalitajiet essenzjali għall-membri. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Wara sejħa għal espressjoni ta' interess, il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jinħatru mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. |
2. Wara sejħa għal espressjoni ta' interess, il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jinħatru mill-Parlament Ewropew, fuq proposta ta’ kunses tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-mandat tal-membri tal-Bord ta' l-Appell għandu jkun ta’ ħames snin, u jista' jiġġedded. Dan il-mandat għandu jkun jista' jiġġedded. Il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jaġixxu b'mod indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, huma ma għandhom ikunu marbutin b'ebda istruzzjoni. Ma jistgħu jwettqu l-ebda dmir ieħor fl-Aġenzija, fil-Bord ta' l-Amministrazzjoni tagħha jew fil-Bord tar-Regolaturi tagħha. Il-membri tal-Bord ta' l-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-karigu tagħhom waqt il-mandat, sakemm membru ma jinstabx ħati ta' kondotta ħażina serja u l-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi, jieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward. |
3. Il-mandat tal-membri tal-Bord ta' l-Appell għandu jkun ta’ ħames snin, u jista' jiġġedded. Dan il-mandat għandu jkun jista' jiġġedded. Il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jaġixxu b'mod indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom; huma ma għandhom ikunu marbutin b'ebda istruzzjoni. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni kif imsemmija fl-Artikoli 7 u 8 u indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tikkonċerna direttament lil dik il-persuna. |
1. Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni kif imsemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 u indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tikkonċerna direttament lil dik il-persuna. |
Ġustifikazzjoni | |
Jikkunsidra t-tkabbir tas-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija kif propost fl-Artikolu 6. | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jekk l-Aġenzija tonqos milli tieħu deċiżjoni, proċeduri għal dan in-nuqqas ta' azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il- Qorti tal-Prim' Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat. |
imħassar |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Konvenzjoni ta’ Aarhus fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Jenfasizza n-natura vinkolanti tal-Konvenzjoni ta' Aarhus (pereżempju speċjalment dwar it-trasparenza ta' studji ta' l-impatt ambjentali) vis à vis l-istituzzjonijiet kollha ta' l-Unjoni, u għalhekk ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba mill-Aġenzija u l-metodi ta' ħidma tagħha, b'rabta ma' l-għan, il-mandat u l-kompiti tagħha, kif iddefiniti f'dan ir-Regolament u fil-programmi annwali ta' ħidma tagħha. |
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba mill-Aġenzija u l-metodi ta' ħidma tagħha, b'rabta ma' l-għan, il-mandat u l-kompiti tagħha, kif iddefiniti f'dan ir-Regolament u fil-programmi annwali ta' ħidma tagħha. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni wiesgħa, permezz tal-websajt tal-Kummissjoni, mal-partijiet ikkonċernati mill-politiki ta’ l-enerġija, tal-kompetizzjoni u tas-suq intern, jiġifieri l-operaturi tat-trasport, l-operaturi tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ l-enerġija, għaqdiet tal-konsumaturi u ta' professjonisti u għaqdiet tal-ħarsien ta' l-ambjent. |
Ġustifikazzjoni | |
Jispeċifika l-mod ta' evalwazzjoni u l-utilità tiegħu fl-iżvilupp ta' programmi ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-ewwel rapport ta' evalwazzjoni għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn erba' snin wara li l-ewwel Direttur ikun ħa l-karigi tiegħu. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni talanqas kull ħames snin. |
2. L-ewwel rapport ta' evalwazzjoni għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn sentejn wara li l-ewwel Direttur ikun ħa l-karigi tiegħu. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni talanqas kull tliet snin fid-data speċifikata fl-Artikolu 10(10). |
Ġustifikazzjoni | |
Evalwazzjoni aktar bikrija tax-xogħol ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Wara l-ewwel rapport ta’evalwazzjoni ta’ l-attivitajiet u r-riżultati ta’ l-Aġenzija, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fuq proposta tal-Kummissjoni, jew jestendu l-mandat ta’ l-Aġenzija jew jibdluha bi struttura aktar xierqa. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni li twaqqaf l-aġenzija, taħt il-kontroll tagħha, l-aktar b'setgħat konsultattivi taf ma' tkunx l-aħjar struttura sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' suq wieħed Ewropew għall-elettriku u l-gass. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-riżultati miksuba u jekk ikun il-każ tipproponi struttura oħra. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament It-Titolu - Artikolu 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet tranżitorji |
Dħul fis-seħħ u miżuri tranżitorji u skadenza |
Ġustifikazzjoni | |
L-iffissar ta’ limitu ta’ żmien għandu jiżgura li tingħata attenzjoni lill-iżvilupp tas-suq intern ta' l-enerġija. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 31 - paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Dan ir-Regolament se jiskadi fil-1 ta’ Jannar 2015. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iffissar ta’ limitu ta’ żmien għandu jiżgura li tingħata attenzjoni lill-iżvilupp tas-suq intern ta' l-enerġija. |
PROĊEDURA
It-Titolu |
Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0530 – C6-0318/2007 – 2007/0197(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 11.10.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Alain Lipietz 23.10.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
29.1.2008 |
26.2.2008 |
1.4.2008 |
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
6.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 5 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, Gay Mitchell, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Katerina Batzeli, Valdis Dombrovskis, Harald Ettl, Ján Hudacký, Alain Lipietz, Diamanto Manolakou, Gianni Pittella, Bilyana Ilieva Raeva, Andreas Schwab |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (21.4.2008)
tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija
(COM(2007/0530 – C6‑0318/2007 – 2007/0197(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Gabriela Creţu
ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regolament li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija. Din l-Aġenzija għandu jkollha rwol importanti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tat-Tielet Pakkett ta’ l-Enerġija.
Din l-Aġenzija għandha tkun kompletament indipendenti u għandu jkollha awtonomija amministrattiva u finanzjarja sħiħa sabiex isservi ta’ parteċipant attiv importanti fid-difiża tad-drittijiet tal-konsumaturi u tal-partijiet interessati. Għandu jkollha l-possibilità li tikkonsulta mal-parteċipanti fis-suq fi stadju bikri, teħtieġ li jkollha s-setgħa sabiex tikkoordina u tivverifika l-investimenti u tieħu ħsieb is-sorveljanza tas-suq kif ukoll biex tkun tista’ tagħti informazzjoni rigward ix-xkiel għas-suq.
L-attivitajiet ta’ l-Aġenzija għandhom jinkludu l-proċess għall-bidu, is-sorveljanza u l-approvazzjoni tal-proposti tan-Netwerks Ewropej għall-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni (ENTSO), sabiex jippermettu żvilupp iktar regolat tas-suq intern ta’ l-enerġija, u jittieħdu miżuri adegwati sabiex ikun żgurat li jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur.
L-Aġenzija għandu jkollha rwol ewlieni fil-bidu, l-iżvilupp, it-tisħiħ, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ kodiċijiet tekniċi u tas-suq għat-TSOs (Operaturi tas-Sistemi ta’ Trasmissjoni). Barra minn hekk, għandha tkun involuta fl-ispeċifikar ta’ l-ambitu u l-kontenut tal-kodiċijiet Ewropej. L-Aġenzija għandha tingħata setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet, sabiex taqsam ir-responsabilità mat-TSOs meta jiġu stipulati r-regoli. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi, flimkien mal-Kummissjoni, dwar eżenzjonijiet eventwali ta’ infrastrutturi transkonfinali ġodda mir-rekwiżiti ta’ unbundling.
Il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-kapaċità li jiskrutina l-prestazzjoni u l-iffunzjonar ta’ l-Aġenzija.
Il-Parlament Ewropew għandu jipprovdi l-approvazzjoni tiegħu għall-għażla, it-tiġdid jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur. Id-Direttur ta’ l-Aġenzija, il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni u l-Bord tar-Regolaturi huma marbutin li jagħtu rendikont ta’ l-azzjonijiet tagħhom lill-Parlament Ewropew. Għandhom ikunu preżenti fil-PE meta mitluba minnu.
Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jkun responsabbli biss mill-kwistjonijiet ta’ ġestjoni u kontabilità. L-għadd ta’ persuni fuq il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jitnaqqas peress li l-għadd ta’ 12-il persuna m’huwiex ġustifikat meta mqabbel mal-Bord tar-Regolaturi u l-persunal sħiħ ta’ l-Aġenzija. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn dawk il-persuni li tkun ħatret il-Kummissjoni biss.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 7 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) L-Aġenzija għandha tissorvelja, b’mod kostanti, is-swieq għal xi xkiel għas-suq, u tinforma lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-awtoritajiet nazzjonali fejn meħtieġ. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tkun kapaċi mhux biss li tinforma, iżda wkoll li tissorvelja u li twissi minn kmieni lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-awtoritajiet nazzjonali. | |
Emenda 2 Proposta għal Regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) L-Aġenzija għandha tkun tista' toħroġ linji gwida vinkolanti biex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba. |
(10) L-Aġenzija għandha tkun tista' toħroġ linji gwida vinkolanti u mhux vinkolanti biex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba, u għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-abbozzar ta’ linji gwida mandatarji. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kompetenzi ta’ l-Aġenzija għandhom jissaħħu sabiex ikun possibbli jingħatalha rwol importanti fid-difiża tad-drittijiet tal-konsumatur u tal-partijiet interessati. | |
Emenda 3 Proposta għal Regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-Aġenzija għandu jkolha persunal ta' professjonalità għolja. B'mod partikolari, għandha tgawdi mill-kompetenza u l-esperjenza ta' persunal issekondat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-regolamenti applikabbli għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti għandhom japplikaw għall-persunal ta’ l-Aġenzija. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli meħtieġa ta’ implimentazzjoni. |
(16) L-Aġenzija għandu jkollha persunal ta’ professjonalità għolja, billi tirrekluta eċċezzjonalment persunal issekondat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-regolamenti applikabbli għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti għandhom japplikaw għall-persunal ta’ l-Aġenzija. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reklutaġġ eċċessiv ta’ persunal issekondat mill-awtoritajiet u mir-regolaturi nazzjonali jista’ jnaqqas l-indipendenza ta’ l-Aġenzija u dan ir-reklutaġġ għandu jsir biss f'każi eċċezzjonali. | |
Emenda 4 Proposta għal Regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-ħidma ta' l-Aġenzija għandu jkun possibbli skond il-ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Komunità. |
(18) Il-koperazzjoni ma’ regolaturi ta’ l-enerġija ta’ pajjiżi terzi għandha tkun possibbli skond il-ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Komunità. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ ikun iċċarat li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi hija limitata għall-proġetti ta’ koperazzjoni ma’ regolaturi ta’ l-enerġija oħrajn (mhux sempliċiment kwalunkwe entità oħra barranija) u fi kwalunkwe każ ma taffettwax direttament ix-xogħol ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 5 Proposta għal Regolament Premessa 19 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) L-Aġenzija hija marbuta li tagħti rendikont ta’ l-azzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-kapaċità li jiskrutina l-prestazzjoni u l-iffunzjonar ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 6 Proposta għal Regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenzija tista': |
L-Aġenzija għandha: |
(a) toħroġ opinjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni; |
(a) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni; |
(b) toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji; |
(b) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji; |
(c) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni; |
(c) toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni; |
(d) tieħu d-deċiżjonijiet individwali f'każijiet speċifiċi kif jissemma fl-Artikoli 7 u 8. |
(d) tieħu d-deċiżjonijiet individwali f'każijiet speċifiċi kif jissemma fl-Artikoli 6, 7 u 8. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet li jorbtu anke fid-doveri tagħha fir-rigward tal-koperazzjoni ta’ Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, bil-għan li tkun evitata r-regolamentazzjoni proprja. | |
Emenda 7 Proposta għal Regolament Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenzija tista', fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati għall-iskop li ġiet stabbilita għalih. |
L-Aġenzija tista’, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjoni jew rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati għall-iskop li ġiet stabbilita għalih. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM5 u AM6. | |
Emenda 8 Proposta għal Regolament Artikolu 6 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Aġenzija tista' tagħti opinjoni lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass kif imsemmi fl-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kodiċijiet tekniċi jew tas-suq, dwar l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali u l-abbozz tal-pjan ta' investiment fuq firxa ta’ 10 snin. |
3. L-Aġenzija għandha tapprova l-kodiċijiet u r-regoli, inklużi l-pjan ta’ investiment fuq firxa ta’ 10 snin, sabiex ikunu żgurati n-nondiskriminazzjoni u l-iffunzjonar sigur u effiċjenti tas-suq. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li l-Aġenzija jkollha s-setgħat kollha ta’ koordinazzjoni u ta’ approvazzjoni tal-proposti ta’ l-ENTSO. | |
Emenda 9 Proposta għal Regolament Artikolu 6 - paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-Aġenzija għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, tagħti pariri lill-Kummissjoni meta tkun qiegħda tħejji l-linji gwida strateġiċi għall-ENTSOs, li fuqhom għandhom jitħejjew kodiċijiet u regoli (inklużi kodiċijiet tekniċi, għodod operattivi ta’ netwerk komuni u pjanijiet ta’ riċerka, pjan ta’ investiment għal 10 snin, flimkien ma' prospett dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni kull sentejn, u programm ta' ħidma annwali), kif imsemmi fl-Artikolu 2c1 (a) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u fl-Artikolu 2c1 (a) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, kif ukoll, meta jkun xieraq, għall-adozzjoni ta’ linji gwida mandatarji. L-Aġenzija għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, tagħti pariri lill-Kummissjoni meta tkun qiegħda tħejji l-kodiċijiet tas-suq, inkluża l-adozzjoni ta’ linji gwida mandatarji. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ambitu tal-kodiċijiet u r-regoli proposti, u l-punt safejn dawn għandhom japplikaw – kemm jekk ikunux japplikaw għall-infrastrutturi ta’ trażmissjoni kollha jew għall-interazzjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali ta’ trażmissjoni eżistenti – għandhom ikunu definiti ex ante. L-ewwel, l-Aġenzija għandha tipprovdi pariri lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, dwar l-ambitu eżatt ta' kodiċi jew ta' regola u l-punt safejn din għandha tasal, fi ħdan l-oqsma speċifikati fl-Artikolu 2c (3) tar-Regolament dwar l-elettriċità u l-gass. Bl-istess mod, l-għanijiet ta’ livell għoli u l-ambitu għall-pjan ta’ investiment fuq firxa ta’ 10 snin jeħtieġ ikunu definiti ex ante. | |
Emenda 10 Proposta għal Regolament Artikolu 6 - paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-Aġenzija għandha tikkonsulta b’mod estensiv u fi stadju bikri, mal-parteċipanti, il-konsumaturi u l-utenti aħħarin b’mod miftuħ u trasparenti, partikolarment dwar ix-xogħlijiet tagħha fir-rigward tat-TSOs. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħalissa l-ERGEG qiegħda tmexxi konsultazzjonijiet pubbliċi fuq livell ta’ l-UE. Għalhekk, l-ACER għandha tiret din il-biċċa xogħol peress li diġà għandha regoli stabbiliti u esperjenza fit-tmexxija ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi. Barra minn hekk, l-Aġenzija, b’kuntrast ma’ l-ENTSOs, hija l-entitá li nħolqot biex taġixxi fl-interess tal-parteċipanti tas-suq kollha. | |
Emenda 11 Proposta għal Regolament Artikolu 6 - paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-kalkoli ta’ kapaċità transkonfinali mit-TSOs u l-użu (l-ammont f’daqqa) attwali tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn il-grilji, kif ukoll is-soluzzjoni ta’ problemi ta’ aċċess mhux ġust, diskriminatorju jew mhux effiċjenti tul il-fruntieri nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 6 jeħtieġ li jissaħħaħ biex ikun żgurat li l-Aġenzija jkollha setgħat reali li tħares il-kummerċ transkonfinali u tieħu azzjoni biex tneħħi kull ostakolu għal kummerċ. Fil-każ jew anke jekk ma jkunx il-każ li tinħoloq l-ENTSO, l-ACER għandu jkollha setgħat diretti biex ġġiegħel lil TSOs individwali jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tagħha. Jekk tinħoloq l-ENTSO, ikun essenzjali li s-setgħat u d-doveri ta’ l-ACER jeħtieġ li jkunu estiżi aktar biex jaqblu ma' l-attivitajiet ta' l-ENTSO. | |
Emenda 12 Proposta għal Regolament Artikolu 6 - paragrafu 6 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6b. L-Aġenzija għandha tkun tista’ timponi sanzjonijiet effettivi jekk l-ostakoli għal kummerċ transkonfinali ma jitneħħewx. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 6 jeħtieġ li jissaħħaħ biex ikun żgurat li l-Aġenzija jkollha setgħat reali li tħares il-kummerċ transkonfinali u tieħu azzjoni biex tneħħi kull ostakolu għal kummerċ. Fil-każ jew anke jekk ma jkunx il-każ li tinħoloq l-ENTSO, l-ACER għandu jkollha setgħat diretti biex ġġiegħel lil TSOs individwali jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tagħha. Jekk tinħoloq l-ENTSO, ikun essenzjali li s-setgħat u d-doveri ta’ l-ACER jeħtieġ li jkunu estiżi aktar biex jaqblu ma' l-attivitajiet ta' l-ENTSO. | |
Emenda 13 Proposta għal Regolament Artikolu 6 - paragrafu 6 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6c. L-Aġenzija għandha tkun tista' tieħu deċiżjonijiet vinkolanti dwar il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw aċċess u użu ta' sistemi ta' trażmissjoni b'konnessjoni li jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed jekk ma jintlaħaqx qbil konġunt mill-awtoritajiet regolatorji relevanti nazzjonali fi żmien sitt xhur minn notifika ta' kwistjoni minn fornitur jew minn TSO. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 6 jeħtieġ li jissaħħaħ biex ikun żgurat li l-Aġenzija jkollha setgħat reali li tħares il-kummerċ transkonfinali u tieħu azzjoni biex tneħħi kull ostakolu għal kummerċ. Fil-każ jew anke jekk ma jkunx il-każ li tinħoloq l-ENTSO, l-ACER għandu jkollha setgħat diretti biex ġġiegħel lil TSOs individwali jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tagħha. Jekk tinħoloq l-ENTSO, ikun essenzjali li s-setgħat u d-doveri ta’ l-ACER jeħtieġ li jkunu estiżi aktar biex jaqblu ma' l-attivitajiet ta' l-ENTSO. | |
Emenda 14 Proposta għal Regolament Artikolu 9 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn tnax-il membru. Sitta għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, u sitta mill-Kunsill. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ta’ ħames snin, u jista’ jiġġedded darba. |
1. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn sitt membri li jinħatru mill-Kummissjoni. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ta’ ħames snin, u jista’ jiġġedded darba. Il-ħatra tal-Bord ta' Amministrazzjoni se jkun soġġett għall-vot ta’ approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-kapaċità li jiskrutinizza l-prestazzjoni u l-iffunzjonar ta’ l-Aġenzija. Għalhekk l-Aġenzija għandha tagħti rendikont ta’ l-azzjonijiet kollha tagħha lill-Parlament Ewropew. | |
Emenda 15 Proposta għal Regolament Artikolu 9 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur ta’ l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni ma jiddeċidix mod ieħor. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa' talanqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa’ wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta’ għallanqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur. Il-membri tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija. |
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur ta’ l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni ma jiddeċidix mod ieħor. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa’ talanqas erba’ darbiet fis-sena f’sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa’ wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta’ għallanqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur. Il-membri tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija. |
Ġustifikazzjoni | |
Erba’ laqgħat fis-sena jiżguraw ħarsa ġenerali aħjar tal-politiki li l-Aġenzija se tkun qiegħda tamministra, u aġġornament iktar regolari tax-xogħol tagħha. | |
Emenda 16 Proposta għal Regolament Artikolu 9 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti. |
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandhom jiġu adottati abbażi ta’ maġġoranza assoluta tal-membri preżenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-għadd ta’ membri fuq il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jitnaqqas għal 6 (AM14), ir-regoli tal-votazzjoni għandhom jiġu ċċarati. | |
Emenda 17 Proposta għal Regolament Artikolu 9 - paragrafu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni jista’ jintemmlu l-mandat fuq proposta tal-Kummissjoni u b’deċiżjoni meħuda mill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jieħu d-deċiżjoni tiegħu permezz ta’ vot ta’ maġġoranza assoluta. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM12 | |
Emenda 18 Proposta għal Regolament Artikolu 9 - paragrafu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu indipendenti mill-gvernijiet nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tkun indipendenti kemm jista’ jkun. Billi l-membri tal-Bord Amministrattiv jinħatru mill-Kunsill u mill-Kummissjoni rispettivament, huma jistgħu jirċievu istruzzjonijiet mingħand dawn l-istituzzjonijiet, iżda mhux minn xi Stat Membru partikulari. | |
Emenda 19 Proposta għal Regolament Artikolu 10 - paragrafu -1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1a. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun responsabbli minn kwistjonijiet ta’ tmexxija u ta' kontabilitá biss. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tqassim ta’ xogħlijiet bejn iż-żewġ bordijiet għandu jkun iktar ċar u l-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jkollu biss xogħol ta’ ġestjoni sabiex l-Aġenzija tassew tingħata s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b’mod effiċjenti u indipendenti. | |
Emenda 20 Proposta għal Regolament Artikolu 10 - paragrafu 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lil kwalunkwe membru jew membri tal-Bord ta’ l-Amministrzzjoni biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri ta' dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-kapaċità li jiskrutina l-prestazzjoni u l-iffunzjonar ta’ l-Aġenzija. | |
Emenda 21 Proposta għal Regolament Artikolu 11 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed, għal kull Stat Membru mill-awtoritajiet regolatorji, kif imsemmi fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24(a) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll rappreżentant tal-Kummissjoni li ma jkollux id-dritt tal-vot. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaħtru membru supplenti għal kull Stat Membru. |
1. 1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed, għal kull Stat Membru mill-awtoritajiet regolatorji, kif imsemmi fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24(a) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni li ma jkollhomx id-dritt tal-vot, fi rwol konsultattiv. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaħtru membru supplenti għal kull Stat Membru. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM17 | |
Emenda 22 Proposta għal Regolament Artikolu 12 - paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lil kwalunkwe membru jew membri tal-Bord tar-Regolaturi biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri ta' dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM16 | |
Emenda 23 Proposta għal Regolament Artikolu 13 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħu, minn lista ta' talanqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret sejħa għal espressjoni ta' interess. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. |
2. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħu, minn lista ta' talanqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret sejħa għal espressjoni ta' interess. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiġi mitlub jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri ta' dak il-kumitat. Il-ħatra tad-Direttur se tkun soġġetta għall-vot ta’ approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM17 | |
Emenda 24 Proposta għal Regolament Artikolu 13 - paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb għal mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. |
5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Sa żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għal mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri ta' dak il-kumitat. L-estensjoni tal-mandat tad-Direttur se tkun soġġetta għall-vot ta’ approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM17 | |
Emenda 25 Proposta għal Regolament Artikolu 13 - paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Id-Direttur jista' jitneħħa mill-karigu tiegħu biss permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu. |
7. Id-Direttur jista' jitneħħa mill-karigu tiegħu permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu. Id-Direttur jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Parlament Ewropew, wara li jiġi kkonsultat il-Bord tar-Regolaturi. Il-Parlament Ewropew jieħu d-deċiżjoni tiegħu permezz ta’ vot ta’ maġġoranza assoluta. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM17 | |
Emenda 26 Proposta għal Regolament Artikolu 14 - paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lid-Direttur biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri ta' dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM17 | |
Emenda 27 Proposta għal Regolament Artikolu 15 - paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lil kwalunkwe membru jew membri tal-Bord ta' l-Appell biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri ta' dak il-kumitat. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jirriżulta minn AM17 | |
Emenda 28 Proposta għal Regolament Artikolu 25 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista’ jadotta dispożizzjonijiet oħra sabiex esperti nazzjonali minn Stati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati billi jiġu ssekondati ma' l-Aġenzija. |
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista’ jadotta dispożizzjonijiet oħra sabiex esperti nazzjonali minn Stati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati billi jiġu ssekondati ma' l-Aġenzija f'każi eċċezzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reklutaġġ eċċessiv ta’ persunal issekondat mill-awtoritajiet u mir-regolaturi nazzjonali jista’ jnaqqas l-indipendenza ta’ l-Aġenzija u dan ir-reklutaġġ għandu jsir biss f'każi eċċezzjonali. | |
Emenda 29 Proposta għal Regolament Artikolu 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
28. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u li jkunu ffirmaw ftehimiet mal-Komunità għal dan il-għan. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-ambitu u l-aspetti proċedurali ta' l-involviment ta' dawn il-pajjiżi fil-ħidma ta' l-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-kontributi finanzjarji u mal-persunal. |
28. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-koperazzjoni ma' regolaturi ta' l-enerġija ta' pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u li jkunu ffirmaw ftehimiet mal-Komunità għal dan il-għan. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-ambitu u l-aspetti proċedurali ta' l-involviment ta' dawn ir-regolaturi ta' l-enerġija ta' pajjiżi terzi, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-kontributi finanzjarji u mal-persunal. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ jinkiteb b’mod divers. Il-kliem użat fl-Artikolu għandu jiġi ċċarat. |
PROĊEDURA
Titolu |
Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0530 – C6-0318/2007 – 2007/0197(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 11.10.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Gabriela Creţu 21.11.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
22.1.2008 |
28.2.2008 |
2.4.2008 |
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
8.4.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Syed Kamall, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Marian Zlotea |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Colm Burke, Giovanna Corda, Bert Doorn, Brigitte Fouré, Joel Hasse Ferreira, Bilyana Ilieva Raeva, Olle Schmidt, Bogusław Sonik, Janusz Wojciechowski |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0530 – C6-0318/2007 – 2007/0197(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
19.9.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 11.10.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 11.10.2007 |
CONT 11.10.2007 |
ECON 11.10.2007 |
ENVI 11.10.2007 |
||||
|
IMCO 11.10.2007 |
|
|
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CONT 3.10.2007 |
ENVI 9.10.2007 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Giles Chichester 21.4.2008 |
|
|
|||||
Rapporteur(s) preċedenti |
Renato Brunetta |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
21.11.2007 |
19.12.2007 |
23.1.2008 |
24.1.2008 |
||||
|
29.1.2008 |
27.2.2008 |
26.3.2008 |
6.5.2008 |
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
28.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
44 1 3 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Gabriele Albertini, Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Manuel António dos Santos, Robert Goebbels, Satu Hassi, Edit Herczog, Pierre Pribetich, Bernhard Rapkay, Silvia-Adriana Ţicău |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Emmanouil Angelakas, Nicolae Vlad Popa |
|||||||
Data tat-tressiq |
5.6.2008 |
|||||||