RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/55/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali

13.6.2008 - (COM(2007)0529 – C6‑0317/2007 – 2007/0196(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Romano Maria La Russa

Proċedura : 2007/0196(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0257/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/55/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali

(COM(2007)0529 – C6‑0317/2007 – 2007/0196(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0529),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 47(2), 55 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0317/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0257/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, bħalissa, ma jista' jiġi ggarantit lill-ebda kumpanija fil-Komunità d-dritt li tbigħ il-gass fi kwalunkwe Stat Membru b'termini ugwali, mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ. B’mod partikolari, għad ma jeżistux aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, peress li l-qafas ġuridiku attwali għadu mhux suffiċjenti.

Madankollu, bħalissa, ma jista' jiġi ggarantit lill-kumpaniji kollha fl-Istati Membri kollha d-dritt li tbigħ il-gass fi kwalunkwe Stat Membru b'termini ugwali, mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ. B’mod partikolari, għad ma jeżistux aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, peress li l-qafas ġuridiku attwali għadu mhux suffiċjenti.

Ġustifikazzjoni

It-test propost mill-Kummissjoni jagħti l-impressjoni li l-problemi tal-kompetizzjoni indirizzati mill-Kummissjoni jeżistu fl-Istati Membri kollha fl-UE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Mingħajr separazzjoni effettiva tan-netwerks minn attivitajiet ta' produzzjoni u forniment, hemm ir-riskju inerenti ta’ diskriminazzjoni mhux biss fl-operat tan-netwerk iżda wkoll fl-inċentivi għal kumpaniji integrati vertikalment biex jinvestu b’mod adegwat fin-netwerks tagħhom.

(5) Mingħajr separazzjoni effettiva tan-netwerks minn attivitajiet ta' produzzjoni u forniment, hemm riskju inerenti ta’ diskriminazzjoni mhux biss fl-operat tan-netwerk iżda wkoll fl-inċentivi għal kumpaniji integrati vertikalment biex jinvestu b’mod adegwat fin-netwerks tagħhom.

Emenda 3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Istati Membri għandhom jippromwovu koperazzjoni fuq livell reġjonali u għandhom jimmoniterjaw l-effettività tan-netwerk fuq dak il-livell. Diversi Stati Membri diġà ressqu proposta li tissodisfa dan l-objettiv.

Ġustifikazzjoni

Il-promozzjoni ta’ l-Istati Membri tal-koperazzjoni fuq livell reġjonali u l-obbligu li jkun immoniterjat b'mod effettiv in-netwerk huwa fattur importanti biex ikunu żgurati suq u koperazzjoni transkonfinali interni reali.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-regoli dwar is-separazzjoni (unbundling) legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ ma wasslux għas-separazzjoni effettiva ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell, fit-8 u d-9 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proposti leġiżlattivi għas-separazzjoni effettiva ta' l-attivitajiet ta' forniment u produzzjoni mill-operazzjonijiet tan-netwerk.

(6) Ir-regoli dwar is-separazzjoni (unbundling) legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ għadhom ma wasslux għas-separazzjoni effettiva ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'kull Stat Membru, parzjalment minħabba n-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti. Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell, fit-8 u d-9 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proposti leġiżlattivi għas-separazzjoni effettiva ta' l-attivitajiet ta' forniment u produzzjoni mill-operazzjonijiet tan-netwerk.

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħad li raġuni waħda għan-nuqqas ta' funzjonament tajjeb tas-swieq Ewropej ta' l-enerġija hija l-implimentazzjoni mhux tajba biżżejjed tar-regoli attwali, li ġiet enfasizzata wkoll fil-Paragrafi 151 sa 153 u 478 tar-Rapport ta' Inkjesta Settorjali sa mill-10 ta' Jannar 2007.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Kwalunkwe sistema futura għas-separazzjoni għandha tkun effettiva fit-tneħħija ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi bejn produtturi u operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, sabiex jinħolqu inċentivi għall-investimenti neċessarji u jkun garantit aċċess għad-dħul ta’ swieq ġodda fi skema regolatorja effiċjenti u trasparenti li ma għandhiex toħloq skema regolatorja tqila u ingombranti għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li se jkunu diffiċli u li se jiswew ħafna flus biex jitwettqu.

Ġustifikazzjoni

Kull sistema li hija introdotta għandha tkun effettiva u sempliċi L-investiment meħtieġ se jsir biss, jekk ma jkunx hemm konflitti ta' interess bejn il-ġeneraturi u t-TSO.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 7 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Il-gass huwa primarjament u dejjem iżjed impurtat fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi. Il-liġi tal-Komunità għandha tqis l-integrazzjoni speċifika tas-settur tal-gass fis-suq dinji, inklużi d-differenzi fis-swieq ta' qabel u ta' wara l-produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill Ewropew talbu li tingħata konsiderazzjoni biżżejjed għad-differenzi bejn l-elettriku u l-gass.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)Peress li s-separazzjoni tas-sjieda tesiġi, f'ċerti każijiet, ir-ristrutturar ta' l-impriżi, l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar żmien biex japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti. Fid-dawl tar-rabtiet vertikali bejn is-setturi ta' l-elettriku u tal-gass, id-dispożizzjonijiet tas-separazzjoni għandhom japplikaw, barra min hekk, fiż-żewġ setturi kollha.

(8) Minħabba li s-separazzjoni tas-sjieda tesiġi, f'ċerti każijiet, ir-ristrutturar ta' l-impriżi, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda għandhom jingħataw aktar żmien biex japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti. Fid-dawl tar-rabtiet vertikali bejn is-setturi ta' l-elettriku u tal-gass, id-dispożizzjonijiet tas-separazzjoni għandhom japplikaw, barra min hekk, fiż-żewġ setturi kollha.

Ġustifikazzjoni

It-test il-ġdid iqis li s-separazzzjoni tas-sjieda hija biss possibilità waħda.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

 

Emenda

(8a) Dawk l-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu hekk jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw is-separazzjoni effettiva u effiċjenti tas-sistemi ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni. Din is-separazzjoni tibqa effettiva sakemm tiżgura l-indipendenza ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, u hija effiċjenti sakemm tipprovdi qafas regolatorju iktar xieraq li jiggarantixxi kompetizzjoni ġusta, investiment suffiċjenti, aċċess għal impriżi ġodda fis-suq u l-integrazzjoni ta’ swieq tal-gass. Hija bbażata fuq pilastru ta' miżuri ta' organizzazzjoni u miżuri li jirrigwardaw il-governanza ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, kif ukoll fuq pilastru ta' miżuri rigward investiment, il-konnessjoni man-netwerk ta' kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni u l-integrazzjoni tas-suq permezz ta' koperazzjoni reġjunali. Hija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fi Brussell fit-8 u d-9 ta' Marzu 2007.

Ġustifikazzjoni

Is-separazzjoni effiċjenti u effettiva tas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni (TSOs) tgħin biex tiggarantixxi l-indipendenza tat-TSO permezz ta' firxa ta' miżuri li huma kompatibbli mal-kostituzzjonijiet nazzjonali u li jissodisfaw il-prinċipju ta' proporżjonalità u l-moviment ħieles ta' kapital. Meta titqies flimkien mal-miżuri biex jinkuraġġixxu l-investiment u l-integrazzjoni tas-suq, hija tipprovdi soluzzjoni globali u għalhekk hija soluzzjoni li d-Direttiva jeħtieġ li tressaq lill-Istati Membri..

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Stati Membri għandhom jippromwovu koperazzjoni reġjonali, bil-possibilità ta’ ħatra ta’ koordinatur reġjonali inkarigat mill-iffaċilitar ta’ djalogu bejn awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Barra minn hekk, impjanti ġodda ta’ l-enerġija għandhom ikunu konnessi mal-grid f’ħin adattat u b’mod effettiv.

Ġustifikazzjoni

It-tielet “pakkett ta’ l-enerġija” huwa importanti ħafna sabiex jiġu ffinalizzati l-proċessi ta’ liberalizzazzjoni Ewropej li għaddejjin bħalissa fis-setturi ta’ l-enerġija u tal-gass u b’hekk ikun żgurat suq intern miftuħ, trasparenti u ġenwin.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri li jaffċċjaw problemi biha.

Ġustifikazzjoni

F’xi Stati Membri l-effetti tat-tieni pakkett dwar l-enerġija għadhom iridu jitfaċċaw; it-tieni pakkett dwar l-enerġija għadu ma ġiex implimentat jew infurzat b’mod xieraq minħabba ċertu karatteristiċ nazzjonali

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-istabbiliment ta’ operaturi tas-sistema li jkunu indipendenti mill-interessi ta’ forniment u ta’ produzzjoni għandu jippermetti lill-kumpaniji integrati vertikalment iżommu l-proprjetà tagħhom ta’ assi tan-netwerk, filwaqt li jiżgura separazzjoni effettiva ta' l-interessi, dejjem sakemm l-operatur indipendenti tas-sistema jwettaq il-funzjonijiet kollha ta’ operatur tan-netwerk u sakemm jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' regolazzjoni u mekkaniżmi estensivi ta' kontroll regolatorju.

(10) L-istabbiliment ta’ operaturi tas-sistema li jkunu indipendenti mill-interessi ta’ forniment u ta’ produzzjoni għandu jippermetti lill-kumpaniji integrati vertikalment iżommu l-proprjetà tagħhom ta’ assi tan-netwerk, filwaqt li jiżgura separazzjoni effettiva ta' l-interessi, dejjem sakemm l-operatur indipendenti tas-sistema jwettaq il-funzjonijiet kollha ta’ operatur tan-netwerk, jew tiġi implimentata separazzjoni effiċjenti u effettiva, u sakemm jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' regolazzjoni u mekkaniżmi estensivi ta' kontroll regolatorju.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi introdott mod alternattiv li jiżgura l-indipendenza tat-TSOs fil-kumpaniji integrati.

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Meta l-impriża li tkun proprjetarja ta’ sistema tat-trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-għażla bejn is-separazzjoni tas-sjieda u, bħala deroga, it-twaqqif ta’ operaturi tas-sistema indipendenti li jkunu indipendenti mill-interessi ta’ forniment u ta’ produzzjoni. L-effettività sħiħa tas-soluzzjoni ta’ l-operaturi indipendenti tas-sistema tkun teħtieġ li tiġi aċċertata permezz ta’ regoli speċifiċi addizzjonali Sabiex l-interessi ta’ l-azzjonisti ta’ kumpaniji integrati vertikalment jitħarsu bis-sħiħ, l-Istati Membri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda jew permezz ta’ żvestiment dirett jew inkella billi jitqassmu l-ishma tal-kumpanija integrata fl-ishma tal-kumpanija tan-netwerk u fl-ishma tan-negozju li jkun jibqa’ ta’ forniment u ta’ produzzjoni, sakemm ir-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tas-sjieda jiġu rispettati.

(11) Meta l-impriża li tkun proprjetarja ta’ sistema tat-trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-għażla bejn tliet għażliet: is-separazzjoni tas-sjieda, il-ħolqien ta' operatur tas-sistema indipendenti jew is-separazzjoni effettiva u effiċjenti.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla bejn tliet għażliet ta' separazzjoni tan-netwerk ta' trażmissjoni: is-separazzjoni tas-sjieda, il-mudell ta' operatur tas-sistema indipendenti (ISO), is-separazzjoni effettiva u effiċjenti (EEU)

It-tliet għażliet huma ugwalment adattati sabiex jiggarantixxu l-aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema, biex isolvu kunflitti ta' interess fi ħdan l-impriża integrata u biex iħeġġu l-investiment fin-netwerk.

Emenda  13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Sabiex tiżviluppa kompetizzjoni fis-suq intern tal-gass, konsumaturi mhux domestiċi għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu l-fornituri tagħhom kif ukoll li jkollhom kuntratt ma' bosta fornituri għall-ħtiġijiet tal-gass tagħhom. Dawn il-konsumaturi għandhom ikunu mħarsa kontra klawsoli esklussivi f'kuntratti li l-effett tagħhom huwa li jeskludu offerti komplimentari u/jew kompetittivi.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva għandha timmira biex tippermetti lill-konsumaturi biex jibbenefikaw minn prezzijiet iktar baxxi ta' l-enerġija u għalhekk għandhom jevitaw li fornituri dominanti jipprovdu dispożizzjonijiet ta' esklussività fil-kuntratti mal-klijenti tagħhom. Dispożizzjonijiet ta' esklussività jipprevjenu lill-konsumaturi mhux domestiċi milli jqisu għadd ta' fornituri li jippermettu ffrankar konsiderevoli fil-kontijiet ta' l-enerġija tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-implimentazzjoni ta’ separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista' teżerċita influwenza, weħidha jew b’mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni ta’ l-organi kemm ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ta’ l-impriżi tal-forniment. Bil-kundizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat jista' juri li dan ir-rekwiżit jiġi rispettat, żewġ korpi pubbliċi distinti jistgħu minn naħa jikkontrollaw l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni u forniment u min-naħa l-oħra attivitajiet ta' trażmissjoni.

(12) L-implimentazzjoni ta’ separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista' teżerċita influwenza, weħidha jew b’mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni ta’ l-organi kemm ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ta’ l-impriżi tal-forniment.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpaniji kollha tas-settur pubbliku huma subordinati għall-Gvern nazzjonali / reġjonali / lokali permezz ta' linja ta' deċiżjoni ġerarkika stretta. Normalment deċiżjonijiet strateġiċi tal-kumpaniji pubbliċi ta' l-enerġija huma rilevanti għall-ekonomija kollha tal-pajjiż u għalhekk huma adottati fuq livell politiku. L-allokazzjoni ta' sjieda u ta' operazzjoni lil korpi differenti ta' l-istess Amministrazzjoni Pubblika ma tagħmilx sens:

Emenda  15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għandha tiġi applikata separazzjoni sħiħa bejn l-attivitajiet ta’ netwerk u ta’ forniment madwar l-Unjoni Ewropea, sabiex kwalunkwe operatur ta’ netwerk jew kumpanija affiljata fl-UE ma jitħallewx ikollhom attivitajiet ta’ forniment jew ta’ produzzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika b'mod ugwali għall-kumpaniji kemm ta' l-UE kif ukoll ta' barra mill-UE. Biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tan-netwerk jinżammu separati madwar il-Komunità, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom is-setgħa li jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni lil operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni li ma jikkonformawx mar-regoli ta’ separazzjoni. Biex jiġu assigurati l-applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità u r-rispett ta' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tirrevedi d-deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni min-naħa ta' l-awtoritjiaet regolatorji.

(13) Għandha tiġi applikata separazzjoni bejn l-attivitajiet ta’ netwerk u ta’ forniment madwar il-Komunità. Dan għandu japplika b'mod ugwali għall-kumpaniji kemm ta' l-UE kif ukoll ta' barra mill-UE. Biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tan-netwerk jinżammu separati madwar il-Komunità, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom is-setgħa li jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni lil operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni li ma jikkonformawx mar-regoli ta’ separazzjoni. Biex jiġu assigurati l-applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità u r-rispett ta' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija (“l-Aġenzija”) għandu jkollha d-dritt li tirrevedi d-deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni min-naħa ta' l-awtoritjiaet regolatorji.

Emenda  16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(140 Il-ħarsien tal-provvista ta' l-enerġija hija element essenzjali tas-sigurtà pubblika u għalhekk huwa konness b'mod inerenti mal-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-gass ta' l-UE. L-użu tan-netwerk huwa essenzjali biex il-gass jasal għand iċ-ċittadini ta' l-UE. Swieq tal-gass li jaħdmu, u b'mod partikolari n-netwerks u l-assi l-oħra assoċjati mal-provvista tal-gass, huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività ta' l-ekonomija u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Komunità. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Komunità tqis li s-settur tas-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass huwa ta' importanza għolja għall-Komunità u għalhekk huma meħtieġa miżuri ta' ħarsien addizzjonali fir-rigwar dta' l-influwenza ta' pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kwalunkwe theddid lill-ordni pubblika tal-Komunità u s-sigurtà pubblika u l-benessri taċ-ċittadini tal-Komunità. Miżuri bħal dawn huma wkoll meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar is-separazzjoni effettiva.

Il-ħarsien tal-provvista ta' l-enerġija hija element essenzjali tas-sigurtà pubblika u għalhekk huwa konness b'mod inerenti mal-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-gass ta' l-UE u ma’ l-integrazzjoni tas-swieq iżolati ta’ l-Istati Membri. L-użu tan-netwerk huwa essenzjali biex il-gass jasal għand iċ-ċittadini ta' l-UE. Swieq tal-gass li jiffunzjonaw u li huma miftuħa b’possibilitajiet kummerċjali ġenwini, u b'mod partikolari n-netwerks u l-assi l-oħra assoċjati mal-provvista tal-gass, huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività ta' l-ekonomija u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Komunità. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Komunità tqis li s-settur tas-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass huwa ta' importanza għolja għall-Komunità u għalhekk huma meħtieġa miżuri ta' ħarsien addizzjonali fir-rigwar dta' l-influwenza ta' pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kwalunkwe theddid lill-ordni pubblika tal-Komunità u s-sigurtà pubblika u l-benessri taċ-ċittadini tal-Komunità. Miżuri bħal dawn huma wkoll meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar is-separazzjoni effettiva.

Emenda  17

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri konkreti sabiex jassistu l-użu usa’ tal-bijogass u tal-gass mill-bijomassa, li għandu jingħata aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema tal-gass, sakemm dan l-aċċess ikun kompatibbli b’mod permanenti mar-regoli tekniċi u ma’ l-istandards ta’ sikurezza relevanti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tintlaħaq il-mira ta’ l-UE għall-2020 dwar l-enerġija li tiġġedded, jinħtieġ apoġġ attiv għall-użu tal-bijogass u tal-gass mill-bijomassa. Dan l-appoġġ għandu jeċċedi l-miżuri li jiżguraw kompatibilità u non-diskriminazzjoni.

Emenda  18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ir-regolaturi fl-enerġija jeħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet regolatorji rilevanti kollha għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jkunu indipendenti bis-sħiħ minn kwalunkwe interess pubbliku jew privat.

(18) Ir-regolaturi ta’ l-enerġija jeħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet regolatorji rilevanti kollha għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jkunu indipendenti bis-sħiħ minn kwalunkwe interessi ta’ kumpaniji pubbliċi jew privati.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolaturi ta’ l-enerġija għandhom ikunu marbuta ma’ l-interess pubbliku.

Emenda  19

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Ir-regolaturi ta' l-enerġija għandu jkollhom is-setgħa li joħorġu deċiżjonijiet li jorbtu fuq l-impriżi tal-gass, kif ukoll li jimponu sanzjonijiet effettivi, xierqa u dissważivi fuq l-impriżi tal-gass naturali li jonqsu milli jikkonformawx ma’ l-obbligi tagħhom. Għandhom jingħataw ukoll is-setgħat biex jiddeċiedu, tkun xi tkun l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżura xierqa li tiżgura benefiċċji għall-klijenti billi tippromwovi l-kompetizzjoni effettiva meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq; kif ukoll biex jiżguraw standards għoljin tas-servizz pubbliku f’konformità mal-ftuħ tas-suq, il-protezzjoni ta’ klijenti vulnerabbli, u l-effettività totali tal-miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara kemm għas-setgħat tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, inkluża l-analiżi tal-fużjonijiet (mergers) b’dimensjoni Komunitarja, kif ukoll għar-regoli dar is-suq intern, bħall-moviment ħieles tal-kapital.

Ir-regolaturi ta' l-enerġija għandu jkollhom is-setgħa li joħorġu deċiżjonijiet li jorbtu fuq l-operaturi tan-netwerks, kif ukoll li jimponu sanzjonijiet effettivi, xierqa u dissważivi fuq l-operaturi tan-netwerks li jonqsu milli jikkonformawx ma’ l-obbligi tagħhom. Għandhom jingħataw ukoll is-setgħat biex jiddeċiedu, tkun xi tkun l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżura xierqa relatata ma’ l-aċċess għan-netwerks bil-għan tal-kompetizzjoni effettiva meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq, kif ukoll biex jiżguraw standards għoljin tas-servizz pubbliku f’konformità mal-ftuħ tas-suq, il-protezzjoni ta’ klijenti vulnerabbli, u l-effettività totali tal-miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara kemm għas-setgħat tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, inkluża l-analiżi ta’ l-għaqdiet (mergers) b’dimensjoni Komunitarja, kif ukoll għar-regoli dar is-suq intern, bħall-moviment ħieles tal-kapital.

Emenda  20

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) Regolaturi tas-suq ta’ l-enerġija u tal-finanzi għandhom jikkoperaw sabiex jagħtu lil xulxin idea ġenerali tas-swieq rispettivi tagħhom. Huma għandu jkollhom is-setgħa li jiksbu informazzjoni relevanti mill-impriżi tal-gass naturali permezz ta' investigazzjonijiet xierqa u suffiċjenti, biex jissolvew kwistjonijiet u biex ikunu imposti sanzjonijiet effettivi.

Ġustifikazzjoni

Għad hemm tħassib dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-direttivi attwali. Sabiex jiġi żgurat il-ftuħ effettiv tas-suq intern tal-gass, l-awtoritajiet regulatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet regulatorji relevanti oħra u jippermettulhom li jimmonitorjaw is-suq tal-gass b’mod effettiv, u fejn ikun xieraq iridu jkunu jistgħu jimponu sanzjonijiet effettivi, xierqa u dissważivi kontra impriżi tal-gass f’każijiet ta’ non-konformità ma’ kwalunkwe obbligu stipulat f’din id-Direttiva.

Emenda  21

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Ir-restrizzjonijiet strutturali tas-suq tal-gass li jinħolqu mill-konċentrazzjoni tal-fornituri, il-kuntratti għal tul ta’ żmien twil li jiżguraw il-kunsinni u n-nuqqas ta’ likwidità ‘l isfel, jiġġeneraw strutturi ta’ pprezzar mhux trasparenti. Sabiex tkun iċċarata l-istruttura ta’ l-ispejjeż, hemm bżonn ta’ iktar trasparenza fil-formazzjoni tal-prezzijiet, u għalhekk obbligazzjoni kummerċjali għandha tkun obbligatorja.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq għall-kumpaniji tal-gass ġodda u għal dawk iżgħar u biex tinħoloq aktar trasparenza rigward is-suq u l-prezzijiet tal-gass.

Emenda  22

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Qabel ma l-Kummissjoni tadotta l-linji gwida li jiddefinixxu aktar ir-rekwiżiti taż-żamma tar-reġistri, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli Finanzjarji (CESR) għandhom jikkooperaw biex jinvestigaw u jagħtu pariri b'mod konġunt lill-Kummissjoni dwar il-kontenut tal-linji gwida. L-Aġenzija u l-Kumitat għandhom jikkooperaw ukoll biex jinvestigaw aktar u jagħtu pariri dwar jekk it-tranżazzjonijiet fil-kuntratti tal-forniment tal-gass u derivattivi tagħhom għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u/jew ta' wara l-kummerċ, u jewkk iva, x'għandu jkun il-kontenut ta' dawk ir-rekwiżiti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda għal Artikolu 24f.

Emenda  23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards minimi komuni li joħorġu minnhom jeħtieġ li jkomplu jiġu msaħħa aktar sabiex ikun żgurat li s-servizzi tal-gass ikunu aċċessibbli għall-pubbliku u għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti ħafna li l-prezz ta' l-aċċess għall-infrastruttura tal-gass ikun prezz li jintlaħaq għad-djar u għall-SMEs dipendenti fuq il-provvista ta' dawn is-servizzi għall-enerġija tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 23 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23b) l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-provvediment xieraq ta’ miters individwali (smart metering), kif tistipula d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-effiċjenza aħħarija ta’ l-enerġija u s-servizzi ta’ l-enerġija1, sabiex tingħata lill-konsumaturi informazzjoni eżatta dwar il-konsum ta’ l-enerġija u sabiex tkun żgurata l-effiċjenza aħħarija.

 

ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

Ġustifikazzjoni

Miters individwali (Smart meters) jagħtu lill-konsumaturi tagħrif aħjar dwar il-konsum reali tagħhom tal-gass, u għalhekk jikkontribwixxu għal aktar użu bil-ħsieb tal-gass.

Emenda  25

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 23 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c) Il-klijenti għandhom ikunu fil-qalba ta’ din id-Direttiva. Id-drittijiet eżistenti tal-klijenti jeħtieġ li jiġu msaħħa u ggarantiti, u għandhom jinkludu aktar trasparenza u rappreżentazzjoni. Il-ħarsien tal-konsumatur ifisser li l-klijenti kollha jibbenefikaw minn suq kompetittiv. Id-drittijiet tal-klijenti għandhom jiġu infurzati mill-awtoritajiet regulatorji nazzjonali billi jinħolqu inċentivi u jiġu imposti sanzjonijiet fuq kumpaniji li ma jikkonformawx mal-ħarsien tal-klijenti u mar-regoli tal-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom jingħataw is-setgħa, u għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika dwar l-enerġija ta’ l-UE.

Emenda  26

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Għal kontribuzzjoni lejn is-sigurtà tal-provvista filwaqt li jinżamm spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, notevolment fil-każ ta’ kriżi ta’ provvista ta' l-enerġija, huwa importanti li jkun hemm qafas għal ftehimiet reġjonali ta’ solidarjetà.

(24) Għal kontribuzzjoni lejn is-sigurtà tal-provvista, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jinżamm spirtu ta’ solidarjetà, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien aktar mill-qrib. Għal dan il-għan, il-bażi għandha tkun id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar miżuri biex jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista1 ta' gas naturali.

 

1 ĠU L 127, 29.4.2004, p. 92.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2004/67 KE tkopri b’mod komprensiv l-aspetti tas-sigurtà tal-provvista.

Emenda  27

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Fid-dawl tal-ħolqien ta’ suq intern tal-gass, l-Istati Membri għandhom iġibu 'l quddiem l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerks fil-livell Ewropew kif ukoll reġjonali.

(25) Fid-dawl tal-ħolqien ta’ suq intern tal-gass, l-Istati Membri għandhom iġibu 'l quddiem l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-koperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerks fil-livell Ewropew kif ukoll reġjonali. Inizjattivi għall-integrazzjoni reġjonali huma pass intermedjarju essenzjali għall-kisba ta’ integrazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija tal-Komunità, li għadha l-għan aħħari. Il-livell reġjonali jgħin sabiex jaċċellera l-proċess ta’ integrazzjoni billi jagħmilha possibbli għall-atturi konċernati, u b’mod partikulari l-Istati Membri, l-awtoritajiet regulatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, li jikkoperaw fuq kwistjonijiet speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

L-inizjattivi reġjonali huma pass intermedjarju kostruttiv li jagħmilha possibbli li jitjieb il-mod ta’ kif jaħdem is-suq intern tal-gass naturali. Billi jippermetti lit-TSOs u lill-NRAs li jarmonizzaw l-aċċess u r-regoli fir-reġjun ikkonċernat, jew anke li joħolqu struttura ta’ trażmissjoni reġjonali, dawn l-inizjattivi se jgħinu lin-netwerk biex taħdem b’mod aktar effiċjenti u se jiffaċilitaw in-negozju u l-kummerċ transkonfinali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a) L-iżvilupp ta’ netwerk ta’ pipelines li verament Ewropew għandu jkun l-għan ta’ din id-Direttiva, u għal dan il-għan, kwistjonijiet regulatorji dwar l-inter-konnessjonijiet transkonfinali u s-swieq reġjonali għandhom ikunu r-responsabilità ta’ l-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li l-interkonnessjonijiet transkonfinali u s-swieq reġjonali jiġu żviluppati u mmaniġġjati b’mod ċar, trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni, dawn għandhom ikunu regolati mill-Aġenzija.

Emenda  29

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 27 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) Flimkien ma’ l-imsieħba soċjali kkonċernati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-implikazzjonijiet ta’ l-emendi għad-Direttiva 2003/55/KE, b’mod partikulari l-mudelli differenti sabiex jiżguraw operaturi indipendenti tas-sistema tat-trażmissjoni, mil-lati ta’ impjegar, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema li jkunu infurmati u kkonsultati u li jipparteċipaw, bil-għan li jittaffew il-konsegwenzi negattivi.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza turi li regoli ġodda jkollhom konsegwenzi għall-ħaddiema kkonċernati fis-settur bħalma deher fir-rapport dwar l-effetti fuq l-impjiegi tal-ftuħ tas-swieq ta’ l-elettriku u tal-gass għall-Kummissjoni Ewropea (2007).

Emenda  30

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Fir-rigward tad-Direttiva 2003/55/KE, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ firxa ġenerali u mfassla bħala sostenn għad-Direttiva 2003/55/KE permezz taż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huma jridu jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

imħassar

Emenda  31

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1a) F’Artikolu 1, il-paragrafu 2 se jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"2. Ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva għall-gass naturali, li jinkludi gass naturali likwidu (LNG), ser japplikaw ukoll, b’mod mhux diskriminatorju, għall-bijogass u għall-gass mill-bijomassa jew tipi oħra ta’ gass, sakemm dawn il-gassijiet jistgħu jiġu injettati b’mod tekniku u sikur fis-sistema tal-gass naturali u trasportati permezz tagħha.”

(Żieda ta' kjarifika għall-Artikolu 1 - paragrafu 2 tad-Direttiva 2003/55/KE)

Ġustifikazzjoni

F’każ li l-livell ta’ sigurtà teknika u kimika għall-gassijiet differenti jintlaħaq, għandu jiġi enfasizzat il-bżonn ta’ aċċess mhux diskriminatorju bejn il-gassijiet li jiġu minn sorsi differenti.

Emenda  32

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(–a) il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

“3. ‘tranżmissjoni’ tfisser it-trasport tal-gass naturali minn [...] netwerk li jkun fiha, fil-biċċa l-kbira, pipelines b’ħafna pressa u li ma tkunx upstream pipeline netwerk u li ma tkunx tagħmel parti minn pipelines b’ħafna pressa li prinċipalment jintużaw fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali, bi skop li jiġi kkonsenjat lill-klijent, iżda li ma jinkludix il-provvista;"

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni attwali ta’ "trażmissjoni" fid-Direttiva 2003/55/KE hi differenti mid-definizzjoni ta "trażmissjoni" fir-Regolament 1775/2005. L-emenda proposta tbiddel id-definizzjoni fid-Direttiva sabiex din tiġi l-istess bħal dik tar-Regolament.

Emenda  33

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) il-punt 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"9. 'faċilità tal-ħażna' tfisser faċilità użata għall-ħażna tal-gass naturali u proprjetà ta’ u/jew operata minn impriża tal-gass naturali, inkluża l-parti tal-faċilitajiet ta’ l-LNG użati għall-ħażna iżda eskluż is-sehem użat b'mod esklussiv għall-produzzjoni, u esklużi l-faċilitajiet riżervati esklussivament għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;"

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-kliem ikun iktar strett sabiex jiġi żgurat li l-operaturi tal-ħażna ma jkunux jistgħu jargumentaw li minħabba li l-parti l-kbira tal-faċilità tagħhom tintuża għal operazzjonijiet ta' produzzjoni,din m'għandhiex tkun suġġetta għal aċċess regolat jew innegozjat għal partijiet terzi (RTPA/NTPA).

Emenda  34

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-ab) il-punt 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"14.'servizzi anċillari' tfisser is-servizzi kollha meħtieġa għall-aċċess lil u l-operazzjoni tan-netwerks tat-trażmissjoni u/jew distribuzzjoni u/jew faċilitajiet ta’ l-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħażna inkluż l-ibbilanċjar tat-tagħbijiet, it-taħlit u l-injezzjoni ta' gassijiet inerti, iżda esklużi faċilitajiet riżervati esklużivament għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;"

(Emenda għall-Artikolu 2 punt 14 tad-Direttiva 2003/55/KE)

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-kliem ikun iktar strett sabiex jiġi żgurat li t-'taħlit' ma jkunx ristrett għat-taħlit ta' flussi ta' gass naturali iżda jkun jinkludi wkoll l-injezzjoni tan-nitroġenu, li huwa l-mod ewlieni kif jiġi konvertit il-gass b'valur kalorifiku għoli għal gass b'valur kalorifiku baxx. Minħabba l-monopolju de facto fis-suq tal-gass b'valur kalorifiku baxx, l-aċċess għal konverżjoni ta' kwalità huwa essenzjali biex tinħoloq kompetizzjoni.

Emenda  35

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-ac) il-punt 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"17. 'interkonnettur' tfisser linja ta' trażmissjoni fuq distanzi fit-tul li taqsam jew li tkun imxerrda fuq fruntiera bejn Stati Membri għall-iskop ewlieni li tgħaqqad is-sistemi tat-trażmissjoni nazzjonali ta’ dawn l-Istati Membri;"

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni attwali tista' tkun xierqa għal interkonnetturi f'netwerks ta' l-elettriku, iżda bl-eċċezzjoni ta' linji ta' trażmissjoni ta' taħt il-baħar ma hemm l-ebda pajp ta' trażmissjoni skop uniku li jgħaqqad żewġ Stati Membri.

Emenda  36

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Artikolu 2 – punt 36 – it-tieni subparagrafu (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Biex jiġi evitat kull dubju, li impriża li jkollha interessi fil-produzzjoni jew f’attivitajiet ta’ forniment ikollha kuntratt ta’ trasport fuq żmien twil m'għandux minnu nnifsu jimplika kontroll ta’ sistema ta’ trażmissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tipprova teskludi mill-kunċett ta’ “kontroll” kwalunkwe kuntratt fuq żmien twil għall-produzzjoni jew il-forniment, peress li hu meqjus li hu meħtieġ li jkunu mħarsa dan it-tip ta' kuntratti plurijennali li huma tipiċi fis-settur tal-gass u mhux fis-settur ta’ l-elettriku.

Emenda  37

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"36a. 'suq iżolat' tfisser Stat Membru mingħajr interkonnessjoni mas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali ta' Stati Membri oħra u/jew li l-provvista tal-gass tiegħu tkun ikkontrollata minn persuna jew persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi;"

Emenda  38

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"36b. 'proġett ta' interess Ewropew' tfisser proġett ta' infrastruttura tal-gass li jwassal biex ikun hemm riżorsi ġodda tal-gass disponibbli għall-Komunità u li jwassal għal diversifikazzjoni ikbar ta' provvisti tal-gass f'iktar minn Stat Membru wieħed;"

Ġustifikazzjoni

Fl-Ewropa, id-domanda għall-kapaċità ta' trażmissjoni qiegħda tikber, u għalhekk l-investiment f'infrastrutturi ġodda huwa essenzjali. Infrastruttura żviluppata tajjeb hija ta' importanza vitali għal kompetizzjoni Ewropea ġenwina fis-suq tal-gass. Għalhekk, il-"proġetti ta' interess Ewropew" għandhom ikunu definiti u għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi u politiċi meħtieġa għalihom.

Emenda  39

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"36c. 'kompetizzjoni ġusta u mhix mgħawġa f'suq miftuħ' tfisser opportunitajiet komuni u aċċess ugwali għall-fornituri kollha fl-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għalihom l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija;"

Emenda  40

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd) għandu jiżdied il-punt li ġej:

"36d. 'faqar fl-enerġija' tfisser sitwazzjoni fejn familja ma tkunx tista' tlaħħaq biex issaħħan darha sa standard aċċettabbli, ibbażat fuq il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;"

Ġustifikazzjoni

Minħabba nuqqas ta' definizzjoni, ħafna Stati Membri ma jiġbrux dejta b'mod uffiċjali dwar in-numru ta' ċittadini li jinsabu f'faqar fl-enerġija. Fl-appoġġ ta' definizzjoni komuni, l-Istati Membri jindunaw bil-kobor tal-problema u għandhom jitħeġġu sabiex jieħdu miżuri biex jindirizzawha. Din id-definizzjoni, ibbażata fuq riċerka mwettqa minn grupp ta' akkademiċi Ewropej, tiżgura kalkolu li jista' jiġi applikat fl-UE kollha. Hija mmirata lejn familji bi dħul baxx li proporzjonalment iħallsu iktar għall-enerġija li jużaw.

Emenda  41

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – point (b e) (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(be) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"36e. 'prezz li jista' jintlaħaq' tfisser prezz definit mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mas-sieħba soċjali u mal-partijiet interessati rilevanti filwaqt li titqies id-definizzjoni ta' faqar fl-enerġija pprovduta fil-punt 36d."

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jiġi determinat fil-livell ta' l-Istati Membri minħabba li jidher ċar li din hija kwistjoni ta' sussidjarjetà.

Emenda  42

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – point (b f) (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bf) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"36f. 'sit industrijali' tfisser zona ġeografika ta' sjieda privata b'netwerk ta' gass naturali li primarjament ikun iddestinat biex jissupplixxi konsumaturi industrijali fuq dan is-sit."

Ġustifikazzjoni

Illum il-ġurnata, l-operaturi ta' netwerks ta' l-enerġija fuq siti industrijali m'għandhomx għalfejn jikkonformaw ma' sensiela ta' obbligi rigward l-operat tan-netwerk fl-Istati Membri kollha ta' l-UE. Din il-prattika m'għandhiex bażi legali ċara fl-UE. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni ta' l-UE għandha tippermetti b'mod formali li l-Istati Membri jipprovdu derogi għal siti industrijali billi dan jiżgura ċertezza legali. It-trattament differenzjat tan-netwerks industrijali huwa importanti billi jiżgura sforzi proporzjonati filwaqt li ma jikkompromettix l-għanijiet tal-liberalizzazzjoni. Din l-emenda ma tikkompromettix id-drittijiet tal-konsumaturi finali fuq siti industrijali. B'mod tipiku, hemm ftit konsumaturi finali indipendenti li huma fornuti minn siti industrijali (inqas minn 50).

Emenda  43

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) F’Artikolu 3, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"2. B’kunsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, b’mod partikulari l-Artikolu 86 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq l-impriżi li joperaw fis-settur tal-gass, fl-interess ekonomiku ġenerali, obbligi ta' servizz pubbliku li jistgħu jirrelataw mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-forniment, tar-regolarità u tal-kwalità [...], u l-ħarsien ta’ l-ambjent, inklużi l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-ħarsien tal-klima. [...]"

(Żieda ta' elementi ġodda ma' l-Artikolu 3 paragrafu 2 tad-Direttiva 2003/55/KE)

Ġustifikazzjoni

Permezz taċ-ċaqliq tar-referenza għall-prezz tal-provvisti mill-kunsiderazzjonijiet ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku għall-kunsiderazzjonijiet relatati ma' klijenti vulnerabbli, l-emenda għandha l-għan li tiżgura li l-miżuri relatati mal-prezz tal-provvisti jkunu mmirati lejn dawk il-konsumaturi li huma l-aktar vulnerabbli. Permezz ta' dan l-iffukar speċifiku, ir-riżultat aħħari għandu jkun ta' benefiċċju għal dawk il-klijenti li l-aktar għandhom bżonn ħarsien.

Emenda  44

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu l-konsumaturi aħħarin, u għandhom, b'mod partikulari, jiżguraw li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jiġu mħarsa l-konsumaturi vulnerabbli, fosthom miżuri xierqa li jinkludu dawk relatati mat-termini ta' ħlas sabiex jiġu megħjuna biex jevitaw l-iskonnessjoni. [...]"

(Żieda ta' elementi ġodda ma' l-Artikolu 3 paragrafu 3 tad-Direttiva 2003/55/KE)

Ġustifikazzjoni

Permezz taċ-ċaqliq tar-referenza għall-prezz tal-provvisti mill-kunsiderazzjonijiet ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku għall-kunsiderazzjonijiet relatati ma' klijenti vulnerabbli, l-emenda għandha l-għan li tiżgura li l-miżuri relatati mal-prezz tal-provvisti jkunu mmirati lejn dawk il-konsumaturi li huma l-aktar vulnerabbli. Permezz ta' dan l-iffukar speċifiku, ir-riżultat aħħari għandu jkun ta' benefiċċju għal dawk il-klijenti li l-aktar għandhom bżonn ħarsien.

Emenda  45

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar fl-enerġija fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali sabiex jiġi żgurat li n-numru ta' nies fil-faqar fl-enerġija jonqos f'termini reali, u għandhom jikkomunikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jipprovdi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, definizzjoni ta' faqar fl-enerġija fil-livell nazzjonali, b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet regolatorji u mal-partijiet interessati b'referenza għall-Artikolu 2(36d). Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu benefiċċji fis-sistemi tas-sigurtà soċjali, appoġġ għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija kif ukoll il-produzzjoni ta' l-enerġija bl-orħos prezzijiet possibbli, u m'għandhomx ifixklu l-ftuħ tas-suq stabbilit fl-Artikolu 23. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi indikaturi għall-monitoraġġ ta' l-impatt ta' miżuri bħal dawn fuq il-faqar fl-enerġija, kif ukoll fuq kif jaħdem is-suq."

Emenda  46

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d) Fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha jkollhom id-dritt li jkunu fornuti bil-gass minn fornitur, sakemm dan ta' l-aħħar jagħti l-kunsens tiegħu, irrispettivament mill-Istat Membru fejn dan ta' l-aħħar ikun approvat bħala fornitur. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-impriżi approvati bħala fornituri fi Stat Membru ieħor ikunu jistgħu jfornu liċ-ċittadini tagħhom mingħajr ma jkollhom jissodisfaw kundizzjonijiet oħra."

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri jħabbtu wiċċhom ma' diversi kundizzjonijiet għall-provvista tal-klijenti fi Stati Membri differenti; dawn ir-regoli differenti tas-suq jikkostitwixxu ostakli sostanzjali għad-dħul fis-suq. Sabiex jitħaffef l-aċċess mingħajr restrizzjoni għas-suq, għandu japplika l-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġini.

Emenda  47

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 e (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"4. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri xierqa biex jiksbu l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, li għandhom ibaxxu l-prezz tal-gass fornut lil klijenti minn familji bi dħul baxx u jiggarantixxu l-istess kundizzjonijiet għall-klijenti li joqogħdu f'zoni mbiegħda, kif ukoll l-għanijiet tal-protezzjoni ta’ l-ambjent. Dawn il-miżuri jinkludu miżuri għall-effiċjenza ta' l-enerġija/tal-ġestjoni tad-domanda kif ukoll mezzi għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u s-sigurtà tal-fornitura u jistgħu jinkludu wkoll, b’mod partikolari, id-disposizzjonijiet ta’ inċentivi ekonomiċi xierqa, bl-użu, fejn xieraq, ta’ l-għodod kollha nazzjonali Komunitarji, għaż-żamma u l-kostruzzjoni ta’ l-infrastruttura tan-netwerks xierqa, inkluża l-kapaċità ta’ l-interkonnessjoni."

Emenda  48

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 f (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1f) Fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"4a. Sabiex tiġi promossa l-effiċjenza ta' l-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jobbligaw lill-impriżi tal-gass naturali biex idaħħlu formoli ta' prezzijiet li jogħlew hekk kif jiżdiedu l-livelli tal-konsum u għandhom jiżguraw li jkun hemm il-parteċipazzjoni attiva tal-klijenti u ta' l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni fl-operat tas-sistemi permezz ta' l-appoġġ għad-dħul ta' miżuri bil-għan li jsir l-aħjar użu mill-gass, b'mod partikulari fil-ħinijiet meta jintuża l-aktar. Formoli ta' prezzijiet bħal dawn, flimkien mad-dħul ta' miters u grids intelliġenti, għandhom jippromwovu mġiba li twassal għall-effiċjenza ta' l-enerġija u għall-orħos prezzijiet possibbli għall-familji, b'mod partikolari għal dawk il-klijenti minn familji li jbatu mill-faqar fl-enerġija."

Emenda  49

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 g (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1g) Fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"5a. L-implimentazjoni ta' din id-Direttiva m'għandux ikollha konsegwenzi negattivi fuq l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet għall-informazzjoni, għall-konsultazzjoni u għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema konċernati. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mas-sieħba soċjali konċernati dwar l-implimentazzjoni ta' kull emenda għal din id-Direttiva biex jiġu evitati konsegwenzi negattivi għall-ħaddiema konċernati. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-kumitati għad-djalogu soċjali tas-setturi tal-gass u ta' l-elettriku bil-konsultazzjonijiet u bil-miżuri li jkunu twettqu."

(Żieda ta' paragrafu ġdid wara paragrafu 5 fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/55/KE)

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' salvagwardji biex jitħarsu l-ħaddiema konċernati fis-settur minn kull effett negattiv tal-ftuħ tas-swieq ta' l-elettriku u l-gass. Sabiex jittaffew il-konsegwenzi negattivi li jista' jkun hemm, huwa importanti li dawn jiġu diskussi mas-sieħba soċjali.

Emenda  50

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied dan il-paragrafu 7:

imħassar

"7. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

 

Emenda  51

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) F’Artikolu 4, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

“2. Fejn l-Istati Membri għandhom sistema ta’ awtorizzazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li għandhom jintlaħqu minn impriża li tkun qed tapplika għal awtorizzazzjoni biex tibni u/jew biex tħaddem faċilitajiet tal-gass naturali jew li tkun qed tapplika għal awtorizzazzjoni biex tipprovdi gass naturali. L-Istati Membri m'għandhom bl-ebda mod ikunu intitolati li jorbtu l-awtorizzazzjoni ma' kriterji li jagħtu setgħat ta' diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Il-kriterji u l-proċeduri nondiskriminatorji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għal faċilitajiet, linji ta' trażmissjoni u tagħmir assoċjat iqisu l-importanza tal-proġett għas-suq intern fl-enerġija."

(Tibdil fit-test ta' l-Artikolu 4 paragrafu 2 tad-Direttiva 2003/55/KE)

Ġustifikazzjoni

Ostaklu kbir għat-tlestija tas-suq intern fl-enerġija huwa n-nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti. F'ħafna Stati Membri, il-proġetti għall-bini ta' infrastruttura ġdida u għat-titjib fl-infrastrutturi eżistenti ma jistgħux jitwettqu fi żmien raġonevoli minħabba problemi bil-proċeduri ta' awtorizzazzjoni.

Emenda  52

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 5a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex tiġi ssalvagwardata provvista sigura fis-suq intern tal-gass naturali, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jippromwovu s-solidarjetà reġjonali u bilaterali.

1. Sabiex tiġi ssalvagwardata provvista sigura fis-suq intern tal-gass naturali, l-Istati Membri għandhom, mingħajr ma jimponu piż sproporzjonat fuq il-parteċipanti fis-suq, jikkooperaw sabiex jippromwovu s-solidarjetà reġjonali u bilaterali.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet ta’ solidarjetà għandhom jiżguraw li ma jkunux se joħolqu xkiel għas-suq u li s-sinjali tal-prezzijiet jibqgħu jkunu effettivi b'mod speċjali f'dawk il-perjodi fejn id-domanda tkun qawwija.

Emenda  53

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 5a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata dwar din il-kooperazzjoni.

3. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri l-oħra u l-parteċipanti fis-suq, għandhom jinżammu infurmati dwar din il-kooperazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba biex tiżgura l-prinċipji ta’ prattika regolatorja tajba u ta’ trasparenza fir-rigward tar-regoli/tal-linji ta' gwida għal koperazzjoni u għajnuna reċiproka bħal din.

Emenda  54

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 5 a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida għall-kooperazzjoni reġjonali ta' solidarjetà. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn il-miżuri joħorġu mill-ambitu tal-komitoloġija. Il-kwistjoni la hi dwar miżura sempliċi ta’ implimentazzjoni u lanqas dwar “elementi mhux essenzjali”. Hija l-Kummissjoni li għandha tiżviluppa l-qafas regolatorju xieraq marbut mal-koperazzjoni fis-solidarjetà reġjonali skond il-proċedura xierqa tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda  55

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 5 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom. Iż-żona ġeografika koperta mill-kooperazzjoni reġjonali għandha tikkonforma mad-definizzjoni ta' żoni ġeografiċi mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2h(3) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005."

1. L-awtoritajiet regolatorji ta' l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom bil-għan li jarmonizzaw l-istruttura tas-swieq u jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas f'livell reġjonali wieħed, jew aktar, bħala l-ewwel pass, u wieħed intermedju, lejn suq intern liberalizzat għal kollox. B’mod partikolari, huma għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali u jħaffu l-integrazzjoni tagħhom fil-livell reġjonali bil-għan li jinħoloq suq intern kompetittiv, li titħaffef l-armonizzazzjoni tal-qafas legali, regolatorju u tekniku tagħhom kif ukoll, fuq kollox, li jiġu integrati l-iżoli tal-gass li għad fadal fl-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll il-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-livelli transkonfinali u reġjonali."

 

2. L-Aġenzija għandha tikkopera ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ma’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, b’konformità mal-Kapitoli III u IV, biex tiżgura li jkun hemm konverġenza bejn l-oqfsa regolatorji tar-reġjuni bil-għan li jinħoloq suq intern kompetittiv. Fejn l-Aġenzija tqis li huma meħtieġa regoli li jorbtu għal kooperazzjoni bħal din, għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa. Fis-swieq reġjonali, l-Aġenzija għandha ssir l-awtorità kompetenti fl-oqsma speċifikati fl-Artikolu 24d."

Emenda  56

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati:

(b) l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati, kemm individwalment kif ukoll flimkien:

Emenda  57

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b - punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) li jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew forniment, u li jeżerċitaw direttament jew indirettament kontroll jew li jkollhom xi interess jew li jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jew fuq sistema ta’ trażmissjoni,

(i) li jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew forniment, u li jeżerċitaw direttament jew indirettament kontroll jew li jkollhom xi interess jew li jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni,

Emenda  58

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b - punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) li jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew li jkollhom kwalunkwe interessi fi jew li jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew forniment;

(ii) li jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq operatur ta' sistema tat-trażmissjoni u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew li jkollhom kwalunkwe interess fi jew li jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew forniment;

Emenda  59

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati li jaħtru membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta’ korpi li jirrappreżentaw ġuridikament lil impriża, ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew ta' sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament teżerċita kontroll jew ikollha kwalunkwe interess fi jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq impriża li jkollha kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-forniment;

(c) l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati li jaħtru membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta’ korpi li jirrappreżentaw ġuridikament lill-impriża, ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni u li direttament jew indirettament teżerċita kontroll jew ikollha kwalunkwe interess fi jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq impriża li jkollha kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-forniment;

Emenda  60

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"(da) l-istess persuna jew l-istess persuni m’humiex intitolati li joperaw is-sistema ta’ trażmissjoni permezz ta’ kuntratt ta’ mmaniġġjar, jew li jeżerċitaw influwenza bi kwalunkwe mod ieħor bħala persuni mhux proprjetarji, jew li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe funzjoni ta’ ġenerazzjoni jew ta’ forniment, jew li jkollhom interess fiha jew li jeżerċitaw xi dritt fuqha."

Emenda  61

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-proċess tas-separazzjoni ta’ kumpaniji integrati vertikalment u għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar.

Emenda  62

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1(a) jitqies sodisfatt f'sitwazzjoni fejn diversi impriżi li għandhom is-sjieda ta' sistemi tat-trażmissjoni joħolqu impriża konġunta li taġixxi ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni f'diversi Stati Membri għas-sistemi tat-trażmissjoni kkonċernati. L-ebda impriża oħra ma tista' tkun parti mill-impriża konġunta, sakemm ma tkunx ġiet approvata bħala operatur indipendenti ta' sistema skond l-Artikolu 9a.

5. L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1(a) jitqies li jkun ġie sodisfatt f'sitwazzjoni fejn diversi impriżi li għandhom is-sjieda ta' sistemi tat-trażmissjoni joħolqu impriża konġunta li taġixxi ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni f'diversi Stati Membri għas-sistemi tat-trażmissjoni kkonċernati.

Emenda  63

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn il-persuna msemmija fil-paragrafu 1(b) sa (d) huwa l-Istat Membru jew xi entità pubblika oħra, żewġ entitajiet pubbliċi separati, waħda li teżerċita l-kontroll fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni u l-oħra li teżerċita l-kontroll fuq impriża li tkun qiegħda twettaq il-funzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-forniment m'għandhomx jitqiesu bħala li jkunu l-istess persuna jew l-istess persuni.

Emenda 64

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Fejn mad-dħul fis-seħħ ta’ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE li tikkonċerna regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali],is-sistema ta’ trażmissjoni tkun tappartjeni lil impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.

 

F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom:

 

(a) jaħtru operatur tas-sistema indipendenti b'konformità ma' l-Artikolu 9; jew

 

(b) jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IVa.

 

Fi kwalunkwe każ, impriżi integrati vertikalment li jkunu proprjetarji ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma għandhomx jinżammu milli jieħdu passi biex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1.

Emenda  65

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ftehim konkluż ma pajjiż terz wieħed jew aktar li l-Komunità tkun parti għalih jista' jagħti lok għal deroga mill-paragrafu 1.

2. Ftehim li għandu l-għan li jistabbilixxi qafas komuni għall-investimenti fis-settur ta’ l-enerġija u għall-ftuħ tas-suq ta’ l-enerġija ta’ pajjiż terz, anki għall-kumpaniji stabbiliti fi ħdan l-Unjoni, li jkun konkluż ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar li l-Komunità tkun parti għalih jista' jagħti lok għal deroga mill-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta’ ftehim bejn il-Komunità u pajjiżi terzi għandu jiġi kkjarifikat sabiex jirreferi, mingħajr ambigwitajiet, għal ftehim speċifiku rigward kwistjonijiet ta’ l-enerġija li jipprovdi għal stat tad-dritt korrett kemm fis-swieq Ewropej kif ukoll f’dawk esterni, reċiproċità u dixxiplina komprensiva għall-ħarsien ta’ l-investiment.

Emenda  66

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7b – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tissegwa għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 9. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan m’għandux jiġi deċiż mill-Kummissjoni permezz tal-proċess ta’ komitoloġija iżda permezz ta’ kodeċiżjoni.

Emenda  67

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7b – paragrafu 13 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13a. Il-proċeduri stipulati f’dan l-Artikolu, b’referenza partikolari għal-limitazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2, m’għandhomx japplikaw għal-linji ta’ pajpijiet upstream li huma maħsuba biss biex jgħaqqdu networks ta’ pajjiżi ta’ l-oriġini tal-provvisti tal-gass ma’ terminal fi ħdan territorju tal-Komunità jew għat-titjib tal-kwalità tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Linji ta’ pajpijiet upstream li jispiċċaw direttament fit-territorju tal-Komunità m’għandhomx ikunu suġġetti għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni. L-iżvilupp tal-proġett ewlieni tal-produzzjoni u t-trasport tal-gass ġeneralment isir minn konsorzji internazzjonali li fihom jipparteċipaw kumpaniji tal-produzzjoni barranin.

Emenda  68

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Amendment

(a) iħaddem, imantni u jiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi, faċilitajiet tat-trażmissjoni, tal-ħżin u ta' l-LNG siguri, affidabbli u effiċjenti, li jqisu kif jixraq l-ambjent, u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u r-riċerka u l-innovazzjoni, notevolment fir-rigward ta' l-assigurazzjoni tal-penetrazzjoni tas-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u t-tixrid ta' teknoloġija b'użu baxx tal-karbonju.

(a) iħaddem, imantni u jiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi, faċilitajiet tat-trażmissjoni, tal-ħżin u ta' l-LNG siguri biex jiżgura suq miftuħ għall-parteċipanti l-ġodda, li jqisu kif jixraq l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabilità ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tan-netwerk, tal-faċilitajiet tal-ħżin u/jew ta’ l-LNG hija li jiggarantixxu infrastruttura sigura, ta’ min joqgħod fuqha u effiċjenti. L-għanijiet oħrajn, minbarra minn dawn ir-responsabilitajiet, ma’ jistgħux jinkisbu mill-operaturi. Dawn jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ responsabilità jew ta’ l-Istat Membru rilevanti jew ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq.

Emenda  69

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) F’Artikolu 8, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"3. L-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom, jirrekjiedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jkunu konformi ma’ l-istandards minimi għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ trażmissjoni, inkluża l-kapaċità ta’ l-interkonnessjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw setgħat usa’ bl-iskop li jiżguraw il-ħarsien tal-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea."

Ġustifikazzjoni

Il-ħarsien tal-konsumaturi għandu jkun prijorità meta qegħdin jittieħdu deċiżjonijiet ta’ manutenzjoni sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda effetti detrimentali għall-utilizzaturi aħħarin. Attwalment bosta Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali m’għandhomx il-kompetenza li jħarsu l-konsumaturi Ewropej; għalhekk meta jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha qiegħed jitqies biss il-konsumatur nazzjonali.

Emenda  70

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Operaturi indipendenti ta' sistemi

 

1. Meta mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, is-sistema ta’ trażmissjoni tkun tappartjeni lil impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-Artikolu 7(1), bil-kundizzjoni li jinħatar mill-Istat Membru fuq proposta mill-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u soġġett għall-approvazzjoni ta’ din il-ħatra min-naħa tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, impriżi integrati vertikalment li jkunu proprjetarji ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma għandhomx jinżammu milli jieħdu passi biex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 7(1).

 

2. L-Istat Membru jista' japprova u jaħtar biss operatur indipendenti tas-sistema, meta:

 

(a) l-operatur kandidat wera li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 7(1)(b) sa (d);

 

(b) l-operatur kandidat wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu skond l-Artikolu 8;

 

(c) l-operatur kandidat intrabat li jikkonforma ma’ pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, propost mill-awtorità regolatorja;

 

(d) is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni jkun wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma' l-obbligi taħt il-paragrafu 6. Għal dan il-għan, għandu jipprovdi abbozz ta’ l-arranġamenti kuntrattwali kollha ma’ l-impriża kandidata u ma’ kwalunkwe entità oħra rilevanti;

 

(c) l-operatur kandidat wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1775/05 tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali inkluża l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-livell Ewropew u dak reġjonali.

 

3. Impriżi li ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 7a u 9(2) għandhom ikunu approvati u nnominati bħala operaturi ta' sistema indipendenti mill-Istati Membri. Il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni fl-Artikolu 7b għandha tkun applikabbli.

 

4. Meta l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni skond il-proċedura fl-Artikolu 7b u tiskopri li l-awtorità regolatorja ma tkunx ikkonformat mad-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn, għandha, fi żmien perjodu ta' sitt xhur, taħtar, fuq proposta mill-Aġenzija u wara li tkun semgħat lis-sid tas-sistema tat-trażmissjoni u lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, operatur indipendenti tas-sistema għal perjodu ta' 5 snin. Fi kwalunkwe ħin, is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni jista' jipproponi lill-awtorità regolatorja biex taħtar operatur indipendenti ġdid tas-sistema skond il-proċedura fl_Artikolu 9(1).

 

5. Kull operatur indipendenti tas-sistema, għandu jkun responsabbli għall-għoti u l-ġestjoni ta’ l-aċċess għal partijiet terzi, inkluż il-ġbir ta’ ħlasijiet ta’ aċċess u kiri ta’ konġestjoni, għat-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ trażmissjoni, kif ukoll għall-iżgurar tal-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilqa’ domanda raġonevoli permezz ta’ ppjanar ta’ investiment. Fl-iżvilupp tan-netwerk, l-operatur indipendenti tas-sistema huwa responsabbli għall-ippjanar (inkluża l-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni), il-bini, u l-kuntrattar ta' l-infrastruttura l-ġdida. Għal dan il-għan, għandu jaġixxi bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni f’konformità ma’ dan il-Kapitolu. Is-sidien tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx ikunu responsabbli għall-approvazzjoni u l-ġestjoni ta' aċċess mill-partijiet terzi, u lanqas għall-ippjanar ta' l-investiment.

 

6. Meta jinħatar operatur ta' sistema indipendenti, is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni għandu:

 

(a) jipprovdi l-kooperazzjoni u l-appoġġ kollha rilevanti lill-operatur indipendenti tas-sistema għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b’mod partikolari t-tagħrif kollu rilevanti;

 

(b) jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur indipendenti tas-sistema u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jaċċetta li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur indipendenti tas-sistema. L-arranġamenti ta' finanzjament rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta s-sid ta' l-assi flimkien mal-partijiet interessati l-oħra;

 

(c) jipprovdi għall-kopertura ta’ responsabbiltà relatata ma’ l-assi tan-netwerk li huwa proprjetarju tagħhom u li huma ġestiti minn operatur ta' sistema indipendenti, bl-esklużjoni tar-responsabbiltà marbuta mal-kompiti ta’ l-operatur indipendenti tas-sistema;

 

(d) jipprovdi garanziji biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta' kwalunkwe espansjonijet tan-netwerk bl-eċċezzjoni ta' dawk l-investimenti fejn, skond il-paragrafu b, jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għal finanzjament minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur indipendenti tas-sistema.

 

7. F’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali rilevanti fuq il-kompetizzjoni għandha tingħata s-setgħat kollha rilevanti sabiex tissorvelja b’mod effettiv il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni ma’ l-obbligi tiegħu skond il-paragrafu 6.

 

Ġustifikazzjoni

Il-mudell ta’ l-operatur indipendenti tas-sistema jimplika burokrazija u kontroll regolatorju għali u għalhekk m’huwiex alternattiva vijabbli għas-separazzjoni sħiħa tas-sjieda.

Emenda  71

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 9a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

imħassar

Separazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ l-operatur tas-sistema ta' ħżin

 

1. Il-proprjetarji tas-sistema ta’ trażmissjoni, meta jkun inħatar operatur indipendenti tas-sistema, u l-operaturi tas-sistema ta’ ħżin li jiffurmaw parti minn impriżi integrati vertikalment, għandhom ikunu indipendenti, għall-inqas f’termini tas-sura legali, l-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, minn attivitajiet oħrajn li ma humiex relatati mat- trażmissjoni u l-ħżin. Dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-aċċess effiċjenti fis-sistema għall-forniment ta’ klijenti skond l-Artikolu 19.

 

2. Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ l-operatur tas-sistema ta’ ħżin msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-kriterji minimi li ġejjin:

 

(a) dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operatur tas-sistema ta’ ħżin ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi tal-kumpaniji ta’ l-impriża integrata tal-gass naturali li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta’ kuljum tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-forniment tal-gass naturali;

 

(b) għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operatur tas-sistema ta’ ħżin jitqiesu b’mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b’mod indipendenti;

 

(c) l-operatur tas-sistema ta’ ħżin għandu jkollu drittijiet effettivi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass, rigward l-assi meħtieġa għat-tħaddim, il-manutenzjoni jew l-iżvilupp tal-faċilitajiet tal-ħżin. Dan ma għandux jeskludi l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni xierqa biex jiġi aċċertat li jiġu protetti d-drittijiet ta’ sorveljanza ekonomika u ta’ amministrazzjoni tal-kumpanija prinċipali rigward prospetti fuq assi regolati indirettament skond l-Artikolu 24c(4) f’kumpanija sussidjarja. B’mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija prinċipali tapprova l-pjan finanzjarju ta’ kull sena, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, ta’ l-operatur tas-sistema ta’ ħżin, kif ukoll li tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta’ dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan ma għandux jippermetti lill-kumpanija prinċipali tagħti xi struzzjonijiet dwar it-tħaddim ta’ kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali marbuta mal-bini jew mat-tiġdid tal-faċilitajiet tal-ħżin, li ma jkunux jeċċedu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti ieħor;

 

(d) il-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operatur tas-sistema ta’ ħżin għandhom ifasslu programm ta’ konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda mġiba diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-ħarsien tiegħu jkun issorveljat tajjeb. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport ta’ kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta’ konformità lill-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat.

 

3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida biex taċċerta l-konformità sħiħa u effettiva mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ l-operatur ta’ ħżin. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3)."

 

Ġustifikazzjoni

Il-mudell ta’ l-operatur indipendenti tas-sistema jimplika burokrazija u kontroll regolatorju għali u għalhekk m’huwiex alternattiva vijabbli għas-separazzjoni sħiħa tas-sjieda.

Emenda  72

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva għandha tkun determinata billi jintużaw kriterji oġġettivi u trasparenti.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza fis-suq intern tal-gass hi ta’ benefiċċju meta jirnexxilha tgħin biex ikun hemm suq li jaħdem sew. Kull meta hemm il-ħtieġa li jinqasam tagħrif ieħor, dan għandu jsir b’mod li tkun irrispettata l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva u li ma tinkisirx il-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni.

Emenda  73

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) F’Artikolu 12, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. Kull operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun responsabbli sabiex jara li s-sistema tibqa’ għal żmien twil kapaċi tilqa’ għal domandi raġonevoli tad-distribuzzjoni tal-gass, u biex jibqa’ jħaddem, imantni u jiżviluppa, taħt kundizzjonijiet ekonokmiċi, sistema tad-distribuzzjoni sikura, dipendibbli u effiċjenti fiż-żona tiegħu b’rigward dovut għall-ambjent, u biex jippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija."

Ġustifikazzjoni

Id-DSO għandu jkollu l-istess responsabbiltajiet li għandu t-TSO sabiex iseħħu l-kriterji mniżżla hawn fuq.

Emenda  74

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

4. Kull operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess għas-sistema effiċjenti u għall-użu tagħha.

Emenda  75

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9 c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 12 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Fl-Artikolu 12, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"4a. L-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni għandu jippreżenta lill-awtorità regolatorja relevanti, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali], proposta li tiddeskrivi s-sistemi xierqa ta" informazzjoni u ta' komunikazzjoni li għandhom jiġu implimentati sabiex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Din il-proposta għandha tiffaċilita, fost affarijiet oħra, l-użu tal-meters ta' l-elettriku bidirezzjonali, li għandhom jitqassmu lill-konsumaturi kollha fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dik id-Direttiva, il-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi finali u tal-ġeneraturi distribwiti fl-operat tas-sistema u l-fluss ta’ l-informazzjoni fil-ħin reali bejn l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni bl-għan li jsir l-aħjar użu tal-ġenerazzjoni, tan-network u tar-riżorsi tad-domanda kollha disponibbli.”

Emenda  76

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9 d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 12 – paragrafu 4 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d) Fl-Artikolu 12, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"4b. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali], l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom japprovaw jew jiċħdu l-proposti msemmija fil-paragrafu 4a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-interoperabilità sħiħa tas-sistemi ta" informazzjoni u ta' komunikazzjoni li se jiġu implimentati. Għal dan l-għan, huma jistgħu joħorġu linjiġwida u jistiednu li jsiru emendi għall-proposti msemmija fil-paragrafu 4a."

Emenda  77

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9 e (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 12 – paragrafu 4 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Fl-Artikolu 12, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

4c. Qabel in-notifikazzjoni lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-deċiżjoni tiegħu rigward il-proposta msemmija fil-paragrafu 4a, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-Aġenzija jew, jekk din għadha ma bdietx taħdem, lill-Kummissjoni. L-Aġenzija jew il-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li se jkunu implimentati, jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq intern ta’ l-elettriku u ma jdaħħlux xi ostakli tekniċi ġodda."

Emenda  78

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9 f (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9f) Il-Kapitolu IVa, Artikoli 12a sa 12i, u l-Kapitolu IVb, Artikolu 12j għandhom jiddaħlu:

 

"KAPITOLU IVa

 

Operatur Indipendenti tat-Trażmissjoni

 

Artikolu 12a

 

Ambitu

 

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw meta Stat Membru jiddeċiedi li ma japplikawx l-Artikoli 7(1) skond l-Artikolu 7(6a) u ma jaħtarx operatur tas-sistema indipendenti skond l-Artikolu 9, li hi soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

 

Artikolu 12b

 

Assi, tagħmir, staff u identità

 

1. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, fiżiċi u finanzjarji kollha li huma meħtieġa biex jissodisfaw l-obbli tagħhom skond din id-Direttiva u biex jagħmlu n-negozju fit-trażmissjoni tal-gass, bil-kundizzjoni li:

 

(a) l-assi meħtieġa għan-negozju tat-trażmissjoni tal-gass, inkluż in-netwerk tat-trażmissjoni, għandhom ikunu proprjetà ta’ l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;

 

(b) l-istaff meħtieġ għan-negozju tat-trażmissjoni tal-gass, inkluża l-prestazzjoni tal-ħidmiet tal-korporazzjoni kollha, għandhom ikunu impjegati mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;

 

(c) il-kiri ta’ l-istaff u l-għoti tas-servizzi, kemm minn partijiet oħrajn tal-kumpanija integrata vertikalment u kemm għaliha, għandhom ikunu projbiti;

 

(d) riżorsi finanzjarji adegwati għal proġetti ta’ investiment tal-ġejjieni u/jew għas-sostituzzjoni ta’ l-assi eżistenti għandhom jinżammu disponibbli, partikularment mill-kumpanija integrata vertikalment wara talba adegwata mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fil-qafas tal-pjan finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 12f;

 

(e) l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandhomx jużaw l-istess kuntratturi jew konsulenti esterni tal-kumpanija integrata vertikalment, u m’għandhomx jaqsmu flimkien is-sistemi jew l-apparat ta’ l-informatka, il-bini fiżiku u s-sistemi ta’ aċċess ta’ sigurtà.

 

2. In-negozju tat-trażmissjoni tal-gass għandu mill-inqas jinkludi l-attivitajiet li ġejjin, flimkien ma' dawk elenkati fl-Artikolu 8:

 

(a) rappreżentanza ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u kuntatti ma’ partijiet terzi u ma’ l-awtoritajiet regolatorji;

 

(b) rappreżentanza ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fin-netwerk Ewropew ta' l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni;

 

(c) l-għoti u l-immaniġġjar ta’ l-aċċess minn partijiet terzi;

 

(d) il-ġbir tat-tariffi kollha konnessi mas-sistema tat-trażmissjoni, inklużi t-tariffi ta' l-aċċess, l-ibbilanċjar tat-tariffi għal servizzi anċillari bħat-trattament tal-gass, ix-xiri ta' servizzi (l-ibbilanċjar ta' l-ispejjeż, telf ta’ enerġija);

 

(e) l-operat, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ trażmissjoni;

 

(f) l-ippjanar ta’ l-investiment li jiżgura l-abilità fit-tul tas-sistema biex tissodisfa d-domanda u tiggarantixxi sigurtà tal-provvista;

 

(g) it-twaqqif ta’ ħidmiet konġunti adegwati, inklużi ma’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni wieħed jew iżjed, skambji ta’ gass, eċċ, ħidma favur l-objettiv li jiġi żviluppat il-ħolqien ta’ swieq reġjonali jew li jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ liberalizzazzjoni;

 

(h) is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabilità u s-servizzi ta’ l-informatika.

 

3. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom ikunu organizzati fil-forma legali ta’ kumpanija b'responsabilità limitata kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151/KEE.

 

4. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni m’għandux, fl-identità korporattiva, fil-komunikazzjoni, fid-ditta u fil-bini tiegħu, joħloq konfużjoni fir-rigward ta’ l-identità separata tal-kumpanija integrata vertikalment.

 

5. Il-kontijiet ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu vverifikati minn awditur li ma jkunx il-persuna li tagħmel il-verifika ta’ l-l-impriża integrata vertikalment jew ta’ xi parti minnha.

 

Artikolu 12

 

L-indipendenza ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni

 

1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-membri tal-korp superviżorju maħtur mill-kumpanija integrata vertikalment b'konformità ma' l-Artikolu 12f, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkollu drittijiet effettivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod indipendenti mill-kumpanija integrata vert’kalment, fir-rigward ta’ l-assi meħtieġa biex jitħaddem, jinżamm u jiġi żviluppat in-netwerk. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkollu s-setgħa li jissellef il-flus fis-suq tal-kapital, b’mod partikulari billi jissellef jew iżid il-kapital fil-qafas tal-pjan finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 12f.

 

2. Is-sussidjarji tal-kumpanija integrata vertikalment li jaqdu funzjonijiet ta’ produzzjoni jew ta’ provvista m’għandhom ikollhom l-ebda proprjetà ta' ishma fl-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni m’għandu jkollu la ishma diretti jew indiretti f'xi sussidjarja tal-kumpanija integrata vertikalment li taqdi funzjonijiet ta' produzzjoni jew ta' provvista, u lanqas jirċieivi dividenti jew kwalunkwe benefiċċju finanzjarju ieħor minn sussidjarja bħal din, ħlief għad-dħul iġġenerat mill-użu tan-netwerk.

 

3. L-istruttura ta’ ġestjoni ġenerali u l-istatus korporattiv ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jiżgura l-indipendenza effettiva ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni kif imsemmi f’dan il-Kapitolu. Il-kumpanija vertikalment integrata m'għandhiex tiddetermina, direttament jew indirettament, l-imġiba kompetittiva ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ kuljum ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u tal-ġestjoni tan-netwerk, jew fir-rigward ta’ l-attivitajiet neċessarji għall-preparazzjoni tal-pjan ta’ investiment ta’ għaxar snin żviluppat skond l-Artikolu 12h.

 

4. Kull relazzjoni kummerċjali jew finanzjarja bejn il-kumpanija integrata vertikalemt u l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, inkluż is-self mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għall-kumpanija vertikalment integrata, għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-suq. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jżomm rendikonti dettaljati ta’ tali relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji u jagħmilhom disponibbli għall-awtorità regolatorja meta din titlobhom.

 

5. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jressaq lill-awtorità regolatorja l-ftehimiet kummerċjali u finanzjarji kollha li jkunu saru mal-kumpanija integrata vertikalment.

 

6. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jgħarraf lill-awtorità regolatorja dwar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli msemmijin fl-Artikolu 12b(1)(d).

 

7. Kumpanija li tkun iċċertifikata mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu għandu tkun approvata u maħtura bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni fl-Artikolu 7b għandha tkun applikabbli.

 

8. It-trasparenza għandha tkun mandatorja sabiex tkun żgurata n-non-diskriminazzjoni, b’mod partikulari fir-rigward ta’ referenzi għal tariffi, servizzi ta’ aċċess minn partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ibbilanċjar. Kumpanija integrata vertikalment għandha tintalab twaqqaf kull attività li tfixkel lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fl-issodisfar ta’ dawn l-obbligi.

 

Artikolu 12d

 

L-indipendenza ta’ l-istaff u l-ġestjoni ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni

 

1. Deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tiġdid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inklużi s-salarji u t-tmiem tat-terminu tal-kariga tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew tal-membri tal-korpi amministrattivi ta' l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jittieħdu mill-korp superviżorju ta' l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni li jkun maħtur b’konformità ma’ l-Artikolu 12f.

 

2. L-identità u l-kundizzjonijiet li jmexxu t-terminu, it-tul u t-tmiem tal-kariga tal-persuni nnominati mill-korp superviżorju għall-ħatra jew għat-tiġdid tagħha bħala persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew bħala membri tal-korpi amministrattivi ta' l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, u d-deċiżjonijiet rigward kull deċiżjoni proposta li ttemm tali terminu ta’ kariga, għandhom ikunu notifikati lill-awtorità regolatorja. Dawn il-kundizzjonijiet u d-deċiżjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru vinkolanti biss jekk, fi żmien perjodu ta’ tliet ġimgħat wara n-notifika, l-awtorità regolatorja ma tkunx oġġezzjonat għalihom. L-awtorità regolatorja tista’ toġġezzjona jekk iqumu dubji serji fir-rigward tal-indipendenza professjonali ta’ persuna nominata responsabbli mill-ġestjoni u/jew ta’ membru tal-korpi amministrattivi, jew fil-każ ta’ tmiem prematur tat-terminu ta’ kariga, jekk ikun hemm dubji serji rigward il-ġustifikazzjoni tagħha.

 

3. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni maħtura mill-korp superviżorju m’għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b’mod dirett jew indirett, f’kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha, ħlief għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għal perjodu ta’ ħames snin qabel il-ħatra tagħhom.

 

4. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni m’għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b’mod dirett jew indirett, f’kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha..

 

5. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni m’għandu jkollhom l-ebda interess f’xi parti tal-kumpanija integrata vertikalment jew jirċievi xi benefiċċju finanzjarju minnha, b’mod dirett jew indirett, ħlief għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni. Ir-remunerazzjoni tagħhom m’għandha bl-ebda mod tiddependi fuq l-attivitajiet jew ir-riżultati tal-kumpanija integrata vertikalment għajr dawk ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni.

 

6. Id-drittijiet effettivi ta’ l-appell għall-awtorità regolatorja għandhom ikunu garantiti għal kull ilment mill-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew mill-membri tal-korpi amministrattivi ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni dwar it-tmiem prematur tat-terminu tal-kariga tagħhom.

 

7. Wara t-tmiem tat-terminu tal-kariga tagħhom fl-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, il-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi tagħha m’għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b’mod dirett jew indirett, f’kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin.

 

Artikolu 12e

 

Trustee

 

1. Għandu jinħatar Trustee indipendenti mill-awtorità regolatorja dwar il-proposta u l-ispiża tal-kumpanija integrata vertikalment. It-Trustee għandu jaġixxi esklussivament fl-interess leġittimu tal-kumpanija integrata vertikalment fil-preservazzjoni tal-valur ta' l-assi ta' l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, filwaqt li jissalvagwardja l-indipendenza ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni mill-kumpanija integrata vertikalment. Fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegġu, it-Trustee m’għandux iqis l-interess tan-negozju tal-produzzjoni u tal-provvista tal-kumpanija integrata vertikalment.

 

2. It-Trustee m’għandu jkollu l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b’mod dirett jew indirett, f’kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha, jew ma’ kwalunkwe kumpanija li taqdi l-funzjonijiet tal-produzzjoni u tal-provvista, għal perjodu ta' ħames snin qabel il-ħatra tiegħu.

 

It-termini tal-mandat tat-trustee, inklużi t-tul, il-kundizzjonijiet għat-tmiem u l-kundizzjonijiet finanzjarji, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni ta' l-awtorità regolatorja.

 

Matul il-mandat tiegħu, it-Trustee m’għandu jkollu l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b’mod dirett jew indirett, f’kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha.

 

Wara t-tmiem tal-mandatm, it-trustee m’għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b’mod dirett jew indirett, f’kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin.

 

3. It-Trustee għandu jkun responsabbli għall:

 

(a) il-ħatra, it-tiġdid jew is-sensja tal-membri, apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 12f(2)(a), tal-korp superviżorju ta’ l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni; kif ukoll

 

(b) l-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot fil-korp superviżorju.

 

Artikolu 12f

 

Korp Superviżorju

 

1. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkollu korp superviżorju li għandu jkun inkarigat mit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-valur ta’ l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, partikularment deċiżjonijiet rigward l-approvazzjoni tal-pjan finanzjarju annwali, il-livell tad-dejn ta’ l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-ammont ta’ dividenti mqassam lill-azzjonisti.

 

2. Il-korp superviżorju għandu jkun magħmul mimm

 

(a) membri li jirrappreżentaw il-kumpanija integrata vertikalment,

 

(b) membri li jirrappreżentaw l-azzjonisti ta’ partijiet terzi,

 

(c) membri li jirrappreżentaw lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni,

 

(d) it-Trustee, u

 

(e) meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprovdi hekk, il-membri li jirrappreżentaw partijiet interessati oħrajn bħall-impjegati ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni.

 

3. It-Trustee għandu jkollu d-dritt li juża l-veto fir-rigward ta' deċiżjonijiet li fil-fehma tiegħu jew tagħha jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-valur ta' l-assi ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni. Meta jiġu biex jevalwaw jekk deċiżjoni tistax tnaqqas b’mod sinifikanti l-valur ta’ l-assi, il-pjan finanzjarju annwali u l-ammont ta’ dejn ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu ta’ importanza partikulari. Żewġ terzi tal-Membri tal-Korp Superviżorju jistgħu jirrevokaw tali veto. u f'dan il-każ ikun japplika l-Artikolu 12h(7).

 

4. L-Artikolu 12d(2) sa (7) għandu japplika għall-membri tal-Korp Superviżorju.

 

Artikolu 12g

 

Programm għall-konformita u uffiċjal għall-konformita

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni iwaqqfu u jimplimentaw programm li jistipula l-miżuri meħuda sabiex ikun żgurat li jkun eskluż atteġġament diskriminatorju, u għandhom jiżguraw li l-konformita ma' dan il-programm hija mmoniterjata kif xieraq. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi ta’ l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Il-programm għandu jiġi approvat mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Mingħajr ħsara għas-setgħat ta' l-awtorita regolatorja nazzjonali, il-konformita mal-programm għandha tiġi mmoniterjata mill-uffiċjal għall-konformita b'mod indipendenti.

 

2. Il-Korp ta' Superviżjoni għandu jaħtar uffiċjal għall-konformita. L-uffiċjal għall-konformita jista' jkun persuna fiżika jew legali. L-Artikolu 12d(2) sa (7) għandu japplika għall-uffiċjal għall-konformita. L-awtorita regolatorja tista' toġġezzjona għall-ħatra ta' l-uffiċjal għall-konformita minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' indipendenza jew kapaċita professjonali.

 

3. L-uffiċjal għall-konformita għandu jkun responsabbli għal li:

 

(a) jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm għall-konformità;

 

(b) iħejji rapport annwali li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi implimentat il-programm għall-konformità u jissottomettih lill-awtorità regolatorja nazzjonali;

 

(c) jirrapporta lill-Korp ta' Superviżjoni u jressaq rakkomandazzjonijiet dwar il-programm għall-konformita u l-implimentazzjoni tiegħu;

 

(d) jirrapporta lill-awtorita regolatorja dwar kwalunkwe relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni.

 

4. L-uffiċjal għall-konformita għandu jressaq id-deċiżjonijiet proposti dwar il-pjan ta' investiment jew dwar l-investimenti individwali fin-netwerk għall-awtorita regolatorja. Dan għandu jseħħ l-aktar tard meta l-korp tat-tmexxija u / jew il-korp amministrattiv kompetenti ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jressquhom lill-Korp ta' Superviżjoni.

 

5. Meta l-impriża integrata vertikalment - fl-assemblea ġenerali jew permezz tal-votazzjoni tal-membri tal-Korp ta' Superviżjoni li ġew maħtura - tipprevjeni l-adozzjoni ta' deċiżjoni bir-riżultat li jiġu tardjati jew ma jitħallewx isiru investimenti fin-netwerk, l-uffiċjal għall-konformita għandu jirrapporta dan lill-awtorita regolatorja.

 

6. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mandat jew il-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' l-uffiċjal għall-konformita għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorita regolatorja u għandhom jiżguraw l-indipendenza ta' l-uffiċjal għall-konformita.

 

7. L-uffiċjal għall-konformita għandu jirrapporta regolarment - b'mod orali jew bil-miktub - lill-awatorita regolatorja u għandu jkollu d-dritt li jirrapporta regolarment - b'mod orali jew bil-miktub - lill-Korp ta' Superviżjoni ta' l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.

 

8. L-uffiċjal għall-konformita jista' jattendi għal-laqgħat kollha tal-korpi tat-tmexxija jew amministrattivi ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll dawk tal-Korp ta' Superviżjoni u l-assemblea ġenerali. L-uffiċjal għall-konformita għandu jattendi għal-laqgħat kollha li jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:

 

(a) il-kundizzjonijiet ta' aċċess għan-netwerk; kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, b'mod partikulari dawk li jirrigwardjaw it-tariffi, is-servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċita u l-immaniġġjar tal-konġestjoni, it-trasparenza, l-ibbilanċjar u s-swieq sekondarji;

 

(b) proġetti mwettqa sabiex tiġi mħaddma, miżmuma u żviluppata s-sistema tal-grid tat-trażmissjoni, inklużi l-investimenti fil-konnessjonijiet il-ġodda tat-trasport, fl-espansjoni tal-kapaċita u t-titjib tal-kapaċita eżistenti;

 

(c) xiri u bejgħ ta' enerġija meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema tat-trażmissjoni.

 

9. L-uffiċjal għall-konformita għandu jimmoniterja l-konformita ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma' l-Artikolu 10.

 

10. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għad-data u għall-uffiċċji kollha rilevanti ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u għat-tagħrif kollu meħtieġ sabiex iwettaq ix-xogħol assenjat lilu.

 

11. Wara l-approvazzjoni minn qabel ta' l-awtorita regolatorja, il-Korp ta' Superviżjoni jista' jkeċċi lill-uffiċjal għall-konformita.

 

12. L-obbligi ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' l-impriża integrata vertikalment, b'mod partikulari għal ftehimiet kummerċjali u finanzjarji bejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-impriża integrata vertikalment, għandhom jiġu mħabbra biss lill-awtorita regolatorja u m'għandhomx jitressqu għall-approvazzjoni. Il-ħatra u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-tmexxija u ta' l-uffiċjal għall-konformita għandhom jiġu mħabbra lill-awtorita regolatorja iżda mhux approvati mill-awtorita regolatorja.

 

Artikolu 12h

 

L-iżvilupp tan-netwerk u s-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment

 

1. Kull sena, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iressqu lill-awtorita regolatorja pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin ibbażat fuq provvista u domanda eżistenti u mbassra wara li jikkonsultaw il-partijiet interessati rilevanti kollha. Il-pjan għandu jinkludi miżuri effiċjenti sabiex tkun garantita l-adegwatezza tas-sistema u s-sikurezza tal-provvista.

 

2. Il-pjanijiet ta’ l-iżvilupp tan-netwerk fuq firxa ta’ għaxar snin għandhom, b’mod partikolari:

 

(a) jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi ewlenin ta’ trażmissjoni li jeħtieġ jinbnew jew jittejbu matul l-għaxar snin li ġejjin.

 

(b) ikun fihom l-investimenti kollha li diġà ttieħdet deċiżjoni dwarhom u jidentifikaw investimenti ġodda li jeħtieġ li jiġu mwettqa fit-tliet snin li ġejjin.

 

(c) jipprovdu perjodu ta' żmien għall-proġetti kollha ta' investiment.

 

3. Meta jkun qed jelabora l-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jagħmel tbassir raġonevoli dwar l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-provvista, tal-konsum u ta' l-skambju tiegħu ma' pajjiżi oħra, filwaqt li jikkunsidra l-pjanijiet ta' investiment għan-netwerks reġjonali u fuq medda Ewropea, kif ukoll il-pjanijiet ta' investiment għall-faċilitajiet ta' ħżin u dawk għall-konverżjoni mill-ġdid f’gass ta' l-LNG.

 

4. L-awtorita regolatorja għandha tikkonsulta l-utenti attwali u potenzjali kollha tan-netwerk dwar il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin b'mod miftuħ u trasparenti. Persuni jew impriżi li jiddikjaraw li huma utenti potenzjali jistgħu jiġu mitluba jagħtu prova ta' dawn id-dikjarazzjonijiet. L-awtorita għandha tippubblika r-riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni, b'mod partikulari l-ħtiġijiet possibbli għall-investimenti.

 

5. L-awtorita regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin ikoprix il-ħtiġijiet kollha ta' investiment identifikati waqt il-proċess ta' konsultazzjoni, u jekk huwiex konsistenti mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin fuq medda Komunitarja msemmi fl-Artikolu 2c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-konsistenza mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin fuq medda Komunitarja, l-awtorita regolatorja għandha tikkonsulta lill-Aġenzija. L-awtorità regolatorja tista’ tobbliga lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni biex jemenda l-pjan tiegħu.

 

6. L-awtorita regolatorja għandha timmoniterja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin.

 

7. F'ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, sakemm mhux għal raġunijiet mhux fil-kontroll tiegħu, ma' jwettaqx investiment, li skond il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta' 10 snin, kellu jiġi mwettaq fit-tliet snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorita regolatorja għandha l-obbligu li tieħu għallinqas waħda minn dawn il-miżuri sabiex tiżgura li dan l-investiment isir:

 

(a) titlob lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni biex iwettaq dawn l-investimenti b'konformita mal-pjan finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 12f, jew,

 

(b) torganizza proċedura ta' għoti ta' offerta lil kwalunkwe investitur għal dan l-investiment.

 

Meta l-awtorita regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha skond il-punt (b), tista' tobbliga lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni biex jaċċetta dan li ġej:

 

- finanzjament minn kwalunkwe parti terza,

 

- kostruzzjoni minn kwalunkwe parti terza,

 

- il-bini ta' l-assi l-ġodda rispettivi,

 

- jopera l-assi l-ġdid rispettiv.

 

L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jipprovdi lill-investituri l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitwettaq l-investiment, għandu jikkonnettja assi ġodda man-netwerk ta' trażmissjoni u għandu, b'mod ġenerali, jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta' investiment.

 

L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità regolatorja.

 

8. Meta l-awtorita regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha skond il-paragrafu 7, ir-regolamenti rilevanti tat-tariffi għandhom ikopru l-ispejjeż ta' dawn l-investimenti.

 

Artikolu 12i

 

Setgħat ta' teħid ta' deċiżjoni fir-rigward tal-konnessjoni tal-faċilitajiet ta' ħżin, tal-faċilitajiet għall-konverżjoni mill-ġdid f’gass ta' l-LNG, u tal-konsumaturi industrijali man-netwerk ta' trażmissjoni

 

1. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu obbligati li jwaqqafu u jippubblikaw proċeduri u tariffi trasparenti u effiċjenti għall-konnessjoni mhux diskriminatorja tal-faċilitajiet ta' ħżin, tal-faċilitajiet għall-konverżjoni mill-ġdid f’gass ta' l-LNG, u tal-konsumaturi industrijali man-netwerk ta' trażmissjoni. Il-proċeduri għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali.

 

2. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni m'għandhomx ikunu intitolati li jirrifjutaw il-konnessjoni ta' faċilita ġdida ta' ħżin, ta' faċilita għall-konverżjoni mill-ġdid f’gass ta' l-LNG, u ta' konsumatur industrijali fuq il-bażi ta' limitazzjonijiet futuri possibbli għall-kapaċitajiet disponibbli tan-netwerk jew ta' spejjeż addizzjonali marbuta maż-żieda meħtieġa fil-kapaċita. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkun obbligat li jiżgura kapaċita suffiċjenti għad-dħul u l-ħruġ tal-konnessjoni ġdida.

 

3. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jagħtu - kif ukoll jimmaniġġjaw - aċċess għall-grid lill-parti terza, speċjalment l-aċċess għall-operaturi ġodda tas-suq u produtturi tal-bijogass skond ir-regoli ta' sigurta tan-netwerk.

 

KAPITOLU IVb

 

Artikolu 12j

 

Klawżola ta' reviżjoni

 

1. L-Aġenzija għandha, mhux aktar tard minn [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE], tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dettaljat li jispjega sa fejn ir-rekwiżiti tas-separazzjoni skond din id-Direttiva kienu ta' suċċess biex jiżguraw indipendenza sħiħa u effettiva ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

 

2. Għall-iskop ta' l-evalwazzjoni ta' dan skond il-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod partikulari l-kriterji li ġejjin: aċċess ġust u mhux diskriminatorju għan-netwerk, regolamentazzjoni effettiva, l-iżvilupp tan-netwerk, investimenti u inċentivi mhux mgħawġa għall-investiment, l-iżilupp ta' infrastruttura ta' interkonnessjoni, u s-sikurezza tas-sitwazzjoni tal-provvista fil-Komunita.

 

3. Fejn ikun xieraq, u b'mod partikulari fil-każ fejn ir-rapport dettaljat imsemmi fil-paragrafu 1 jiddetermina li l-konidzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma ġewx garantiti fil-prattika, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tkun żgurata l-indipendenza sħiħa u effettiva ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni qabel [seba' snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE].

Emenda  79

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10 – punt (c)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida biex tiżgura l-konformità sħiħa u effettiva ta’ l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni mal-paragrafu 2 fir-rigward ta’ l-indipendenza sħiħa ta’ l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, l-assenza ta’ mġiba diskriminatorja, kif ukoll biex tiżgura li l-attivitajiet ta’ forniment ta’ l-impriża integrata vertikalment ma jeħdux vantaġġ inġust mill-integrazzjoni vertikali tiegħu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-dispożizzjonijiet għal seperazzjoni jitqiesu dispożizzjonijiet ewlenin fil-liberalizzazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija, dawn ma jistgħux ikunu soġġetti għal emendi permezz tal-linji gwida. Dan jisħqu wkoll il-fatt li biex il-Kummissjoni jkollha l-kompetenza li tadotta dawn il-linji gwida jkun ifisser li l-Kummissjoni trid tinterferixxi fejn tidħol il-liġi tal-kumpaniji.

Emenda  80

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fl-Artikolu 19(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

(12) L-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. Għall-organizzazzjoni ta’ l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin [...] fejn ikun teknikament u/jew ekonomikament meħtieġ għall-provvediment ta’ aċċess effiċjenti għas-sistema għall-provvista tal-klijenti, [...] l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jagħżlu jew il-proċess regolat ta' l-aċċess kif deskritt fil-paragrafu 4, jew il-proċess negozjat ta' l-aċċess kif imsemmi fil-paragrafu 3. Dawn il-proċeduri għandhom joperaw skond kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaraw li jkun hemm konformità ma’ dawn il-kriterji.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw il-kriterji skond liema jista' jiġi ddeterminat jekk l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin u l-linepack humiex teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa biex jipprovdu aċċess effiċjenti għas-sistema għall-forniment tal-klijenti. L-Istati Membri għandhom joħorġu fil-pubbliku, jew inkella jobbligaw lill-operaturi tas-sistema ta’ ħżin u lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li jagħmlu pubbliku, liema faċilitajiet tal-ħżin u liema linepack huma offruti skond il-proċeduri differenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4."

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw il-kriterji skond liema kriterji l-iskema ta' l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin tista tiġi determinata, l-aktar fejn tindirizza jekk il-kompetizzjoni bejn il-faċilitajiet tal-ħżin isseħħx fis-suq rilevanti, u jekk din l-organizzazzjoni hijiex imħejjija permezz ta' operatur indipendenti ta' l-infrastruttura li jipprovdi aċċess miftuħ. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmoniterjaw il-konformita ma' dawn il-kriterji u joħorġu fil-pubbliku, jew inkella jobbligaw lill-operaturi tas-sistema tal-ħżin li jagħmlu pubbliku, jew liema partijiet ta’ dawk il-faċilitajiet tal-ħżin, huma offruti skond il-proċeduri differenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

 

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal servizzi anċillari u ħżin temporanju relatati mal-faċilitajiet ta' l-LNG u huma meħtieġa għall-konverżjoni mill-ġdid f’gass u t-twassil sussegwenti lejn is-sistema ta' trażmissjoni.

 

3. Fil-każ ta’ aċċess negozjat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti eliġibbli kollha kemm ġewwa jew barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa biex ikunu jistgħu jinnegozjaw aċċess għall-ħżin [...], meta teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediment ta’ aċċess effiċjenti għas-sistema [...]. Il-partijiet għandhom jiġu obbligati li jinnegozjaw l-aċċess għall-ħżin [...] bil-bwona fede.

 

Appalti għall-aċċess għall-ħżin [...] għandhom jiġu negozjati ma’ l-operatur rilevanti tas-sistema tal-ħżin [...]. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrikjedu lill-operaturi tas-sistemi tal-ħżin [...] li jippubblikaw il-kondizzjonijiet kummerċjali ewlenin għall-użu tal-ħżin [...] fl-ewwel sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u fuq bażi annwali kull sena wara. L-iżvilupp ta' dawn il-kondizzjonijiet għandhom iqisu l-opinjonijiet ta' l-utenti tas-sistema, li għandhom id-dritt joġġezzjonaw għal dawn ma' l-awtorita regolatorja nazzjonali.

 

4. Fil-każ ta’ aċċess regolat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jagħtu lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti eliġibbli kemm ġewwa kif ukoll barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa dritt għall-aċċess għall-ħażniet [...], a bażi ta’ tariffi u/jew termini u obbligazzjonijiet oħrajn ippubblikati għall-użu ta’ dawk il-ħażniet [...], fejn teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa biex jingħata aċċess effiċjenti għas-sistema [...]. L-iżvilupp ta' dawn it-tariffi u termini u obbligi oħrajn għandu jqis l-opinjonijiet ta' l-utenti tas-sistema, li għandhom id-dritt joġġezzjonaw għal dawn ma' l-awtorita regolatorja nazzjonali. Dan id-dritt ta’ aċċess għall-klijenti eliġibbli jista’ jingħata billi jiġu permessi li jdħlu f’kuntratti ta’ forniment ma’ impriżi tal-gass naturali li huma kompetituri minbarra l-proprjetarju u/jew l-operatur tas-sistema u/jew impriża relatata.

Emenda  81

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi bejn l-Istati Membri, faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu ta’ żmien limitat, mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 18, 19, 20, u 24c(4), (5) u (6) taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi bejn l-Istati Membri, faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu ta’ żmien definit, mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 18, 19, 20, u 24c(4), (5) u (6) taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  82

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt (e a) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-proġett hu ta’ interess Ewropew u ta’ mill-inqas jaqbeż fruntiera nazzjonali waħda fi ħdan l-Unjoni Ewropea.’

Ġustifikazzjoni

Proġetti ta’ interess Ewropew għandhom jaqsmu l-konfini ta’ bejn mill-inqas żewġ Stati Membri.

Emenda  83

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għal żidiet sinifikanti fl-kapaċità ta’ infrastrutturi eżistenti u għal modifiki ta’ tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta’ sorsi ġodda tal-fornitura tal-gass.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għal żidiet sinifikanti fl-kapaċità ta’ infrastrutturi eżistenti u għal modifiki ta’ tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta’ kwantitajiet miżjuda u addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun ċar li mhux biss sorsi ġodda ta’ forniment imma wkoll kuntratti ġodda ta’ forniment, anke ta' gass mill-istess sors / pajjiż, iridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-gass ta' l-UE. Dawn huma għal kollox vitali fejn tidħol is-sigurtà fil-forniment tal-gass.

Emenda  84

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità regolatorja msemmija fil-Kapitolu VIa tista', skond il-każ, tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti kkonferiti fuq l-awtorità regolatorja minn dan l-Artikolu.

3. L-awtorità regolatorja msemmija fil-Kapitolu VIa tista', skond il-każ, tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti kkonferiti fuq l-awtorità regolatorja minn dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni ta’ l-Aġenzija għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni li ssir minn qabel ma’ l-awtoritajiet regolatorji relevanti u l-applikant.

Emenda  85

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Eżenzjoni tista' tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha ta' l-infrastruttura l-ġdida, jew l-infrastruttura eżistenti b'kapaċità miżjuda b'mod sinifikanti.

Eżenzjoni tista' tkopri l-kapaċità kollha jew ċerti partijiet speċifiċi minnha ta' l-infrastruttura l-ġdida, jew l-infrastruttura eżistenti b'kapaċità miżjuda b'mod sinifikanti.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet regolatorji u l-impriżi tal-gass għandhom ikunu t-tnejn ikkonsultati mill-Aġenzija qabel ma tittieħed deċiżjoni. Ir-riżultati ta’ proċedura ta’ staġun miftuħ għandhom iservu ta’ sisien fl-allokazzjoni tal-kapaċità lil partijiet terzi li wrew interess qawwi fil-kapaċità offruta skond il-proċedura. S’issa, għadu ma ntwera ebda interess qawwi bħal dan, u dan jagħmilha diffiċli għall-investituri biex ifasslu pjanijiet ta' min joqgħod fuqhom.

Emenda  86

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tagħti eżenzjoni, l-awtorità regolatorja għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Ir-regoli għandhom jesiġu li l-utenti kollha potenzjali ta' l-infrastruttura jkunu mistidnin jindikaw l-interess tagħhom fil-kapaċità tal-kuntrattar qabel ma tiġi allokata l-kapaċità għall-infrastruttura l-ġdida, inkluż għall-użu proprju. L-awtorità regolatorja għandha tesiġi li r-regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni jinkludu l-obbligu li tinbiegħ kapaċità ġdida fis-suq, u għandha tesiġi li l-utenti tal-faċilità jkunu intitolati jikkummerċjaw il-kapaċitjiet kuntrattati tagħhom fuq is-suq sekondarju. Fl-analiżi tagħha tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e) ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja għandha tqis ir-riżultati tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni ta’ kapaċità.

Qabel ma tagħti eżenzjoni, l-awtorità regolatorja għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità, li jistgħu, jekk hemm bżonn, ikunu emendati matul il-perjodu li fih l-infrastruttura tkun eżentata mid-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, biex b’hekk isiru aġġustamenti tal-ħtiġijiet ekonomiċi u tas-suq relevanti. Ir-regoli għandhom jesiġu li l-utenti kollha potenzjali ta' l-infrastruttura jkunu mistidnin jindikaw l-interess tagħhom fil-kapaċità tal-kuntrattar qabel ma tiġi allokata l-kapaċità għall-infrastruttura l-ġdida, inkluż għall-użu proprju. L-awtorità regolatorja għandha tesiġi li r-regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni jinkludu l-obbligu li tinbiegħ kapaċità ġdida fis-suq, u għandha tesiġi li l-utenti tal-faċilità jkunu intitolati jikkummerċjaw il-kapaċitjiet kuntrattati tagħhom fuq is-suq sekondarju. Fl-analiżi tagħha tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e) ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja għandha tqis ir-riżultati tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni ta’ kapaċità, fejn partijiet terzi wrew impenn sod..

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet regolatorji u l-impriżi tal-gass għandhom ikunu t-tnejn ikkonsultati mill-Aġenzija qabel ma tittieħed deċiżjoni. Ir-riżultati ta’ proċedura ta’ staġun miftuħ għandhom iservu ta’ sisien fl-allokazzjoni tal-kapaċità lil partijiet terzi li wrew interess qawwi fil-kapaċità offruta skond il-proċedura. S’issa, għadu ma ntwera ebda interess qawwi bħal dan, u dan jagħmilha diffiċli għall-investituri biex ifasslu pjanijiet dipendibbli.

Emenda  87

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom l-awtorità regolatorja tat l-eżenzjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;

(a) ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom l-awtorità regolatorja tat jew irrifjutat l-eżenzjoni flimkien mar-referenza għall-Artikolu speċifiku li fuqu ttieħdet din id-deċiżjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;

Ġustifikazzjoni

Awtorità regolatorja nazzjonali għandha tintalab tfisser ir-raġunijiet għala rrifjutat, u mhux biss meta tagħti eżenzjoni. Meta tingħata spjegazzjoni fil-qafas ta’ artikoli speċifiċi u mhux biss ta’ eżenzjoni ġenerali, dan ikompli jgħin biex jinftiehem ir-raġunament imressaq mill-NRA.

Emenda  88

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta’ deċiżjoni dwar eżenzjoni ma għandhiex tibqa' fis-seħħ sentejn wara l-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, il-bini ta’ l-infrastruttura ma jkunx għadu beda, u ħames snin wara l-adozzjoni tagħha jekk, l-infrastruttura ma tkunx saret operazzjonali.

Id-deċiżjoni dwar eżenzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tibqa' fis-seħħ jekk l-infrastruttura ma tkunx saret operazzjonali ħames snin wara li jkunu ħarġu d-deċiżjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali kollha, sakemm l-ittardjar ma jkunx ġej minn ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-persuna li ġiet mogħtija l-eżenzjoni.

Emenda  89

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 japplika awtomatikament għad-derogi mgħotija skond dan l-Artikolu fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE rigward ir-regoli komuni għas-suq internazzjonali tal-gass naturali]. Il-kondizzjonijiet sabiex tkun approvata eżenzjoni mogħtija skond dan l-Artikolu ma jistgħux jinbidlu b’mod retrospettiv mingħajr ftehim bejn il-partijiet kollha kkonċernati.

 

Ġustifikazzjoni

B'din l-emenda ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra l-investimenti l-ġodda. Il-kundizzjonijiet ta’ approvazzjonijiet għal eżenzjoni ma għandhomx jinbidlu b’mod retrospettiv sakemm ma jkunx hemm il-qbil tal-partijiet kollha involuti fl-għoti ta’ l-eżenzjoni (min għandu l-eżenzjoni, l-NRA u l-Kummissjoni).

Emenda  90

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u tistipula l-proċedura li għandha tissegwa għall-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura ta' komitoloġija proposta tirrestrinġi l-influwenza tal-Parlament Ewropew, u b’hekk jitneħħew deċiżjonijiet ewlenin dwar il-forma tas-suq intern ta’ l-enerġija mill-qasam ta' applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva. Ir-regoli dwar l-għoti ta’ eżenzjonijiet mit-TPA u l-leġiżlazzjoni dwar separazzjoni li tikkonċerna infrastruttura ġdida huma importanti wisq biex jitqiesu bħala ‘tekniċi’ jew ‘mhux deċiżivi’. Għaldaqstant l-emendi kollha ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu indirizzati permezz tal-proċedura ordinarja tat-teħid tad-deċiżjonijiet u mhux b’komitoloġija.

Emenda  91

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali waħda.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali waħda.

2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta’ l-awtorità regolatorja u jiżguraw li teżerċita l-poteri tagħha b’mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jiżgura li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta’ din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja tkun distinta legalment u indipendenti funzjonalment minn kull entità oħra pubblika jew privata, u li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jaġixxu indipendentement minn kull interess tas-suq u ma jippruvawx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata.

2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta’ l-awtorità regolatorja u jiżguraw li teżerċita l-poteri tagħha b’mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jiżgura li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta’ din id-Direttiva ta' leġiżlazzjoni relatata, l-awtorità regolatorja:

tkun distinta legalment u indipendenti funzjonalment minn kull entità oħra pubblika jew privata, u li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jaġixxu indipendentement minn kull interess tas-suq u ma jippruvawx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet diretti minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata meta jwettqu funzjonijiet regolatorji.

3. Sabiex titħares l-indipendenza ta’ l-awtorità regolatorja, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li:

3. Sabiex titħares l-indipendenza ta’ l-awtorità regolatorja, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li:

(a) l-awtorità regolatorja għandha personalità legali, awtonomija baġitarja, u riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed biex twettaq id-dmirijiet tagħha;

(a) l-awtorità regolatorja għandha personalità legali, awtonomija finanzjarja, u riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed biex twettaq id-dmirijiet tagħha;

(b) il-bord tat-tmexxija tagħha jinħatar għal perjodu fiss mhux rinovabbli ta’ għall-inqas ħames snin, u jista' biss jitneħħa mill-inkarigu tiegħu matul il-mandat tiegħu jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew minħabba li jkun ħati ta’ kondotta ħażina serja."

(b) il-membri tal-bord ta' l-awtorita regolatorja jinħatru għal perjodu fiss mhux rinovabbli ta’ għall-inqas ħames snin iżda mhux aktar minn seba' snin. Għall-ewwel mandat, dan il-perjodu se jkun ta' sentejn u nofs għal nofs il-membri. Il-membri jistgħu jitneħħew mill-inkarigu tagħhom biss matul il-mandat tagħhom jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew minħabba li jkunu ħatja ta’ kondotta ħażina serja.

 

(ba) il-ħtiġijiet baġitarji ta' l-awtorita regolatorja huma koperti mid-dħul dirett mill-ħidmiet tas-suq ta' l-enerġija.

Emenda  92

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevoli għall-ksib ta’ dawn l-għanijiet:

Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevoli għall-ksib ta’ dawn l-għanijiet:

(a) il-promozzjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenzij, l-awtoritajiet regolatorji ta’ Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni, ta’ suq intern tal-gass li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Komunità;

(a) il-promozzjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenzij, l-awtoritajiet regolatorji ta’ Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni, ta’ suq intern tal-gass li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Komunità, u li jkun żgurat li n-netwerks tal-forniment ta' l-enerġija joperaw b'mod effettiv u ta' min joqgħod fuqhom, filwaqt li jiġu meqjusa l-objettivi fuq medda twila ta' żmien;

(b) l-iżvilupp ta’ swieq reġjonali kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fil-Komunità sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a);

(b) l-iżvilupp ta’ swieq kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fil-Komunità sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a);

(c) it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fil-gass naturali bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet xierqa ta’ trażmissjoni transkonfinali li jilqgħu d-domanda, itejbu l-integrazzjoni ta’ swieq nazzjonali u jippermettu l-fluss liberu tal-gass naturali madwar il-Komunità;

(c) it-tneħħija ta’ kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fil-gass naturali bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet xierqa ta’ trażmissjoni transkonfinali li jilqgħu d-domanda u jtejbu l-integrazzjoni ta’ swieq nazzjonali biex ikun faċilitat il-fluss liberu tal-gass naturali madwar il-Komunità;

(d) li jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ sistemi sikuri, effiċjenti u ta’ min joqgħod fuqhom, li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija, l-adegwatezza tas-sistema u r-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jintlaħqu d-domanda u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji rinovabbli innovattivi u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir;

(d) li jiġi żgurat bl-aktar mod effettiv mil-lat ta' spejjeż, l-iżvilupp ta’ sistemi ta' grid orjentati lejn il-konsumatur, sikuri, effiċjenti u ta’ min joqgħod fuqhom, li jippromwovu l-adegwatezza tas-sistema filwaqt li jiżguraw l-effiċjenza fl-enerġija u l-integrazzjoni ta' energiji rinnovabbli ta' skala kbira u żgħira (eż. il-bijogass) u produzzjoni distribwita kemm fil-grids ta' trażmissjoni kif ukoll f'dawk ta' distribuzzjoni;

 

(da) li jiġi faċilitat l-aċċess għall-grid, b'mod partikulari billi jitneħħew l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għal dawk li jidħlu ġodda fis-suq u għall-enerġiji rinnovabbli;

(e) li jiġi żgurat li l-operaturi tan-netwerk jingħataw inċentivi xierqa, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, li jżidu l-effiċjenza fil-prestazzjoni tan-netwerk u jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq;

(e) li jiġi żgurat li l-operaturi tan-netwerk jingħataw inċentivi xierqa, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, li jżidu l-effiċjenza fil-prestazzjoni tan-netwerk u jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq;

(f) li jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, u li tiġi promossa kompetizzjoni effettiva f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni.

(f) li jiġu żgurati benefiċċji għall-konsumaturi permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, u li tiġi promossa kompetizzjoni effettiva f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni kif ukoll li tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur;

 

(fa) li jkun hemm kontribut għal standards għoljin tas-servizz pubbliku għall-gass naturali, għall-protezzjoni ta' klijenti vulnerabbli, u għajnuna sabiex ikunu żgurati li l-miżuri għall-protezzjoni tal-konsumatur stipulati fl-Anness A jkunu effettivi;

 

(fb) l-armonizzazzjoni ta' proċessi meħtieġa għall-iskambjar ta' data.

Emenda  93

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24 c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità regolatorja għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin:

1. L-awtorità regolatorja għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin li għandhom jitwettqu fejn xieraq f'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej rilevanti oħra, ma' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ma' partijiet kkonċernati oħra u mingħajr ħsara għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom:

(a) tiżgura l-konformità ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, u fejn rilevanti tal-proprjetarji tas-sistema rilevanti, kif ukoll ta’ kwalunkwe impriża tal-gass naturali, ma’ l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità, inkluż f'dak li għandu x’jaqsam ma' kwistjonijiet transkonfinali;

(a) tiżgura l-konformità ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' distribuzzjoni, u fejn rilevanti tal-proprjetarji tas-sistema rilevanti, kif ukoll ta’ kwalunkwe impriża tal-gass naturali, ma’ l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità, inkluż f'dak li għandu x’jaqsam ma' kwistjonijiet transkonfinali;

(b) tikkoopera dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja jew l-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri;

(b) tikkopera dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja jew ma' l-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri u ta' l-Aġenzija, kif ukoll tiżgura li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' l-interkonnessjoni bejn l-infrastrutturi ta’ trażmissjoni sabiex jissodisfaw l-evalwazzjoni sħiħa u effiċjenti tas-suq u l-kriterji tas-sigurtà tal-provvista tal-gass mingħajr diskriminazzjoni bejn impriżi ta' forniment fi Stati Membri differenti;

(c) tikkonforma ma' u timplimenta, d-deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija u tal-Kummissjoni;

(c) tikkonforma ma' u timplimenta, kwalunkwe deċiżjoni li torbot ta' l-Aġenzija u tal-Kummissjoni;

(d) tirrapporta kull sena lill-awtoritajiet rilevanti ta’ l-Istati Membri, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar l-attività tagħha u l-qadi tad-dmirijiet tagħha. Dan ir-rapport għandu jkopri l-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kompiti elenkati f’dan l-Artikolu;

(d) tirrapporta kull sena lill-awtoritajiet rilevanti ta’ l-Istati Membri, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar l-attività tagħha u l-qadi tad-dmirijiet tagħha. Dan ir-rapport għandu jkopri l-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kompiti elenkati f’dan l-Artikolu;

(e) tiżgura li ma jkunx hemm kontrosussidji bejn it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-LNG u l-attivitajiet tal-forniment;

(e) tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti ta' separazzjoni skond din id-Direttiva u leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra u tiżgura li ma jkunx hemm kontrosussidji bejn it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-LNG u l-attivitajiet tal-forniment kull ukoll tiżgura li d-distribuzzjoni u t-tariffi ta' trażmissjoni jkunu stabbiliti sew minn qabel il-perjodi rilevanti li matulhom japplikaw;

(f) tirrevedi l-pjanijiet ta’ investiment ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u tipprovdi fir-rapport annwali tagħha valutazzjoni tal-pjan ta’ investiment ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan ta’ l-iżvilupp tan-netwerk madwar l-Ewropa fuq firxa ta’ għaxar snin kif imsemmi fl-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005;

(f) tirrevedi l-pjanijiet ta’ investiment ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u tipprovdi fir-rapport annwali tagħha valutazzjoni tal-pjan ta’ investiment ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan ta’ l-iżvilupp tan-netwerk madwar l-Ewropa fuq firxa ta’ għaxar snin kif imsemmi fl-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005; il-pjanijiet ta’ investiment ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiżguraw li l-ħiliet u n-numru tal-persunal ikunu biżżejjed biex jintlaħqu l-obbligi tas-servizz; jekk il-pjanijiet ta’ investiment ma jiġux onorati, għandhom jiġu imposti sanzjonijiet proporzjonati fuq l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni skond il-linji gwida maħruġa mill-Aġenzija;

 

(fa) tapprova l-pjanijiet ta' investiment annwali ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(g) tissorvelja s-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk, u tirrevedi r-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk;

(g) tissorvelja l-konformità mas-sigurtà u l-affidabilità tan-netwerk, twaqqaf jew tapprova standards u rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u tal-provvista u tirrevedi l-prestazzjonijiet għall-kwalità tas-servizz u tal-forniment, tar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabilità tan-netwerk;

(h) tissorvelja l-livell ta’ trasparenza, tiżgura l-konformità ma’ l-obbligi ta’ trasparenza min-naħa ta’ l-impriżi tal-gass naturali;

(h) tissorvelja l-livell ta’ trasparenza, li tiżgura l-konformità ta’ l-operaturi tan-netwerk ma’ l-obbligi ta’ trasparenza;

(i) tissorvelja l-livell ta’ ftuħ fis-suq u ta’ kompetizzjoni fil-livelli ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi boroż tal-gass naturali, prezzijiet għall-bejgħ fid-djar, rati għall-bdil tal-fornitur, rati ta' diskonnessjoni u lmenti mill-utenti privati f'format miftiehem, kif ukoll kwalunkwe tixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, inkluż billi tipprovdi kull tagħrif rilevanti, filwaqt li tgħaddi l-każijiet rilevanti lill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni rilevanti;

 

 

"(ia) tissorvelja l-okkorrenza ta’ prattiki kuntrattwali restrittivi, inklużi dispożizzjonijiet ta’ esklussività, li jistgħu jfixklu jew inaqqsu l-għażla tal-klijenti mhux domestiċi li simultanjament jagħmlu kuntratti ma’ aktar minn fornitur wieħed; meta jkun xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni dwar dawn il-prattiki;"

(j) tissorvelja ż-żmien li jittieħed mill-impriżi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet;

(j) tissorvelja ż-żmien li jittieħed mill-impriżi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet u timponi sanzjonijiet skond il-linji gwida maħruġa mill-Aġenzija jekk dan iż-żmien jinqabeż mingħajr raġuni valida;

(k) tissorvelja u tirrevedi l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-ħżin, linepack u servizzi oħrajn anċillari kif previst fl-Artikolu 19;

(k) tissorvelja l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-ħżin, linepack u servizzi oħra anċillari kif previst fl-Artikolu 19;

(l) bla ħsara għall-kompetenza ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tiżgura standards għoljin tas-servizz pubbliku għall-gass naturali, tħares lill-klijenti vulnerabbli u tara li l-miżuri ta’ ħarsien tal-konsumatur stabbiliti fl-Anness A jkunu effettivi;

(l) bla ħsara għall-kompetenza ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tiżgura standards għoljin tas-servizz pubbliku għall-gass naturali, tħares lill-klijenti vulnerabbli u tara li l-miżuri ta’ ħarsien tal-konsumatur stabbiliti fl-Anness A jkunu effettivi u infurzati;

(m) tippubblika rakkomandazzjonijiet, talanqas kull sena, dwar il-konformità tat-tariffi tal-forniment ma' l-Artikolu 3;

(m) tippubblika rakkomandazzjonijiet, ta' l-anqas kull sena, dwar il-konformità tat-tariffi tal-forniment ma' l-Artikolu 3; għandha tingħata attenzjoni xierqa f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet għall-impatt dwar l-operat tas-suq ta' prezzijiet regolati (prezzijiet bl-ingrossa u prezzijiet għall-utenti aħħarija);

(n) tiżgura l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess għad-dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

(n) tiżgura l-aċċess effettiv u ugwali għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent inkluża dejta dwar prezzijiet u kwalunkwe spiża oħra relatata għall-parteċipanti fis-suq, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat li jinftiehem b’mod faċli għal din id-dejta dwar il-konsum, pagament minn qabel adegwat li jirrifletti l-konsum reali u l-aċċess fil-pront għall-klijenti kollha għal din id-dejta skond il-punt (h) ta’ l-Anness A;

(o) tissorvelja l-implimentazzjoni tar-regoli marbuta mar-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, il-fornituri u l-klijenti u ta’ partijiet oħrajn fis-suq skond l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005;

(o) tissorvelja l-implimentazzjoni tar-regoli marbuta ma' l-irwoli u r-responsabbiltajiet ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, il-fornituri u l-klijenti kif ukoll ta’ partijiet oħrajn fis-suq skond l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005;

 

(oa) tiffissa jew tapprova t-tariffi ta’ l-aċċess għan-netwerk u tippubblika l-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti t-tariffi;

 

(ob) tiżgura li ċ-ċaqliq fil-prezzijiet bl-ingrossa jkun trasparenti;

(p) tissorvelja l-applikazzjoni tajba tal-kriterji li jiddeterminaw jekk faċilità ta’ ħżin taqax taħt l-Artikolu 19(3) jew 19(4).

(p) tissorvelja l-applikazzjoni tajba tal-kriterji li jiddeterminaw jekk faċilità ta’ ħżin taqax taħt l-Artikolu 19(3) jew 19(4).

Emenda  94

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24 c – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 b’mod effiċjenti u mħaffef. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja għandu jkollha talanqas dawn is-setgħat:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 b’mod effiċjenti u mħaffef. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja għandu jkollha ta' l-anqas dawn is-setgħat:

a) li toħroġ deċiżjonijiet li jorbtu lill-impriżi tal-gass;

a) li toħroġ deċiżjonijiet li jorbtu lill-impriżi tal-gass;

(b) li tagħmel investigazzjonijiet tas-swieq tal-gass operattivi, flimkien ma' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, u li tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżuri xierqa meħtieġa u proporzjonati għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq, inklużi l-programmi għar-rilaxx tal-gass;

b) li tagħmel investigazzjonijiet ta' l-operat tas-swieq tal-gass, flimkien ma' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, u li tiddeċiedi dwar kull miżura xierqa meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq;

(c) li titlob għal kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

(c) li titlob għal kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

(d) li timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u diżwassivi fuq impriżi tal-gass naturali li ma jikkonformawx ma’ l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew ma’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ l-awtorità regolatorja jew ta’ l-Aġenzija;

(d) li timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u diżwassivi fuq impriżi tal-gass naturali li ma jikkonformawx ma’ l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew ma’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ l-awtorità regolatorja jew ta’ l-Aġenzija; jew li tipproponi lil entità kompetenti biex timponi dawn is-sanzjonijiet; apparti dan, timponi, jew tipproponi li timponi multi sa 10% tal-fatturat annwali ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni lill-operatur tas-sistema ta' trażmisssjoni jew lill-impriżi integrati vertikalment, skond il-każ, talli ma jkunux ikkonformaw ma' l-obbligi rispettivi tagħhom skond din id-Direttiva,

(e) li jkollha d-drittijiet xierqa ta’ investigazzjoni, u setgħat rilevanti biex tagħti struzzjonijiet dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim skond il-paragrafi 7 u 8;

(e) li jkollha d-drittijiet xierqa ta’ investigazzjoni, u setgħat rilevanti biex tagħti struzzjonijiet dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim skond il-paragrafi 7 u 8;

(f) li tapprova miżuri ta' ħarsien kif jissemma fl-Artikolu 26.

(f) li tapprova miżuri ta' ħarsien kif jissemma fl-Artikolu 26.

 

3a. Apparti l-ħidmiet u s-setgħat mogħtija lilha mill-paragrafi 1 u 3, meta l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ikun ġie magħżul skond il-Kapitolu IVa, l-awtorità regolatorja għandha tingħata mill-anqas is-setgħat u l-ħidmiet li ġejjin:

 

(a) timponi sanzjonijiet inklużi multi skond il-paragrafu 3(d) għal imġiba diskriminatorja favur l-impriża integrata vertikalment;

 

(b) tissorvelja l-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-impriża integrata vertikalment sabiex tiżgura konformità ma' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma' l-obbligi tagħha;

 

(c) topera bħala awtorità ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward ta' kull ilment imressaq skond il-paragrafu 7;

 

(d) tissorvelja relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji inkluż self bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trażmisssjoni;

 

(e) tissorvelja l-ftehimiet kummerċjali u finanzjarji kollha sakemm jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq;

 

(f) tirrikjedi ġustifikazzjoni mill-impriża integrata vertikalment meta notifikata mill-uffiċjal tal-konformità skond l-Artikolu 12g(4). Din il-ġustifikazzjoni għandha b'mod partikolari tinkludi evidenza dwar il-fatt li ebda mġieba diskriminatorja ma tkun seħħet favur impriża integrata vertikalment;

 

(g) twettaq ispezzjonijiet fuq il-post ta' l-impriża integrata vertikalment u ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;

 

(h) tassenja l-ħidmiet kollha jew speċifiċi ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għal operatur tas-sistema ta' trażmissjoni maħtur skond l-Artikolu 9 f'każ ta' ksur kontinwu mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni skond din id-Direttiva, b'mod partikolari f'każ ta' mġieba diskriminatorja ripetuta għall-benefiċċju ta' impriża integrata vertikalment;

 

(i) tirrekjedi kwalunkwe tagħrif mingħand l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u li tikkuntattja direttament lill-istaff kollu ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni; jekk jibqa' xi dubju, l-istess drittijiet għandhom japplikaw għall-impriża integrata vertikalment u s-sussidjarji tagħha;

 

(j) twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u, jekk ikun għad baqa’ dubji, anki ta’ l-impriża integrata vertikalment u s-sussidjarji tagħha; ir-regoli ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżla fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat għandhom japplikaw;

 

(k) timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u disważivi għall-operatur tas-sistema ta' tranżizzjoni u/jew għall-impriża integrata vertikalment li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom skond dan l-Artikolu jew kull deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali; din is-setgħa għandha tinkludi d-dritt li:

 

(i) timponi multi effettivi, xierqa u disważivi marbuta mal-fatturat ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew ma' l-impriża integrata vertikalment;

 

(ii) toħroġ ordnijiet biex tirrimedja għal imġiba diskriminatorja;

 

(iii) tirtira, għall-anqas parzjalment jew kompletament, il-liċenzja ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni f’każ li dan jikser kontinwament id-dispożizzjonijiet ta’ separazzjoni stipulati f’dan l-Artikolu."

Emenda  95

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu responsabbli li jiffissaw jew japprovaw qabel id-dħul fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet għal:

4. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu responsabbli li jiffissaw jew japprovaw qabel id-dħul fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet għal:

(a) il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, u termini, kundizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi, għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks u faċilitajiet LNG li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks u tal-faċilitajiet LNG;

(a) il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi t-tariffi ta' trażmissjoni u tad-distribuzzjoni u l-metodoloġiji tagħhom, jew inkella, il-metodoloġiji u s-sorveljanza għall-iffissar jew l-approvazzjoni tat-tariffi ta’ trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, u termini, kundizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG li jinkludu l-metodoloġiji tagħhom, jew inkella, il-metodoloġiji u s-sorveljanza għall-iffissar jew l-approvazzjoni tat-tariffi għall-aċċess tal-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi għandhom jirriflettu l-ispejjeż attwali, sakemm tali prezzijiet jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u għandhom ikunu trasparenti. Dawn għandhom jippermettu li l-investimenti meħtieġa fin-netwerks u l-faċilitajiet LNG jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks u tal-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi ma għandhomx jiddiskriminaw kontra kompetituri ġodda;

(b) il-provvediment ta’ servizzi ta’ bilanċjar.

(b) il-provvediment ta’ servizzi ta’ bilanċjar, li għandu jirrifletti l-prezz u għandu jkun bi dħul newtrali kemm jista’ jkun possibbli, filwaqt li jipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti tan-netwerk sabiex jibbilanċjaw il-provvediment u t-teħid tagħhom tal-gass; għandhom ikunu ġusti u mhux diskriminatorji u bbażati fuq kriterja oġġettiva.

 

(ba) l-aċċess għal infrastrutturi transkonfinali, inklużi l-proċeduri għall-allokazzjoni tal-ġestjoni tal-kapaċità u tal-konġestjoni. Huma għandu jkollhom l-awtorità li jeħtieġu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni , li jimmodifikaw dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.

Emenda  96

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jiffissaw jew japprovaw it-tariffi, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerk jingħataw inċentiva tajba biżżejjed, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, biex iżidu l-effiċjenzi u jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq, u jappoġġaw l-attivitajiet ta' riċerka relatati.

5. Meta jiffissaw jew japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-tariffi u s-servizzi tal-bilanċ, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerk jingħataw inċentiva tajba biżżejjed, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, biex iżidu l-effiċjenzi u jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq, jiżguraw is-sigurtà tal-forniment u jappoġġaw l-attivitajiet ta' riċerka relatati.

 

5a. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw il-ġestjoni tal-konġestjoni fi ħdan in-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass nazzjonali.

Operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni għandhom iressqu l-proċeduri tal-ġestjoni tal-konġestjoni, li jinkludu l-allokazzjoni tal-kapaċità, quddiem l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-approvazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu emendi għal dawn il-proċeduri qabel japprovawhom.

Emenda  97

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tat-trasmissjoni, tal-ħżin, ta' l-LNG u tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi t-tariffi msemmija f'dan l-Artikolu, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b’mod mhux diskriminatorju.

6. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tat-trasmissjoni, ta' l-LNG u tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi t-tariffi msemmija f'dan l-Artikolu, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b’mod mhux diskriminatorju.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk jitneħħew il-kliem 'tal-ħżin’, ladarba r-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-ħżin ma tħeġġiġx l-investiment. Il-ħżin tal-gass m’huwiex monopolju: suq kompetittiv u operattiv żviluppa f’dan il-qasam. Regolamentazzjoni tista’ wkoll tipperikola l-kompetizzjoni eżistenti u l-investimenti ppjanati għall-bini ta’ impjanti ġodda u meħtieġa għall-ħażna tal-gass, li hemm bżonnhom b'mod urġenti sabiex itejbu s-sigurtà tal-provvista fl-UE.

Emenda  98

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, ta' l-LNG jew distribuzzjoni tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, waqt li tkun qed taġixxi bħala awtorità li ssolvi l-kwistjoni, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn wara li din tkun irċeviet l-ilment. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn fejn tintalab aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-ftehim tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Din id-deċiżjoni għandu jkollha effett li jorbot kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b’appell.

7. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, ta' l-LNG, tal-ħżin jew tad-distribuzzjoni tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, waqt li tkun qed taġixxi bħala awtorità li ssolvi t-tilwim, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn mid-data li din tkun irċeviet l-ilment. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn fejn tintalab aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-ftehim tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Din id-deċiżjoni għandu jkollha effett li jorbot kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b’appell.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm proċess adegwat dwar kif wieħed għandu jressaq ilment kontra l-operatur tal-ħżin.

Emenda  99

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skond dan l-Artikolu jew, fejn l-awtorità regolatorja jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar il-metodoloġiji proposti, din tista', minn ta' l-anqas fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għar-reviżjoni. Tali lment ma għandux iwassal għal xi sospensjoni.

8. Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skond dan l-Artikolu jew, fejn l-awtorità regolatorja jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar il-metodoloġiji u t-tariffi proposti, din tista', minn ta' l-anqas fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għar-reviżjoni. Tali lment ma għandux iwassal għal xi sospensjoni.

Ġustifikazzjoni

Bħalma qiegħed jiġri skond is-sistema regolatorja attwali, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jistabbilixxu kontroll regolatorju fuq it-tariffi jew inkella fuq il-metodoloġiji tat-tariffi.

Emenda  100

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xieraq u effiċjenti għar-regolament, kontroll u trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta’ posizzjoni dominanti, b’mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.

9. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xierqa u effiċjenti għall-kontroll u t-trasparenza sabiex jiġi evitat kull abbuż ta’ posizzjoni dominanti, b’mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.

Ġustifikazzjoni

F’ħafna Stati Membri, l-azzjoni sabiex tiġi miġġielda l-imġiba li tmur kontra l-kompetizzjoni hija kwestjoni li taqa’ f’idejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Madankollu, ċerti Stati Membri għandhom ammont ta’ responsabbiltà f’dan kollu u oqsma oħra jaqgħu f’idejn l-awtoritajiet regolatorji. Fid-dawl ta’ dawn is-sistemi legali li huma differenti minn xulxin, il-mod kif inhu miktub l-Artikolu 24c (9) m’huwiex korrett.

Emenda  101

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Id-Deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu motivati.

12. Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu spjegati tajjeb u disponibbli għall-pubbliku biex ikun possibbli l-iskrutinju legali.

Emenda  102

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24 c – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt ta' l-appell lil korp li huwa indipendenti mill-partijiet involuti.

13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt ta' l-appell għand korp ġudizzjarju nazzjonali jew awtorità nazzjonali indipendenti oħra indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.

Emenda  103

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24 c – paragrafu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tas-setgħat deskritti f'dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni tal-prerogattivi tar-regolaturi nazzjonali tmur lil hinn mill-ambitu tal-miżuri li jistgħu jiġu adottati permezz tal-proċedura tal-komitoloġija.

Emenda  104

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24d - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Sabiex tiżgura li fejn jitfaċċaw swieq tal-gass reġjonali jsiru strutturi regolatorji adegwati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jiżguraw, f'koperazzjoni mill-qrib u taħt id-direzzjoni ta' l-Aġenzija, li ta' l-anqas il-ħidmiet regolatorji li ġejjin ikunu mwettqa f'dak li għandu x'jaqsam mas-swieq reġjonali tagħhom:

2. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkooperaw talanqas fil-livell reġjonali biex jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ arranġamenti ta’ operat sabiex tiġi żgurata ġestjoni ottima tan-netwerk, sabiex jiġu żviluppati skambji konġunti ta' gass u l-allokazzjoni ta’ kapaċità transkonfinali, kif ukoll sabiex jiġi żgurat livell minimu ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni fir-reġjun li jippermetti l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva.

(a) koperazzjoni għall-anqas fil-livell reġjonali li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ arranġamenti ta’ operat sabiex tiġi żgurata ġestjoni ideali tan-netwerk, sabiex jiġu żviluppati skambji konġunti ta' gass u l-allokazzjoni ta’ kapaċità transkonfinali, kif ukoll sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni inkluż permezz ta' interkonnessjoni ġdida li tippermetti l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva u t-titjib tas-sigurtà tal-forniment.

 

(b) armonizzazzjoni għall-anqas fil-livell reġjonali rilevanti tal-kodiċi kollha kemm tekniċi kif ukoll tas-suq għall-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni rilevanti u ta' protagonisti tas-suq oħra;

 

(c) armonizzazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-ġestjoni tal-konġestjoni;

 

(d) adozzjoni ta' regoli biex ikun żgurat li s-sidien u/jew il-meniġers ta' l-iskambju(i) tal-gass li jħaddmu is-swieq tal-grupp regjonali rilevanti jkunu indipendenti mis-sidien u/jew il-meniġers ta' l-assi ta' produzzjoni.

 

L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu ftehimiet ma' xulxin biex ikattru l-koperazzjoni regolatorja u l-azzjonijiet imsemmija fl-1 subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom jitwettqu, kif xieraq, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom.

Emenda  105

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24 d – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida dwar l-ambitu tad-dmirijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji biex jikkooperaw ma' xulxin u ma' l-Aġenzija, u dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-Aġenzija ssir kompetenti biex tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastrutturi li jgħaqqdu talanqas żewġ Stati Membri. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-reġim regolatorju dwar kwistjonijiet transkonfinali, li jimplika li għandu jiġi definit il-limitu tad-dmirijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji dwar koperazzjoni flimkien u ma' l-Aġenzija, hu wisq importanti biex jiġi determinat sempliċement bil-proċess tal-komitoloġija li jikkonċerna biss "l-elementi mhux essenzjali". Is-setgħat mogħtija lill-Aġenzija jeħtieġu bażi legali skond il-qafas tal-proċess klassiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda  106

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24e - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li talbet lilha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjonijiet kkonċernata fi żmien erba' xhur.

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li talbet lilha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjonijiet kkonċernata fi żmien xahrejn.

Ġustifikazzjoni

Jitqassar il-limitu ta’ żmien.

Emenda  107

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-forniment li jżommu għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tal-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal talanqas ħames snin, id-dejta rilevanti li għandu x’jaqsam mat-tranżazzjonijiet kollha fil-forniment tal-gass u d-derivattivi tal-gass ma’ klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll l-operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG.

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-forniment li jżommu għal ta' l-anqas ħames snin għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, biex dawn ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom, id-dejta rilevanti li għandha x’taqsam mat-tranżazzjonijiet kollha fil-forniment tal-gass u d-derivattivi tal-gass ma’ klijenti bl-ingrossa u ma' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll l-operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli tal-ġbir tad-dejta b’rabta ma’ kuntratti bl-ingrossa għandhom ikunu ċari u jkollhom x’jaqsmu mad-dmirijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti speċifiċi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu magħmulin minn korpi differenti minn dawk li hemm referenza għalihom fil-proposta għad-Direttiva.

Emenda  108

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dejta għandha tinkludi d-dettalji dwar karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet rilevanti, bħad-dewmien, it-twassil u r-regoli ta ħlas, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet ta’ eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-kuntratti kollha miftuħin fil-kuntratti tal-forniment tal-gass u tad-derivattivi tal-gass.

2. Id-dejta tista' tinkludi d-dettalji dwar karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet rilevanti, bħad-dewmien, it-twassil u r-regoli ta' ħlas, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet ta’ eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, kif ukoll l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-kuntratti kollha miftuħin fil-kuntratti tal-forniment tal-gass u tad-derivattivi tal-gass.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 24f huwa maħsub purament sabiex jiddiskrivi l-kundizzjonijiet tal-qafas li jirrigwardaw l-obbligu tal-ħżin tad-dejta, u mhux il-kontenut preċiż ta’ l-informazzjoni kkonċernata. Dan għandu jseħħ fi ħdan il-qafas tal-linji gwida rilevanti.

Emenda  109

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f - paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jiddefinixxu l-metodu u l-arranġamenti għaż-żamma tar-reġistri kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-dejta li għandha tinżamm. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-setgħa proposta mill-Kummissjoni sabiex jiġu adottati linji gwida permezz tal-‘proċedura regolatorja bi skrutinju’ tnaqqas b’mod sinifikattiv id-drittijiet tal-Parlament Ewropew, u għandha titwarrab.

Emenda  110

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f - paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fid-derivattivi tal-gass ta' impriżi ta' forniment ma' klijenti bl-ingrossa u ma operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni kif ukoll operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG, dan l-Artikolu japplika biss biss ladarba l-Kummissjoni tkun adottat il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-Artikolu 24f paragrafu 2 jiddeskrivi b’mod ċar biżżejjed id-dejta li għandha tinżamm, m’hemmx il-ħtieġa ta’ speċifikazzjonijiet oħra fil-linji gwida.

Emenda  111

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) L-Anness A għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità dwar il-ħarsien tal-konsumaturi, b'mod partikolari d-Direttivi 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 huma hemm biex jiżguraw li l-konsumaturi:

 

 

(a) ikollhom id-dritt għal kuntratt mal-fornitur tal-gass tagħhom li jispeċifika:

 

- l-identità u l-indirizz tal-fornitur;

 

- is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi provduti, kif ukoll il-ħin għall-ewwel konnessjoni;

 

- [] it-tipi ta' manutenzjoni tas-servizz offrut;

 

- il-metodi ta’ kif wieħed jista’ jakkwista informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż ta’ manutenzjoni kollha;

 

- it-terminu tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u għat-twaqqif tas-servizzi u tal-kuntratt, l-eżistenza ta’ kwalunkwe dritt ta’ rtirar mingħajr ħlas;

 

- kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta’ rifużjoni li japplikaw jekk livelli ta’ kwalità tas-servizzi kuntrattati ma jintlaħqux, li jinkludu nuqqas ta’ eżattezza u dewmien fil-kontijiet; []

 

- il-metodu ta’ kif jinbdew il-proċeduri sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwim skond punt (f);

 

- tagħrif dwar id-drittijiet tal-konsumatur inkluż dak kollu hawn fuq imsemmi, ikkomunikat b’mod ċar permezz tas-siti ta’ l-Internet tal-kumpaniji għall-kontijiet u l-elettriku." kif ukoll

 

- dettalji rigward l-awtorità ta' appell kompetenti u tal-proċedura li għandha tkun segwita mill-konsumatur f'każ ta' tilwim..

 

Il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ġusti u magħrufa sew minn qabel. F'kull każ, dan it-tagħrif għandu jkun ipprovdut qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta l-kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, it-tagħrif hawn fuq imsemmi għandu wkoll ikun ipprovdut qabel il-konklużjoni tal-kuntratt:

 

(b) jingħataw avviż xieraq dwar kwalunkwe intenzjoni li l-kundizzjonijiet tal-kuntratti jiġu modifikati u jiġu informati dwar id-dritt tagħhom ta' rtirar meta jingħata l-avviż. Il-provdituri tas-servizzi għandhom javżaw lis-sottoskritti tagħhom direttament dwar kwalunkwe żieda fil-piżijiet, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perjodu wieħed li fih joħroġ kont, wara li ż-żieda tkun daħlet fis-seħħ b’mod trasparenti u komprensiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu liberi li jirtiraw mill-kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda, notifikati lilhom mill-provditur tagħhom tas-servizzi tal-gass;

 

(c) jirċievu informazzjoni trasparenti, dwar prezzijiet u tariffi li japplikaw, u dwar termini u kundizzjonijiet standard, rigward l-aċċess u l-użu tas-servizzi tal-gass;

 

(d) tiġi offruta għażla wiesgħa ta' metodi tal-ħlas li ma tiddiskriminax kontra konsumaturi vulnerabbli. Kull differenza fit-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jirriflettu l-ispejjeż għall-fornitur tas-sistemi ta' ħlas differenti. It-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għandhom ikunu ġusti u trasparenti. Għandhom jingħataw f'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Il-konsumaturi għandhom ikunu mħarsa kontra l-metodi tal-bejgħ mhux ġusti u qarrieqa li jinkludu xkiel mhux kuntrattwali imposti min-negozjant, pereżempju formuli eċċessivi;

 

(e) mhux se jkunu mġiegħla jħallsu talli jbiddlu l-fornitur;

 

(f) jibbenefikaw minn proceduri trasparenti, semplici u mhux għoljin biex jiġu riżolti l-ilmenti tagħhom. B'mod partikolari, il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għat-twassil tas-servizz u l-immaniġġjar ta' l-ilmenti mill-fornitur tas-servizz tal-gass tagħhom. Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li t-tilwimiet jiġu riżolti b'mod ġust u minnufih, kif ukoll fi żmien tliet xhur, bi provvediment, fejn huwa meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens. Għandhom isegwu, kull fejn possibbli, il-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE;

 

(g) imqabbda mas-sistema tal-gass ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom li jkollhom forniment, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ta' gass naturali ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet raġjonevoli;

 

(h) ikunu jistgħu jbiddlu l-fornitur tagħhom faċilment u jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-dejta dwar il-konsum, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe impriża li għandha l-awtorizzazzjoni għall-forniment […] ta' aċċess għad-dejta tagħha dwar il-metraġġ. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta għandha l-obbligu li tgħaddi din id-dejta lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-dejta kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-dejta. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

 

(i) għandhom jiġu infurmati tajjeb ta' l-anqas kull tliet xhur dwar il-konsum attwali tal-gass u l-ispejjeż. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqassim ta' miters intelliġenti jitlesta mingħajr tfixkil żejjed għall-konsumatur fi żmien għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../...KE u din għandha tkun ir-responsabilità tal-kumpaniji ta' distribuzzjoni jew ta' forniment tal-gass. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-proċess ta' żvilupp bħal dan u biex ikunu stabbiliti standards komuni għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandards li jistabbilixxu t-tfassil tekniku minimu u r-rekwiżiti operattivi tal-miters jindirizzaw kwistjonijiet ta' interoperabilità biex ikun ipprovdut l-akbar benefiċċju bl-anqas nefqa possibbli għall-konsumaturi;

 

(j) mħassar

 

(ja) il-konsumatur għandu jirċievi kont ta' l-għeluq finali wara li tkun saret il-bidla tal-fornitur tal-gass mhux aktar tard minn xahar wara li jkun ġie infurmat il-fornitur rilevanti.

Emenda  112

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw kwalunkwe liġi, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi li jipprojbixxu lil kwalunkwe impriża tal-gass naturali, awtorità regolatorja jew awtorità oħra milli tkun konformi mad-dmirijiet jew l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jkunu f’pożizzjoni fejn ma jkunux jistgħu jeżerċitaw is-setgħat leġittimi jew id-dmirijiet tagħhom skond din id-Direttiva minħabba fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Tariffi rregolati li huma artifiċjalment baxxi, li normalment ikunu jinsabu fil-liġi nazzjonali, jistgħu jfixklu lill-awtorità regolatorja nazzjonali milli tiżgura li ma jkunx hemm sussidji reċiproċi, u l-liġi nazzjonali tista’ tfixkel miżuri partikolari (eż. irkant tal-kapaċità tal-gass) f’ċerti Stati Membri. Implimentazzjoni tfisser ukoll it-tneħħija ta’ tali tfixkil għal kompetizzjoni effettiva.

Emenda  113

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni formali u prattika ta’ din id-Direttiva f’kull Stat Membru quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jiżgura implimentazzjoni effettiva tar-regolamenti msemmija f’din id-Direttiva.

Emenda  114

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Meta entità kkontrollata pubblikament hija involuta direttament jew indirettament fl-akkwist ta’ partijiet ta’ impriża integrata vertikalment, il-prezz b’rabta ma’ l-arranġament ta’ tali tranżazzjoni għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni. Tali notifika għandha tinkludi ċ-ċertifikazzjoni tal-valur moħbi ta’ l-assi min-naħa ta’ kumpanija internazzjonali ta’ l-awdituri. Il-Kummissjoni għandha biss tuża tali informazzjoni sabiex teżerċita kontroll fuq l-għajnuna Statali.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġu tassew iggarantiti l-istess kundizzjonijiet kemm għall-kumpaniji ta’ l-Istat kif ukoll għall-kumpaniji privati.

NOTA SPJEGATTIVA

INTRODUZZJONI

Is-swieq tal-gass u ta' l-elettriku għandhom importanza vitali għall-Unjoni Ewropea, li f'diversi okkażjonijiet stqarret li tixtieq ikollha vuċi waħda fejn jidħlu l-kwistjonijiet marbuta ma' l-enerġija.

Sabiex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha li tistabbilixxi suq intern ta' l-enerġija, hu meħtieġ li jinħolqu għadd ta' kundizzjonijiet ugwali, rigward il-kompetizzjoni, għall-kumpaniji li joperaw fis-setturi tal-gass u ta' l-elettriku.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nediet it-tielet pakkett dwar l-enerġija, li għandu jimplimenta dik il-liberalizzazzjoni li pakketti preċedenti ma rnexxilhomx iwettqu[1].

SPEĊIFIĊITÀ TAS-SETTUR TAL-GASS

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tadotta l-istess strateġija għas-setturi tal-gass u ta' l-elettriku.

Il-proposta hi ċertament waħda valida, fis-sens li se tistabbilixxi suq ta' l-enerġija simetriku u armonizzat, u għalhekk tgħin sabiex tingħeleb il-konċentrazzjoni qawwija li għada teżisti f'għadd ta' pajjiżi; se tagħmilha eħfef għal kumpaniji ġodda li jidħlu fis-suq u se tiżgura kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni li, fl-aħħar mill-aħħar, se jwasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet għall-benefiċċju tal-konsumatur finali.

Madankollu, ir-rapporteur iqis li, minħabba d-diversità strutturali taż-żewġt iswieq, id-dipendenza konsiderevoli fuq pajjiżi li mhumiex ta' l-UE fis-settur tal-gass, il-modi differenti li bihom l-Istati Membri qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni attwali u l-eżistenza ta' kuntratti ta' provvista plurijennali fis-settur tal-gass, għandha ssir distinzjoni bejn is-settur tal-gass u dak ta' l-elettriku.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur hu tal-fehma li kuntratti għal żmien twil għandhom ikunu protetti, għaliex dan ma jfissirx li fil-prattika l-operatur involut fil-provvista 'jikkontrolla' n-netwerk. L-Istati Membri jistgħu għalhekk ikunu liberi, waqt li jkunu konformi ma' l-obbligi tagħhom skond it-Trattat, li jippromovu ftehimiet li jgħinu ħalli titjieb il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija waqt li jkun żgurat li l-konsumatur finali jibbenefika u li l-investimenti jkunu vantaġġużi.

SEPARAZZJONI (UNBUNDLING)

Il-parti ewlenija tal-pakkett bla dubju tikkonċerna s-separazzjoni tal-proprjetà, li b'mod ċar ma tippermettix lill-kumpaniji integrati b'mod vertikali li jkollhom interessi kemm fil-provvista kif ukoll fit-trasport tal-gass.

Il-leġiżlazzjoni eżistenti, li tipprovdi għas-separazzjoni funzjonali u legali ta' l-operaturi tas-sistema tat-trasport u ta' l-operaturi tal-provvista, ma solvietx il-konflitt ta' interess ta' kumpaniji integrati b'mod vertikali li jużaw in-netwerk sabiex iżommu l-pożizzjoni dominanti tagħhom fis-suq, ladarba dawn m'għandhom l-ebda inċentiv li jinvestu f'netwerks ġodda u li jippermettu aċċess għal operaturi ġodda.

Ir-rapporteur għalhekk hu ta' l-opinjoni li s-separazzjoni tal-proprjetà hi ċertament l-aħjar mod biex jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport u l-operaturi tal-provvista jkunu kompletament indipendenti minn xulxin; hi wkoll ċertament l-għażla l-aktar vijabbli u effiċjenti meta mqabbla ma' dik ta' l-operatur tas-sistema indipendenti (ISO), li tista' titlob strutturi ta' tmexxija mhux prattiċi u kumplessi u kontroll regolatorju b'saħħtu. Ta' min ifakkar li f'uħud mill-Istati Membri l-esperiment ta' l-ISO ma tantx kien suċċess.

Hu wkoll urġenti l-bżonn li l-operaturi tas-sistema tal-ħżin u tad-distribuzzjoni jkunu separati b'mod effettiv mill-attivitajiet tal-forniment li jiddependu minn kumpaniji integrati b'mod vertikali, sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni trasparenti tal-kapaċitajiet tal-gass u sigurtà akbar tal-provvista. Ir-rapporteur jemmen li sabiex tiġi limitata imġiba diskriminatorja lejn l-operaturi ta' sistema ġdida, l-aċċess għall-ħażna jeħtieġ jiġi regolat aktar milli nnegozjat.

Hu vitali, madankollu, li l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-gass titmexxa b'mod simetriku, waqt li tipprovdi għall-armonizzazzjoni għal grad ta' ftuħ tas-swieq nazzjonali. Ir-reċiproċità għandha sa ċertu punt tiġi applikata wkoll għall-pajjiżi terzi; f'dan ir-rigward, waqt li r-rapporteur japprova l-klawsola ta' salvagwardja stipulata mill-Kummissjoni, iqis li hu importanti li l-ftehimiet bejn pajjiżi ta' l-UE u pajjiżi terzi, bħala investituri potenzjali, jiġu regolati aħjar kemm fil-forma kif ukoll fis-sustanza.

INDIPENDENZA TAR-REGOLATURI NAZZJONALI

Fit-tielet pakkett, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tagħti rwol ewlieni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali; huma għandu jkollhom personalità ġuridika, awtonomija baġitarja u jridu juru li huma indipendenti kompletament fit-tmexxija tagħhom.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni li jfittxu li jagħtu armonija u jsaħħu l-irwol tar-regolaturi nazzjonali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw setgħat adegwati ta' disważjoni u jimponu sanzjonijiet, li għandhom ikunu uniformi għar-regolaturi kollha.

Ir-rapporteur jemmen li fit-twettiq ta' investigazzjonijiet li jiġbru l-fatti dwar l-iffunzjonar tas-swieq, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrispettaw ir-responsabiltajiet ta' l-awtoritajiet ta' l-Antitrust.

Ir-rapporteur jaqbel mal-bżonn li jiġu fformalizzati l-obbligi ta' koperazzjoni fost ir-regolaturi, waqt li jħallu f'idejn il-Kummissjoni, permezz ta' l-Aġenzija, li tassigura li din il-koperazzjoni sseħħ.

INFRASTRUTTURA

L-infrastruttara għandha, bla dubju ta' xejn, irwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta' suq Ewropew ta' l-enerġija integrat.

Ta' min ifakkar fiċ-ċirkustanzi ta' l-Istati Membri l-ġodda, li minħabba infrastruttura inadegwata jew xi drabi fin-nuqqas ta' infrastruttura, huma kompletament indipendenti fuq operaturi ta' pajjiżi terzi għall-provvista tal-gass tagħhom.

Il-leġiżlazzjoni attwali tipprovdi għal diversi suġġerimenti bil-ħsieb li jinkoraġġixxu l-operaturi ħalli jinvestu fl-infrastruttura, billi jiġu eżentati mir-regoli ta' aċċess ta' pajjiżi terzi (TPA).

Ir-rapporteur hu tal-fehma li l-għan aħħari ta' l-eżenzjonijiet għandu jkun it-tisħiħ ta' l-investiment f'infrastrutttura ta' importanza vitali għall-istabbiliment ta' suq Ewropew integrat, li jfisser mhux biss investiment transkonfinali imma wkoll investiment f'impjanti ta' rigassifikazzjoni u f'impjanti ta' ħażna.

Fil-qafas tal-proposta l-ġdida, li ġiet ftit modifikata sabiex tiġi adattata għad-dispożizzjonijiet dwar separazzjoni tal-proprjetà, ir-rapporteur jemmen li sabiex titġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ambigwa, l-għoti ta' l-eżenzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq ir-rispett sħiħ għas-suq, b'perspettiva favur il-kompetizzjoni, u fuq regoli ċari li jkunu stabbiliti minn qabel skond kalendarju speċifiku. Ir-rapporteur iqis ukoll neċessarju li jiġu protetti l-investimenti li qegħdin fil-proċess ta' implimentazzjoni, billi tiġi estiża l-eżenzjoni tat-TPA.

Waqt li r-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi għal koperazzjoni sistematika bejn l-operaturi tan-netwerk, għallinqas fuq bażi reġjonali, iqis li hu meħtieġ li biex din il-koperazzjoni sseħħ għandu jiġi previst it-twaqqif ta' struttura waħdanija għat-tmexxija tan-netwerk fuq bażi reġjonali. Il-Kummissjoni trid tibqa' tiġi infurmata dwar din il-koperazzjoni, bi ftehim ma' l-Istati Membri.

IS-SETGĦAT TAL-KUMMISSJONI

Id-direttiva dwar ir-regoli komuni għas-suq tal-gass tipprovdi għal estensjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' linji gwida li jorbtu permezz ta' dik li hi msejħa l-proċedura tal-komitoloġija, f'għadd wiesa' ta' każi min-nomina u ċ-ċertifikazzjoni ta' l-operaturi tat-trasport għas-sorveljar tal-konformità ma' l-obbligi, l-implimentazzjoni tas-setgħat regolatorji, l-għoti ta' l-eżenzjonijiet għal infrastruttura ġdida, u oħrajn.

Għalkemm ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni hi primarjament responsabbli, jekk ikollha dubji serji sabiex issolvi kwistjonijiet jew konflitti ta' kompetenza, u sabiex timponi deċiżjonijiet li jorbtu teknikament, madankollu hu tal-fehma li f'xi partijiet tad-direttiva il-Kummissjoni qed tmur lil hinn mis-setgħat tagħha; partikolarment, meta qed tiġi msejħa tadotta l-linji gwida permezz tal-proċedura tal-komitoloġija bi dritt ta' skrutinju, li hi proċedura maħsuba għall-adozzjoni ta' miżuri ġenerali sabiex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta' din id-direttiva.

IT-TRASPARENZA U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR

Is-swieq interni ta' l-elettriku u tal-gass qed ibatu minn nuqqas ta' trasparenza li tfixkel l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u żżomm operaturi ġodda milli jidħlu fis-suq.

Il-kontijiet huma ħafna drabi illeġibbli u f'ħafna każi l-konsumaturi m'għandhomx aċċess għal dejta dwar il-konsum tagħhom jew għal tariffi applikati mill-operaturi. Ir-rapporteur għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-fiduċja fis-suq, billi jingħata lill-konsumaturi (anke permezz ta' websajts speċifiċi) l-akbar ammont possibbli ta' informazzjoni rigward il-kuntratti tal-provvista jew ta' derivattivi, u ssir dispożizzjoni għad-dritt ta' l-appell.

Trasparenza akbar tibbenefika mhux biss lill-konsumaturi, li jista' jkollhom aċċess għall-infomazzjoni, imma wkoll lill-operaturi nfushom, għaliex ikunu jistgħu jakkwistaw informazzjoni dwar l-interessi tas-suq ta' operaturi ta' pajjiżi terzi, li jkunu suġġetti għall-istess obbligi ta' trasparenza bħall-operaturi Ewropej.

Ir-rapporteur iqis li jeħtieġ li l-operaturi jinżammu responsabbli fir-rigward tas-servizz pubbliku offrut lill-konsumaturi, sabiex, bil-għan li tiġi evalwata l-kwalità tas-servizz, huma jipprovdu għal tariffi 'soċjali' ħalli jħarsu l-konsumaturi vulnerabbli.

  • [1]  Il-proċess ta' liberalizzazzjoni għas-suq tal-gass beda fl-1999, għalkemm l-introduzzjoni tad-Direttiva ta' Ġunju 2003 kienet importanti ferm għall-istabbiliment tas-suq ta' l-enerġija Ewropew.

OPINJONI TAL- KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI (23.4.2008)

għall- Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2003/55/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali
(COM(2007)0529 – C6‑0317/2007 – 2007/0196(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bernhard Rapkay

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Sfond

Il-livell ta' kompetizzjoni u l-integrazzjoni tas-suq miksub fis-suq tal-gass bl-Ewwel u t-Tieni Pakketti tas-Suq Intern ta' l-Enerġija s'issa għadu mhux sodisfaċenti, u għalhekk aġġustament ieħor, fis-sura tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern ta' l-Enerġija li bħalissa jinsab quddiemna, jintlaqa' b'sodisfazzjon. Madankollu, filwaqt li l-għanijiet stipulati fil-proposta tal-Kummissjoni għandhom appoġġ wiesa', l-istrumenti magħżula jqajmu xi dubji.

2. Dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni

Pereżempju, il-proposta tal-Kummissjoni u d-diskussjoni politika ġeneralment huma ddominati mill-kwistjoni tas-separazzjoni tas-sjieda (ownership unbundling/OU). Jingħad li din il-miżura għandha aspetti pożittivi sinifikanti li jmorru sew lil hinn mill-aspetti ta’ aċċess għas-suq mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, in-netwerks Ewropej tat-trażmissjoni jiffurmaw monopolju naturali, u l-bidla tas-sid għal wieħed li ma kienx involut fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni mhix se tbiddel dan il-fattur. Livell xieraq ta' regolamentazzjoni huwa strument ħafna aktar effettiv għal dan il-għan. Barra minn hekk, is-separazzjoni tas-sjieda timplika l-esproprjazzjoni għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, fattur li jqajjem problemi kostituzzjonali ewlenin għall-inqas f’xi Stati Membri, kif ukoll il-mistoqsija ġenerali rigward il-proporzjonalità tal-mezzi. Dan iwassal għal snin twal ta’ tilwim legali, b’effetti kbar fuq l-imġiba tal-kumpaniji konċernati rigward l-investiment, kif ukoll fuq is-sigurtà tal-provvista. Wieħed jistaqsi wkoll jekk il-miżura tas-separazzjoni tas-sjieda jkollhiex verament l-effetti mixtieqa mill-Kummissjoni, jiġifieri l-integrazzjoni tas-suq u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni.

Bħala alternattiva oħra tat-tieni grad, il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta’ “Operaturi Indipendenti tas-Sistema”. Madankollu, din hija soluzzjoni inqas prattika. Minħabba dawn il-premessi, wieħed jilqa’ bil-ferħ il-fatt li xi Stati Membri fasslu mudell bil-għan li jiksbu separazzjoni effettiva u effiċjenti tas-sjieda ta’ l-operaturi tas-sistema permezz ta’ separazzjoni aktar stretta u li tikkonforma mal-liġi tal-kumpaniji. Dan il-mudell għandu jkun suġġett għal eżami mingħajr l-ebda preġudizzju, iżda f'kull każ irid imur lil hinn mill-mudell attwali tas-separazzjoni tas-sjieda stipulat fil-liġi tal-kumpaniji.

3. Qafas regolatorju

B’mod ġenerali, fil-ħolqien ta’ suq intern integrat ta’ l-enerġija li jkun jaħdem sewwa, it-tfassil intelliġenti tal-qafas regolatorju huwa ta’ importanza ewlenija, ferm aktar mill-importanza tas-separazzjoni tas-sjieda. Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni tiddedika dispożizzjonijiet estensivi lill-kwistjoni tar-regolamentazzjoni, madankollu tħalli għadd ta’ mistoqsijiet mingħajr tweġiba rigward id-demarkazzjoni tal-kompetenzi bejn l-entitajiet regolatorji varji.

-    B’mod partikulari, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, li għandha biss setgħat konsultattivi, aktarx li f'din il-forma ma tilħaqx l-għan tagħha li ċċekken il-vojt regolatorju eżistenti, u li jaffettwa l-aktar lill-interkonnetturi. L-aġenzija għandu jkollha, f’qasam li jkun definit b’mod ċar ħafna, setgħat li jorbtu rigward it-teħid tad-deċiżjonijiet. Filwaqt li tirrifletti l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, hija għandha tkun ukoll indipendenti mill-interessi ekonomiċi u politiċi, kif ukoll mill-Kummissjoni. Kompetenzi usa’ jimplikaw ukoll responsabilizzazzjoni aktar estensiva ta’ l-Aġenzija fil-konfront tal-Parlament u tal-Kunsill.

-    Huwa fattur pożittiv li l-proposta tal-Kummissjoni ssaħħaħ l-indipendenza u l-kompetenzi ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Hemm bżonn urġenti ta' aktar armonizzazzjoni f'dan il-qasam.

-    L-irwol tan-Netwerk Ewropew ta’ l-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni m’għandux ikun akbar minn dak ta’ l-Aġenzija, u żgur li s-setgħat regolatorji tiegħu għandhom ikunu limitati għat-tfassil ta' kodiċi tekniċi, u riferenzi għal kwalunkwe tip ta' "kważi regolamentazzjoni proprja" għandhom jiġu evitati.

-    Fl-aħħarnett hemm il-mistoqsija dwar liema rwol għandu jkollha l-Kummissjoni fil-qafas regolatorju tal-ġejjieni. Il-proposta għal direttiva mfassla mill-Kummissjoni tistipula setgħat b’firxa wiesgħa forma ta’ linji ta’ gwida taħt proċeduri delegati fil-qafas tal-komitoloġija. Minkejja l-applikazzjoni prevista ta’ proċeduri regolatorji bi skrutinju, mill-perspettiva tal-Parlament tqum il-mistoqsija dwar jekk it-tfassil ta’ linji ta’ gwida għandux jitħalla biss f'idejn il-Kummissjoni, pereżempju dwar il-firxa tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji (Artikolu 24d(4)). Linji ta’ gwida oħra jistgħu wkoll jinterferixxu mal-kontenut regolatorju bażiku tad-direttiva u għalhekk il-kontenut tagħhom kemm jista’ jkun għandu jkun definit fit-test innifsu tad-direttiva u għalhekk skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni.

4. Kummenti dwar il-proċedura

Minħabba ż-żmien qasir, l-emendi mitluba, b’mod partikulari rigward id-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tas-sjieda, mhumiex fattibbli f’dan l-istadju ta’ l-abbozz ta’ opinjoni. Għalhekk ir-rapporteur se jressaq emendi għal mudell alternattiv fil-ġejjieni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi ta' wara fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Huwa biss bit-tneħħija ta’ l-inċentiv inerenti tal-kumpaniji integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward ta’ l-aċċess għan-netwerk u l-investiment li tista' tiġi żgurata separazzjoni effettiva. Il-proċess tas-separazzjoni tas-sjieda, jiġifieri li l-proprjetarju tan-netwerk jinħatar bħala l-operatur tan-netwerk u li jkun indipendenti minn kwalunkwe interess ta’ forniment u produzzjoni, huwa biċ-ċar l-aktar mod effettiv u stabbli biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt ta' interess inerenti u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar Prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku li ġie adottat fl-10 ta’ Lulju 2007 rrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmizzjoni bħala "l-aktar għodda effettiva sabiex jiġu promossi l-investiment fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-netwerk għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq. L-Istati Membri għalhekk għandhom ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkollhomx id-dritt li jeżerċitaw il-kontroll, inkluż permezz ta' drittijiet ta' mblokk tal-minoranzi fuq deċiżjonijiet ta' importanza strateġika bħal investimenti, fuq impriża ta' produzzjoni jew forniment, u li fl-istess ħin ikollhom kwalunkwe interess jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. Min-naħa l-oħra, il-kontroll fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jeskludi l-possibbiltà li l-istess persuna jew persuni jkollhom kwalunkwe interess jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt f'impriża ta' forniment.

(7) Huwa biss bit-tneħħija ta’ l-inċentiv inerenti tal-kumpaniji integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward ta’ l-aċċess għan-netwerk u l-investiment li tista' tiġi żgurata separazzjoni effettiva. Il-proċess tas-separazzjoni tas-sjieda, jiġifieri li l-proprjetarju tan-netwerk jinħatar bħala l-operatur tan-netwerk u li jkun indipendenti minn kwalunkwe interess ta’ forniment u produzzjoni, huwa mod effettiv u stabbli biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt ta' interess inerenti u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar Prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku li ġie adottat fl-10 ta’ Lulju 2007 rrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmizzjoni bħala "l-aktar għodda effettiva sabiex jiġu promossi l-investiment fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-netwerk għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq. L-Istati Membri għalhekk għandhom ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkollhomx id-dritt li jeżerċitaw il-kontroll, inkluż permezz ta' drittijiet ta' mblokk tal-minoranzi fuq deċiżjonijiet ta' importanza strateġika bħal investimenti, fuq impriża ta' produzzjoni jew forniment, u li fl-istess ħin ikollhom kwalunkwe interess jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. Min-naħa l-oħra, il-kontroll fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jeskludi l-possibbiltà li l-istess persuna jew persuni jkollhom kwalunkwe interess jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt f'impriża ta' forniment.

Ġustifikazzjoni

Mhux sew li jingħad li s-separazzjoni tas-sjieda tirrappreżenta l-aktar mod effettiv u mgħaġġel għall-garanzija tas-sigurtà tal-provvista. Is-sigurtà tal-provvista hija marbuta ma' kundizzjonijiet ħafna iktar kumplessi, bħal-livell tajjeb ta’ regolamentazzjoni. Anke wara separazzjoni tas-sjieda, in-netwerk jibqa’ monopolju naturali li jrid jiġi rregolat.

Emenda  2

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet favur is-separazzjoni effettiva u effiċjenti tal-kumpaniji, il-kumpaniji integrati vertikalment jistgħu jibqgħu s-sidien ta' l-assi tan-netwerks u fl-istess ħin jiżguraw separazzjoni effettiva ta' l-interessi, sakemm il-kumpanija tan-netwerk twettaq il-funzjonijiet kollha ta' operatur tan-netwerk u sakemm ikun hemm id-dispożizzjonijiet meħtieġa għar- regolamentazzjoni dettaljata u mekkaniżmi ta' kontroll regolatorju estensivi.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandha tingħatalhom il-possibilità tat-tielet għażla prattika, li ma tirrappreżenta l-ebda interferenza serja fl-istrutturi tal-proprjetà ta’ l-Istati Membri u li tippermetti lill-impriżi integrati vertikalment, skond kundizzjonijiet u obbligi stretti, li jkomplu jħaddmu n-netwerk bejniethom.

Emenda  3

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 10 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Sabiex titħaffef l-integrazzjoni effiċjenti tas-suq, il-proċess ta’ separazzjoni għandu jippermetti li għadd ta’ sistemi ta’ trażmissjoni jaħdmu flimkien, pereżempju permezz ta’ sistema ta’ operatur reġjonali indipendenti.

Ġustifikazzjoni

Separazzjoni effettiva bejn l-operaturi tat-trażmissjoni u negozji ta’ produzzjoni jew forniment hija bżonjuża sabiex jiġi żgurat li l-aċċess ma jkunx wieħed diskriminatorju, iżda l-proċess ta’ separazzjoni għandu jwassal għall-integrazzjoni tas-suq u mhux għall-frammentazzjoni tiegħu. Premessa ġdida għandha tiżdied sabiex dan kollu jiġi spjegat b’mod ċar.

Emenda  4

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Meta l-impriża li tkun proprjetarja ta’ sistema tat-trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-għażla bejn is-separazzjoni tas-sjieda u, bħala deroga, it-twaqqif ta’ operaturi tas-sistema indipendenti li jkunu indipendenti mill-interessi ta’ forniment u ta’ produzzjoni. L-effettività sħiħa tas-soluzzjoni ta’ l-operaturi indipendenti tas-sistema tkun teħtieġ li tiġi aċċertata permezz ta’ regoli speċifiċi addizzjonali. Sabiex l-interessi ta’ l-azzjonisti ta’ kumpaniji integrati vertikalment jitħarsu bis-sħiħ, l-Istati Membri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda jew permezz ta’ żvestiment dirett jew inkella billi jitqassmu l-ishma tal-kumpanija integrata fl-ishma tal-kumpanija tan-netwerk u fl-ishma tan-negozju li jkun jibqa’ ta’ forniment u ta’ produzzjoni, sakemm ir-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tas-sjieda jiġu rispettati.

(11) Meta l-impriża li tkun proprjetarja ta’ sistema tat-trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-għażla bejn is-separazzjoni tas-sjieda, it-twaqqif ta’ operaturi tas-sistema indipendenti li jkunu indipendenti mill-interessi ta’ forniment u ta’ produzzjoni, u s-separazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, skond il-liġi tal-kumpaniji. L-effettività sħiħa tas-soluzzjoni ta’ l-operaturi indipendenti tas-sistema tkun teħtieġ li tiġi aċċertata permezz ta’ regoli speċifiċi addizzjonali. Sabiex l-interessi ta’ l-azzjonisti ta’ kumpaniji integrati vertikalment jitħarsu bis-sħiħ, l-Istati Membri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda jew permezz ta’ żvestiment dirett jew inkella billi jitqassmu l-ishma tal-kumpanija integrata fl-ishma tal-kumpanija tan-netwerk u fl-ishma tan-negozju ta’ forniment u ta’ produzzjoni li jkun baqa', sakemm ir-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tas-sjieda jiġu rispettati.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandha tingħatalhom il-possibilità tat-tielet għażla prattika, li ma tirrappreżenta l-ebda interferenza serja fl-istrutturi tal-proprjetà ta’ l-Istati Membri u li tippermetti lill-impriżi integrati vertikalment, skond kundizzjonijiet u obbligi stretti, li jkomplu jħaddmu n-netwerk bejniethom.

It-tliet għażliet għandu jkollhom ukoll l-istess status.

Emenda  5

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-implimentazzjoni ta’ separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista' teżerċita influwenza, weħidha jew b’mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni ta’ l-organi kemm ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ta’ l-impriżi tal-forniment. Bil-kundizzjoni li l-Istat Membri kkonċernat jista' juri li dan ir-rekwiżit jiġi rispettat, żewġ korpi pubbliċi distinti jistgħu minn naħa jikkontrollaw l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni u forniment u min-naħa l-oħra attivitajiet ta' trażmissjoni.

(12) L-implimentazzjoni ta’ separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista' teżerċita influwenza, weħidha jew b’mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni ta’ l-organi kemm ta’ l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ta’ l-impriżi tal-forniment.

Ġustifikazzjoni

Trattament ugwali, irrispettivament mill-istatus tas-sjieda.

Emenda  6

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Fir-rigward tad-Direttiva 2003/55/KE, il-Kummissjoni għandu tingħatalha s-setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ firxa ġenerali u mfassla bħala sostenn għad-Direttiva 2003/55/KE permezz taż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, iridu jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(32) Fir-rigward tad-Direttiva 2003/55/KE, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa b'mod partikolari biex tadotta, sa ċerti limiti, il-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ firxa ġenerali u mfassla bħala sostenn għad-Direttiva 2003/55/KE permezz taż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, iridu jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Ikun biżżejjed jekk, f’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta linji ta’ gwida li jkollhom limiti ċari.

Emenda  7

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

2. Ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva għall-gass naturali, li jinkludi gass naturali likwidu (l-LNG), se japplikaw ukoll, b’mod mhux diskriminatorju, għall-bijogass u għall-gass mill-bijomassa jew tipi oħra ta’ gass, sakemm dawn il-gassijiet jistgħu jiġu injettati b’mod tekniku u sikur fis-sistema ta’ gass naturali u trasportati permezz tagħha.”;

Ġustifikazzjoni

F’każ li l-livell ta’ sigurtà teknika u kimika għall-gassijiet differenti jintlaħaq, għandu jiġi enfasizzat il-bżonn ta’ aċċess mhux diskriminatorju bejn il-gassijiet li jiġu minn sorsi differenti.

Emenda  8

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

2. B’kunsiderazzjoni totali għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi fis-settur tal-gass, fl-interess ġenerali ta’ l-ekonomija, obbligi għas-servizz pubbliku li jista’ jkollhom x’jaqsmu mas-sigurtà, li jinkludu s-sigurtà tal-forniment, regolarità, kwalità u prezz tal-provvisti, u protezzjoni ta’ l-ambjent, fosthom l-effiċjenza enerġetika u l-miri Komunitarji għall-użu ta’ l-enerġija li tiġġedded kif ukoll il-ħarsien tal-klima. Dawn l-obbligi ser ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorju, u li jistgħu jiġu vverifikati, u għandhom jiggarantixxu lill-impriżi tal-gass ta’ l-UE l-istess aċċess lill-konsumaturi nazzjonali. B’mod partikulari, dawn l-obbligi jistgħu jieħdu l-forma ta’ regolarizzazzjoni ta’ prezzijiet għall-forniment, li tinkludi l-iffissar tal-prezz massimu tal-forniment ta’ gass lill-klijenti finali. B’rabta mas-sigurtà tal-forniment u ta’ l-immaniġġjar immirati lejn l-effiċjenza enerġetika u għat-twettiq tal-miri ambjentali, hekk kif insibu f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-futur imbiegħed, billi jikkunsidraw il-possibiltà ta’ terzi persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-aċċess għas-sistema.”;

Ġustifikazzjoni

Tajjeb li wieħed jissalvagwardja b’mod espliċitu l-kapaċità ta’ l-Istati Membri li jirregolaw il-prezzijiet tal-forniment ta’ dan is-servizz essenzjali tal-gass. Skond il-liġijiet Ewropej dwar it-telefonija mobbli, l-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, ikunu kapaċi jistabbilixxu prezz massimu għall-forniment tal-gass lill-klijenti finali.

Emenda  9

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied dan il-paragrafu 7:

imħassar

"7. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).”

 

Ġustifikazzjoni

L-obbligi ġenerali tas-servizz diġà huma rregolati mid-direttiva fis-seħħ. Linji ta’ gwida tal-Kummissjoni ma jagħmlux sens f’dan il-kuntest.

Emenda  10

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 5a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida għall-kooperazzjoni reġjonali ta' solidarjetà. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

4. Il-Kummissjoni tista' temenda linji gwida għall-kooperazzjoni reġjonali ta' solidarjetà. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġjaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Tfittex li tiżgura li l-linji ta' gwida jiġu adottati mill-Parlament u mill-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment tal-kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għall-emendi neċessarji.

Emenda  11

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

 

“Artikolu 6a

 

Dispożizzjonijiet għas-separazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni

 

Sabiex tkun iggarantita l-indipendenza ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, l-Istati Membri ser jiżguraw li mill-... * impriżi integrati vertikalment ikunu konformi ma’ l-Artikolu 7(1)(a) sa (d) dwar is-separazzjoni tas-sjieda, ma' l-Artikolu 9 dwar l-operaturi tas-sistema indipendenti, jew ma' l-Artikolu 9b dwar is-separazzjoni effettiva u effiċjenti skond il-liġi tal-kumpaniji.

___________

* Sena mid-data tat-traspożizzjoni.”

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandha tingħatalhom il-possibilità tat-tielet għażla prattika, li ma tirrappreżenta l-ebda interferenza serja fl-istrutturi tal-proprjetà ta’ l-Istati Membri u li tippermetti lill-impriżi integrati vertikalment, skond kundizzjonijiet u obbligi stretti, li jkomplu jħaddmu n-netwerk bejniethom.

Emenda  12

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 7b – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tissegwa għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 9. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

13. Il-Kummissjoni tista' temenda linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tkun segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 sa 9. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġjaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Tfittex li tiżgura li l-linji ta' gwida jiġu adottati mill-Parlament u mill-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment tal-kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għall-emendi neċessarji.

Emenda  13

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 - punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fl-Artikolu 8(1), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“(ba) l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jibnu biżżejjed kapaċitajiet ta' interkonnessjoni fl-infrastruttura ta' trażmissjoni tagħhom sabiex ilaħħqu mad-domanda kollha raġonevoli għall-kapaċità, jiffaċilitaw suq ġeneralment effiċjenti, u jissodisfaw il-kriterji tas-sigurtà tal-provvista;”

Ġustifikazzjoni

Ix-xogħlijiet tat-TSOs għandhom jissaħħu sabiex jiġi żgurat li jkun hemm użu massimu tal-kapaċità eżistenti fuq bażi mhux diskriminatorja u li infrastruttura ġdida tinbena fejn ikun hemm domanda fis-suq. Dan it-tibdil huwa meħtieġ għall-integrazzjoni tas-suq Ewropew ta’ l-enerġija.

Emenda  14

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 8 – paragrafi 4a sa 4h (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Fl-Artikolu 8, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

“4a.    Operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandu jippreżenta pjan ta’ żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta’ għaxar snin, ta’ l-inqas darba kull sentejn. Dan għandu jipprovdi miżuri effiċjenti sabiex jiggarantixxi sistema adegwata u sigurtà ta’ forniment. Dan il-pjan għall-iżvilupp għandu, b’mod partikolari:

 

(a) jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi prinċipali tat-trażmissjoni li għandhom jinbnew fl-għaxar snin ta' wara;

 

(b) jinkludi l-investimenti kollha li diġà ġew deċiżi u jidentifika investimenti ġodda li għalihom għandha tittieħed deċiżjoni implimentattiva matul it-tliet snin ta' wara.

 

4b. Sabiex jippreżenta l-pjan tiegħu ta’ żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta’ għaxar snin, kull operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandu jagħmel stimi raġonevoli dwar l-iżvilupp ta’ kemm ser jiġġenera, tal-konsum u l-iskambji ma’ pajjiżi oħra, billi jikkunsidra pjanijiet reġjonali u oħrajn imxerrdin ma’ l-Ewropa għall-investiment tan-netwerk. Operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jippreżenta l-istimi tiegħu quddiem il-korp nazzjonali kompetenti fi żmien raġonevoli.

 

4c. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta, b’mod miftuħ u trasparenti, lill-utenti tan-netwerk rilevanti dwar l-abbozz tal-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta’ għaxar snin, u tista’ tippubblika r-riżultat tal-proċess ta’ konsultazzjoni, b’mod partikolari rigward il-possibiltà ta’ bżonnijiet ta’ investiment.

 

4d. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha teżamina jekk il-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta’ għaxar snin ikoprix il-bżonnijiet kollha ta’ investiment identifikati waqt il-konsultazzjoni u tista’ titlob li l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jemenda l-pjan tiegħu.

 

4e. Jekk operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jirrifjuta li jimplimenta investiment speċifiku li jkun imniżżel fil-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk fuq firxa ta’ għaxar snin matul it-tliet snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja jkollha l-kompetenza li:

 

(a) titlob lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni sabiex iwettaq l-obbligi ta’ investiment tiegħu billi juża l-kapaċitajiet finanzjarji tiegħu; jew

 

(b) titlob lill-investituri indipendenti sabiex jagħmlu sejħa għall-offerti għal investiment neċessarju f’sistema ta’ trażmissjoni, possibilment billi titlob li l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jaqbel ma’ dan li ġej:

 

-  finanzjament minn partijiet terzi;

 

-  partijiet terzi jiżviluppaw assi ġodda;

 

-  partijiet terzi li jħaddmu assi ġodda; u/jew

 

-  żieda kapitali sabiex jiġu ffinanzjati l-investimenti neċessarji u sabiex l-investituri indipendenti jkollhom il-permess jipparteċipaw fil-kapital.

 

L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità regolatorja.

 

Jekk l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jew inkella parti terza jagħmlu investiment speċifiku, ir-regolament tat-tariffi jippermetti li jkun hemm dħul li jkopri l-ispejjeż ta’ tali investiment.

 

4f. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment.

 

4g. Hu mistenni li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jistabbilixxu u jippubblikaw proċeduri trasparenti u effiċjenti għall-konnessjonijiet mhux diskriminatorji ta' partijiet terzi man-netwerk. Dawn il-proċeduri huma suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

 

4h. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni m’humiex se jkunu jistgħu jirrifjutaw l-aċċess ta’ partijiet terzi fuq il-bażi ta’ possibilità ta’ limitazzjonijiet fil-ġejjieni għal kapaċitajiet disponibbli tan-netwerk, bħal pereżempju konġestjoni f’partijiet imbiegħda tan-netwerk ta’ trażmissjoni. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni se jkunu mitluba jipprovdu t-tagħrif neċessarju.

 

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni m’humiex se jkunu jistgħu jirrifjutaw punt ġdid ta’ konnessjoni, minħabba s-sempliċi fatti li dan iwassal għal spejjeż addizzjonali marbuta ma’ żieda neċessarja fil-kapaċità ta’ l-elementi tan-netwerk fil-qrubija tal-punt ta’ konnessjoni.”

Ġustifikazzjoni

Għalkemm il-possibiltà tas-Separazzjoni Legali Effettiva u Effiċjenti diġà għandha għadd ta’ dispożizzjonijiet stretti għal dawk it-TSOs, parti kbira minn dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu validi għas-separazzjoni tas-sjieda tat-TSOs u t-TSOs taħt l-għażla ta’ l-ISO wkoll. Aċċess mhux diskriminatorju ta’ partijiet terzi u investimenti neċessarji fin-netwerk għandhom ikunu dejjem garantiti, mingħajr ma jitqies min ikun is-sid tan-netwerk.

Emenda  15

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2003/55/KE

Atikolu 9a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida biex taċċerta l-konformità sħiħa u effettiva mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ l-operatur ta’ ħżin. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

3. Il-Kummissjoni tista’ temenda linji gwida biex taċċerta l-konformità sħiħa u effettiva mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ l-operatur ta’ ħżin. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġjaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Tfittex li tiżgura li l-linji ta' gwida jiġu adottati mill-Parlament u mill-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment tal-kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għall-emendi neċessarji.

Emenda  16

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 9b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 9b li ġej:

 

“Artikolu 9b

 

Separazzjoni legali effettiva u effiċjenti tas-sistemi ta’ trażmissjoni

 

Assi, tagħmir, staff u identità

 

1. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jkollhom ir-riżorsi kollha umani, fiżiċi u finanzjarji neċessarji ta’ l-impriża integrata vertikalment għan-negozju regolari tat-trażmissjoni tal-gass. B’mod partikolari, l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu:

 

(a) ikollu l-assi neċessarji għan-negozju regolari tat-trażmissjoni tal-gass;

 

(b) iħaddem staff neċessarju għan-negozju regolari tat-trażmissjoni tal-gass;

 

(c) jara li r-riżorsi finanzjarji adegwati għall-proġetti ta’ investiment fil-ġejjieni għandhom ikunu disponibbli skond il-pjanijiet finanzjarji annwali.

 

L-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom jinkludu, ta’ l-inqas:

 

(i) ir-rappreżentanza ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u tal-kuntatti ma’ partijiet terzi kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji;

 

(ii) il-garanzija u r-regolament ta’ aċċess għal partijiet terzi, b’mod partikolari parteċipanti tas-suq ġodda mill-qasam tal-bijogass;

 

(iii) il-ġbir ta’ ħlas għall-aċċess, il-ġestjoni tal-konġestjoni u l-ħlas skond il-mekkaniżmu ta’ bilanċ bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali*;

 

(iv) it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ trażmissjoni;

 

(v) l-ippjanar għall-investiment li jassigura abilità għall-futur imbiegħed sabiex is-sistema tlaħħaq ma' domanda raġonevoli u tiggarantixxi sigurtà fil-forniment;

 

(vi) servizzi legali;

 

(vii) iż-żamma tal-kotba u s-servizzi tat-teknoloġija ta' l-informatika.

 

2. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ma jista', għall-ebda raġuni, jeżerċita attivitajiet oħra, minbarra t-trażmissjoni, li jistgħu jidħlu f’kunflitt max-xogħlijiet tiegħu, li jinkludu l-pussess ta’ stokk jew il-parteċipazzjoni f’impriża jew f’parti minn impriża integrata vertikalment jew inkella fi kwalunkwe impriża oħra tal-gass jew ta’ l-elettriku. L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali u huma limitati għall-azzjonisti u għall-parteċipazzjoni f’impriżi oħra tan-netwerk.

 

3. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jkollu l-identità korporattiva tiegħu, distinta b’mod sinifikanti mill-impriża integrata vertikalment bi trejdmark, komunikazzjoni u bini separati.

 

4. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni m’għandux iħalli informazzjoni sensittiva jew informazzjoni li tista’ tagħti vantaġġ kompetittiv tgħaddi għand l-impriża integrata vertikalment, sakemm ma jiżgurax li din l-informazzjoni tinqasam b’mod ġust u mingħajr l-ebda diskriminazzjoni bejn il-parteċipanti kollha fis-suq. It-tipi ta’ informazzjoni li jinsabu f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni flimkien ma’ l-awtorità regolatorja nazzjonali.

 

5. Ir-rendikonti ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jiġu vverifikati minn awditur differenti minn dak ta’ l-impriża integrata vertikalment u l-kumpaniji affiljati magħha.

 

L-indipendenza tal-maniġment ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, l-uffiċjal kap eżekuttiv/il-bord eżekuttiv

 

6. Deċiżjonijiet dwar in-nomina jew it-twaqqif qabel iż-żmien ta’ l-impjieg ta’ l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jew membri tal-bord eżekuttiv u l-ftehim kuntrattwali tagħhom ta’ impjieg u l-waqfien tagħhom għandhom ikunu nnotifikat lill-awtorità regolatorja jew kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra. Dawk id-deċiżjonijiet u l-ftehimiet isiru jorbtu biss jekk l-awtorità regolatorja ma tkunx użat id-dritt tagħha tal-veto fi żmien tliet ġimgħat min-notifikazzjoni. L-awtorità regolatorja tista' tuża l-veto rigward il-ħatriet u l-ftehimiet kuntrattwali rispettivi fil-każ li jkun hemm dubji serji marbuta ma’ l-indipendenza professjonali ta’ min ikun nominat għall-ħatra ta' uffiċjal kap eżekuttiv jew membru tal-bord eżekuttiv fuq in-naħa l-waħda u l-ġustifikazzjoni għall-waqfien qabel iż-żmien ta’ l-impjieg u l-ftehimiet kuntrattwali korrispondenti fuq in-naħa l-oħra.

 

7. Drittijiet effettivi għal appell quddiem l-awtorità regolatorja jew quddiem qorti se jkunu garantiti għal kull ilment min-naħa ta' l-uffiċjal kap eżekuttiv jew membri tal-bord eżekuttiv ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni kontra l-waqfien qabel iż-żmien ta’ l-impjieg tagħhom.

 

8. L-awtorità regolatorja għandha tieħu deċiżjoni dwar l-appell fi żmien sitt xhur. L-estensjoni ta’ dan il-perijodu tkun permessa biss fil-każ ta’ ġustifikazzjonijiet suffiċjenti.

 

9. Wara l-waqfien mill-impjieg ma' l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, uffiċjali kapijiet eżekuttivi jew membri tal-bord eżekuttiv ma jitħallew jipparteċipaw fl-ebda fergħa ta’ l-impriża integrata vertikalment li tkun qiegħda twettaq xogħol ta’ produzzjoni jew forniment għal perjodu ta’ mhux inqas minn 3 snin.

 

10. L-uffiċjal kap eżekuttiv jew membri tal-bord eżekuttiv m'għandhomx ikunu interessati f'xi impriża tal-kumpanija integrata vertikalment u lanqas m'għandhom jirċievu xi kumpens mingħandha ħlief mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni. Ir-rimunerazzjoni tagħhom m’għandha fl-ebda parti tiddependi mill-attivitajiet ta’ l-impriża integrata vertikalment barra minn dawk ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni.

 

11. L-uffiċjal kap eżekuttiv jew il-membri tal-bord eżekuttiv ta’ l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandu jkollhom l-ebda responsabilità, direttament jew indirettament, fl-attività ta' kuljum ta’ kwalunkwe fergħa oħra ta’ l-impriża integrata vertikalment.

 

12. Bla ħsara għal dan l-Artikolu, l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jkollu drittijiet effettivi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass, rigward l-assi neċessarji sabiex wieħed jopera, isostni u jiżviluppa n-netwerk. Dan m’għandux jeskludi l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni xierqa biex jiġi aċċertat li l-kumpanija prinċipali tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta’ dejn tas-sussidjarja tagħha. Il-kumpanija prinċipali m'għandhiex tagħti istruzzjonijiet dwar il-ħidma ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali marbuta mal-bini jew mat-tiġdid tal-pajpijiet tat-trażmissjoni tal-gass, li jkunu jaqbżu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew xi strument ekwivalenti ieħor.

 

 

Bord superviżorju u bord tad-diretturi

 

13. Chairpersons tal-bord superviżorju jew tal-bord tad-diretturi ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni m'għandhomx jieħdu sehem f’xi fergħa ta’ l-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta’ produzzjoni jew forniment.

 

14. Il-bord superviżorju jew il-bord tad-diretturi ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkollu membri indipendenti li jinħatru għal terminu ta' mill-anqas għaxar snin. Il-ħatra tagħhom għandha tiġi notifikata lill-awtorità regolatorja u ssir torbot biss skond il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 7.

 

15. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 13, membru tal-bord superviżorju jew tal-bord tad-diretturi ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jitqies bħala indipendenti jekk huwa jew hija ma jkollhom l-ebda negozju jew xi tip ta’ relazzjoni oħra ma’ l-impriża integrata vertikalment, ma' l-azzjonisti jew mal-maniġment ta’ xi waħda minnhom, li joħloq kunflitt ta’ interess tali li jfixkel il-ġudizzju tiegħu jew tagħha u, b’mod partikulari, huwa jew hija:

 

(a) ma kienu impjegati fl-ebda fergħa ta’ l-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta’ produzzjoni u forniment fil-ħames snin ta' qabel il-ħatra tagħhom fil-bord superviżorju jew fil-bord tad-diretturi;

 

(b) ma jkollhom l-ebda interess fl-impriża integrata vertikalment jew fi kwalunkwe kumpanija affiljata magħha, u ma jieħdu l-ebda kumpens mingħandhom, ħlief mill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni;

 

c) ma jkollhom l-ebda relazzjoni rilevanti ta’ negozju ma’ kwalunkwe fergħa tal-kumpanija integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta’ provvista ta’ enerġija matul il-ħatra tagħhom fil-bord superviżorju jew fil-bord tad-diretturi; kif ukoll

 

(d) ma jkunux membri tal-bord eżekuttiv ta’ kumpanija li fiha l-impriża integrata vertikalment taħtar membri tal-bord superviżorju jew tal-bord tad-diretturi.

 

L-uffiċjal għall-konformità

 

16. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jistabbilixxu u jimplimentaw programm ta’ konformità li jistabbilixxi miżuri meħuda sabiex jiżguraw li l-imġiba diskriminatorja tkun eskluża. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi ta’ l-impjegati biex jintlaħaq dak l-għan. Dan ikun suġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità regolatorja. Il-konformità mal-programm għandha tkun issorveljata b’mod indipendenti mill-uffiċjal għall-konformità. L-awtorità regolatorja għandu jkollha s-setgħa li timponi sanzjonijiet fil-każ ta’ l-implimentazzjoni mhux adegwata tal-programm ta’ konformità.

 

17. L-uffiċjal kap eżekuttiv jew il-bord eżekuttiv ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jaħtru persuna jew entità bħala uffiċjal għall-konformità sabiex:

 

(a) tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta’ konformità;

 

(b) toħroġ rapport annwali dettaljat, li l-kriterji tiegħu jkunu determinati mill-awtorità regolatorja bi ftehim ma' l-Aġenzija Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, tistabbilixxi miżuri meħuda sabiex jiġi implimentat il-programm ta’ konformità u tressaq ir-rapport quddiem l-awtorità regolatorja; kif ukoll

 

(c) toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta’ konformità u l-implimentazzjoni tiegħu.

 

18. L-indipendenza ta’ l-uffiċjal għall-konformità se tkun garantita b’mod partikulari skond it-termini tal-kuntratt ta’ l-impjieg tiegħu jew tagħha.

 

19. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu l-opportunità li minn żmien għal żmien jindirizza lill-bord superviżorju jew lill-bord tad-diretturi ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, lill-impriża integrata vertikalment, u lill-awtoritajiet regolatorji.

 

20. L-uffiċjal għall-konformità għandu jattendi s-sessjonijiet kollha tal-bord superviżorju jew tal-bord tad-diretturi ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni li jkunu fuq il-kwistjonijiet ta' wara:

 

(a) il-kondizzjonijiet dwar l-aċċess u l-konnessjoni man-netwerk, li jinkludu l-ġbir ta’ ħlas għall-aċċess, il-ġestjoni tal-konġestjoni u ħlas skond il-mekkaniżmu ta’ bilanċ bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005;

 

(b) proġetti mwettqa għat-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema tan-netwerk ta’ trażmissjoni, fosthom l-investimenti fl-interkonnessjonijiet u fil-konnessjonijiet;

 

(c) ir-regoli ta’ kumpens, fosthom id-dispożizzjonijiet dwar ir-riservi ta’ l-enerġija; kif ukoll

 

(d) ix-xiri ta’ enerġija sabiex ikun kopert it-telf ta’ l-enerġija.

 

21. Matul dawn il-laqgħat, l-uffiċjal għall-konformità m’għandux iħalli li jkun żvelat tagħrif dwar l-attivitajiet tal-klijenti jew tal-fornituri, li jista' jkun ta' vantaġġ kummerċjali, b’mod diskriminatorju, lill-bord superviżorju jew lill-bord tad-diretturi.

 

22. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għall-kotba, ir-rekords u l-uffiċċji rilevanti kollha ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni, u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq xieraq ta' dmirijietu/dmirijietha.

 

23. L-uffiċjal għall-konformità għandu jiġi nnominat u mneħħi mill-kariga mill-uffiċjal kap eżekuttiv jew mill-bord eżekuttiv fil-każ biss li jkun hemm l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità regolatorja.

 

24. L-uffiċjal għall-konformità ma jista’ jkollu l-ebda relazzjoni ta’ negozju ma’ l-impriża integrata vertikalment għal mill-anqas ħames snin wara li jitlaq mill-kariga.

 

Żvilupp fin-netwerk u setgħat sabiex jittieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment

 

25. Kull operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandu jippreżenta pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, ta’ l-anqas darba kull sentejn. Dan għandu jipprovdi miżuri effiċjenti li jiggarantixxu sistema adegwata u s-sigurtà tal-forniment.

 

26. Dan il-pjan ta’ żvilupp għal għaxar snin għandu, b’mod partikulari:

 

(a) jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi prinċipali tat-trażmissjoni li għandhom jinbnew fl-għaxar snin ta' wara;

 

(b) jinkludi l-investimenti kollha li diġà ġew deċiżi u jidentifika investimenti ġodda li għalihom għandha tittieħed deċiżjoni ta' implimentazzjoni matul it-tliet snin ta' wara.

 

27. Sabiex jiżviluppa l-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tiegħu, kull operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jagħmel stimi raġonevoli dwar l-iżvilupp tal-forniment, il-konsum u l-iskambji ma’ pajjiżi oħra, filwaqt li jqis il-pjanijet attwali ta’ investiment fin-netwerk, kemm reġjonali kif ukoll fl-Ewropa kollha. Operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jippreżenta l-istimi tiegħu lill-awtorità regolatorja nazzjonali fi żmien raġonevoli.

 

28. L-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta, b’mod miftuħ u trasparenti, ma' l-utenti tan-netwerk rilevanti dwar l-abbozz tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, u tista’ tippubblika r-riżultat tal-proċess ta’ konsultazzjoni, b’mod partikulari rigward il-possibilità ta’ bżonnijiet ta’ investiment.

 

29. L-awtorità regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk ikoprix il-bżonnijiet kollha ta’ investiment identifikati waqt il-konsultazzjoni u tista’ titlob li l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jemenda l-pjan tiegħu.

 

30. Jekk l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jirrifjuta li jagħmel investiment speċifiku li jkun imniżżel fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk li għandu jitwettaq fit-tliet snin ta' wara, l-Istat Membru partikulari għandu jara li l-awtorità regolatorja jkollha l-kompetenza li:

 

(a) titlob lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni bil-mezzi legali kollha sabiex iwettaq l-obbligi ta’ investiment tiegħu billi juża l-kapaċitajiet finanzjarji tiegħu; jew

 

(b) tistieden investituri indipendenti sabiex jitfgħu l-offerti għall-investiment neċessarju f’sistema ta’ trażmissjoni, li tesiġi li l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni:

 

- jaqbel ma' finanzjament permezz ta’ partijiet terzi,

 

- jaqbel li partijiet terzi jiżviluppaw assi ġodda, jew li joħolqu l-assi ġodda msemmija, u/jew

 

- iħaddem l-assi l-ġodda.

 

L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità regolatorja. F'kull każ, ir-regolament dwar it-tariffi għandu jippermetti d-dħul li jkopri l-ispejjeż ta’ investiment bħal dan.

 

31. L-awtorità regolatorja għandha tissorvelja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment.

 

Setgħat għal teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-aċċess ta’ partijiet terzi għan-netwerk ta’ trażmissjoni

 

32. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu obbligati li jiżviluppaw u jippubblikaw proċeduri ċari u effiċjenti għall-aċċess mhux diskriminatorju ta' partijiet terzi għan-netwerk. Dawn il-proċeduri huma suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

 

33. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni ma jistgħux jirrifjutaw l-aċċess ta’ partijiet terzi għar-raġuni li jista' jkun hemm restrizzjonijiet fil-ġejjieni tal-kapaċitajiet disponibbli tan-netwerk, bħall-konġestjoni f'partijiet imbiegħda tan-netwerk ta' trażmissjoni. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jkun obbligat li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja.

 

34. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni ma jistgħux jirrifjutaw punt ta' konnessjoni ġdid sempliċement minħabba li dan jista’ jwassal għal spejjeż żejda marbuta maż-żieda neċessarja fil-kapaċità ta’ l-elementi tan-netwerk fil-qrubija tal-punt ta’ konnessjoni.

 

Koperazzjoni reġjonali

 

35. Jekk l-Istati Membri jagħżlu t-triq tal-koperazzjoni reġjonali, dawn għandhom jimponu fuq l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ċerti obbligi li għandhom jitwettqu fi żmien stabbilit b’mod ċar. Dawn l-obbligi għandhom iwasslu wkoll bil-mod biex jinħoloq ċentru reġjonali komuni tad-dispaċċ, li għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà u sikurezza sa mhux aktar tard minn ... **.

 

36. Fejn ikun hemm koperazzjoni bejn għadd ta’ Stati Membri fil-livell reġjonali, dawn l-Istati Membri għandhom jaħtru koordinatur reġjonali bi qbil mal-Kummissjoni.

 

37. Il-koordinatur reġjonali għandu jippromwovi l-koperazzjoni fil-livell reġjonali bejn l-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra, operaturi tan-netwerk, boroż ta’ l-enerġija (power exchanges), utenti tan-netwerk u parteċipanti fis-suq. B'mod partikulari, għandu:

 

(a) jippromwovi investimenti ġodda u effiċjenti għall-infrastruttura ta’ l-interkonnessjonijiet. Għal dan il-għan, huwa għandu jgħin lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-produzzjoni tal-pjan għall-infrastruttura ta' l-interkonnessjonijiet reġjonali tagħhom u jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom u, jekk ikun il-każ, fil-proċedura ta’ l-‘open season’;

 

(b) jippromwovi l-użu effiċjenti u sikur tan-netwerk. Għal dan il-għan huwa għandu jikkontribwixxi billi jfassal regoli u mekkaniżmi ta' sikurezza komuni, u għall-koordinazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra;

 

(c) jagħmel rapport annwali għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress li jkun sar fil-qasam u dwar xi diffikultajiet jew ostakli li jistgħu jfixklu l-progress;

 

Sanzjonijiet

 

38. Sabiex tkun tista’ twettaq id-dmirijiet imposti fuqha b'dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha d-dritt li:

 

(a) titlob kull informazzjoni dwar l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u li tikkuntattja direttament lil kull membru ta' l-istaff ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni; f’każ ta’ dubji, dan id-dritt japplika wkoll għall-impriża integrata vertikalment u l-fergħat tagħha;

 

(b) twettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji dwar l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u, f’każ ta’ dubji, ta’ l-impriża integrata vertikalment u tal-fergħat tagħha; id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat *** għandhom japplikaw skond il-każ.

 

39. Sabiex tkun tista’ twettaq il-ħidma tagħha għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha d-dritt li timponi pieni effettivi, adegwati u deterrenti lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u/jew lill-impriża integrata vertikalment, meta dawn ma jikkonformawx mad-dmirijiet tagħhom skond dan l-Artikolu jew mad-deċiżjonijiet ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali. Dan jinkludi d-dritt li:

 

(a) timponi pieni effettivi, adegwati u deterrenti, li r-rata tagħhom tiġi kkalkulata skond id-dħul totali ta’ l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni;

 

(b) timponi ordnijiet biex tieqaf l-imġiba diskriminatorja.

 

* ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1.

** Sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

*** ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p.1).”

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandha tingħatalhom il-possibilità tat-tielet għażla prattika, li ma tirrappreżenta l-ebda interferenza serja fl-istrutturi tal-proprjetà ta’ l-Istati Membri u li tippermetti lill-impriżi integrati vertikalment, skond kundizzjonijiet u obbligi stretti, li jkomplu jħaddmu n-netwerk bejniethom.

Emenda  17

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida biex tiżgura l-konformità sħiħa u effettiva ta’ l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni mal-paragrafu 2 fir-rigward ta’ l-indipendenza sħiħa ta’ l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, l-assenza ta’ mġiba diskriminatorja, kif ukoll biex tiżgura li l-attivitajiet ta’ forniment ta’ l-impriża integrata vertikalment ma jeħdux vantaġġ inġust mill-integrazzjoni vertikali tiegħu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'huwiex il-lok hawnhekk li jkunu adottati linji ta' gwida daqstant estiżi.

Emenda  18

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fi żmien xahrejn wara li tkun rċeviet notifika, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-awtorità regolatorja temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-wasla tan-notifika. Il-perjodu ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-wasla ta’ l-informazzjoni addizzjonali kollha. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta’ l-awtorità regolatorja. Meta l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet ipprovvduta fil-perjodu stipulat fit-talba, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata jekk, sakemm qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, dan ma jkunx ġie estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta’ l-awtorità regolatorja, u sakemm l-awtorità regolatorja, fi stqarrija raġunata kif xieraq, ma tkunx informat lill-Kummissjoni li tikkunsidra li n-notifika hija kompluta.

5. Fi żmien xahrejn wara li tkun irċeviet notifika li jkollha x'taqsam mar-regoli tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li l-awtorità regolatorja temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perjodu għandu jibda mill-għada tal-wasla tan-notifika. Il-perjodu ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra fejn il-Kummissjoni tkun teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perjodu għandu jibda mill-għada tal-wasla ta’ l-informazzjoni addizzjonali kollha. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta’ l-awtorità regolatorja. Meta l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet ipprovduta fil-perjodu stipulat fit-talba, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata jekk, sakemm qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, dan ma jkunx ġie estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta’ l-awtorità regolatorja, u sakemm l-awtorità regolatorja, fi stqarrija raġunata kif xieraq, ma tkunx informat lill-Kummissjoni li tikkunsidra li n-notifika hija kompluta.

Ġustifikazzjoni

M’għandhiex tkun il-Kummissjoni iżda l-ACER li tawtorizza l-eżenzjonijiet f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjonijiet biss fil-każijiet li għandhom x'jaqsmu mar-regoli tal-kompetizzjoni.

Emenda  19

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u tistipula l-proċedura li għandha tissegwa għall-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Il-Kummissjoni tista' temenda linji gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u tistipula l-proċedura li għandha tkun segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġjaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa.

Emenda  20

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tikkoopera dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja jew l-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri;

(b) tikkopera dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja jew l-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri fost l-oħrajn sabiex tiżgura li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni flimkien u separatament jibnu ammont suffiċjenti ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-infrastrutturi ta’ trażmissjoni tagħhom sabiex jissodisfaw l-evalwazzjoni globali effiċjenti tas-swieq kif ukoll is-sigurtà rigward il-gass tal-kriterji ta' forniment mingħajr diskriminazzjoni bejn il-fornituri fi Stati Membri differenti;

Ġustifikazzjoni

Skrutinju regolatorju, kemm jekk min-naħa ta’ TSOs pubbliċi kif ukoll jekk min-naħa ta’ dawk privati, għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-użu ta’ l-infrastruttura jqisu bl-istess mod kemm lill-klijenti li jinsabu biss fil-limiti tal-fruntieri nazzjonali kif ukoll lil dawk li jużaw sistemi li jkunu konnessi. F’dan ir-rigward, il-paragrafu 1b huwa dgħajjef. L-għan jew l-objettiv prinċipali tal-koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandu jkun iċċarat.

Emenda  21

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) tissorvelja u tirrevedi l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-ħżin, linepack u servizzi oħrajn anċillari kif previst fl-Artikolu 19;

(k) tissorvelja l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-ħżin, linepack u servizzi oħrajn anċillari kif previst fl-Artikolu 19;

Ġustifikazzjoni

Id-differenza bejn “tissorvelja” u “tirrevedi” m’hijiex ċara. Iż-żieda “u tirrevedi” għandha t-tendenza li toħloq bażi legali għal setgħat speċifiċi ġodda ex ante dwar ħżin, linepack u servizzi oħra anċillari, għalkemm is-sistema ta’ aċċess għall-ħżin, linepack u servizzi oħra anċillari tista’ tiġi offruta fuq bażi negozjabbli jekk l-Istati jagħtu l-kunsens taghhom. Huwa importanti li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jiffavorixxu mekkaniżmi mhux irregolati u bbażati fuq is-suq għax hemm il-provi li aktar jistgħu jwasslu għal investiment fil-ħżin.

Emenda  22

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) tiżgura l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess għad-dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

(n) tiżgura l-aċċess effiċjenti u ndaqs għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent għall-parteċipanti kollha fis-suq, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess għad-dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jintgħażel kliem aħjar biex ikun żgurat li s-suq tal-gass naturali jinfetaħ għall-parteċipanti kollha fis-suq.

Emenda  23

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt p

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) tissorvelja l-applikazzjoni tajba tal-kriterji li jiddeterminaw jekk faċilità ta’ ħżin taqax taħt l-Artikolu 19(3) jew 19(4).

(p) tissorvelja l-applikazzjoni tajba tal-kriterji li jiddeterminaw jekk l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ ħżin u linepack huwiex meħtieġ teknikament u/jew ekonomikament sabiex ikun hemm aċċess effiċjenti għas-sistema ta’ forniment għall-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Dan kollu biex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet il-ġodda ta’ l-Artikolu 19(1) li jintroduċi l-obbligu għall-Istati Membri li jiddefinixxu u jippubblikaw kriterji li bihom jista' jkun determinat jekk aċċess għall-faċilitajiet ta’ ħżin u linepack ikunx meħtieġ teknikament u/jew ekonomikament sabiex ikun hemm aċċess effiċjenti għas-sistema ta’ forniment għall-konsumaturi.

Emenda  24

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li tagħmel investigazzjonijiet tas-swieq tal-gass oeprattivi, flimkien ma' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, u li tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżuri xierqa meħtieġa u proporzjonati għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq, inklużi l-programmi għar-rilaxx tal-gass;

(b) li tagħmel investigazzjonijiet tas-swieq tal-gass operattivi, flimkien ma' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, filwaqt li tqis is-setgħat rispettivi ta' kull awtorità, u li tipproponi lill-awtoritajiet kompetenti miżuri xierqa meħtieġa u proporzjonati għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq;

Ġustifikazzjoni

Mingħajr qafas ċar ta’ kompetizzjoni, din il-proposta tista’ tipprovdi lill-awtoritajiet b’kompetenza bla limiti u li m’hijiex prevedibbli ta’ intervent fis-suq, u li tirfes fuq il-kompetenzi nazzjonali.

Programmi għar-rilaxx tal-gass jistgħu joħolqu sorsi artifiċjali ta’ forniment tal-gass fi żmien qasir f’zona partikulari, iżda l-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet finali jidher li ma jistax ikun previst f’suq ħieles. Il-programmi jkunu mmirati għal kuntratti ta’ importazzjoni tal-gass għal żmien twil, li jistgħu jkunu mhedda minn tendenza ta’ tnaqqis.

Għandhom jiġu kkunsidrati d-differenzi fil-kompetenzi bejn l-awtorità ta’ l-enerġija u dik tal-kompetizzjoni.

Emenda  25

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, u termini, kundizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi, għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks u faċilitajiet LNG li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks u tal-faċilitajiet LNG;

a) il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, il-metodi biex dawn jiġu kkalkulati, u termini, kondizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks u fil-faċilitajiet LNG li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks u tal-faċilitajiet LNG;

Ġustifikazzjoni

L-awtorità regolatorja għandha tkun mgħarrfa bil-metodi ta’ kalkolu għat-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni.

Emenda  26

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tat-trasmissjoni, tal-ħżin, ta' l-LNG u tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi t-tariffi msemmija f'dan l-Artikolu, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b’mod mhux diskriminatorju.

6. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu l-operaturi ta’ infrastrutturi sottomessi għal aċċess regolatorju ta’ partijiet terzi skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(4) u l-Artikolu 20, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi t-tariffi msemmija f'dan l-Artikolu, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b’mod mhux diskriminatorju.

Ġustifikazzjoni

Dan kollu jseħħ sabiex jiġi kkunsidrat il-fatt li d-Direttiva tippermetti l-aċċess għal infrastrutturi li m’għandhomx jiġu rregolati f’ċerti ċirkostanzi, jiġifieri meta tingħata eżenzjoni skond l-Artikolu 22 jew meta tingħażel sistema ta’ aċċess negozjabbli għall-ħżin minn xi Stat Membru (l-Artikolu 19(3)).

Emenda  27

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt ta' l-appell lil korp li huwa indipendenti mill-partijiet involuti.

13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt ta' l-appell lil korp ġudizzjarju jew xi awtorità nazzjonali oħra li jkunu indipendenti mill-partijiet involuti u mill-gvern ta' l-Istat Membru kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Meta jsiru appelli kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità regolatorja, korp indipendenti li jkollu influwenza privata u politika għandu jagħti l-kontribut tiegħu sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Emenda  28

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.      Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tas-setgħat deskritti f'dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

14.      Il-Kummissjoni tista’ temenda linji gwida għall-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tas-setgħat deskritti f'dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġjaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa.

Emenda  29

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24d – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida dwar l-ambitu tad-dmirijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji biex jikkooperaw ma' xulxin u ma' l-Aġenzija, u dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-Aġenzija ssir kompetenti biex tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastrutturi li jgħaqqdu talanqas żewġ Stati Membri. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

4. Il-Kummissjoni tista' temenda linji gwida dwar l-ambitu tad-dmirijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji biex jikkoperaw ma' xulxin u ma' l-Aġenzija, u dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-Aġenzija ssir kompetenti biex tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastrutturi li jgħaqqdu talanqas żewġ Stati Membri. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġjawha, għandhom jiġu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa.

Emenda  30

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li talbet lilha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjonijiet kkonċernata fi żmien erba' xhur.

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjoni kkonċernata fi żmien xahrejn.

Ġustifikazzjoni

Skadenza iqsar.

Emenda  31

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24e – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

9. Il-Kummissjoni għandha temenda l-linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġjaha, għandha tiġi emendata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa.

Emenda  32

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-forniment li jżommu għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tal-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal talanqas ħames snin, id-dejta rilevanti li għandu x’jaqsam mat-tranżazzjonijiet kollha fil-forniment tal-gass u d-derivattivi tal-gass ma’ klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll l-operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG.

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-forniment li jżommu għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, biex iwettqu l-kompiti tagħhom, għal talanqas ħames snin, id-dejta rilevanti li għandha x’taqsam mat-tranżazzjonijiet kollha fil-forniment tal-gass u d-derivattivi tal-gass ma’ klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll l-operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċirkustanzi għall-ġbir tad-dejta marbuta mal-kuntratti bl-imnut għandhom jiġu definiti b’mod ċar u għandhom jintrabtu ma’ xogħlijiet speċifiċi ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu korpi differenti minn dawk imsemmija fil-proposta għad-Direttiva.

Emenda  33

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dejta għandha tinkludi d-dettalji dwar karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet rilevanti, bħad-dewmien, it-twassil u r-regoli ta ħlas, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet ta’ eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-kuntratti kollha miftuħin fil-kuntratti tal-forniment tal-gass u tad-derivattivi tal-gass.

2. Id-dejta tista' tinkludi d-dettalji dwar karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet rilevanti, bħad-dewmien, it-twassil u r-regoli ta' ħlas, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet ta’ eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-kuntratti kollha miftuħin tal-forniment tal-gass u tad-derivattivi tal-gass.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 24f għandu jiddeskrivi biss il-kundizzjonijiet ta' qafas marbuta maż-żamma obbligatorja tar-rekords, u mhux jispeċifika l-kontenut preċiż ta’ l-informazzjoni kkonċernata. Dan għandu jseħħ bis-saħħa ta' linji ta' gwida rilevanti li għandhom jiġu stabbiliti wkoll mill-Parlament Ewropew permezz ta' emendi oħra.

Emenda  34

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jiddefinixxu l-metodu u l-arranġamenti għaż-żamma tar-reġistri kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-dejta li għandha tinżamm. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' temenda linji gwida li jiddefinixxu l-metodu u l-arranġamenti għaż-żamma tar-reġistri kif ukoll il-forma u l-kontenut tad-dejta li għandha tinżamm. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġjawha, għandhom jiġu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa.

Emenda  35

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fid-derivattivi tal-gass ta' impriżi ta' forniment ma' klijenti bl-ingrossa u ma operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni kif ukoll operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG, dan l-Artikolu japplika biss biss ladarba l-Kummissjoni tkun adottat il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4.

5. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fid-derivattivi tal-gass ta' impriżi ta' forniment ma' klijenti bl-ingrossa u ma' operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni kif ukoll operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG, dan l-Artikolu japplika biss ladarba l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4 jkunu ġew adottati.

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għandha tiżgura li l-linji gwida jkunu adottati mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura ordinarja. It-trasferiment ta’ kompetenzi lill-Kummissjoni għandu jibqa’ ristrett għal xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa.

Emenda  36

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni prattika u formali ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri individwali.

PROĊEDURA

Titolu

Is-suq intern tal-gass naturali

Referenzi

COM(2007)0529 – C6-0317/2007 – 2007/0196(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.10.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Bernhard Rapkay

23.10.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

29.1.2008

26.2.2008

1.4.2008

 

Data ta' l-adozzjoni

21.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

5

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Christian Ehler, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Christoph Konrad, Guntars Krasts, John Purvis, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Ján Hudacký, Alain Lipietz, Bilyana Ilieva Raeva, Gilles Savary

OPINJONI TAL- KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (9.4.2008)

għall- Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2003/55/KE rigward regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali
(COM(2007)0529 – C6‑0317/2007 – 2007/0196(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Toine Manders

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din id-Direttiva proposta qiegħda temenda d-Direttiva 2003/55 u “tikkonċerna r-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali”. Tagħmel parti mill-“pakkett dwar l-enerġija” (“Is-suq ta’ l-UE ta’ l-Enerġija Elettrika u tal-Gass: it-tielet pakkett leġiżlattiv) li l-Kummissjoni pproponiet f’Settembru 2007. Ir-rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħames proposti fil-pakkett u f’termini ġenerali jappoġġjah, għaliex dan huwa importanti ħafna għall-kisba ta’ suq intern veru ta’ l-enerġija għall-Ewropa. Il-miri tal-proposti huma li tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista u li l-prezzijiet jinżammu trasparenti u relatati mas-swieq kompetittivi għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej kollha. Fi kliem ieħor l-iskop huwa li l-proċess ta’ liberalizzazzjoni li għaddej fl-Ewropa jkun appoġġjat u żviluppat aktar, li r-rapporteur jappoġġja bis-sħiħ.

Għalkemm ir-Rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta, huwa ta’ l-opinjoni li hemm spazju għal aktar titjib, b’mod partikolari dwar il-kwistjonijiet li jiffokaw fuq il-ħarsien tal-konsumatur, u għalhekk jipproponi emendi skond il-linji li ġejjin:

· Aċċess faċli għall-enerġija li jifilħu jħallsu għaliha l-konsumaturi Ewropej għandu prijorità għolja għar-rapporteur u għall-Kumitat ta' l-IMCO. Miżuri għall-ħarsien tal-konsumaturi fis-settur tal-gass huma għalhekk importanti ħafna, huwa importanti b’mod speċjali li jkun żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jbiddlu l-fornitur faċilment u mingħajr ebda spejjeż żejda, u li jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni dwar il-konsum tagħhom eċċ. Barra dan ir-Rapporteur jappoġġja r-rekwiżiti ta’ l-2006 (fid-Direttiva 2006/32/KE dwar l-effiċjenza ta’ l-użu aħħari ta’ l-enerġija u s-servizzi ta’ l-enerġija) u jappella lill-Istati Membri li jimplimentaw sistema ta’ “smart metering” (metragg li juri l-konsum matul ħinijiet differenti tal-ġurnata bid-diversi rati ta’ ħlas applikabbli), u li jiżguraw li l-ħlas preliminari tal-konsumaturi jkun wieħed xieraq u li jirrifletti l-konsum attwali tagħhom tal-gass.

· Biex jiġi żgurat l-infurzar tal-miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur fl-Anness A, l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali jridu jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar effettiv ta’ dawn il-miżuri. Barra dan l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom jimmonitorjawh u japplikaw sanzjonijiet xierqa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti. Il-kwalità tas-servizz għandha tkun objettiv ċentrali għall-impriżi tal-gass.

· Il-proposta tal-Kummissjoni tagħti indipendanza sħiħa lill-awtorità regolatorja. Skond il-biċċa l-kbira tas-sistemi ġuridiċi fl-Unjoni Ewropea, il-qorti tkun tista’ tiċċekkja biss jekk ir-regolatur ikunx segwa l-proċess ġust li wassal għal deċiżjoni (kontroll marġinali), iżda ma tkunx tista’ tagħti verdett dwar is-sustanza tad-deċiżjoni. Ir-rapporteur jibża’ li dan il-fatt jagħti “carte blanche” lill-awtorità regolatorja. Dan huwa kontra l-prinċipji ġenerali ta’ kontroll u bilanċ.

· Ir-Rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li s-sigurtà tal-forniment tista’ titwettaq l-aħjar għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej billi tiġi evitata l-konċentrazzjoni tas-suq u billi jiġi żgurat it-twaqqif ta’ suq effettiv għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ l-enerġija. Jeżistu differenzi strutturali bejn is-setturi tal-gass u ta’ l-enerġija elettrika. Fis-settur tal gass hemm konċentrazzjoni ta’ fornituri u kuntratti fit-tul bħala sostenn għall-kunsinni, u hemm nuqqas ta’ likwidità fil-proċess ta' wara l-produzzjoni. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm sistema ġdida ta’ kummerċjalizzar u li l-obbligi kummerċjali jsiru obbligatorji.

· Ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ id-dikjarazzjoni fir-Riżoluzzjoni dwar il-Prospetti għas-suq intern tal-gass u ta’ l-enerġija elettrika adottata mill-Parlament fl-10 ta’ Lulju 2007, li s-separazzjoni ta’ l-attività tat-trażmissjoni hija l-għodda l-aktar importanti għall-promozzjoni ta’ l-investimenti fl-infrastrutturi b’mod mhux diskriminatorju.

· Huwa l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jiżguraw implimentazzjoni adattata u infurzar xieraq ta’ din id-direttiva kif ukoll l-implimentazzjoni tat-tieni pakkett dwar l-enerġija. Ir-rapporteur iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tapplika sanzjonijiet kontra l-Istati Membri li għadhom ma implimentawx it-tieni pakkett dwar l-Enerġija.

· Barra dan, ir-Rapporteur jappoġġja l-ftehimiet reġjonali biex jiżgura integrazzjoni akbar tal-linji tal-pajpijiet tal-gass fl-Ewropa. Għandha tkun aktar faċli li dawn ikunu mgħoddija minn rotta oħra biex ikun hemm suq intern effiċjenti li verament jiffunzjona. L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jimmonitorjaw il-koperazzjoni tal-ftehimiet reġjonali u jiżguraw livell minimu ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri ġirien.

· Konformi ma’ dan għandu jkun hemm ukoll aktar trasparenza u regoli aktar stretti rigward it-trażmissjoni, il-ħżin u/jew il-faċilitajiet ta’ l-LNG, biex ikun eħfef għal dħul ġdid fis-suq tal-gass.

Fl-aħħarnett ir-Rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni rigward il-klawsola ta’ eżenzjoni għal infrastruttura ġdida (Artikolu 22), iżda l-Artikolu 22 għandu jimplika wkoll għal interkonnetturi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi mill-Parlament

Emenda 1

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Istati Membri għandhom jippromwovu koperazzjoni fuq livell reġjonali, u jimmonitorjaw l-effikaċja tan-netwerk fuq dak il-livell. Bosta Stati Membri diġà ressqu proposta li tippermetti li jintlaħaq dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

Il-promozzjoni tal-koperazzjoni fuq livell reġjonali mill-Istati Membri u l-obbligu li jimmonitorjaw l-effikaċja tan-netwerk huma importanti ħafna sabiex ikunu żgurati s-suq u l-koperazzjoni transkonfinali interni fil-prattika.

Emenda  2

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 8 a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tar-rekwiżiti għas-separazzjoni tas-sjieda, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-proċess tas-separazzjoni fl-Istati Membri u tirrapporta dwaru lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tieħu passi f’każ ta’ Stati Membri li jkunu naqsu li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam ta’ l-enerġija meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tat-tieni pakkett ta’ l-enerġija wera li l-Kummissjoni għandha timmonitorja aktar mill-qrib il-proċess ta’ traspożizzjoni u d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva mill-Istati Membri

Emenda  3

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-Istati Membri għandhom jippromwovu koperazzjoni reġjonali, bil-possibilità li jaħtru koordinatur reġjonali li jkun responsabbli mill-iffaċilitar tad-djalogu bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha. Apparti dan, l-impjanti ta' l-enerġija l-ġodda għandhom jitqabbdu man-netwerk ta' distribuzzjoni meta jsir il-waqt u b'mod effettiv.

Ġustifikazzjoni

It-tielet “Pakkett ta’ l-enerġija” huwa importanti ħafna sabiex ikunu ffinalizzati l-proċessi Ewropej ta’ liberalizzazzjoni għaddejjin bħalissa fis-setturi ta’ l-enerġija u tal-gass u, għaldaqstant, ikun żgurat suq intern ġenwin, trasparenti u miftuħ.

Emenda  4

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni xierqa tal-pakkett ta’ l-enerġija, il-Kummissjoni għandha tgħin lil dawk l-Istati Membri li jaffrontaw problemi f’dan il-qasam.

Ġustifikazzjoni

F’xi Stati Membri, l-effetti tat-tieni pakkett ta’ l-enerġija għadhom evidenti; it-tieni pakkett għadu ma ġiex implimentat jew infurzat kif suppost minħabba ċerti speċifiċitajiet nazzjonali.

Emenda  5

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-ħarsien tal-provvista ta' l-enerġija hija element essenzjali tas-sigurtà pubblika u għalhekk huwa konness b'mod inerenti mal-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-gass ta' l-UE. L-użu tan-netwerk huwa essenzjali biex il-gass jasal għand iċ-ċittadini ta' l-UE. Swieq tal-gass li jaħdmu, u b'mod partikolari n-netwerks u l-assi l-oħra assoċjati mal-provvista tal-gass, huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività ta' l-ekonomija u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Komunità. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Komunità tqis li s-settur tas-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass huwa ta' importanza għolja għall-Komunità u għalhekk huma meħtieġa miżuri ta' ħarsien addizzjonali fir-rigwar dta' l-influwenza ta' pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kwalunkwe theddid lill-ordni pubblika tal-Komunità u s-sigurtà pubblika u l-benessri taċ-ċittadini tal-Komunità. Miżuri bħal dawn huma wkoll meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar is-separazzjoni effettiva.

(14) Il-ħarsien tal-provvista ta' l-enerġija hija element essenzjali tas-sigurtà pubblika u għalhekk huwa konness b'mod inerenti mal-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-gass ta' l-UE. L-użu tan-netwerk huwa essenzjali biex il-gass jasal għand iċ-ċittadini ta' l-UE. Swieq tal-gass operattivi u miftuħa, b'possibilitajiet ġenwini ta' negozju,u b'mod partikolari n-netwerks u l-assi l-oħra assoċjati mal-provvista tal-gass, huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività ta' l-ekonomija u għall-benesseri taċ-ċittadini tal-Komunità. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Komunità tqis li s-settur tas-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass huwa ta' importanza kbira għall-Komunità u għalhekk huma meħtieġa miżuri ta' ħarsien addizzjonali fir-rigward ta' l-influwenza ta' pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kwalunkwe theddid lill-ordni pubblika tal-Komunità u s-sigurtà pubblika u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Komunità. Miżuri bħal dawn huma wkoll meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar is-separazzjoni effettiva.

Emenda  6

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-indipendenza ta' operaturi tas-sistemi tal-ħżin sabiex jittejjeb l-aċċess ta' partijiet terzi għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvista ta' aċċess effiċjenti għas-sistema tal-forniment għall-klijenti. Għaldaqstant, jixraq li l-faċilitajiet tal-ħżin jitħaddmu permezz ta’ entitajiet legalment separati li jkollhom drittijiet effettivi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ assi meħtieġa għaż-żamma, l-operat kif ukoll l-iżvilupp ta’ faċilitajiet tal-ħżin. Jeħtieġ ukoll li tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-kapaċità ta’ ħżin li tiġi offruta lil partijiet terzi, billi l-Istati Membri jiġu obbligati li jiddefinixxu qafas pubbliku ċar u mhux diskriminatorju, li jiddetermina r-reġim regolatorju xieraq applikabbli għal faċilità ta’ ħżin.

(15) Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-indipendenza ta' operaturi tas-sistemi tal-ħżin sabiex jittejjeb l-aċċess ta' partijiet terzi għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvista ta' aċċess effiċjenti għas-sistema tal-forniment għall-klijenti. Għaldaqstant, jixraq li l-faċilitajiet tal-ħżin jitħaddmu permezz ta’ entitajiet legalment separati li jkollhom drittijiet effettivi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ assi meħtieġa għaż-żamma, l-operat kif ukoll l-iżvilupp ta’ faċilitajiet tal-ħżin. Jeħtieġ ukoll li tiżdied it-trasparenza effettiva fir-rigward tal-kapaċità ta’ ħżin li tiġi offruta lil partijiet terzi, billi l-Istati Membri jkunu obbligati li jiddefinixxu qafas pubbliku ċar u mhux diskriminatorju, li jiddetermina r-reġim regolatorju xieraq applikabbli għal faċilitajiet ta' ħażna.

Emenda  7

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk tad-distribuzzjoni jiddetermina aċċess minn fuq għal isfel għall-klijenti fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-ambitu għad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-aċċess minn partijiet terzi u l-investiment madankollu huwa inqas sinifikanti fuq il-livell ta' distribuzzjoni milli fil-livell ta' trażmissjoni, għaliex fil-livell ta' distribuzzjoni il-konġestjoni u l-influwenza ta' l-interessi tal-produzzjoni ġeneralment huma inqas importanti milli fil-livell tat-trażmissjoni. Barra minn hekk, is-separazzjoni funzjonali ta' l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, skond id-Direttiva 2003/55/KE, saru obbligatorj biss mill-1 ta' Lulju 2007, u l-effetti tagħha fuq is-suq intern għad iridu jiġu evalwati. Ir-regoli dwar is-separazzjoni legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ għalhekk jistgħu jwasslu għal separazzjoni effettiva sakemm dawn jiġu definiti b’mod aktar ċar, implimentati sewwa u sorveljati mill-qrib. Sabiex jinħoloq ambjent ekwu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-attivitajiet ta' l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiġu sorveljati sabiex jinżammu milli japprofittaw ruħhom mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompettitiva tagħhom fis-suq, b’mod partikolari fir-relazzjoni tagħhom mal-klijenti żgħar domestiċi kif ukoll mhux domestiċi.

(16) L-aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk tad-distribuzzjoni jiddetermina aċċess wara l-produzzjoni għall-klijenti fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-ambitu għad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-aċċess minn partijiet terzi u l-investiment madankollu huwa inqas sinifikanti fuq il-livell ta' distribuzzjoni milli fil-livell ta' trażmissjoni, għaliex fil-livell ta' distribuzzjoni il-konġestjoni u l-influwenza ta' l-interessi tal-produzzjoni ġeneralment huma inqas importanti milli fil-livell tat-trażmissjoni. Barra minn hekk, is-separazzjoni funzjonali ta' l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, skond id-Direttiva 2003/55/KE, saru obbligatorji biss mill-1 ta' Lulju 2007, u l-effetti tagħha fuq is-suq intern għad iridu jiġu evalwati. Ir-regoli dwar is-separazzjoni legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ għalhekk jistgħu jwasslu għal separazzjoni effettiva sakemm dawn jiġu definiti b’mod aktar ċar, implimentati sewwa u sorveljati mill-qrib. Sabiex jinħoloq ambjent ekwu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u suq ġenwin , l-attivitajiet ta' l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiġu sorveljati sabiex jinżammu milli japprofittaw ruħhom mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompettitiva tagħhom fis-suq, b’mod partikolari fir-relazzjoni tagħhom mal-klijenti żgħar kemm domestiċi kif ukoll le.

Emenda  8

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Ir-riġiditajiet strutturali tas-suq tal-gass ikkawżati mill-konċentrazzjoni tal-fornituri, mill-kuntratti fit-tul bħala sostenn għall-kunsinni u min-nuqqas ta’ likwidità wara l-produzzjoni joħolqu struttura mhux ċara tal-prezzijiet. Sabiex ikun hemm ċarezza fl-istruttura ta’ l-ispiża, hija meħtieġa aktar trasparenza fil-formazzjoni tal-prezzijiet, u għalhekk obbligu kummerċjali għandu jkun obbligatorju.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq għall-kumpaniji tal-gass ġodda u għal dawk iżgħar kif ukoll biex tinħoloq aktar trasparenza rigward is-suq u l-prezzijiet tal-gass.

Emenda  9

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 21 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Il-konsumaturi għandhom ikunu fil-qalba ta’ din id-Direttiva. Drittijiet eżistenti għall-konsumaturi jeħtieġ li jiġu msaħħa u jiġu garantiti, u għandhom jinkludu trasparenza u rappreżentazzjoni ikbar. Il-ħarsien tal-konsumaturi jfisser li l-konsumaturi kollha għandhom jibbenefikaw minn suq kompetittiv. Id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu infurzati mill-awtoritajiet regulatorji nazzjonali billi jinħolqu inċentivi u jiġu imposti sanzjonijiet fuq kumpaniji li ma jikkonformawx mal-ħarsien tal-konsumaturi u mar-regoli tal-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom jingħataw is-setgħa, u għandhom jingħataw importanza ċentrali fil-politika ta’ l-UE dwar l-enerġija.

Emenda  10

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 21 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21c) Il-ħarsien tal-konsumaturi jiddependi mid-disponibilità ta’ mezzi effettivi ta’ kumpens disponibbli għal kulħadd. L-Istati Membri għandhom jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi ta’ arbitraġġ, inklużi proċeduri extra ġudizzjarji u mekkaniżmu ta’ kumpens kollettiv.

Ġustifikazzjoni

Mezzi effettivi ta’ kumpens huma essenzjali sabiex tkun żgurata protezzjoni xierqa tal-konsumatur. Dawn il-miżuri, li għandhom ikunu ta’ natura li torbot b’mod legali, għandhom ikunu inklużi wkoll fost l-elementi kostitwenti tal-Karta dwar id-Drittijiet ta’ Konsumaturi ta’ l-Enerġija li qiegħda titfassal bħalissa, li idealment għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  11

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għall-kunsinna tas-servizz u għall-immaniġġjar ta’ l-ilmenti mill-fornitur tas-servizz tal-gass tagħhom bi qbil ma’ l-istandards internazzjonali ISO 10001, ISO 10002, u ISO 10003, u l-konformità mal-linji gwida stabbiliti għandha tkun issorveljata mir-regolatur nazzjonali. Standards ISO addizzjonali li jiġu żviluppati f’dan il-qasam għandhom jiżdiedu wkoll ma’ l-istandards meħtieġa. Din id-Direttiva għandha tadotta standards u prattika mill-proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2004/0251 (COD)).

Ġustifikazzjoni

L-istandard ISO 10001 jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-klijent permezz ta’ l-istabbiliment ta’ linji gwida għal kodiċijiet ta’ kondotta. L-istandard ISO 10002 jipprovdi linji gwida għall-immaniġġjar ta’ l-ilmenti. L-istandard ISO 10003 jipprovdi linji gwida għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, esterna għall-organizzazzjonijiet. L-iżvilupp ta’ standard ISO ġdid, li se jkun nominat ISO 10004, dwar l-immonitorjar u l-kejl tas-sodisfazzjon tal-klijent bħalissa qiegħed jitqiegħed fis-seħħ, u dan għandu jiżdied ma’ l-istandards meħtieġa meta jintemm, permezz tal-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Emenda  12

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni. Aspett prinċipali fil-forniment lill-klijent huwa l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum, u l-konsumaturi jrid jkollhom aċċess għad-dejta tagħhom sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri biex jagħmlu offerta bbażata fuq din id-dejta. Il-konsumaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum ta’ l-enerġija tagħhom. Tagħrif dwar l-ispejjeż fl-enerġija li jingħata b’mod regolari joħloq inċentivi għat-tfaddil fl-enerġija għaliex jagħti lura lill-klijenti informazzjoni diretta dwar l-effetti ta’ l-investiment fl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u fil-bidla fl-imġiba.

(23) Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards minimi komuni li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u minn prezzijiet aktar ġusti. Aspett prinċipali fil-forniment lill-klijenti huwa l-aċċess għad-dejta objettiva u trasparenti dwar il-konsum, u l-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għad-dejta tal-konsum tagħhom, il-prezzijiet assoċjati u l-ispejjeż tas-servizz sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri biex iressqu offerta bbażata fuq din id-dejta. Il-konsumaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum ta’ l-enerġija tagħhom u l-ħlasijiet bil-quddiem għandhom ikunu xierqa u jirriflettu l-konsum reali tagħhom tal-gass naturali. Tagħrif ipprovdut lill-konsumaturi mill-inqas kull tliet xhur dwar l-ispejjeż ta' l-enerġija joħloq inċentivi għall-iffrankar ta’ l-enerġija għaliex jagħti lura lill-klijenti informazzjoni diretta dwar l-effetti ta’ l-investiment fl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ kompetizzjoni libera u trasparenti, l-aċċess għal firxa ta’ dejta jippermetti lill-konsumaturi li jagħmlu għażla edukata b’rabta mal-fornitur ta’ l-elettriku tagħhom. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom iħallsu biss għall-ammont ta’ enerġija li fir-realtà jużaw kull xahar.

Emenda  13

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-provvista xierqa ta’ miters individwali (smart metering), kif previst fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-effiċjenza ta' l-użu finali ta’ l-enerġija u s-servizzi ta’ l-enerġija, sabiex tingħata lill-konsumaturi informazzjoni eżatta dwar il-konsum ta’ l-enerġija u sabiex tkun żgurata l-effiċjenza ta' l-użu finali.

 

__________

1 ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

Ġustifikazzjoni

Smart meters (miters li juru l-konsum matul ħinijiet differenti tal-ġurnata bid-diversi rati ta’ ħlas applikabbli) jagħtu lill-konsumaturi tagħrif aħjar dwar il-konsum tal-gass attwali tagħhom u għalhekk jikkontribwixxu għal aktar użu bil-ħsieb tal-gass.

Emenda  14

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 23 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f’konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta’ l-Enerġija. Din il-Karta għandha tipprovdi referenza għal miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, mir-regolaturi nazzjonali, mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, id-drittijiet stabbiliti mill-Karta, fejn applikabbli, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bħala rekwiżiti supplimentari skond l-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE, permezz tal-proċedura regolatorja bi skrutinju. Għandu jkun possibbli li tintbagħat kopja tal-Karta lill-konsumaturi kollha li jkunu se jiffirmaw kuntratti ġodda.

Ġustifikazzjoni

La darba tiġi stabbilita, il-Karta dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta’ l-Enerġija għandha titqies bħala lista komprensiva ta’ drittijiet tal-konsumaturi fis-settur ta’ l-enerġija, u, għaldaqstant, għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej kollha meta dawn jirregolaw lill-fornituri tas-servizz ta’ l-enerġija. B’mod partikolari, id-drittijiet kollha, fejn applikabbli, stabbiliti mill-Karta barra dawk diġà eżistenti fl-Anness A ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżdiedu mad-Direttiva u jingħataw saħħa legali sħiħa.

Emenda  15

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 23 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Djalogu regolari bejn l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ta’ l-enerġija u l-partijiet l-oħra kollha interessati (l-imsieħba soċjali, ir-regolaturi ta’ l-enerġija, ir-rappreżentanti tal-gvern, eċċ.) dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mad-drittijiet tal-konsumaturi ta’ l-enerġija għandu jkun imħeġġeġ sabiex ikun żgurat li jsir kulma hu possibbli biex jinkiseb livell għoli ta’ drittijiet għall-konsumaturi ta’ l-enerġija. Barra minn hekk, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u awtoritajiet responsabbli mill-ħarsien tal-konsumatur għandhom jikkoperaw sabiex jiċċekkjaw l-eżattezza tat-tagħrif ipprovdut mill-fornituri tal-gass.

Ġustifikazzjoni

Soċjetà ċivili iktar b’saħħitha tipprovdi protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-konsumatur. Huwa obbligatorju li jkun imħeġġeġ l-iżvilupp tagħha fl-Istati Membri kollha.

Emenda  16

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Għal kontribuzzjoni lejn is-sigurtà tal-provvista filwaqt li jinżamm spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, notevolment fil-każ ta’ kriżi ta’ provvista ta' l-enerġija, huwa importanti li jkun hemm qafas għal ftehimiet reġjonali ta’ solidarjetà.

(24) Għal kontribuzzjoni lejn is-sigurtà tal-provvista filwaqt li jinżamm spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, primarjament fil-każ ta’ kriżi ta’ provvista ta' l-enerġija, huwa importanti li jkun hemm qafas trasparenti u effettiv għal koperazzjoni reġjonali ta’ solidarjetà.

Ġustifikazzjoni

Il-koperazzjoni reġjonali ta’ solidarjetà għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku – it-trasparenza għandha tippermetti skrutinju pubbliku usa’. Provvista effettiva ta’ soluzzjonijiet għal kriżi eventwali ta’ provvista ta’ l-enerġija hija essenzjali għall-ġid taċ-ċittadini ta’ l-UE.

Emenda  17

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Fid-dawl tal-ħolqien ta’ suq intern tal-gass, l-Istati Membri għandhom iġibu 'l quddiem l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerks fil-livell Ewropew kif ukoll reġjonali.

(25) Fid-dawl tal-ħolqien ta’ suq intern tal-gass, l-Istati Membri għandhom jiżguraw u jissorveljaw l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-koperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerks fil-livell Ewropew kif ukoll reġjonali

Emenda  18

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli komuni għat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-fornitura u l-ħażna tal-gass naturali, flimkien ma’ dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur. Għal dan il-għan, tistabbilixxi r-regoli li jirrelataw għall-organizzazzjoni u l-iffunzjonar tas-settur tal-gass naturali, l-aċċess għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri li japplikaw għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, il-fornitura u l-ħażna tal-gass naturali kif ukoll l-operazzjoni tas-sistemi.

Emenda  19

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"36a. "in-nuqqas ta' enerġija" tfisser sitwazzjoni li fiha konsumatur residenzjali ma jkunx jaffordja li jsaħħan daru għal livell aċċettabbli. L-Istati Membri għandhom jevalwaw dan il-livell f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Din is-sitwazzjoni se tkun evalwata wkoll fid-dawl ta' l-ambitu għall-konsumaturi li jakkwistaw servizzi ta' l-enerġija oħra għal djarhom bi prezz raġonevoli."

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta’ enerġija qiegħed jiżdied fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea; Għaldaqstant, neħtieġu definizzjoni ċara u uffiċjali tan-nuqqas ta’ enerġija fuq livell ta’ l-UE sabiex niżguraw standards armonizzati ta’ provvista u protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri kollha.

Emenda  20

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 –punt 1 – punt b b

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 2 – punt 36 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"36b. "prezz li wieħed jista' jaffordja" tfisser prezz definit mill-Istati Membri f'konsultazzjoni mar-regolaturi nazzjonali, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati l-oħra, meta jitqies in-nuqqas ta' enerġija;"

Ġustifikazzjoni

‘Prezz li wieħed jista’ jaffordja’ għandu jkun stabbilit fl-Istati Membri kollha sabiex tkun żgurata l-protezzjoni ta’ konsumaturi vulnerabbli.

Emenda  21

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-Artikolu 3(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Wara li kkunsidra bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li joperaw fis-settur tal-gass, fl-interess ekonomiku ġenerali, obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku, li jistgħu jirrelataw għas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-forniment, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti, u l-protezzjoni ta’ l-ambjent, li jinkludi l-effiċjenza ta’ l-enerġija, il-miri tal-Komunità għall-użu ta’ l-enerġija rinovabbli u l-ħarsien tal-klima. Dawn l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu identifikati b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorju, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza ta’ l-aċċess għall-kumpaniji tal-gass ta’ l-UE lill-konsumaturi nazzjonali. Rigward is-sigurtà tal-forniment, l-amministrazzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija/perspettiva tat-talbiet u għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ l-ambjent, imsemmija f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta’ ppjanar fit-tul, meta titqies il-possibiltà li terzi persuni jitolbu aċċess għas-sistema."

Emenda  22

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) L-Artikolu 3(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-konsumaturi domestiċi u l-intrapriżi ż-żgħar kollha jgawdu mill-benefiċċju ta' servizz universali, b'mod partikulari d-dritt li jkunu forniti b'gass ta' kwalità speċifikata, bi prezzijiet u tariffi aċċessibbli, ċari u faċilment komparabbli, kif ukoll trasparenti u ma mhux diskriminatorji, inklużi prezzijiet u tariffi aġġustati skond il-mekkaniżmi ta' indiċizzazzjoni relattivi. Dawn il-miżuri għanhom ikunu bbażati fuq il-konsum rerali ta' l-enerġija u d-dritt ta' għażla, korrettezza, rappreżentazzjoni u appell. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji tal-gass jiżguraw il-kwalità tas-servizz.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iħarsu l-klijenti finali u jaċċertaw livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u għandhom, b’mod partikolari, jaċċertaw illi hemm salvagwardji xierqa għall-ħarsien ta' klijenti vulnerabbli, inklużi miżuri xierqa biex jgħinuhom jevitaw li tinqatgħalhom il-provvista. F’dan il-kuntest jistgħu jieħdu l-passi xierqa biex iħarsu l-klijenti f’żoni remoti li huma mqabbda mas-sistema tal-gass. L-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur ta’ l-aħħar riżort għall-klijenti mqabbdin man-netwerks tal-gass. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu ħlasijiet diskriminatorji fuq ċerti metodi ta’ ħlas, b’mod partikolari għall-konsumaturi li jħallsu permezz ta’ miter ta’ ħlas bil-quddiem. Għandhom jaċċertaw livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari rigward trasparenza dwar it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-appalti, l-informazzjoni ġenerali u l-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-klijent eliġibbli effettivament jista’ jaqleb għal fornitur ġdid. Rigward klijenti domestiċi, il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu għandhom jinkludu ta' l-inqas l-istabbiliment ta’ dawk id-drittijiet stabbiliti fl-Anness A. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-pożizzjoni tas-suq ta’ konsumaturi domestiċi billi jippermettu u jippromwovu l-possibiltajiet ta’ aggregazzjoni volontarja ta’ rappreżentazzjoni għal din il-kategorija ta’ konsumaturi."

Ġustifikazzjoni

Konsumaturi vulnerabbli u li għandhom dħul baxx x’aktarx li iktar ikunu sfurzati jħallsu l-ħlasijiet ta’ l-enerġija tagħhom permezz ta’ miter ta’ ħlas bil-quddiem.

Fihom infushom, ħlasijiet diskriminatorji ogħla għal metodi ta’ ħlas bħal dawn ifissru li konsumaturi foqra ta’ sikwit iħallsu iktar minn konsumaturi li huma iktar stabbli finanzjarjament, kemm f’termini assoluti kif ukoll skond il-proporzjon tad-dħul.

Għamliet ta’ azzjoni kollettiva, bħas-sistema ta’ ‘ilment eċċezzjonali’ adottata għall-konsumaturi tar-Renju Unit, jistgħu jipprovdu mezz effettiv għall-konsumaturi sabiex jaġixxu għall-fini taż-żamma tad-drittijiet tagħhom stess.

Emenda  23

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3a. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari rigward trasparenza dwar it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-appalti, l-informazzjoni ġenerali u l-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijent eliġibbli jkun jista' jaqleb faċilment u effettivament f’perjodu mhux itwal minn xahar għal fornitur ġdid mingħajr ħlas. Għall-konsumaturi domestiċi, miżuri f'dan ir-rigward għandhom jinkludu l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumaturi stabbiliti fl-Anness A."

(Din l-emenda hija kważi bbażata b’mod sħiħ fuq it-tieni parti ta’ l-Artikolu 3 eżistenti, il-paragrafu 3 tad-Direttiva 2003/55/KE)

Ġustifikazzjoni

Huwa obbligatorju li l-klijenti jkollhom l-għażla li jbiddlu l-fornituri mingħajr ebda ħlas, u dan jippermetti wkoll li jkun hemm suq iktar kompetittiv.

Emenda  24

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d) fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll it-trasparenza u l-previżjoni tal-prezzijiet ippubblikati, tat-tariffi (u tal-parametri għall-kalkolu tat-tariffi), u ta’ kull mekkaniżmu ta’ indiċizzazzjoni u tal-kondizzjonijiet mehmuża permezz ta’ metodi ta’ kalkolu komprensibbli u faċilment aċċessibbli jew permezz ta’ kull għamla ta’ komunikazzjoni oħra notifikata u ssorveljata jew approvata minn regolatur nazzjonali indipendenti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati mir-regolatur nazzjonali indipendenti lill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija."

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza fit-tariffi tal-gass hija meħtieġa sabiex ikunu żgurati l-protezzjoni tal-konsumatur u li m’hu qiegħed isir ebda ħlas żejjed.

Hija r-responsabilità ta’ l-Istati Membri li jiżguraw li t-tariffi jew il-bidliet fit-tariffi kollha jiġu kkomunikati lill-konsumaturi.

Emenda  25

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 e (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e) fl-Artikolu 3, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

 

"3c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ta’ l-enerġija jirċievu fatturi ta’ l-enerġija trasparenti u faċilment komprensibbli bbażati fuq il-konsum reali ta’ l-enerġija. Il-fatturi ta’ l-enerġija għandhom jintbagħtu fi żmien opportun u b’mod frekwenti sabiex jipprovdu tagħrif preċiż u komprensibbli. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw fatturi standard b'tagħrif standardizzat li għandu jintuża mill-fornituri kollha sabiex tiżdied it-trasparenza tagħhom u jkun jista’ jsir tqabbil. Il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati fuq bażi regolari u mill-inqas darba fix-xahar, dwar il-konsum tagħhom ta’ l-enerġija. Tagħrif dwar id-drittijiet tal-konsumaturi għandu jkun disponibbli fuq il-websajts tal-kumpaniji tal-gass jew tar-regolaturi nazzjonali indipendenti."

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata protezzjoni aħjar tal-konsumatur, il-konsum ta’ l-enerġija għandu jkun ibbażat fuq il-konsum reali ta’ l-enerġija u jkun disponibbli għall-konsumatur kull xahar. Dan jippermetti lill-konsumaturi li jkollhom idea aktar ċara tal-konsum reali tal-gass tagħhom u, għaldaqstant, jikkontribwixxi għal użu b’attenzjoni akbar tal-gass.

Emenda  26

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 f (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3 d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1f) fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3d. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jew l-operaturi tan-netwerk jinstallaw servizz ta’ għajnuna bit-telefown faċilment aċċessibbli biex jieħdu ħsieb problemi ta' kollegament u kwistjonijiet oħra marbuta mal-kwalità tas-servizz, kif ukoll punt ta' riferiment għal kull talba ta' tagħrif minn kwalunkwe konsumatur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri u l-operaturi tan-netwerk jimplimentaw punt ta’ riferiment komuni għall-ilmenti tal-konsumatur."

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri jew l-operaturi tan-netwerk għandhom ikunu responsabbli milli joħolqu servizz ta’ għajnuna bit-telefown u uffiċċji ta’ għajnuna sabiex jipprovdu lill-konsumaturi kemm bl-aktar ammont ta’ tagħrif possibbli kif ukoll bi kwalunkwe għajnuna oħra. Punt ta’ riferiment fiżiku wieħed huwa ta’ importanza kbira għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

Emenda  27

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 g (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3 e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1g) fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3e. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iffinanzjar u l-iżvilupp tal-provvista lil konsumaturi individwali ta' l-ismart miters, li jirriflettu b’mod preċiż il-konsum reali ta’ l-enerġija u l-ħin ta’ l-użu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-provvista xierqa ta' miters ta' dan it-tip sabiex il-konsumaturi jingħataw tagħrif ċar dwar il-konsum ta' l-enerġija u biex tkun żgurata l-effiċjenza għall-utent aħħari, f'konformità mal-punt (i) ta' l-Anness A."

Ġustifikazzjoni

L-ismart miters jagħtu lill-konsumaturi idea iktar preċiża tal-konsum reali tal-gass tagħhom, u, għaldaqstant, jgħinu fil-ksib ta’ effiċjenza ikbar fl-użu aħħari.

Emenda  28

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1a. Għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista, ir-reċiproċità bejn l-aċċess għal attivitajiet tas-suq ta’ qabel il-produzzjoni f’pajjiżi terzi u l-attivitajiet ta’ wara l-produzzjoni fl-UE għandha tkun żgurata permezz ta' miżuri adegwati."

Emenda 29

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 5a, paragrafu 3 (Direttiva 2003/55/KE)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata dwar din il-koperazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata dwar din il-koperazzjoni, tissorveljaha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew.

Emenda  30

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 5a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida għall-kooperazzjoni reġjonali ta' solidarjetà. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

4. Il-Kummissjoni għandha sa ...*,tadotta miżuri għal koperazzjoni reġjonali ta' solidarjetà. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

___________

* Sena mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li temenda.

Emenda  31

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/55/KE

Article 5b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom. Iż-żona ġeografika koperta mill-kooperazzjoni reġjonali għandha tikkonforma mad-definizzjoni ta' żoni ġeografiċi mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2h(3) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005."

1. L-awtoritajiet u r-regolaturi ta' l-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom bil-għan li jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell reġjonali. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw il-koperazzjoni ta’ l-operaturi tan-netwerk fil-livell reġjonali, u jrawmu l-konverġenza u l-konsistenza tal-qafas legali u regolatorju tagħhom.

 

2. Meta l-koperazzjoni bejn bosta Stati Membri fuq livell reġjonali taffronta diffikultajiet sinifikanti, wara t-talba konġunta ta’ dawn l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ taħtar, bi qbil ma’ l-Istati Membri kollha konċernati, koordinatur reġjonali.

 

3. Il-koordinatur reġjonali għandu jippromwovi fuq livell reġjonali l-koperazzjoni ta’ l-awtoritajiet regolatorji u ta’ kwalunkwe awtorità pubblika kompetenti oħra, ta’ l-operaturi tan-netwerk, ta’ l-iskambji ta’ l-enerġija, ta’ dawk li jużaw in-netwerk ta' distribuzzjoni u tal-parteċipanti tas-suq. B'mod partikolari, hu għandu:

 

(a) jippromwovi investimenti effiċjenti fl-interkonnessjonijiet. Għal dan il-għan, għandu jgħin lit-TSOs (Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni) fl-elaborazzjoni tal-pjan ta’ interkonnessjoni reġjonali tagħhom u sabiex jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ investimenti tagħhom u, fejn xieraq, tal-proċedura tagħhom għat-tfigħ ta’ l-offerti;

 

(b) jippromwovi l-użu effiċjenti u sikur tan-netwerks. Għal dan il-għan, huwa għandu jikkontribbwixxi għall-koordinazzjoni bejn it-TSOs, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u kull awtorità kompetenti nazzjonali pubblika fl-elaborazzjoni ta' allokazzjoni u mekkaniżmi ta' salvagwardja komuni;

 

(c) iressaq rapport kull sena lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress miksub fir-reġjun u dwar kwalunkwe diffikultà jew xkiel li jistgħu jfixklu l-progress.

Ġustifikazzjoni

Koordinaturi reġjonali jista’ jkollhom irwol importanti fl-iffaċilitar tad-djalogu bejn l-Istati Membri, l-iktar fir-rigward ta’ investimenti transkonfinali.

Emenda  32

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 8 - paragrafu 1, punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iħaddem, imantni u jiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi, faċilitajiet tat-trażmissjoni, tal-ħżin u ta' l-LNG siguri, affidabbli u effiċjenti, li jqisu kif jixraq l-ambjent, u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u r-riċerka u l-innovazzjoni, notevolment fir-rigward ta' l-assigurazzjoni tal-penetrazzjoni tas-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u t-tixrid ta' teknoloġija b'użu baxx tal-karbonju."

(a) iħaddem, imantni u jiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi, faċilitajiet tat-trażmissjoni, tal-ħżin u ta' l-LNG siguri, affidabbli u effiċjenti li jiżguraw suq miftuħ għal parteċipanti ġodda, li jqisu kif jixraq l-ambjent, u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u r-riċerka u l-innovazzjoni, primarjament fir-rigward ta' l-assigurazzjoni ta' l-infiltrazzjoni tas-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u t-tixrid ta' teknoloġija b'użu baxx tal-karbonju.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għas-suq għal kumpaniji iżgħar u ġodda għandu jkun garantit.

Emenda  33

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassra

Operaturi indipendenti ta' sistemi

 

1. Meta mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, is-sistema ta’ trażmissjoni tkun tappartjeni lil impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-Artikolu 7(1), bil-kundizzjoni li jinħatar mill-Istat Membru fuq proposta mill-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni u soġġett għall-approvazzjoni ta’ din il-ħatra min-naħa tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, impriżi integrati vertikalment li jkunu proprjetarji ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma għandhomx jinżammu milli jieħdu passi biex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 7(1).

 

2. L-Istat Membru jista' japprova u jaħtar biss operatur indipendenti tas-sistema, meta:

 

a) l-operatur kandidat wera li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 7(1)(b) sa (d); ;

 

b) l-operatur kandidat wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu skond l-Artikolu 8;

 

c) l-operatur kandidat intrabat li jikkonforma ma’ pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, propost mill-awtorità regolatorja; is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni jkun wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma' l-obbligi taħt il-paragrafu 6. Għal dan il-għan, għandu jipprovdi abbozz ta’ l-arranġamenti kuntrattwali kollha ma’ l-impriża kandidata u ma’ kwalunkwe entità oħra rilevanti;

 

e) l-operatur kandidat wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1775/05 tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali inkluża l-kooperazzjoni ta’ l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-livell Ewropew u dak reġjonali.

 

3. Impriżi li ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 7a u 9(2) għandhom ikunu approvati u nnominati bħala operaturi ta' sistema indipendenti mill-Istati Membri. Il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni fl-Artikolu 7b għandha tkun applikabbli.

 

4. Meta l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni skond il-proċedura fl-Artikolu 7b u tiskopri li l-awtorità regolatorja ma tkunx ikkonformat mad-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn, għandha, fi żmien perjodu ta' sitt xhur, taħtar, fuq proposta mill-Aġenzija u wara li tkun semgħat lis-sid tas-sistema tat-trażmissjoni u lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, operatur indipendenti tas-sistema għal perjodu ta' 5 snin. Fi kwalunkwe ħin, is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni jista' jipproponi lill-awtorità regolatorja biex taħtar operatur indipendenti ġdid tas-sistema skond il-proċedura fl_Artikolu 9(1).

 

5. Kull operatur indipendenti tas-sistema, għandu jkun responsabbli għall-għoti u l-ġestjoni ta’ l-aċċess għal partijiet terzi, inkluż il-ġbir ta’ ħlasijiet ta’ aċċess u kiri ta’ konġestjoni, għat-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ trażmissjoni, kif ukoll għall-iżgurar tal-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilqa’ domanda raġonevoli permezz ta’ ppjanar ta’ investiment. Fl-iżvilupp tan-netwerk, l-operatur indipendenti tas-sistema huwa responsabbli għall-ippjanar (inkluża l-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni), il-bini, u l-kuntrattar ta' l-infrastruttura l-ġdida. Għal dan il-għan, għandu jaġixxi bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni f’konformità ma’ dan il-Kapitolu. Is-sidien tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx ikunu responsabbli għall-approvazzjoni u l-ġestjoni ta' aċċess mill-partijiet terzi, u lanqas għall-ippjanar ta' l-investiment.

 

6. Meta jinħatar operatur ta' sistema indipendenti, is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni għandu:

 

a) jipprovdi l-kooperazzjoni u l-appoġġ kollha rilevanti lill-operatur indipendenti tas-sistema għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b’mod partikolari t-tagħrif kollu rilevanti;

 

b) jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur indipendenti tas-sistema u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jaċċetta li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur indipendenti tas-sistema. L-arranġamenti ta' finanzjament rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta s-sid ta' l-assi flimkien mal-partijiet interessati l-oħra;

 

c) jipprovdi għall-kopertura ta’ responsabbiltà relatata ma’ l-assi tan-netwerk li huwa proprjetarju tagħhom u li huma ġestiti minn operatur ta' sistema indipendenti, bl-esklużjoni tar-responsabbiltà marbuta mal-kompiti ta’ l-operatur indipendenti tas-sistema;

 

d) jipprovdi garanziji biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta' kwalunkwe espansjonijet tan-netwerk bl-eċċezzjoni ta' dawk l-investimenti fejn, skond il-paragrafu b, jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għal finanzjament minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur indipendenti tas-sistema.

 

7. F’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali rilevanti fuq il-kompetizzjoni għandha tingħata s-setgħat kollha rilevanti sabiex tissorvelja b’mod effettiv il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trażmissjoni ma’ l-obbligi tiegħu skond il-paragrafu 6.

 

Emenda  34

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità regolatorja msemmija fil-Kapitolu VIa tista', skond il-każ, tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti kkonferiti fuq l-awtorità regolatorja minn dan l-Artikolu.

3. L-awtorità regolatorja msemmija fil-Kapitolu VIa għandha, skond il-każ, tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Fejn l-infrastruttura kkonċernata tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti mogħtija lill-awtorità regolatorja minn dan l-Artikolu.

Emenda  35

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24b – punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-promozzjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenzij, l-awtoritajiet regolatorji ta’ Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni, ta’ suq intern tal-gass li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Komunità;

(a) il-promozzjoni, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji ta’ Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni, ta’ suq intern tal-gass li jkun kompetittiv, trasparenti, sikur u sostenibbli fuq livell ambjentali fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Komunità;

Emenda  36

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24b – punt (b)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-iżvilupp ta’ swieq reġjonali kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fil-Komunità sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a);

(b) l-iżvilupp ta’ swieq reġjonali kompetittivi, trasparenti, li jiffunzjonaw tajjeb u b’mod effettiv fil-Komunità sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a);

Ġustifikazzjoni

Is-swieq reġjonali għandhom jipprovdu suq tal-gass li huwa trasparenti għall-pubbliku, u li b’mod effettiv u bi prezzijiet raġonevoli jipprovdi provvisti ta’ l-enerġija lill-konsumaturi kollha fil-Komunità.

Emenda  37

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24b – punt (d)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ sistemi sikuri, effiċjenti u ta’ min joqgħod fuqhom, li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija, l-adegwatezza tas-sistema u r-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jintlaħqu d-domanda u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji rinovabbli innovattivi u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir;

(d) li jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ sistemi sikuri, trasparenti, effiċjenti u ta’ min joqgħod fuqhom, li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija, l-adegwatezza tas-sistema u r-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jintlaħqu d-domanda u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji rinnovabbli innovattivi u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, fuq medda twila kif ukoll qasira ta' żmien;

Emenda  38

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt (b)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tikkoopera dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja jew l-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri;

(b) tikkopera dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja jew l-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri, bil-għan li tiżgura, inter alia, li t-TSOs jibnu b’mod konġunt kapaċità ta’ interkonnessjoni suffiċjenti bejn l-infrastrutturi ta’ trażmissjoni rispettivi tagħhom sabiex jiżguraw ir-rendiment effiċjenti tas-suq ġenerali u s-sigurtà tal-provvista tal-gass mingħajr ma ssir diskriminazzjoni bejn fornituri fi Stati Membri differenti;

Ġustifikazzjoni

L-iskrutinju regolatorju, ta’ TSOs kemm pubbliċi kif ukoll privati, se jkun jeħtieġ li jiżgura li d-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-użu ta’ l-infrastruttura jqisu bl-istess mod il-klijenti fi ħdan il-fruntieri nazzjonali biss u ta' klijenti li jużaw sistemi konnessi. F’dan ir-rigward, il-paragrafu 1.b huwa dgħajjef. L-għan jew l-objettiv ewlieni ta’ koperazzjoni bejn Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali jeħtieġ li jkun ċar.

Emenda  39

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt (g)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tissorvelja s-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk, u tirrevedi r-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk;

(g) tissorvelja s-sigurtà u l-affidabiltà tan-netwerk, tistabbilixxi jew tapprova standards u rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u tal-provvista u tirrivedi r-rendiment f'termini ta' kwalità tas-servizz u tal-provvista, ir-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabiltà tan-netwerk;

Ġustifikazzjoni

Xi awtoritajiet regolatorji nazzjonali diġà għandhom dan id-dmir li jimmonitorjaw l-operat tas-suq ta’ l-elettriku anki f'termini tal-kwalità tal-provvista u tas-servizzi lill-konsumaturi, li mbagħad jiksbu benefiċċju reali minn regolazzjoni iktar konsistenti u trasparenti.

Emenda  40

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt (i)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) tissorvelja l-livell ta’ ftuħ fis-suq u ta’ kompetizzjoni fil-livelli ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi boroż tal-gass naturali, prezzijiet għall-bejgħ fid-djar, rati għall-bdil tal-fornitur, rati ta' diskonnessjoni u lmenti mill-utenti privati f'format miftiehem, kif ukoll kwalunkwe tixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, inkluż billi tipprovdi kull tagħrif rilevanti, filwaqt li tgħaddi l-każijiet rilevanti lill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni rilevanti;

(i) tissorvelja l-livell ta’ ftuħ tas-suq effettiv u ta’ kompetizzjoni fil-livelli ta’ bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi skambji ta' gass naturali, prezzijiet domestiċi, rati għall-bdil tal-fornitur, kondizzjonijiet ta' ħlas minn qabel adegwati li jirrifletti l-konsum reali, il-konnessjoni u r-rati ta' diskonnessjoni, spejjeż ta' manutenzjoni u lmenti mill-utenti privati f'format miftiehem, kif ukoll kwalunkwe tixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, inkluż billi tipprovdi kull tagħrif rilevanti, filwaqt li tgħaddi l-każijiet rilevanti lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kkonċernati;

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li tingħata setgħa lill-awtorità sabiex timmonitorja firxa usa' ta’ rati u ħlasijiet huwa fl-interess ta’ għażla ikbar għall-konsumatur

Emenda  41

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt (l)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) bla ħsara għall-kompetenza ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tiżgura standards għoljin tas-servizz pubbliku għall-gass naturali, tħares lill-klijenti vulnerabbli u tara li l-miżuri ta’ ħarsien tal-konsumatur stabbiliti fl-Anness A jkunu effettivi;

(l) bla ħsara għall-kompetenza ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tiżgura madwar l-UE, standards ugwali, trasparenti u għoljin tas-servizz pubbliku għall-konsumaturi tal-gass naturali, u tiżgura li tħares lill-klijenti vulnerabbli u tara li l-miżuri ta’ ħarsien tal-konsumatur stabbiliti fl-Anness A jkunu effettivi u jkunu qegħdin jiġu implimentati kif suppost fl-interess tal-konsumaturi, filwaqt li jiġu imposti pieni minħabba nuqqas ta’ konformità mill-kumpaniji ta’ provvista mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ;

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw mhux biss l-effikaċja tal-miżuri għall-protezzjoni tal-konsumatur, iżda wkoll il-konformità magħhom.

Emenda  42

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 1 – punt (n)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) tiżgura l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat għad-dejta dwar il-konsum u l-aċċess għad-dejta skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

(n) tiżgura l-aċċess għad-dejta dwar il-konsum tal-klijent inkluż dwar prezzijiet u nfiq ieħor relatat, l-applikazzjoni ta’ format armonizzat li jinftiehem faċilment għal dejta bħal din, ħlas adegwat bil-quddiem li jirrifletti l-konsum reali u aċċess fil-pront għall-klijenti kollha għal dejta bħal din skond il-paragrafu (h) ta’ l-Anness A;

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi jħallsu l-gass tagħhom bil-quddiem, jiġifieri kull xahar. Ta’ sikwit dan il-ħlas bil-quddiem ma jirriflettix il-konsum reali mill-konsumatur. Għaldaqstant, kumpaniji ta’ l-enerġija jirċievu self mingħajr imgħaxijiet mill-konsumaturi. Bis-saħħa ta’ teknoloġiji ġodda – bħal miters elettroniċi – kumpaniji ta’ l-enerġija jistgħu jitolbu ħlasijiet bil-quddiem iktar adegwati.

Emenda  43

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 3 – parti preliminari

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 b’mod effiċjenti u mħaffef. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja għandu jkollha talanqas dawn is-setgħat:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 fi ħdan qafas definit u fi ħdan il-mandat legali nazzjonali b’mod effiċjenti u mħaffef. L-awtorità regolatorja għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin:

Emenda  44

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 3 – punt (b)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li tagħmel investigazzjonijiet tas-swieq tal-gass oeprattivi, flimkien ma' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, u li tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżuri xierqa meħtieġa u proporzjonati għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq, inklużi l-programmi għar-rilaxx tal-gass;

(b) li tagħmel f'koperazzjoni ma' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, investigazzjonijiet dwar l-operat tas-suq tal-gass, u tiddeċiedi, ibbażat fuq l-investigazzjonijiet, dwar kull miżura meħtieġa u proporzjonata biex tippromwovi kompetizzjoni effettiva u biex tiżgura l-operat xieraq tas-suq, inkluż programmi ta' rilaxx tal-gass. Fin-nuqqas ta' vjolazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni, dawn il-miżuri għandhom jittieħdu f'każijiet fejn anqas minn 20% ta' l-influss tal-gass fl-Istat Membru jew suq rilevanti huwa offrut lil suq ta' bejgħ bl-ingrossa permezz ta' proċess trasparenti u mhux diskriminatorju, eż. skambju;

Ġustifikazzjoni

Taħt il-biċċa l-kbira tas-sistemi ġudizzjali fl-Unjoni Ewropea, Qorti legali tkun tista’ tiċċekkja biss jekk ir-regolatur segwiex il-proċess ġust meta din tasal biex tieħu deċiżjoni (kontroll marġinali). Barra minn hekk, sabiex ikun faċilitat l-aċċess għas-suq għal kumpaniji tal-gass ġodda u iżgħar u sabiex tinħoloq iktar trasparenza fis-suq tal-gass.

Emenda  45

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 4 – punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, u termini, kundizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi, għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks u faċilitajiet LNG li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks u tal-faċilitajiet LNG;

(a) il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni u l-metodoloġiji tagħhom, jew, b’mod alternattiv, il-metodoloġiji, u l-immonitorjar tagħhom, għall-iffissar jew l-approvazzjoni tat-tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni, u termini, kundizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG, inklużi l-metodoloġiji tagħhom, jew b’mod alternattiv, il-metodoloġiji u l-immonitorjar tagħhom għall-iffissar jew l-approvazzjoni tat-tariffi ta’ aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi, għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-netwerks u faċilitajiet LNG li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-netwerks u tal-faċilitajiet LNG; Dan jista’ jkopri trattament regolatorju speċjali għal investimenti ġodda;

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma responsabbli mill-iffissar jew mill-approvazzjoni tat-tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni u mill-metodoloġiji tagħhom, jew b’mod alternattiv, mill-metodoloġiji għall-iffissar jew l-approvazzjoni tat-tariffi ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni inkluż l-immonitorjar ta’ l-applikazzjoni tal-metodoloġiji għall-iffissar ta’ tariffi. L-istess għandu japplika għall-aċċess għal faċilitajiet LNG.

Emenda  46

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xieraq u effiċjenti għar-regolament, kontroll u trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta’ posizzjoni dominanti, b’mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.

9. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xierqa u effiċjenti għar-regolament, kontroll u trasparenza sabiex jiġi żgurat suq tal-gass miftuħ ġenwin u biex ikun evitat abbuż ta’ posizzjoni dominanti, b’mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b’mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.

Emenda  47

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24c – paragrafu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Id-Deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu motivati.

12. Id-Deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu ġustifikati, proporzjonati u neċessarji, filwaqt li jitqiesu kemm l-opinjonijiet tal-parteċipanti tas-suq u obbligi kuntrattwali eżistenti, kif ukoll l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija mid-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat ta’ l-Awtoritajiet Regolatorji huma mniżżlin fl-Artikolu 24.c (3), mingħajr kontroll adegwat fit-test għal kif jistgħu jiġu eżerċitati dawn is-setgħat fuq firxa wiesgħa, barra għall-klawsola 12 li tistqarr “Id-Deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu motivati”.

Emenda  48

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/55/KE

Artikolu 24f – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità regolatorja tista’ tiddeċiedi li tagħmel disponibbli lill-parteċipanti fis-suq l-elementi ta’ din l-informazzjoni, sakemm ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal informazzjoni dwar strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE.

3. L-awtorità regolatorja għandha tirrapporta dwar ir-riżultat ta’ l-investigazzjonijiet tagħha jew it-talba tagħha lill-parteċipanti fis-suq għal elementi ta’ din l-informazzjoni, filwaqt li tiżgura li ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li jkun hemm dejjem trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet filwaqt li fl-istess ħin tkun irrispettata l-kunfidenzjalità kummerċjali, jeħtieġ li jiġi emendat il-paragrafu 3.

Emenda  49

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 a (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (a) – inċiż 7 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) fl-Anness A, punt (a), l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

 

"– li d-data ta' skadenza għandha tissemma fuq il-kont, f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet tal-kuntratt jeħtieġu tul minimu tal-kuntratt."

Ġustifikazzjoni

Huwa obbligatorju li t-tul ta’ żmien tal-kuntratt jissemma fuq il-kont sabiex il-konsumaturi jkunu pprovduti bl-opportunità li jippjanaw bil-quddiem.

Emenda  50

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (a) – inċiżi 7 b u c (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) fl-Anness A, punt (a), l-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

 

"– il-parametri u l-faċilitajiet ta’ ħlas disponibbli;

 

– speċifikazzjonijiet dwar kejl xieraq bil-miter u tfassil ta’ kontijiet b’mod informattiv li jirriflettu b’mod preċiż il-konsum ta’ konsumaturi individwali;

Ġustifikazzjoni

L-għan ta’ din l-emenda huwa li tipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif dwar il-kuntratti ta’ provvista tagħhom sabiex ikunu iktar ċari u iktar trasparenti.

Emenda  51

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (a) – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) fl-Anness A, punt (a), is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

 

"It-tagħrif kollu li huwa obbligatorju li jingħata fil-fażi pre-kuntrattwali għandu jkun ippreżentat lill-konsumatur bil-miktub jew b'mezz ieħor li jdum fiż-żmien, f'ħin biżżejjed qabel l-iffirmar tal-kuntratt u għandu japplika għall-elementi kollha tal-kuntratt. Il-konsumaturi għandhom ikunu espliċitament notifikati bil-miktub jew b'mezz ieħor li jdum fiż-żmien, f'ħin biżżejjed qabel l-iffirmar tal-kuntratt, b'kull tibdil bejn it-tagħrif pre-kuntrattwali u l-informazzjoni kuntrattwali."

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun hemm konsistenza bejn tagħrif pre-kuntrattwali u l-kuntratt, sabiex ikunu pprovduti trasparenza u protezzjoni b'rabta mal-frodi tal-konsumatur

Emenda  52

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (c a) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d) fl-Anness A, il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

 

"(ca) jistgħu jibbenefikaw mill-ħolqien ta’ għodda ta’ l-internet li tippermettilhom li jqabblu l-prezzijiet u, għaldaqstant, jagħmlu għażliet infurmati.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-konsumaturi jkunu pprovduti b’għodda ta’ l-internet fejn huma jistgħu jqabblu l-prezzijiet jippermettihom li jitgħallmu dwar il-kumpaniji differenti fis-suq u dwar id-differenzi fil-prezzijiet. Dan ikun ta’ benefiċċju għas-suq minħabba li jinkoraġġixxi l-kompetittività bejn il-kumpaniji tal-gass.

Emenda  53

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 e (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (f)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16e) fl-Anness A, il-punt (f) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"(f) jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti, sempliċi u mhux għoljin biex jiġu riżolti l-ilmenti tagħhom. B’mod partikolari, il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għall-kunsinna tas-servizz u għall-immaniġġjar ta’ l-ilmenti mill-fornitur tas-servizz tal-gass tagħhom bi qbil ma’ l-Istandards Internazzjonali ISO 10001, ISO 10002, u ISO 10003. Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li t-tilwimiet jiġu riżolti b'mod imparzjali u minnufih, bi provvediment, fejn huwa meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens. Għandhom isegwu, kull fejn possibbli, il-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE;"

Ġustifikazzjoni

L-istandard ISO 10001 jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-klijent permezz ta’ l-istabbiliment ta’ linji gwida għal kodiċijiet ta’ kondotta. L-istandard ISO 10002 jipprovdi linji gwida għall-immaniġġjar ta’ l-ilmenti. L-istandard ISO 10003 jipprovdi linji gwida għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, esterna għall-organizzazzjonijiet.

Emenda  54

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (h)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-dejta dwar il-konsum, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe impriża li għandha liċenzja ta’ forniment ta' aċċess għad-dejta tagħha dwar il-metraġġ. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta ikollha l-obbligu li tgħaddi din id-dejta lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-dejta kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-dejta. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

(h) għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-dejta dwar il-konsum, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jiksbu minn kwalunkwe impriża li għandha liċenzja ta’ forniment aċċess għad-dejta tagħha dwar il-metraġġ, li tista’ tinkludi l-provvista ta’ l-enerġija disponibbli f’żona speċifika u l-miżuri nazzjonali u Komunitarji kollha li jippromwovu l-effiċjenza ta’ l-enerġija. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta ikollha l-obbligu li tgħaddi din id-dejta lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format sempliċi biex jinftiehem għad-dejta kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess lest għad-dejta. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

Ġustifikazzjoni

Dan it-tip ta' tagħrif se jħeġġeġ imġiba responsabbli f'termini ta' impatt ambjentali u se jsaħħaħ l-influwenza benefiċjarja tal-konsumaturi fit-tendenzi tas-suq f'dan is-settur. Dan it-tagħrif dwar l-iffirmar ta' kuntratt ġdid se jkun previst fil-Karta tad-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija futura. Barra minn hekk, sabiex tkun evitata konfużjoni li titnissel minn tariffi differenti, huwa essenzjali għall-Istati Membri li jistabbilixxu arranġament tad-dejta dwar il-konsum li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi.

Emenda  55

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (h a) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) għandhom iħallsu biss minn qabel ammont xieraq li jirrifletti l-konsum attwali.

Emenda  56

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (h b) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb) għandu jkollhom aċċess għad-drittijiet tal-konsumatur fuq il-websajts tal-fornituri tal-gass

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri tal-gass għandhom ikunu involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur u, għaldaqstant, għandhom jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ fuq is-sit ta’ l-internet tagħhom stess sabiex jgħallmu lill-klijenti tagħhom.

Emenda  57

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (h c) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hc) għandu jkollhom aċċess għal simulaturi ta’ tariffi fuq il-websajts tal-fornituri u tar-regolaturi nazzjonali indipendenti.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-konsumaturi jitgħallmu dwar il-konsum ta’ l-enerġija tagħhom huwa ta’ importanza kbira u, għaldaqstant, il-kumpaniji u r-regolaturi nazzjonali kollha għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b’simulaturi tal-konsum ta’ l-enerġija tagħhom.

Emenda  58

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (i)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) għandhom kull xahar jiġu infurmati tajjeb dwar il-konsum attwali tal-gass u l-ispejjeż. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

(i) għandhom jiġu infurmati tajjeb kull xahar dwar il-konsum attwali tal-gass u l-ispejjeż, li jistgħu jinkludu l-provvista ta’ l-enerġija disponibbli f’żona speċifika u l-miżuri nazzjonali u Komunitarji kollha li jippromwovu l-effiċjenza ta’ l-enerġija. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi kollha għandhom jirċievu kull xahar deskrizzjoni dettaljata tal-konsum tagħhom. Sa l-2015, id-djar kollha għandhom ikunu mgħammra b’"miter intelliġenti" li jipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif dettaljat dwar il-konsum tal-gass tagħhom u, għaldaqstant, jikkontribwixxi għal użu b’iktar attenzjoni tal-gass.

Emenda  59

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (j)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) fi kwalunkwe żmien fis-sena jistgħu jbiddlu l-fornitur, u kont li jkollu klijent mal-fornitur ta’ qabel ma għandux jiġi mħallas aktar tard minn xahar wara l-aħħar forniment mill-fornitur ta’ qabel.

(j) fi kwalunkwe żmien fis-sena jistgħu jbiddlu l-fornitur mingħajr spejjeż addizzjonali, u kont li jkollu klijent mal-fornitur ta’ qabel ma għandux jiġi mħallas aktar tard minn xahar wara l-aħħar forniment mill-fornitur ta’ qabel."

Emenda  60

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (j a) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) jirċievu dettalji dwar kif se jkunu pprovduti b’tagħrif aġġornat dwar miżuri disponibbli għat-titjib ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija, profili komparattivi ta’ konsumaturi aħħarin u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom ikunu pprovduti b’tagħrif dwar kwalunkwe teknoloġija jew sistema ġdida disponibbli għalihom, l-iktar f’każ ta’ titjib ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija.

Emenda  61

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (j b) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb) jirċievu l-kondizzjonijiet li jirreferu għal bidliet fil-prezzijiet li jgħinuhom jifhmu faċilment l-effetti ta' dawn il-bidliet.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom ikunu konxji mill-bidliet kollha possibbli fil-prezzijiet sabiex jifhmu u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Emenda  62

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (j c) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jc) jirċievu tagħrif dwar il-provvista ta’ l-enerġija mingħajr ma jiġu bżonn jidħlu f'inkjesti eċċessivi jew li jqumu ħafna flus.

Ġustifikazzjoni

It-tagħrif kollu dwar il-provvista ta’ l-enerġija għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas għall-konsumaturi Ewropej kollha.

Emenda  63

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (j d) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jd) għandu jkollhom aċċess faċli għal tagħrif aġġornat dwar:

 

- il-provvista ta’ l-enerġija disponibbli fiż-żona tagħhom; kif ukoll

 

- il-programmi, il-mekkaniżmi u l-oqfsa finanzjarji u legali nazzjonali kollha li jippromwovu l-effiċjenza ta’ l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ipprovdut tagħrif aġġornat lill-konsumaturi ta’ l-enerġija Ewropej kollha, b’mod iktar speċifiku dwar il-fornituri differenti ta’ l-enerġija fiż-żona tagħhom u l-kwistjonijiet kollha relatati mal-promozzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija.

Emenda  64

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (j e) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(je) jibbenefikaw minn riżoluzzjoni tat-tilwim extra-ġudizzjali, bħal riżoluzzjoni barra mill-Qorti, proċeduri amministrattivi jew proċeduri ta’ medjazzjoni, li tippermetti li t-tilwim jiġi riżolti b’mod ġust, minnufih (f’perjodu ta’ 3 xhur) u mingħajr ħlas għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Mekkaniżmu għal riżoluzzjoni barra mill-Qorti għandu jkun stabbilit sabiex jipprovdi lill-konsumaturi biċ-ċans li jegħlbu kwalunkwe tip ta’ aġir ħażin minn kwalunkwe fornitur tal-gass.

Emenda  65

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – punt (j f) (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jf) għandhom jirċievu kjarifika rigward l-irwol tar-regolaturi ta’ l-enerġija fir-riżoluzzjoni tat-tilwim u għandhom ikunu infurmati dwaru mingħajr dewmien.

Emenda  66

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 a (ġdid) – punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) fl-Anness A, il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

 

"1a. Il-Kummissjoni:

 

(a) għandha tistabbilixxi, f’konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, Karta Ewropea dwar id-Drittijiet ta’ Konsumaturi ta’ l-Enerġija. Din il-Karta għandha tipprovdi referenza għal-linji gwida li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, mir-regolaturi nazzjonali, mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni."

Ġustifikazzjoni

La darba tiġi stabbilita, il-Karta dwar id-Drittijiet ta’ Konsumaturi ta’ l-Enerġija għandha titqies bħala lista komprensiva ta’ drittijiet tal-konsumatur fis-settur ta’ l-enerġija, u, għaldaqstant, għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej kollha meta dawn jirregolaw lill-fornituri tas-servizz ta’ l-enerġija.

Emenda  67

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 a (ġdid) – punt (b)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) tista’ tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness, inkluż, fost affarijiet oħra, fejn jiġu żviluppati standards oħrajn relatati ma' l-iżvilupp ta' punt (f) ta' paragrafu 1, għall-inkorporazzjoni tad-drittijiet artikolati fiċ-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet ta’ Konsumaturi ta’ l-Enerġija u fejn neċessarju, fid-dawl ta’ l-esperjenza. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet kollha applikabbli mfissrin fil-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet ta’ Konsumaturi ta’ l-Enerġija barra dawk diġà eżistenti fl-Anness A, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżdiedu fid-Direttiva u jingħataw saħħa legali sħiħa. L-Anness A jista’ jesiġi iktar aġġornament fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ standards ġodda, ta’ esperjenza relatata mat-tħaddim ta’ din id-Direttiva u ta’ kwalunkwe problema li tinħoloq b’rabta mal-konsumatur, kif neċessarju sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3.

Emenda  68

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 b (ġdid) – punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c) fl-Anness A, il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

 

"1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(a) miżuri eżistenti għall-benefiċċju ta’ konsumaturi vulnerabbli għandhom ikunu mmirati sew u evalwati perjodikament. Dawn għandhom ikunu bbilanċjati sew sabiex ma jfixklux il-ftuħ tas-suq, ma joħolqux diskriminazzjoni fost il-fornituri Ewropej ta’ l-enerġija, ma jwettqux distorsjoni tal-kompetizzjoni, ma jirrestrinġux il-bejgħ mill-ġdid jew ma joħolqux trattament li jwassal għal diskriminazzjoni lil konsumaturi oħrajn."

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-istejtus ta’ konsumaturi vulnerabbli qiegħed jinbidel b’mod kostanti, għaldaqstant, huwa neċessarju li ssir analiżi mill-ġdid b’mod regolari tal-kriterji ta’ protezzjoni.

Emenda  69

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 b (ġdid) – punt (b)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) korpi kompetenti fuq livell nazzjonali jimmonitorjaw l-offerti tal-gass disponibbli fis-suq. Dawn għandhom jippreżentaw ir-riżultati ta’ l-immonitorjar tal-prezzijiet lill-pubbliku, għall-inqas darba fis-sena, b’mod li jippermetti li jitqabblu l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet bażiċi ta’ l-offerti disponibbli.

Ġustifikazzjoni

L-immonitorjar tal-prezzijiet minn korp nazzjonali huwa meħtieġ sabiex jipprovdi lill-konsumaturi b’tagħrif rilevanti dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet.

Emenda  70

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 c (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 b (ġdid) – punt (c)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) meta l-provvista tal-gass tilħaq l-bżonnijiet bażiċi tal-familji, definizzjoni ta' konsumaturi vulnerabbli għandha tkun adottata u ppublikata kif ukoll applikata, inklużi l-fornituri kollha tal-gass. Il-Kummissjoni għandha tibda proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri li ma jadottawx u ma japplikawx din id-definizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex tikseb iktar protezzjoni għall-konsumaturi vulnerabbli. Hija responsabilità ta' l-Istati Membri li jiddefinixxu min huma l-konsumaturi vulnerabbli skond kriterji nazzjonali.

Emenda  71

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 b (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 b (ġdid) – punt (d)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d) prezzijiet u kundizzjonijiet għall-kategoriji definiti sew ta' konsumaturi bi bżonnijiet speċjali huma tali li dawn il-konsumaturi għandhom aċċess sistematiku għall-anqas offerta fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Konsumaturi f’żoni mbiegħda għandhom ikunu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet ta’ provvista u prezzijiet bħall-konsumaturi f’agglomerazzjoni maġġuri.

Emenda  72

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 c (ġdid) – punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17d) fl-Anness A, il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

 

"1c. Il-kwistjonijiet li ġejjin relatati mal-konsumatur għandhom jitqiesu wkoll:

 

(a) l-aħjar modi sabiex tkun promossa l-organizzazzjoni uffiċjali li tirrappreżenta l-konsumaturi ta’ l-enerġija għandhom ikunu żviluppati u għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil u l-evalwazzjoni regolari ta’ l-iżviluppi fis-suq."

Ġustifikazzjoni

Soċjetà ċivili iktar b’saħħitha tipprovdi protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-konsumatur. Huwa obbligatorju li jkun imħeġġeġ l-iżvilupp tagħha fl-Istati Membri kollha.

Emenda  73

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 c (ġdid) – punt (b)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) offerti ta’ promozzjoni għandhom jiżguraw li konsumaturi ta’ l-enerġija Ewropej, fuq firxa wiesgħa, jibbenefikaw minn faċilitajiet ta’ kejl bil-miter li jirriflettu l-konsum reali u t-tagħrif dwar il-ħin ta’ l-użu.

Emenda  74

Proposta għal Direttiva – Att li jemenda

Artikolu 1 – punt 17 d (ġdid)

Direttiva 2003/55/KE

Anness A – paragrafu 1 c (ġdid) – punt (c)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) il-gass naturali jiġi pprovdut lill-konsumaturi bi ħlas. Il-qtugħ tas-servizz għandu jitqies bħala rimedju aħħari fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas.

Ġustifikazzjoni

Il-qtugħ tas-servizz għandu jiġi evitat meta jkun possibbli u jiġi sostitwit minn xi soluzzjoni alternattiva. Il-qtugħ tas-servizz jista’ jkollu konsegwenzi gravi fuq il-familji u, għaldaqstant, għandu jkun evitat speċjalment fl-iktar xhur kesħin tas-sena.

PROĊEDURA

Titolu

Suq intern fil-gass naturali

Referenzi

COM(2007)0529 – C6-0317/2007 – 2007/0196(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

11.10.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Toine Manders

3.10.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

27.11.2007

22.1.2008

28.2.2008

2.4.2008

Data ta’ l-adozzjoni

8.4.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

34

2

3

Membri preżenti għall-vot finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Marian Zlotea

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Emmanouil Angelakas, Bert Doorn, Joel Hasse Ferreira, Bilyana Ilieva Raeva, Olle Schmidt, Bogusław Sonik

PROĊEDURA

Titolu

Suq intern fil-gass naturali

Referenzi