RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament li jemenda (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali
12.6.2008 - (COM(2007)0532 – C6‑0319/2007 – 2007/0199(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Atanas Paparizov
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament li jemenda (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali
(COM(2007)0532 – C6‑0319/2007 – 2007/0199(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2007)0532),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, li f’konformità magħhom, il-Kummissjoni bagħtet il-proposta lill-Parlament (C6-0319/2007),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0253/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ieħor;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iwassal il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Is-suq intern tal-gass, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha Komunitarji, kemm jekk ċittadini kif ukoll negozji, bopportunitajiet ġodda ta’ negozju u ta’ aktar kummerċ transkonfinali, sabiex ikunu żgurati gwadanji fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi, standards ogħla ta’ servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà fil-forniment u għas-sostenibbiltà. |
(1) Is-suq intern tal-gass, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-għan li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha Komunitarji, kemm jekk ċittadini kif ukoll jekk negozji, b'opportunitajiet ġodda ta’ negozju u ta’ kummerċ transkonfinali akbar, sabiex ikunu żgurati gwadanji fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi, standards ogħla ta’ servizz u aċċess għall-akbar numru ta' nies possibbli, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà fil-forniment u għas-sostenibbiltà. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-aċċess għall-gass bi prezzijiet tajbin għall-akbar numru ta' nies possibbli huwa importanti ħafna. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Attwlament madankollu, id-dritt ta’ bejgħ fi kwalunkwe Stat Membru, b'kundizzjonijiet ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, ma jistax jiġi garantit fil-Komunità. B’mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, għad ma jeżistux. |
(3) Attwlament madankollu, id-dritt ta’ bejgħ fi kwalunkwe Stat Membru, b'kundizzjonijiet ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, ma jistax jiġi garantit fil-Komunità. B’mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, għad ma jeżistux u għad hemm swieq iżolati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Bħala l-ewwel pass lejn l-integrazzjoni tas-swieq u sabiex jiġi kompletat is-suq intern ta' l-enerġija, għandu jinkiseb livell suffiċjenti ta' kapaċità ta' interkonnessjoni tal-gass transkonfinali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-premessa l-ġdida tkun konformi mal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 fi Brussell, filwaqt li tirrikonoxxi li, fil-prattika, il-livell neċessarju tal-kapaċità ta' l-interkonnessjoni tal-gass se jvarja bejn id-diversi reġjuni ta' l-UE. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li ġġib l-isem "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-gass naturali jiġi kkompletat, u li l-kumpaniji kollha tal-gass fil-Komunità joperaw skond l-istess kunduzzjonijiet. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" uriet li r-regoli u l-miżuri preżenti majipprovvdux il-qafas meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb. |
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li ġġib l-isem "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-gass naturali jiġi kkompletat, u li l-kumpaniji kollha tal-gass fil-Komunità joperaw skond l-istess kunduzzjonijiet. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" uriet li r-regoli u l-miżuri preżenti ma ġewx trasposti biżżejjed fl-Istati Membri kollha, bir-riżultat li għadu ma ntlaħaqx b'mod sodisfaċenti l-għan ta’ suq intern ta' l-enerġija li jiffunzjona tajjeb. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-reviżjoni settorjali twettqet f'Lulju 2005, fi żmien meta l-parti l-kbira ta' l-Istati Membri kienet għadha ma ttrasponietx kompletament id-Direttiva tal-Gass, u f'Diċembru 2006 il-Kummissjoni ċċertifikat (ara MEMO/06/481) li 16 mill-25 Stat Membru kienu għadhom ma ttrasponewx - jew inkella mhux b'mod sodisfaċenti - il-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-liġi Komunitarja eżistenti għadha tiġi trasposta kif xieraq fil-liġi nazzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) B'mod partikolari, jinħtieġu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà progressiva tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv transkonfinali għan-netwerks tat-trażmissjoni, u biex jiġi żgurat pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b’kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom joperaw in-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċijiet komuni tekniċi u tas-suq. |
(6) B'mod partikulari, jinħtieġu kemm il-ħolqien ta' konnessjonijiet fiżiċi bejn in-netwerks tal-gass kif ukoll l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà progressiva tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv u trasparenti transkonfinali għan-netwerks tat-trażmissjoni, u biex jiġu żgurati pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b’kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom joperaw in-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċijiet komuni tekniċi u tas-suq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Biex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni tan-netwerks għat-trażmissjoni tal-gass naturali fil-Komunità, għandu jitwaqqaf netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jitwettqu skond ir-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni, li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet tan-netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Peress li azzjoni fuq livell reġjonali tista’ twassal għal progress, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Ewropew. Il-kooperazzjoni fi ħdan dawn l-istrutturi reġjonali tippreżumi separazzjoni bejn l-attivitajiet tan-netwerk minn dawk tal-produzzjoni u l-forniment, fin-nuqqas ta' liema l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' transmissjoni tagħti lok għal aġir antikompettittiv. |
(7) Biex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni tan-netwerks għat-trażmissjoni tal-gass naturali fil-Komunità, għandu jitwaqqaf netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jitwettqu skond ir-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni, li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet tan-netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Peress li azzjoni fuq livell reġjonali tista’ twassal għal progress, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Ewropew. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni u jissorveljaw l-effikaċja tan-netwerk fil-livell reġjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-promozzjoni ta' l-Istati Membri tal-kooperazzjoni f'livell reġjonali u l-obbligu li tkun immoniterjata l-effikaċja tan-netwerk huma importanti ħafna biex ikunu garantiti kooperazzjoni ġenwina u suq transkonfinali intern ġenwin. Barra minn hekk is-separazzjoni effettiva tas-sjieda m'hijiex kundizzjoni meħtieġa biex tkun iggarantita l-kooperazzjoni reġjonali. Il-kooperazzjoni tista' teżisti u tista' tkun effettiva mingħajr is-separazzjoni tas-sjieda. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Il-parteċipanti kollha tas-suq għandhom interess fil-ħidma mistennija min-netwerk ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa għalhekk essenzjali u l-istrutturi eżistenti stabbiliti biex jiffaċilitaw u jirrazzjonalizzaw il-proċess ta' konsultazzjoni, bħall-EASEE-gass (l-Assoċjazzjoni Ewropea għar-Razjonalizazzjoni ta’ l-Iskambju ta’ l-Enerġija), għandu jkollhom rwol importanti. |
imħassra | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Konsultazzjonijiet pubbliċi fil-livell ta' l-UE qed jitwettqu attwalment mill-ERGEG. Għalhekk l-Aġenzija għandha twettaq dan il-kompitu peress illi diġà għandha regoli u esperjenza stabbiliti sew fit-twettiq ta' konsultazzjonijiet pubbliċi. Iktar minn hekk, l-Aġenzija qed taġixxi fl-aħjar interessi tal-parteċipanti tas-swieq kollha, filwaqt li t-TSOs huma parti potenzjalment ikkonċernata. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-proċess, għandu wkoll jiġi enfasizzat li l-ħolqien ta' wisq korpi ta' konsultazzjoni jista' jwassal għal irduppjar tal-konsultazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(11) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin, uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli dwar l-aċċess għall-infrastrutturi m'humiex biżżejjed. |
(11) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin, uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli dwar l-aċċess għall-infrastrutturi m'humiex biżżejjed sabiex ikun garantit suq intern ġenwin, miftuħ u effettiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Biex it-test ikun iktar ċar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) Biex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq, il-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu żguri li l-aġir abbużiv jista' jiġi ssanzjonat. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingaħatw il-kapaċità li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta' abbuż tas-suq. Għaldaqstant jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-dejta li tipprovdi informazzjjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta’ l-impriżi ta’ forniment. Fis-suq tal-gass dawn id-deċiżjonijeit kollha huma kkomunikati lill-operaturi tas-sistema f'forma ta' riżervi tal-kapaċità, nominazzjonijiet u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistema għandhom iżommu din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stabbilit ta’ żmien. |
(13) Biex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq, il-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu żguri li l-aġir abbużiv jista' jiġi ssanzjonat b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingaħatw il-kapaċità effettiva li jinvestigaw allegazzjonijiet ta' abbuż tas-suq. Għaldaqstant jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-dejta li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta’ l-impriżi ta’ forniment. Fis-suq tal-gass deċiżjonijiet kollha bħal dawn huma kkomunikati lill-operaturi tas-sistema f'forma ta' riżervi tal-kapaċità, nominazzjonijiet u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistema għandhom iżommu l-informazzjoni relatata ma' dan disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stabbilit ta’ żmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jissorveljaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-operaturi tas-sistema. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni importanti minn impriżi tal-forniment u għandhom jikkontrollaw li l-impriżi tal-forniment ikunu konformi mar-regoli, sabiex ikun żgurat suq trasparenti, effettiv u mhux diskriminatorju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(14) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-parteċipanti kollha tas-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Ewropew. |
(14) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-parteċipanti kollha tas-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Ewropew. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-parteċipanti fis-swieq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din iż-żieda hija meħtieġa sabiex tkun iċċarata responsabiltà ta' l-awtorità kompetenti, u biex ikun iggarantit l-infurzar tar-regoli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 15 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(15) L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażniet tal-gass u l-faċilitajiet LNG huma insuffiċjenti, u għalhekk hemm bżonn titjib fir-regoli. Il-monitoraġġ mill-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-elettriku u l-gass (ERGREG) ikkonkluda li l-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta’ aċċess lil partijiet terzi għall-operaturi tas-sistema tal-ħażna, maqbula bejn il-partijiet kollha interessati fil-Forum ta' Madrid, mhux qed jiġu applikati kif suppost u għaldaqstant għandhom isiru vinkolanti. |
(15) L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażniet tal-gass u l-faċilitajiet LNG huma insuffiċjenti f'ċerti Stati Membri, u għalhekk hemm bżonn ta' titjib radikali fl-implimetazzjoni tar-regoli eżistenti. Il-monitoraġġ tal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-elettriku u l-gass (ERGEG) wera li l-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta’ aċċess lil partijiet terzi għall-operaturi tas-sistema tal-ħażna, li kienu maqbula bejn il-partijiet kollha interessati fil-Forum ta' Madrid, f'ċerti każijiet, mhux qed jiġu applikati kif suppost u għaldaqstant għandhom isiru vinkolanti. Għalkemm il-linji gwida volontarji attwalment kważi qed jiġu trasposti kompletament madwar l-Unjoni Ewropea, jekk isiru vinkolanti, dan iżid il-fiduċja ta' l-operaturi fl-aċċess mhux diskriminatorju għall-ħażniet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta' aċċess lil partijiet terzi għal operaturi tas-sistema tal-ħażna bħalissa qed jiġu trasposti f'bosta Stati Membri. Madankollu, il-protagonisti fis-swieq s'issa ftit kellhom fiduċja f'din is-sistema ta' aċċess għall-ħażna, li fil-prattika qed taħdem. Jekk dawn ir-regoli jsiru vinkolanti, dan ikun jikkostitwixxi miżuri ta' bini tal-fiduċja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-definixzjoni attwali ta' ''trażmissjoni'' mhijiex ċara u toħloq konfużjoni, u għalhekk għandha tiġi ċċarata. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 b – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-konsultazzjoni fil-livell ta' l-Ue s'issa dejjem kienet kompitu ta' l-ERGEG. Dan il-kompitu għandu jingħata lill-Aġenzija futura li tiġi inkarigata li tissalvagwardja l-interess pubbliku. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2b – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 b – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni, permezz ta' l-opinjoni espressa mill-Aġenzija, għandha tqis l-opinjonijiet espressi lill-Aġenzija mill-utenti u mill-klijenti tas-sistema meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-istatuti, il-membri u r-regoli ta' proċedura għall-ENTSOG. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 d - paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 e | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 e a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 f | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 h | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(Jemenda l-Artikolu 3(1) eżistenti tar-Regolament 1775/2005) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dispożizzjonijiet eżistenti fl-Artikolu 3 dwar l-iffissar ta' standards ta' tariffi f'każijiet fejn ikun hemm effettivament kompetizzjoni ''pipeline-to-pipeline'' wasslu għall-ħolqien ta' tariffi mhux ibbażati fuq l-ispejjeż f'numru kbir ta' sistemi ta' trażmissjoni. Huwa diffiċli li wieħed jiddetermina l-impatt negattiv fuq il-konsumaturi tal-gass fil-forma ta' żieda fl-ispejjeż jew inkella fil-prezz ta' l-enerġija, iżda dan jista' jitqies bħala li huwa sostanzjali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(Tintroduċi test addizzjonali għall-Artikolu 3(1)(3) eżistenti tar-Regolament 1775/2005.) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dispożizzjonijiet eżistenti fl-Artikolu 3 dwar l-iffissar ta' standards ta' tariffi f'każijiet fejn ikun hemm effettivament kompetizzjoni ''pipeline-to-pipeline'' wasslu għall-ħolqien ta' tariffi mhux ibbażati fuq l-ispejjeż f'numru kbir ta' sistemi ta' trażmissjoni. Huwa diffiċli li wieħed jiddetermina l-impatt negattiv fuq il-konsumaturi tal-gass fil-forma ta' żieda fl-ispejjeż jew inkella fil-prezz ta' l-enerġija, iżda dan jista' jitqies bħala li huwa sostanzjali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jkunu ggarantiti t-trasparenza u l-kompetizzjoni effettiva b'opportunitajiet indaqs u bla diskriminazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1775/2005 L-Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(Fl-Artikolu 3(1), għandu jiżdied il-ħames subparagrafu) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-trasparenza dwar it-tariffi u l-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom tikkostitwixxi prerekwiżit prinċipali ta' suq intern li jaħdem kif suppost. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 4 a – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali jvarjaw tul is-snin, għalhekk huwa biss possibbli li jitqabblu t-termini u l-kondizzjonijiet għal servizzi simili offruti fi żmien partikolari. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-aċċess bla problemi huwa importanti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti timmoniterja l-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa, sabiex ikunu żgurati l-effikaċja u l-infurzar tar-regoli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 – punt a a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(Din l-emenda tintroduċi test addizzjonali għall-Artikolu 5(2a)(3) eżistenti tar-Regolament 1775/2005.) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-aċċess għall-kapaċità ta' trasport u għalhekk l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi adegwati ta' allokazzjoni tal-kapaċità (CAM) u ta' proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni (CMP) li jiżguraw użu effiċjenti ta' l-infrastruttura eżistenti huma kruċjali għall-iżvilupp ta' suq tal-gass Ewropew wieħed. L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat billi tiġi inkluża dimensjoni transkonfinali ta' mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità u proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 – punt b Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-aċċess għall-kapaċità ta' trasport u għalhekk l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi adegwati ta' allokazzjoni tal-kapaċità (CAM) u ta' proċeduri ta' ġestjoni tat-traffiku (CMP) li jiżguraw użu effiċjenti ta' l-infrastruttura eżistenti huma kruċjali għall-iżvilupp ta' suq tal-gass Ewropew wieħed. L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat billi tiġi inkluża dimensjoni transkonfinali ta' mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità u proċeduri ta' ġestjoni tat-traffiku. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-domanda fis-suq m'għandhiex tkun l-uniku kriterju li għandu jitqies meta jiġu ppjanati investimenti ġodda. Is-sigurtà tal-provvista tikkostitwixxi element ewlieni, u ma tistax tkun garantita jekk l-infrastrutturi huma biss iddiżinjati skond id-domanda, u ma jqisux każijiet, pereżempju, ta' nuqqas fl-infrastruttura tat-trażmissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 – punt d Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5 – paragrafu 6 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-paragrafu l-ġdid 6a (5) jgħid illi l-obbligu ta' l-operaturi tan-netwerk illi jġestixxu l-konġestjoni jimplika wkoll li tittaffa l-konġestjoni fuq medda twila ta' żmien permezz ta' investiment fl-infrastruttura ġdida skond id-domanda fis-suq, li tiġi evalwata permezz ta' proċeduri ''open-season'' (li jservu biex jiġu żgurati l-bżonnijiet li tiġi allokata kapaċità jew jingħata aċċess lil partijiet terzi b'mod kemm jista' jkun trasparenti u mhux diskriminatorju. L-operaturi tan-netwerk huma għalhekk obbligati li jorganizzaw proċeduri ''open-season''. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 – punt d Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5 – paragrafu 6 b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(Din l-emenda tintroduċi subparagarfu ġdid fl-Artikolu 5 eżistenti tar-Regolament 1775/2005.) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-approvazzjoni formali tal-proċeduri tal-ġestjoni tal-konġestjoni mir-regolaturi għandha tkun dikjarata biċ-ċar fir-Regolament 1775/2005 sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5a – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex tkun evitata l-ħażna eċċessiva ta' gass. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5 a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Skond il-prinċipju rikonoxxut fil-linji gwida dwar prinċipji ta’ ġestjoni tal-konġestjoni, ir-regoli ta’ ġestjoni tal-konġestjoni għandhom iqisu l-impenji ta’ dawk li jarmaw il-bastimenti lejn konsumaturi finali u l-ispeċifitajiet fiżiċi ta’ infrastrutturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 – punt c Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6 – paragrafu 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-informazzjoni hija delikata mill-aspett kummerċjali u tista' tqiegħed lill-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni fi żvantaġġ fis-suq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6a – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tiżgura li tkun ippubblikata l-informazzjoni meħtieġa, sabiex ikunu ggarantiti t-trasparenza tas-suq u suq tal-gass miftuħ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Atikolu 6 a – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-operaturi tas-sistemi ta' ħażna jistgħu jbiegħu il-kapaċitajiet tagħhom ''bis-sit'' jew ''bil-grupp ta' siti''. Fil-każ ta’ dan ta’ l-aħħar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni “bis-sit” mhijiex relevanti għal utenti b’mod ġenerali. Dan il-prinċipju inżamm fil-GGPSSO: pubblikazzjoni ''bis-sit'' jew ''bil-grupp ta' siti''. Kieku l-pubblikazzjoni tkun biss awtorizzata ''bis-sit'', dan jista' jinkoraġġixxi mġieba kummerċjali fuq medda qasira ta' żmien (arbitraġġ, spekulazzjoni). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6a – paragrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-dispożizzjoni dwar it-trasparenza m'għandhiex biss tapplika għall-infrastrutturi ta' trażmissjoni, iżda wkoll għal LNG u faċilitajiet ta' ħażna, peress li dawn l-infrastrutturi huma wkoll soġġetti għal aċċess regolat (minbarra infrastrutturi eżentati u infrastrutturi taħt TPA innegozjati skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 55/2003) u informazzjoni rigward tariffi għandhom tkun ukoll trasparenti għall-aġenti kollha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6a – paragrafu 4 b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprovdix għal proċedura biex jiġu trattati s-sigrieti kummerċjali relatati ma' attivitajiet tas-sistema LNG u ta' ħażna. Għandu jinstab bilanċ ġust bejn l-interessi tas-suq u dawk tal-privatezza kummerċjali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 12 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 8 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prinċipji tat-trasparenza u tan-non-diskriminazzjoni jiżguraw kondizzjonijiet indaqs għall-operaturi kollha u jiggarantixxu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 13 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 8a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-għan ta' swieq bl-imnut transkonfinali armonizzati mhuwiex neċessarju għall-iżvilupp ta' swieq bl-ingrossa reġjonali u Komunitarji li jaħdmu sew, li għandu jibqa' jikkostitwixxi prijorità. Jeħtieġ li jiġu evalwati l-implikazzjonijiet ta' għan regolatorju bħal dan, kif ukoll l-ispejjeż u l-benefiċċji, li għandhom jiġu analizzati bir-reqqa, peress li huwa probabbli li jkun hemm spejjeż sinifikanti, li jammontaw għal iktar milli jkun hemm benefiċċji. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 13 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(Artikolu 13(1) tar-Regolament 1775/2005 għandu jiġi adattat) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istat attwali ta' l-implimentazzjoni tar-REgolament 1775/2005 juri nuqqasijiet minħabba li ma hemmx sanzjonijiet effettivi li ġew adottatai mill-Istati Membri. M'għandux ikun hemm spazju għal negozjati f'każ ta' nuqqas ta' konformità, u r-regolaturi għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu użu effettiv mis-setgħat ta' infurzar tagħhom. |
NOTA SPJEGATTIVA
Regolament li jemenda r-Regolament Nru 1775/2005 dwar il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni ta’ gass naturali
Evalwazzjoni ġenerali
- Id-dispożizzjonijiet kollha għandhom l-għan li jintroduċu l-għodod Ewropej biex titjieb il-kooperazzjoni u jissaħħaħ it-tħaddim tas-suq intern permezz tal-koordinazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u l-armonizzazzjoni tar-regoli għall-operaturi ta’ sistemi ta’ ħażna. L-għan tal-proposta huwa li tiżdied it-trasparenza u l-perspettivi fit-tul, sabiex tkun assigurata provvista ta’ gass, ippjanar ta’ investiment u jiġi evitat tfixkil serju. Ir-Rapporteur jista’ b’mod ġenerali jibqa’ fil-livell ta’ prinċipji għal dawn l-għanijiet.
- Meta jeżamina l-proposti kollha rrelatati għas-suq tal-gass fit-3et pakkett ta’ l-enerġija, ir-Rapporteur huwa konvint li wieħed għandu jżomm f’moħħu l-protezzjoni tal-konsumaturi billi jkunu adottati miżuri trasparenti u soċjalment adegwati. Madankollu r-Regolament huwa rrelatat mal-miżuri tekniċi li għandhom l-għan li jinħoloq il-qafas regolatorju tekniku għall-aċċess għan-netwerks. Id-Direttiva għandha tintuża b’mod adegwat bħala l-vettura leġiżlattiva korretta biex ikun indirizzat it-tħassib tal-konsumaturi fil-livell ta’ l-UE. (Artikolu 3 dwar l-obbligi tas-servizz ċivili). B’mod alternattiv il-konsumaturi jistgħu jitħarsu permezz ta’ miżuri nazzjonali speċifiċi li għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni.
- Il-Kummissjoni hija wkoll imħassba dwar il-livell ta’ konċentrazzjoni fl-attivitajiet ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, iżda tonqos milli tindirizza l-fattur tas-suq, l-integrazzjoni tal-bejgħ bl-imnut mal-bejgħ tal-gass bl-ingrossa u l-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku, li aktarx issaħħaħ il-pożizzjonijiet tal-kumpaniji dominanti. B’mod dejjem jiżdied fl-Ewropa, is-swieq qed ikunu ddominati minn kumpaniji integrati ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut li huma attivi kemm fis-swieq ta’ l-elettriku kif ukoll f’dawk tal-gass. L-aċċess ta’ l-IŻM għan-netwerks irid jitjieb b’mod sinifikanti.
- Fl-aħħar, tħassib ewlieni, fost oħrajn, huwa li l-istadji differenti ta’ implimentazzjoni bejn l-Istati Membri tat-2ni pakkett attwali ta’ l-enerġija mhumiex qegħdin jitqiesu kif suppost. Il-kundizzjonijiet biex tkun assigurata l-implimentazzjoni tat-tielet pakkett iqajmu dubji minħabba li t-2ni parti tal-liberalizzazzjoni għadha ma ġietx infurzata kollha kemm hi. L-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali tista’ għalhekk tkun sors ta’ inċertezza legali. Se jkollhom jinstabu rimedji prattiċi biex tkun assigurata l-implimentazzjoni flimkien mal-proċeduri dwar il-ksur legali.
I. Il-Kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni: il-ħolqien tan-Netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni tal-gass (ENTSOG) bħala struttura inkarigata mill-ħidmiet obbligatorji huwa pass importanti ’l quddiem.
(i) il-bilanċ ta’ poteri bejn l-ENTSOG, ir-regolaturi nazzjonali u l-Aġenzija: Ir-Rapporteur iqis li l-qasam ta’ kooperazzjoni ta’ l-ENTSOG huwa definit b’mod wiesa’ wisq (l-adozzjoni ta’ kodiċijiet armonizzati tekniċi u tas-suq li jkopru r-regoli ta’ sigurtà iżda wkoll regoli dwar il-kummerċ, il-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet bil-grilja, l-adozzjoni ta’ pjan ta’ investiment ta’ 10 snin, il-pubblikazzjoni ta’ pjanijiet ta’ żvilupp tan-netwerk). Huwa jemmen li l-azzjoni ta’ l-ENTSOG – bħala forma ta’ Regolament konġunt parallel mal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea – għandha tkun limitata għal kwistjonijiet tekniċi rrelatati ma’ l-aċċess ta’ partijiet terzi għan-netwerk, is-sigurtà u l-kredibilità u r-regoli ta’ l-interoperabilità, il-proċeduri operattivi. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi firxa aktar ristretta għall-kodiċijiet u r-regoli li se jkunu abbozzati mill-ENTSOG, limitati għall-operat tan-netwerk ta’ trażmissjoni.
F’dan il-kuntest, ir-Rapporteur jkkunsidra t-twaqqif ta’ l-Aġenzija bħala pass vitali ’l quddiem lejn suq integrat, il-poteri tagħha jistgħu jissaħħu biex ikun approvat il-programm ta’ ħidma żviluppat mill-ENTSOG, biex isiru monitoraġġ u reviżjoni ta’ l-inizjattivi tat-TSO dwar il-kooperazzjoni reġjonali u ssir koordinazzjoni ta’ l-abbozzar tal-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi wkoll li l-Aġenzija tapprova l-kodiċijiet abbozzati mill-ENTSOG.
(ii) l-involviment ta’ operaturi oħra u partijiet interessati fis-suq tal-gass: Dispożizzjonijiet addizzjonali li jassiguraw il-mekkaniżmu adattat għal konsultazzjoni minn qabel mal-partijiet għandu jkun previżt bl-involviment fost l-oħrajn ta’ l-assoċjazzjoni tal-gass EASEE. Il-firxa wiesgħa tal-partijiet interessati għandha tkun ikkonsultat, inklużi l-produtturi, l-operaturi tan-netwerks, il-fornituri u l-konsumaturi.
L-Aġenzija għandu jkollha wkoll ir-responsabbiltà li tikkonsulta lill-partijiet interessati kollha meta tagħmel il-proposti u r-rakkomandazzjonijiet.
II. L-Integrazzjoni tas-suq permezz ta’ inizjattivi reġjonali: il-qafas regolatorju ġdid jippromwovi l-inizjattivi reġjonali bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u l-awtoritajiet regolatorji, sabiex tkun assigurata l-aħjar ġestjoni tan-netwerk u l-ippjanar u t-twassil xieraq ta’ l-investiment.
(i) pass meħtieġ lejn suq intern integrat: Ir-Rapporteur iqis li d-dimensjoni tal-kooperazzjoni reġjonali mhijiex definita b’mod ċar fil-proposta, għalkemm huwa pass importanti lejn suq intern integrat. Huwa essenzjali li jkun hemm ħolqa ma’ “gżejjer ta’ l-enerġija” bħall-Istati Baltiċi jew il-Peniżola Iberika.
Għaldaqstant ir-Rapporteur jissuġġerixxi li r-Regolament tal-gass għandu jimponi fuq it-TSOs kalendarju preċiż flimkien ma’ objettivi konkreti biex ikunu implimentati fil-livell reġjonali, biex jinkiseb it-twaqqif ta’ ‘interfaces’ għal utenti uniċi. Ir-Rapporteur huwa wkoll imħasseb dwar l-irwol ta’ l-Aġenzija dwar l-inizjattivi tat-TSOs rigward il-kooperazzjoni reġjonali u jagħti s-setgħa lill-Aġenzija biex jiżgura l-konverġenza meħtieġa ta’ l-oiqfsa tekniċi u regolatorji bejn ir-reġjuni kif ukoll is-sorveljanza tal-pjan ta’ investiment reġjonali.
(ii) kif jista’ r-Regolament iħaddem b’mod prattiku “l-inizjattivi reġjonali” ? Il-proposti tal-Kummissjoni jistgħu jissaħħu permezz ta’: it-twaqqif ta’ ‘interfaces’għal utent uniku (speċi ta’ one stop shop), li jassiguraw il-funzjonijiet kummerċjali f’isem bosta TSOs, fil-livell reġjonali. L-oqsma fejn it-TSOs huma obbligati jikkooperaw għandhom ikunu identifikati b’mod aktar ċar. It-TSOs jistgħu jqisu t-twaqqif ta’ entitajiet reġjonali b’responsabbiltajiet definiti.
III. Is-Sigurtà tal-provvista: Għar-Rapporteur, jeħtieġ bilfors li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ikunu eżaminati fil-perspettiva tas-sigurtà tal-provvista.
- L-Ippjanar ta’ l-investimenti: skond l-abbozz tar-Regolament, l-iskema volontarja ta’ 10 snin ta’ l-iżvilupp tan-netwerk se ssir fil-livell ta’ l-UE mill-ENTSOG.
(i) Il-ħtieġa li l-pjan ta’ żvilupp jissaħħaħ: L-ippjanar ta’ l-investiment irid ikun immexxi minn perspettiva u l-ħtiġijiet ta’ l-utenti tas-suq, fil-livell nazzjonali fejn it-TSOs jippjanaw l-investiment indipendenti tagħhom kif ukoll fil-livell Ewropew. Ir-Rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li dawk il-pjanijiet iridu jkunu approvati mir-regolaturi nazzjonali – u mhux biss sottomessi għall-pariri lill-Aġenzija – u jsir monitoraġġ strett jekk irridu li jkunu effettivi; il-koordinazzjoni bejn il-pjanijiet nazzjonali, reġjonali u Ewropej trid tkun iċċarata.
(ii) Il-pjanijiet ta’ investiment għandhom ikunu żviluppati fuq l-istess livell mit-TSOs kollha indipendentement mill-istruttura tas-suq adottata finalment fid-Direttiva (separazzjoni proprjetarja, ISO, jew kull soluzzjoni oħra).
Il-pjan ta’ investiment għandu jkun issprveljat mill-Aġenzija u n-NRA biex ikun żgurat li l-investiment meħtieġ isir fil-ħin. Madankollu, f’dan l-istadju, ir-Rapporteur iqis li r-Rapport tiegħu għandu jimxi ‘l quddiem b’mod parallel max-xogħlijiet parlamentari fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva proposta dwar is-suq tal-gass naturali. Huwa jqis li għadu kmieni biex jiddaħħal mekkaniżmu speċifiku dwar l-implimentazzjoni ta’ l-investimenti, il-ħolqa bejn il-pjanijiet nazzjonali u l-pjanijiet Ewropej u l-mekkaniżmi ta’ approvazzjoni ta’ l-investimenti mir-regolaturi nazzjonali. Għalissa, ir-Rapporteur jipproponi miżuri addizzjonali biex jinvolvi għall-inqas lill-Aġenzija fit-tħejjija tal-pjanijiet Ewropej ta’ investiment ta’ 10 snin.
- L-Aċċess għall-ħażna: Il-qafas regolatorju għall-operaturi tas-sistemi tal-ħażna se jkun armonizzat skond il-prattiċi tajba u l-linji gwida diġà stabbiliti mill-ERGEG. Id-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament attwali dwar it-TSOs jiġi estiż għall-operaturi tal-ħażna biex tinħoloq strateġija komuni għall-aċċess ta’ partijiet terzi għall-ħażna u t-terminals LNG.
(i) Ir-Rapporteur iqis li r-regoli għall-aċċess għall-faċilitajiet ta’ ħażna m’għandhomx jipperikolaw is-sigurtà fit-tul tal-provvista. Klawsola li tintroduċi xi forom ta’ protezzjoni għandha tiżdied mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Art 5a, fir-rigward tad-Direttiva 2004/67/KE rigward is-sigurtà tal-provvista tal-gass.
(ii) Ir-Regoli tal-ġestjoni ta’ konġestjoni applikati mit-TSOs, l-operaturi tal-ħażna u l-operaturi ta’ l-LNG (fuq il-bażi ta’ kapaċità li tista’ tkun interrotta u b’aċċess li jista’ jsir ta’ kuljum) għandhom ikunu ddefiniti b’mod sod u għandhom mill-inqas jikkunsidraw l-eżistenza ta’ kuntratti fit-tul u mekkaniżmi ta’ flessibilità.
IV. Ir-Rekwiżiti tat-trasparenza: ir-Regolament propost jestendi r-rekwiżiti tat-trasparenza li jeżistu diġà għat-TSOs biex ikopri l-ħażniet kummerċjali tal-gass, it-tbassir tat-talba u d-disponibilità tal-kapaċità, l-ispejjeż biex ikun hemm bilanċ bejn in-netwerk u l-kummerċ. Dispożizzjonijiet ġodda japplikaw ukoll għat-TSOs rigward l-informazzjoni dwar il-provvista u d-domanda li tingħata qabel u wara, u l-miżuri meħuda biex tiġi bbilanċjata s-sistema.
Għalkemm dawk id-dispożizzjonijiet huma punt importanti fit-triq lejn it-titjib tat-trasparenza fl-operat għall-benefiċċju ta’ l-atturi kollha tas-suq u għalkemm id-dritt ta’ aċċess huwa leġittimu, ir-Rapporteur jikkalkula qisu li sakemm il-kunfidenzjalità kummerċjali adattata tkun iggarantita, il-pubblikazjoni ta’ dejta bħal din b’mod ġenerali ssaħħaħ is-suq. Ta’ min wieħed jiftakar, madankollu, li ċerti transazzjonijiet tal-gass huma kummerċjalment sensittivi ħafna. Xi salvagwardji kienu introdotti meta nħasset il-ħtieġa.
V. L-Aspetti istituzzjonali: Ir-Regolament m’huwiex ċar biżżejjed rigward il-proċess tal-komitoloġija rigward il-prerogattivi ta’ l-ENTSOG.
(i) min-naħa waħda, jekk l-ENTSOG ikollha x-xogħol li telabora l-kodiċijiet, il-Kummissjoni tista’ tintervjeni taħt ċirkostanzi preċiżi permezz tal-proċedura tal-komitoloġija meta jitqies li l-kodiċijiet tekniċi jew tas-suq adottati mill-ENTSOG ma jassigurawx nuqqas ta’ diskriminazzjoni, kompetizzjoni effettiva u t-tħaddim effiċjenti tas-servizz;
(ii) min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-inizjattiva skond l-Artikolu 9 u tadotta l-"linji gwida" fl-istess qasam, minkejja ċ-ċirkustanzi, biex tispeċifika d-dettalji dwar is-servizzi ta’ aċċess għall-partijiet terzi, mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità, proċedura ta’ l-immaniġġjar ta’ konġestjoni, eċċ.
Meta titqies il-firxa wiesgħa tas-suġġetti fejn hi maħsuba li ssir l-adozzjoni tal-Linji Gwida, ir-Rapporteur jipproponi li proċedura ċara u soda "ex-ante" għandha tinkwadra u tħejji l-proċess tal-komitoloġija, f’kooperazzjoni ma’ l-Aġenzija u f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi u tipprijoritizza il-lista tas-suġġetti f’kooperazzjoni ma’ l-Aġenzija proposta (ACER) u l-abbozz tal-Linji Gwida għandu jkun suġġetti għal konsultazzjoni pubblika jew jekk ikun adattat evalwazzjonijiet regolari mill-Kummissjoni u l-ACER.
ANNESS: AMBITU ĠENERALI TAS-SETTUR TAL-GASS FL-UE
(i) L-importanza tal-gass fost it-tipi ta' enerġija Ewropea hija kruċjali:
- minn 23% ta' l-enerġija Ewropea llum, il-gass se jammonta għal 28% fl-2030;
- il-gass jikkostitwixxi 1/5 ta' l-elettriku kollu ġġenerat,
- m'hemmx alternattiva għat-tkabbir fid-domanda għall-gass: id-domanda għall-gass żdiedet b'35% f'10 snin;
(ii) Il-kwistjoni partikolari tal-gass hija s-sikurezza fil-provvista:
- il-produzzjoni domestika qiegħda tonqos u l-gass jinxtara prinċipalment minn ftit produtturi fuq quddiem u b'saħħithom barra l-UE b'kuntratti fuq żmien twil: il-gass jiġi importat l-aktar minn pajjiżi terzi (62% in 2006),
- id-dipendenza ta' l-Ewropa fuq l-importazzzjonijiet se tiżdied għal aktar minn 80% fl-2030;
(iii) Is-sikurezza ta' l-enerġija għandha tintlaħaq fil-kuntest ta' suq kompetittiv ibbażat fuq regoli trasparenti filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi bażiċi tal-konsumaturi;
(iv) bżonn sinifikattiv ta' investimenti:
skond l-IEA l-Ewropa għandha tinvesti 400 biljun $ għall-perjodu 2005 – 2030 biex tiżgura s-sikurezza tal-provvista, fosthom madwar 160 biljun $ fin-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, 20 biljun $ fil-faċilitajiet LNG u 220 biljun $ f'operazzjonijiet lejn il-bidu tal-katina.
(iii) Problemi tekniċi li jridu jiġu ssuperati fis-settur tal-gass:
- in-nuqqas ta' armonizzazzjoni ta' standards tekniċi u ta' prerogattivi ta' regolaturi nazzjonali;
- in-nuqqas ta' viżjoni prospettiva fil-livell ta' UE għall-previżjoni ta' ħtiġijiet ta' investiment: esplorazzjoni u produzzjoni ta' bjar taż-żejt ġodda, metwerks ta' pipelines, tankers u terminals ta' l-LNG kif ukoll faċilitajiet ta' ħżin taħt l-art;
- koordinazzjoni insuffiċjenti, speċjalment dwar kwistjonijiet transkonfinali.
Provvista Totali ta' Enerġija Primarja ta' l-EU-27 (2004): madwar 1 800 Mtoe
Sors: Kummissjoni Ewropea DG TREN, Eurostat
Oriġini ta' Gass Naturali ta' l-EU-27 (2004)
Sors: Kummissjoni Ewropea DG TREN, Eurostat
OPINJONI TAL- Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (8.5.2008)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni ta’ gass naturali
(COM(2007)0532 – C6‑0319/2007 – 2007/0199(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Christian Ehler
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kummissjoni ddikkjarat, fuq il-bażi tar-raġunijiet u l-kjarifiki għall-emendi leġiżlattivi proposti fil-qafas tal-pakkett għas-suq intern, li, minkejja l-progressi kontinwi, ir-Regolamenti leġiżlattivi attwali għas-suq intern ta' l-enerġija ma jidhirx li huma biżżejjed sabiex jiġi kkompletat is-suq intern.
Il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerks tat-trażmissjoni ta’ gass naturali għandha l-għan li testendi l-objettivi tal-qafas legali sabiex jinkludu:
· id-definizzjoni tar-regoli ta’ nondiskriminazzjoni għall-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ l-LNG u l-faċilitajiet ta’ ħażna,
· il-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ suq transkonfinali għall-bejgħ bl-ingrossa li jiffunzjona tajjeb u b’mod trasparenti, u kif ukoll
· il-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ suq ta’ bejgħ bl-imnut li jiffunzjona tajjeb u b’mod trasparenti.
Din l-opinjoni tappoġġja b'mod espliċitu is-sejħa biex jitlesta s-suq intern mill-iktar fis possibbli. Is-suq intern għandu rwol importanti għaliex ikompli jżid is-sigurtà tal-provvista bi prezz li jista’ jintlaħaq. Madankollu, l-istrumenti u r-regolamenti li l-Kummissjoni tissuġġerixxi fl-abbozz ta' regolament, ma jistgħux jiġu approvati b'mod komprensiv.
B'mod partikulari tista' ssir kritika fir-rigward ta’:
· l-evalwazzjonijiet ta’ l-impatt ippreżentati,
· in-nuqqas, f'xi drabi, li jitħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà,
· it-tqassim mhux kunsistenti tal-kompetenzi ta’ l-istrutturi Ewropej, u kif ukoll
· l-estensjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-proċeduri ta' kumitoloġija għall-iffissar ta' linji gwida.
Mingħajr ma wieħed jidħol fid-dettall ta' l-emendi tar-rapporteur tagħkom, għandu jkun innutat li l-mistoqsijiet bil-miftuħ dwar il-kredibilità ta' l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt - li ġew ifformulati b'mod partikulari mill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, ma ngħatawx tweġiba sodisfaċenti. Huwa indispensabbli li meta tiġi proposta leġiżlazzjoni fil-ġejjieni jkun żgurat li jekk l-evalwazzjonijiet u l-analiżi ma jreġux spezzjoni kritika, l-evalwazzjoni ta’ l-impatt u allura l-proposta tal-Kummissjoni, ma jiġux rikonoxxuti.
Hemm nuqqas fil-ħarsien tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b’mod partikulari fir-rigward tar-regolamenti proposti fil-qasam tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa. L-armonizzazzjoni proposta tintervjeni b’mod estensiv f’oqsma legali li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ l-Istati Membri. Minflok wieħed jipprova jilħaq armonizzazzjoni fuq livell Ewropew, l-għan ta' aċċess transkonfinali mtejjeb għas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa trasparenti għandu jinkiseb permezz ta' regoli nazzjonali. Din l-opinjoni tintroduċi obbligu leġiżlattiv ġdid biex jitħeġġeġ u jiġi żgurat aċċess transkonfinali għall-konsumaturi, permezz ta' dispożizzjonijiet f'diversi oqsma tal-liġi.
Punt ewlieni ieħor ta’ din l-opinjoni huwa li turi l-ispejjeż tar-regolamenti proposti b’mod iktar trasparenti u biex jiġi ċċarati it-tqassim tar-responsabiltajiet u d-dmirijiet fl-istrutturi Ewropej ġodda. Għal dan l-iskop ġiet ifformulata emenda f’dan id-dokument sabiex il-finanzjament ma jsirx permezz ta’ żidiet bla kontroll fil-prezzijiet, iżda jsir direttament mill-baġit ta’ l-UE. Fir-rigward tat-tqassim tad-dmirijiet, ir-responsabilitajiet doppji ġew sostitwiti b'allokazzjonijiet ċari ta' kompetenzi lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, lill-Aġenzija u lin-Netwerk għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass li għandu jitwaqqaf.
It-tielet punt ewlieni ta’ dawn l-emendi huwa l-formulazzjoni ta’ limiti legali għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-proċedura preċedenti taħt dan ir-Regolament – li l-linji gwida kienu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u setgħu jiġu emendati iktar tard mill-Kummissjoni permezz ta' proċedura standard – m’għandhiex tiġi abbandunata. Dawn l-emendi joħolqu l-kundizzjonijiet li l-Kummissjoni għandha bżonn għall-kwistjonijiet tekniċi. Madankollu, għall-kwistjonijiet ta' interess soċjali u politku għoli, għandha tapplika l-proċedura leġiżlattiva normali. Sabiex jiġi evitat kull ostaklu għall-konsultazzjoni leġiżlattiva li għaddejja bħalissa, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tintroduċi dispożizzjonijeit uterjuri jew tadotta linji gwida bħala emendi għar-regolament il-ġdid fi proċedura ulterjuri.
L-opinjoni għandha l-għan ukoll li tindika approċċ ġdid għall-iżvilupp iktar mgħaġġel tal-kapaċitajiet tan-netwerk. Huwa importanti li jiġi nnutat li, flimkien ma’ iktar investiment mill-operaturi tan-netwerk, proċeduri ta’ awtorizzazzjoni simplifikati u b'inqas spejjeż jistgħu jeħilsu mill-konġestjonijiet b'mod iktar mgħaġġel. Sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali aħjar tal-ħin li jieħdu l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u kif ukoll ta’ l-ispejjeż relatati madwar l-Ewropa, u sabiex jiġu identifikati wkoll dawk ir-regolamenti li jtellfu l-iżvilupp tan-netwerk transkonfinali, in-Netwerk għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass li għandu jitwaqqaf għandu jingħata funzjoni ta’ monitoraġġ f’dan il-qasam. Għandhom isiru sforzi, fil-forma ta’ l-aħjar prattika jew ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, sabiex issir ħidma lejn il-kisba ta' kundizzjonijiet ta' qafas imtejba fir-rigward tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Regoli iktar iffukati fuq in-netwerk. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Regoli iktar iffukati fuq in-netwerk. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Biż-żieda tal-punt f a, għandha titqies il-problema tat-tfixkil għall-iżvilupp tan-netwerk transkonfinali minħabba regolamenti nazzjonali differenti fil-qasam tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni. Sabiex jiġu żviluppati s-soluzzjonijiet meħtieġa jew biex jinkisbu permezz ta’ enfasi fuq it-titjib tal-prattika tajba, jeħtieġ monitoraġġ tas-sitwazzjoni attwali. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2 c – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Kjarifika tal-fatt li l-ħidmiet jikkonċernaw aspetti relatati man-netwerk. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c - paragrafu 3 - kliem introduttorju | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Kjarifika tal-fatt li l-ħidmiet jikkonċernaw aspetti relatati man-netwerk. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c - paragrafu 3 - punt a | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Kjarifika tal-fatt li l-ħidmiet jikkonċernaw aspetti relatati man-netwerk. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c – paragrafu 3 – punt g | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Kjarifika tal-fatt li l-ħidmiet jikkonċernaw aspetti relatati man-netwerk. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c - paragrafu 3 - punt h | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Kjarifika tal-fatt li l-ħidmiet jikkonċernaw aspetti relatati man-netwerk. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-aġġornament mitlub tal-pjan ta’ investiment kull tliet snin, għandu jservi sabiex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa mingħajr ma tinħoloq burokrazija bla bżonn. | |||||||||||||||||||||||||
Biż-żieda ta' l-Artikolu 2c Paragrafu 1 Punt f a għandha titqies il-problema tat-tfixkil għall-iżvilupp tan-netwerk transkonfinali minħabba regolamenti nazzjonali differenti fil-qasam tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni. Sabiex jiġu żviluppati s-soluzzjonijiet meħtieġa jew biex jinkisbu permezz ta’ enfasi fuq it-titjib tal-prattika tajba, jeħtieġ monitoraġġ tas-sitwazzjoni attwali. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2c – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Adattament tar-Regolament għall-emenda proposta għall-Artikolu 9. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2e - paragrafu 3 - kliem introduttorju | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha tiżgura allokazzjoni mingħajr ambigwità tal-kompetenzi. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2e – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Adattament tat-test tar-regolament għall-emendi proposti għall-Artikolu 9. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2e – paragrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-fatt li l-Kummissjoni tieħu azzjoni skond l-Artikolu 2e, paragrafu 3 tar-Regolament, jissuġġerixxi li n-netwerk ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, li huwa ffinanzjat permezz ta' fondi pubbliċi, ma ssodisfax ir-responsabbiltajiet tiegħu sal-livell mitlub. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati dwar dan minnufih sabiex jintroduċu l-emendi li jkunu meħtieġa. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2g | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ l-Artikolu 2 a sa h, għandha tinħoloq struttura ġdida li ser ikollha x’taqsam ma’ l-aspett finanzjarju. Peress li l-aċċessibilità tan-netwerk il-ġdid isseħħ fuq livell ta' l-UE, għaldaqstant in-netwerk għandu jkun iffinanzjat mill-baġit ta’ l-UE. Finanzjament permezz ta’ tariffi hija sistema mingħajr kontroll fuq l-ispejjeż u li fl-aħħar minn l-aħħar ma tippermettix li ssir evalwazzjoni ta' l-istruttura l-ġdida. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2h, paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-organizzazzjoni tal-koperazzjoni reġjunali ssir fi ħdan in-netwerk. Il-mod ta’ kif issir din il-koperazzjoni u fuq liema livell għandha tiġi ggarantita, għandhom jitniżżlu fl-istatut tan-netwerk. Digriet speċifiku min-naħa tal-Kummissjoni la huwa meħtieġ u lanqas huwa adattat. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
It-tfassil ta’ regoli ta’ mmaniġġjar tal-konġestjoni għandu jqis l-impenji ta’ dawk li jarmaw il-bastimenti lejn konsumaturi finali u s-sigurtà tal-provvista (eżistenza ta’ kuntratti ta’ provvista fuq perjodu ta’ żmien fit-tul). | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Kif diġà rikonoxxut fil-linjigwida dwar prinċipji ta’ mmaniġġjar tal-konġestjoni, it-tfassil ta’ regoli ta’ mmaniġġjar tal-konġestjoni għandu jqis l-impenji ta’ dawk li jarmaw il-bastimenti lejn konsumaturi finali u l-ispeċifitajiet fiżiċi ta’ infrastrutturi. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Atikolu 6a – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Dawk li jarmaw bastimenti jistennew il-pubblikazzjoni ta’ dejta li tikkorrispondi ma’ l-offerti kummerċjali. Operaturi ta’ ħażna jistgħu jbigħu l-kapaċitajiet ta’ ħażna tagħhom bis-sit (faċilità fiżika) jew bi grupp ta’ siti ta’ ħażna. Fil-każ ta’ dan ta’ l-aħħar il-pubblikazzjoni “bis-sit” mhix relevanti għal utenti b’mod ġenerali. Dan kien rikonoxxut fil-GGPSSO. | |||||||||||||||||||||||||
Pubblikazzjoni ta’ volumi ta’ ħażna bis-sit għandha t-tendenza li trawwem imġibiet ta’ kummerċ fuq perjodu ta’ żmien qasir, billi tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema interna ta’ perfezjonament. Dan iwassal għal aktar volatilità fil-prezz. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6 b | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-perjodu ta' tliet snin jidher suffiċjenti għall-objettiv ta' kontroll aħjar. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6 c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
F’każijiet iżolati, il-pubblikazzjoni tista' tmur kontra r-regolamenti nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta jew tista’ twassal biex tikkontradixxi l-għanijiet ta’ suq tal-gass narutali miftuħ għall-kompetizzjoni. Għalhekk jidher li huwa raġonevoli li jsiru evalwazzjonijiet ta’ każijiet individwali eċċezzjonalment. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 13 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 8a – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri jibqgħu responsabbli għas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għall-kundizzjonijiet ġenerali, fost affarijiet oħrajn, tan-netwerk ta' l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni. L-istess bħal fil-każ tas-suq tas-servizzi, l-aċċess transkonfinali għall-konsumaturi jista’ jkun iggarantit mingħajr armonizzazzjoni Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għar-regolament neċessarju tas-swieq bl-imnut. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-awtorizzazzjoni għall-adozzjoni tal-linja gwida għall-Artikolu 2c, paragrafu 3, tinsab fl-Artikolu 2e, paragrafu 3. Peress li l-linji gwida msemmija fl-Artikolu 9 paragrafu 1, jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni biss, iżda din ta’ l-aħħar ma tistax tiddigrieta dawn l-linji gwida, jeħtieġ li tiħassar r-referenza għal raġunijiet sistematiċi fl-Artikolu 9. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa. Il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida huma meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-regolament, għalhekk dawn għandhom jiġu stipulati wkoll fi ħdan il-qafas tar-regolament. Hija deċiżjoni tal-Kummissjoni jekk għandhiex tressaq emendi meħtieġa matul il-proċedura regolari. Hija deċiżjoni tal-Kummissjoni jekk għandhiex tressaq emendi meħtieġa matul il-proċedura regolari. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa. Il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida huma meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-regolament, għalhekk dawn għandhom jiġu stipulati wkoll fi ħdan il-qafas tar-regolament. Hija deċiżjoni tal-Kummissjoni jekk għandhiex tressaq emendi meħtieġa matul il-proċedura regolari. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Regolament (KE) Nru 1775/2005 L-Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jekk is-setgħa ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni tkun estiża għall-iskop sħiħ tar-Regolament, ikun ta’ preferenza wkoll li jkunu introdotti xi mekkaniżmi ta’ trasparenza u konsultazzjoni, kif inhu l-każ għal ENTSOG, b’mod speċjali meta dan ikun dwar kwistjonijiet tekniċi ħafna, pereżempju relatat ma’ l-aċċess għal infrastrutturi. . |
PROĊEDURA
Titolu |
Kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass naturali |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0532 – C6-0319/2007 – 2007/0199(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 11.10.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Christian Ehler 23.10.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
29.1.2008 |
26.2.2008 |
1.4.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
6.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 1 7 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, Gay Mitchell, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Valdis Dombrovskis, Harald Ettl, Ján Hudacký, Alain Lipietz, Diamanto Manolakou, Gianni Pittella, Bilyana Ilieva Raeva, Andreas Schwab |
|||||||
OPINJONI TAL- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (9.4.2008)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni ta’ gass naturali
(COM(2007)0532 – C6-0319/2007 – 2007/0199(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Emmanouil Angelakas
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Dan ir-Regolament propost qed jemenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (COM(2007)0532). Il-proposta hija parti mill-"Pakkett dwar l-enerġija" ("Is-Swieq ta' l-Elettriku u tal-Gass: it-tielet pakkett leġiżlattiv"), li l-Kummissjoni ppreżentat f'Settembru 2007. Ir-Rapporteur għal opinjoni jappoġġja l-pakkett dwar l-enerġija b'mod ġenerali. Il-pakkett huwa importanti ħafna biex ikunu ffinalizzati l-proċessi Ewropej ta' liberalizzazzjoni fl-oqsma ta' l-enerġija u tal-gass biex b'hekk ikun iggarantit suq intern ġenwin, trasparenti u miftuħ.
Minkejja li r-Rapporteur għal opinjoni jappoġġja l-pakkett dwar l-enerġija, huwa tal-fehma li huwa diffiċli li jintlaħqu l-għanijiet ta' separazzjoni tas-sjieda madwar l-Ewropa kollha, billi hemm differenzi ewlenin bejn il-pajjiżi Ewropej. F'ċerti pajjiżi l-effetti tat-tieni pakkett dwar l-enerġija għadhom m’humiex magħrufa peress li għadu m'huwiex implimentat jew infurzat sew. Għalhekk huwa diffiċli li jintużaw kriterji sinkronizzati ta' separazzjoni tas-sjieda fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk xi Stati Membri għandhom kuntratti għal tul ta' żmien (uħud għal 50 sena), u dan jikkomplika l-għanijiet ta' separazzjoni wkoll. Fl-aħħarnett ir-Rapporteur għal opinjoni m'huwiex konvint li s-separazzjoni se twassal għat-tnaqqis tal-prezzijiet u għaldaqstant ma tagħmel ebda differenza għall-benefiċċju tal-konsumatur.
Skond dik il-fehma, ir-Rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi emendi skond dan li ġej:
· Kooperazzjoni reġjonali effiċjenti hija importanti ħafna biex ikun iggarantit suq intern ġenwin. Għalhekk ir-Rapporteur għal opinjoni jappoġġja t-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass, fejn il-bażi għall-kooperazzjoni hija li jkunu ggarantiti l-effiċjenza, ir-rappreżentattività u t-trasparenza tas-suq Ewropew tal-gass. Ir-Rapporteur għal opinjoni jqis li huwa importanti ħafna li l-Istati Membri jippromwovu u jimmoniterjaw l-operaturi tan-netwerk f'livell reġjonali. Ir-rapporteur għal opinjoni jaħseb ukoll li l-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk ta' trażmissjoni ma timplikax is-separazzjoni ta' attivitajiet tan-netwerk mill-produzzjoni u l-forniment. In-netwerk ta' trażmissjoni jista' jkun effettiv faċilment mingħajr separazzjoni tas-sjieda fl-Istati Membri parteċipanti kollha.
· Barra minn hekk hemm differenzi strutturali bejn is-swieq ta' l-elettriku u tal-gass, u jeħtieġ li jkunu applikati miżuri differenti. L-applikazzjoni ta' aktar miżuri ta' separazzjoni għall-qasam tal-gass m'hijiex faċli, u jinħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi biex ikun jista’ jitwaqqaf is-suq intern fil-qasam tal-gass.
· L-aċċess għal enerġija bi prezz tajjeb għall-ikbar numru ta' persuni possibbli huwa kwistjoni ewlenija għar-Rapporteur għal opinjoni. Ir-Rapporteur għal opinjoni jappoġġja wkoll il-fatt li n-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati b'mod miftuħ u trasparenti meta jħejji xogħolhom. Ir-Rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi li għandhom ikunu kkonsultati wkoll il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, għaliex bħala l-utenti aħħarin fid-djar, huma partijiet interessati importanti.
· Ir-Rapporteur għal opinjoni huwa konvint ukoll li s-sigurtà tal-provvista hija importanti biex ikunu evitati varjazzjonijiet tal-prezzijiet, sabiex b'hekk tinqered l-insigurtà tal-prezzijiet għall-konsumaturi Ewropej. Is-sigurtà tal-provvista tista' tinkiseb - ma' miżuri oħrajn - billi jkun evitat il-konċentrament tas-suq u billi jkun garantit suq ġenwin u miftuħ ta' kummerċ fl-enerġija.
· Għalhekk il-kwistjoni li jkunu garantiti faċilitajiet miftuħa ta' ħżin ta' LNG b'aċċess miftuħ għal parteċipanti ġodda hija kwistjoni ewlenija wkoll għar-Rapporteur għal opinjoni. Informazzjoni trasparenti dwar il-faċilitajiet u l-kapaċitajiet ta' ħżin hija importanti sabiex ikun garantit suq intern tal-kummerċ fl-enerġija. Dan jiggarantixxi prezzijiet ġusti u suq miftuħ ġenwin għall-benefiċċju tal-konsumaturi. Il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għandha tkun immoniterjata mill-awtoritajiet kompetenti.
· Fl-aħħarnett ir-Rapporteur għal opinjoni jemmen li jinħtieġ "pjan direzzjonali" Ewropew pubbliku u aġġornat għall-pajpijiet tal-gass kollha Ewropej, u l-Kummissjoni għandha tippubblikah u taġġornah. Irid ikun iktar faċli li wieħed ikun jaf fejnhom il-pajpijiet kollha eżistenti u futuri fl-Ewropa sabiex tkun garantita t-trasparenza u informazzjoni aħjar dwar "il-ħofor ta' enerġija" (in-nuqqas ta' pajpijiet jew ta' konnessjonijiet) u biex ikunu suġġeriti konnessjonijiet transkonfinali ġodda. Dan isaħħaħ l-ippjanar tan-netwerks fl-Ewropa.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(1) Is-suq intern tal-gass, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha Komunitarji, kemm jekk ċittadini kif ukoll negozji, bopportunitajiet ġodda ta’ negozju u ta’ aktar kummerċ transkonfinali, sabiex ikunu żgurati gwadanji fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi, standards ogħla ta’ servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà fil-forniment u għas-sostenibbiltà. |
(1) Is-suq intern tal-gass, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-għan li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha Komunitarji, kemm jekk ċittadini kif ukoll jekk negozji, b'opportunitajiet ġodda ta’ negozju u ta’ kummerċ transkonfinali akbar, sabiex ikunu żgurati gwadanji fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi, standards ogħla ta’ servizz u aċċess għall-akbar numru ta' nies possibbli, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà fil-forniment u għas-sostenibbiltà. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-aċċess għall-gass bi prezzijiet tajbin għall-akbar numru ta' nies possibbli huwa importanti ħafna. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li ġġib l-isem "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-gass naturali jiġi kkompletat, u li l-kumpaniji kollha tal-gass fil-Komunità joperaw skond l-istess kunduzzjonijiet. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" uriet li r-regoli u l-miżuri preżenti majipprovvdux il-qafas meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb. |
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li ġġib l-isem "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-gass naturali jiġi kkompletat, u li l-kumpaniji kollha tal-gass fil-Komunità joperaw skond l-istess kunduzzjonijiet. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" uriet li r-regoli u l-miżuri preżenti ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ suq intern effettiv, regolat u li jiffunzjona tajjeb. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Biex is-suq intern tal-gass jaħdem tajjeb, il-kompetizzjoni ħielsa m’hijiex l-uniku fattur; ir-rekwiżit ewlieni huwa regolatur ta’ dan is-suq. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(6) B'mod partikolari, jinħtieġu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà progressiva tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv transkonfinali għan-netwerks tat-trażmissjoni, u biex jiġi żgurat pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b’kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom joperaw in-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċijiet komuni tekniċi u tas-suq. |
(6) B'mod partikulari, jinħtieġu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà progressiva tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv u trasparenti transkonfinali għan-netwerks tat-trażmissjoni, u biex jiġu żgurati pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b’kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom joperaw in-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċijiet komuni tekniċi u tas-suq. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Aċċess trasparenti għan-netwerks tat-trażmissjoni transkonfinali huwa kruċjali għall-iżvilupp ta' suq effiċjenti u miftuħ. In-nuqqas ta' aċċess trasparenti jista' joħloq ostakli u jkollu impatt fuq il-livell ta' kompetizzjoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(7) Biex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni tan-netwerks għat-trażmissjoni tal-gass naturali fil-Komunità, għandu jitwaqqaf netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jitwettqu skond ir-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni, li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet tan-netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Peress li azzjoni fuq livell reġjonali tista’ twassal għal progress, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Ewropew. Il-kooperazzjoni fi ħdan dawn l-istrutturi reġjonali tippreżumi separazzjoni bejn l-attivitajiet tan-netwerk minn dawk tal-produzzjoni u l-forniment, fin-nuqqas ta' liema l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' transmissjoni tagħti lok għal aġir antikompettittiv. |
(7) Biex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni tan-netwerks għat-trażmissjoni tal-gass naturali fil-Komunità, għandu jitwaqqaf netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jitwettqu skond ir-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni, li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet tan-netwerk Ewropew ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Peress li azzjoni fuq livell reġjonali tista’ twassal għal progress, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Ewropew. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni f'livell reġjonali, u jimmoniterjaw l-effikaċja tan-netwerk f'dak il-livell. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-promozzjoni ta' l-Istati Membri tal-kooperazzjoni f'livell reġjonali u l-obbligu li tkun immoniterjata l-effikaċja tan-netwerk huma importanti ħafna biex ikunu garantiti kooperazzjoni ġenwina u suq transkonfinali intern ġenwin. Barra minn hekk is-separazzjoni effettiva tas-sjieda m'hijiex kundizzjoni meħtieġa biex tkun iggarantita l-kooperazzjoni reġjonali. Il-kooperazzjoni tista' teżisti u tista' tkun effettiva mingħajr is-separazzjoni tas-sjieda. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(8a) Fir-rigward tal-proċess ta' konsultazzjoni, l-utenti aħħarin professjonali, il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jipparteċipaw b’mod iktar deċiżiv u attiv fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-kompiti tan-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass, b'mod partikulari meta jitfasslu l-kodiċijiet tekniċi u tas-suq u l-programm annwali ta' ħidma tiegħu. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu kkonsultati wkoll fil-proċess ta' konsultazzjoni, għaliex huma partijiet interessati importanti, peress li huma l-utenti aħħarin fid-djar. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 9 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(9a) (9a) Sabiex tkun żgurata trasparenza akbar tas-sitwazzjoni kollha kemm hi tal-pajpijiet tal-gass fl-Ewropa, in-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jfassal, jippubblika u jaġġorna pjan direzzjonali għan-netwerk tal-gass fl-Ewropa. Il-pajpijiet kollha u l-konnessjonijiet reġjonali li jistgħu jsiru għandhom ikunu inklużi f'dan il-pjan direzzjonali. L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija għandha tkun ikkonsultata meta jkun żviluppat il-pjan direzzjonali, b'mod partikulari meta tkun ivverifikata l-koerenza tiegħu mal-pjanijiet ta' investiment għal 10 snin. Il-pjan direzzjonali għandu jitressaq lill-Kummissjoni biex jiġi rivedut. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
In-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni għandu jfassal, jippubblika u jaġġorna "pjan direzzjonali" għan-netwerk tal-gass fl-Ewropa, inklużi konnessjonijiet reġjonali li jistgħu jsiru, sabiex ikunu żgurati t-trasparenza, informazzjoni aħjar dwar "ħofor ta' enerġija" (nuqqas ta' pajpijiet jew ta' konnessjonijiet) u sabiex ikun jista' jissuġġerixxi konnessjonijiet transkonfinali ġodda li jistgħu jsiru. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(11) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin, uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli dwar l-aċċess għall-infrastrutturi m'humiex biżżejjed. |
(11) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin, uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli dwar l-aċċess għall-infrastrutturi m'humiex biżżejjed sabiex ikun iggarantit suq intern ġenwin, miftuħ u effettiv. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Biex it-test ikun iktar ċar. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(13) Biex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq, il-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu żguri li l-aġir abbużiv jista' jiġi ssanzjonat. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-kapaċità li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta' abbuż tas-suq. Għaldaqstant jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-dejta li tipprovdi informazzjjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta’ l-impriżi ta’ forniment. Fis-suq tal-gass dawn id-deċiżjonijiet kollha huma kkomunikati lill-operaturi tas-sistema f'forma ta' riżervi tal-kapaċità, nominazzjonijiet u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistema għandhom iżommu din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stabbilit ta’ żmien. |
(13) Biex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq, il-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu żguri li l-aġir abbużiv jista' jiġi ssanzjonat sew. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-kapaċità li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta' abbuż tas-suq. Għaldaqstant jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-dejta li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta’ l-impriżi ta’ forniment. Fis-suq tal-gass dawn id-deċiżjonijiet kollha huma kkomunikati lill-operaturi tas-sistema f'forma ta' riżervi tal-kapaċità, nominazzjonijiet u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistema għandhom iżommu din l-informazzjoni disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stabbilit ta’ żmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmoniterjaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-operaturi tas-sistema. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni importanti minn impriżi tal-forniment u għandhom jikkontrollaw li l-impriżi tal-forniment ikunu konformi mar-regoli, sabiex ikun żgurat suq trasparenti, effettiv u mhux diskriminatorju. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 14 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(14) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-parteċipanti kollha tas-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Ewropew. |
(14) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-parteċipanti kollha tas-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Ewropew. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmoniterjaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-parteċipanti. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Din iż-żieda hija meħtieġa sabiex tkun iċċarata responsabiltà ta' l-awtorità kompetenti, u biex ikun iggarantit l-infurzar tar-regoli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 15 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(15) L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażniet tal-gass u l-faċilitajiet LNG huma insuffiċjenti, u għalhekk hemm bżonn titjib fir-regoli. Il-monitoraġġ mill-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-elettriku u l-gass (ERGREG) ikkonkluda li l-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta’ aċċess lil partijiet terzi għall-operaturi tas-sistema tal-ħażna, maqbula bejn il-partijiet kollha interessati fil-Forum ta' Madrid, mhux qed jiġu applikati kif suppost u għaldaqstant għandhom isiru vinkolanti. |
(15) L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass u l-faċilitajiet LNG huma insuffiċjenti, u għalhekk hemm bżonn titjib radikali fir-regoli. Il-monitoraġġ mill-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-elettriku u l-gass (ERGREG) ikkonkluda li l-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta’ aċċess lil partijiet terzi għall-operaturi tas-sistema tal-ħażna, maqbula bejn il-partijiet kollha interessati fil-Forum ta' Madrid, mhux qed jiġu applikati kif suppost u għaldaqstant għandhom isiru vinkolanti. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li r-regoli jittejbu b'mod radikali fir-rigward ta' l-aċċess għall-faċilitajiet ta' ħżin ta' gass u għall-faċilitajiet LNG, sabiex ikun iggarantit suq intern ġenwin. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2f – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jkun iggarantit proċess ta' konsultazzjoni effettiv u varjat. Għalhekk il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, għandhom ikunu kkonsultati wkoll, għaliex bħala l-utenti aħħarin tal-gass fid-djar, huma partijiet interessati importanti. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2g | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-ħolqien ta’ Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass m’għandux iwassal għal żieda tal-prezzijiet għall-konsumaturi aħħarin. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 2h – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-promozzjoni mill-Istati Membri tan-netwerk u l-obbligu li tkun immoniterjata l-effikaċja tan-netwerk huma importanti ħafna biex ikunu ggarantiti kooperazzjoni ġenwina u suq transkonfinali intern ġenwin. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jkunu ggarantiti t-trasparenza u l-kompetizzjoni effettiva b'opportunitajiet indaqs u bla diskriminazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-aċċess bla problemi huwa importanti. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti timmoniterja l-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa, sabiex ikunu żgurati l-effikaċja u l-infurzar tar-regoli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 5a – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Sabiex tkun evitata l-ħażna eċċessiva ta' gass. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 – punt c Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tiżgura li tkun ippubblikata l-informazzjoni meħtieġa, sabiex ikunu ggarantiti t-trasparenza tas-suq u suq tal-gass miftuħ. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 6a – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tiżgura li tkun ippubblikata l-informazzjoni meħtieġa, sabiex ikunu ggarantiti t-trasparenza tas-suq u suq tal-gass miftuħ. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 13 Regolament (KE) Nru 1775/2005 Artikolu 8a – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Sabiex ikun żgurat li s-swieq bl-imnut transkonfinali jaħdmu b'mod effettiv ukoll. |
PROĊEDURA
Titolu |
Kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass naturali |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0532 – C6-0319/2007 – 2007/0199(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 11.10.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Emmanouil Angelakas 21.11.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
22.1.2008 |
28.2.2008 |
2.4.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
8.4.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian Silviu Bușoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Crețu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Marian Zlotea |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Colm Burke, Giovanna Corda, Bert Doorn, Brigitte Fouré, Joel Hasse Ferreira, Bilyana Ilieva Raeva, Olle Schmidt, Bogusław Sonik, Janusz Wojciechowski |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass naturali |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0532 – C6-0319/2007 – 2007/0199(COD) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
19.9.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 11.10.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 11.10.2007 |
ENVI 11.10.2007 |
IMCO 11.10.2007 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 9.10.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Atanas Paparizov 9.10.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
21.11.2007 |
19.12.2007 |
23.1.2008 |
29.1.2008 |
||||
|
31.1.2008 |
27.2.2008 |
26.3.2008 |
6.5.2008 |
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
28.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 1 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Březina, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Manuel António dos Santos, Robert Goebbels, Satu Hassi, Pierre Pribetich, Bernhard Rapkay, Silvia-Adriana Ţicău |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Mihaela Popa |
|||||||