RAPPORT dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja 2009
20.6.2008 - (2008/2025(BUD))
Taqsima III – Kummisssjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jutta Haug
- MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
- RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
- OPINION of the Committee on Culture and Education
- PROĊEDURA
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja 2009, taqsima III – Kummisssjoni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Abbozz Preliminari tal-Baġit għas-sena finanzjarja 2009 li l-Kummissjoni adottat fis-6 ta' Mejju 2008,
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-24 ta' April 2008 dwar l-Istrateġija tal-Politika Annwali għall-2009[2] tal-Kummissjoni u dwar il-qafas u l-prijoritajiet baġitarji għall-2009[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, (A6 0262/2008),
A. billi, fl-2009, it-Trattat ta' Liżbona, jekk jiġi rratifikat, fl-aħħar se jpoġġi lill-Parlament Ewropew fuq l-istess livell mal-Kunsill fil-qasam leġiżlattiv u baġitarju u jagħti kompetenzi ġodda lill-Unjoni Ewropea, li kollha se jkollhom impatt importanti fuq il-baġit ta' l-UE,
B. billi l-proċedura baġitarja annwali fis-sħuħija tagħha se jkollha tgħaddi minn bidliet fundamentali bħala konsegwenza tad-dispożizzjonijiet tat-trattat il-ġdid, u billi d-differenza bejn l-ispiża obbligatorja u dik mhux obbligatorja kif ukoll ir-rata (massima) taż-żieda għall-ispiża mhux obbligatorja se titneħħa,
C. billi fis-16 ta' April 2008 it-tliet istituzzjonijiet qablu f'dikjarazzjoni li, mill-aktar fis possibbli, iwettqu diskussjonijiet dwar l-arranġamenti meħtieġa dwar kwistjonijiet baġitarji relatati mat-Trattat ta' Liżbona, filwaqt li jitqies li l-2009 se ġġib magħha Parlament Ewropew ġdid u Kummissjoni Ewropea ġdida li jridu jkunu mħejjija bis-sħiħ għall-bidliet li se jġib miegħu it-Trattat il-ġdid, jekk dan jiġi rratifikat,
Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009
1. Jinnota li t-total għall-abbozz preliminari tal-baġit (PDB) għall-2009 huwa ta' EUR 134 394,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 116 736,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, li jħalli marġni ta' EUR 2 638,1 miljun anqas mil-limitu f'impenji u ta' EUR 7 443,6 miljun f'pagamenti, bl-ispiża obbligatorja li tirrappreżenta 33% ta' l-impenji u 38% tal-pagamenti;
2. Jirrimarka li l-impenji fil-PDB 2009 jikkorrispondu għal 1.04% tal-GNI, li hija żieda ġenerali ta' 3.1% meta mqabbla mal-baġit għall-2008, bl-ispiża obligatorja tiżdied b'4.7%, minħabba d-dħul gradwali ta' għajnuniet diretti għall-Istati Membri l-ġodda, u l-ispiża mhux obligatorja tiżdied bi 2.4%;
3. Jinnota b'interess li l-pagamenti tal-PDB 2009 jikkorrispondu għal 0.9% tal-GNI, li huwa tnaqqis ta' 3.3% meta mqabbel mal-baġit għall-2008, bil-pagamenti għall-ispiża obligatorja jiżdiedu b'4.8% b'konformità ma' l-iżvilupp fl-impenji, filwaqt li dawk għall-ispiża mhux obligatorja naqsu b'7.6%;
4. Jieħu nota tal-prijoritajiet tal-PDB kif mfassla mill-Kummissjoni:
- L-appoġġ għal tkabbir sostenibbli u t-tħeġġiġ ta' klima ekonomika li fiha l-ħolqien ta' l-impjiegi jista' jimxi 'l quddiem; l-appoġġ għall-innnovazzjoni;
- It-tkomplija tal-politika ta' koeżjoni sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni ta' l-Unjoni;
- Il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-promozzjoni tar-riċerka f'enerġija nadifa u li tiġġedded; l-iżvilupp ta' politika ta' l-UE dwar l-enerġija kkaratterizzata mill-indipendenza u s-sigurtà;
- L-iżvilupp ta' politika komuni ta' integrazzjoni u ħolqien ta' spazju komuni ta' ġustizzja;
- L-appoġġ għall-proċess ta' paċi għal-Lvant Nofsani kif ukoll għall-istabilità fil-Kosovo u fir-reġjun wiesa' tal-Balkani;
- Il-provvista ta' għajnuna f'ikel u t-tisħiħ ta' l-aspett ambjentali tal-koperazzjoni għall-iżvilupp;
Riflessjonijiet ġenerali
5. Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-Unjoni Ewropea trid tkun mgħammra bil-livell ta' riżorsi meħtieġa sabiex timplimenta bis-sħiħ il-politiki u l-attivitajiet attwali tagħha u fl-istess ħin li jkollha biżżejjed flessibilità sabiex tilqa' l-isfidi ġodda ta' politika;
6. Jinnota li l-ikbar porzjon tal-marġni globali ta' l-EUR 2 638 miljun fil-PDB, jiġifieri ammont ta' EUR 2 027 miljun, joħroġ mill-marġni ta' l-ispiża u l-pagamenti diretti relatati mas-suq taħt l-intestatura 2 (l-ewwel pilastru tal-CAP); jiddeplora l-fatt li l-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) ta' l-2007-2013 u l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 (IIA) jippermettu lil dan il-marġni taħt l-intestatura 2 (l-ewwel pilastru tal-CAP) li jintuża biss taħt kundizzjonijiet esklussivament restrittivi u li l-UE hija għalhekk mhux kapaċi tirrispondi b'mod flessibbli għal bżonnijiet politiċi ġodda; jisħaq li dan il-marġni kbir għandu jkun jista' jintuża biex jintlaħqu l-objettivi tal-prijorità l-ġdida ta' l-Unjoni, kif kien il-każ f'Novembru 2007, wara l-ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament għall-proġett Galileo; jinnota li strutturalment, sa mill-2007, infiq reali taħt l-intestatura 2 (l-ewwel pilastru tal-CAP) huwa taħt il-limitu stipulat mill-MFF;
7. Jirrimarka li, b'riżultat tal-marġnijiet żgħar ħafna taħt il-limiti massimi l-oħra tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF), l-aktar l-intestaturi 1a, 3b u 4, il-kapaċità ta' l-Unjoni li tirreaġixxi għall-bidliet fil-politika f'termini baġitarji hija ferm limitata; jenfasizza fl-istess ħin, il-possibilità għal rikors għad-dispożizzjonijiet ta' l-IIA biex jingħelbu n-nuqqasijiet finanzjarji;
8. Iqis li hija responsabilità tiegħu, bħala l-awtorità baġitarja, li jiżgura li l-finanzi allokati għall-baġit ta' l-UE jintefqu b'mod li jużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi limitati; għandu l-ħsieb li jaħdem favur baġit iktar ambizzjuż, ibbilanċjat u koerenti b'koperazzjoni mal-kumitati speċjalizzati, u b'konformità mat-talbiet tagħhom;
9. Ma jarax dejjem rabta ċara bejn il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, kif deskritt fl-Istrateġija tal-Politika Annwali (APS) u l-PDB, u ż-żidiet fil-linji tal-baġit u l-oqsma politiċi korrispondenti; għadu mhuwiex sodisfatt bl-isforzi tal-Kummissjoni biex tinkludi l-prijoritajiet tal-Parlament fil-PDB. mhuwiex konvint, pereżempju, li l-prijorità tal-bidla fil-klima hija verament riflessa fil-baġit kif propost mill-Kummissjoni; jixtieq jirċievi iżjed informazzjoni rigward il-metodoloġija użata biex intlaħqet il-konklużjoni li iżjed minn 10%, jew EUR 14-il biljun, tal-baġit ta' l-UE jintnefqu fuq miri ambjentali; jitlob għal preżentazzjoni komprensiva tal-bidliet klimatiċi kollha relatati ma' l-ispiża fil-baġit, inklużi l-fondi strutturali, biex ikun kapaċi jevalwa l-korrelazzjoni bejn il-prijoritajiet politiċi u baġitarji;
10. Jiddikjara l-interess tiegħu biex jikkopera mill-qrib mal-Kunsill u l-Kummissjoni biex jinstab ftehim effettiv, kemm jista' jkun malajr, dwar il-pakkett ta' l-enerġija u l-bidliet fil-klima; jinnota li l-UE għandha bżonn tkompli turi li t-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku jistgħu jingħaqdu ma' ekonomija b'karbonju baxx;
11. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-fatt li bħalissa l-marġnijiet disponibbli qed ikunu dejjem aktar ta' spiss riżultat ta' "bbaġittjar kreattiv" bħall-'backloading' ta' programmi plurijennali eżistenti, esklużi l-ħtiġijiet baġitarji li diġà huma magħrufa sewwa u mistennija, u manuvri oħra simili; iqis li dawn il-prattiki jiksru l-prinċipju ta' bbaġittjar sod u, għal darb'oħra, jitlob għal PDB li jkun riflessjoni onesta tal-ħtiġijiet baġitarji li jkunu ġejjin fis-sena ta' wara; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkooperaw bil-għan li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji biex jintlaħaq livell sodisfaċenti ta' l-approprjazzjonijiet għall-baġit ta' l-2009;
12. Jenfasizza l-importanza taċ-ċarezza, konsistenza u trasparenza fil-preżentazzjoni tal-baġit ta' l-UE, li hija ħtieġa assoluta anke fir-rigward tal-ħtieġa li ċ-ċittadini Ewropej ikunu mgħarrfa dwar kif jintefqu l-flus ta' l-UE; huwa mħasseb dwar il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli li ssir distinzjoni bejn l-ispiża operattiva u amministrattiva tal-Kummissjoni u li ammont diġà sostanzjali ta' spiża ta' natura amministrattiva, li jekk wieħed irid ikun realistiku għandha tkun iffinanzjata taħt l-intestatura 5, hija ffinanzjata minn allokazzjonijiet operazzjonali;
13. Jiddeplora l-fatt li, fil-mument, m'hemm l-ebda indikazzjoni ċara tal-bidliet eżatti li saru fid-dokument dwar l-ipprogrammar finanzjarju li għadu kif ġie ppreżentat meta mqabbel ma' dak ta' qabel, lanqas dwar jekk jew kif qed jiġu kkompensati ż-żidiet f'sena partikolari jew kif qed jitwettqu l-'backloadings' u l-'frontloadings'; iqis li dan mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 46 tal-Ftehima Interistituzzjonali u jappella lill-Kummissjoni sabiex tissodisfa l-obbligu tagħha f'dan ir-rigward;
14. Jenfasizza li huwa ta' importanza partikulari li jsir segwitu ta' l-effetti tal-'frontloading' u l-'backloading' tal-programmi plurijennali fuq il-baġit kollu sabiex ikun żgurat li jkun hemm programmar koerenti ta' l-impenji f'kemm idum l-MFF, filwaqt li jkunu rrispettati l-prijoritajiet tal-Parlament kif murija fl-IIA;
15. Jinsab sorpriż dwar il-livell estremament baxx ta' l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti (EUR 116 736 miljun) proposti mill-Kummissjoni fil-PDB tiegħu; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn adottati fil-baġits ta' l-2007 u l-2008 kellhom total ta' EUR 126 500 miljun u EUR 129 100 miljun rispettivament;
16. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli l-eżerċizzju tagħha mibdi fl-2007 u sabiex tindika biċ-ċar informazzjoni ulterjuri dwar il-politika tar-riżorsi umani, l-applikazzjoni ta' l-istrateġija dwar ir-rijorganizzazzjoni u l-livell ta' esternalizzazzjoni tax-xogħlijiet għall-2009; jitlob għal rapport ta' segwitu sat-30 ta' April 2009 inklużi l-konklużjonijiet li se tfassal il-Kummissjoni fir-rigward ta' l-organizzazzjoni interna tagħħa; jieħu nota tar-rapport ta' segwitu ta' l-2008 tal-Kummissjoni dwar "L-Ippjanar u l-aħjar użu tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni biex jaqdu l-prijoritajiet ta' l-UE" li fih il-Kummissjoni tikkonferma l-impenn tagħha li ma titlobx postijiet ġodda sa l-2013, lil hinn mill-aħħar porzjon ta' postijiet relatati ma' tkabbir fl-2009;
Dwar is-subintestatura 1a
17. Jinnota li l-impenji tal-PDB għall-Kompetittività għat-Tkabbir u għall-Impjiegi jammontaw għal EUR 11 690 miljun, li jħallu marġni ta' EUR 82 miljun; dan jirrappreżenta żieda ta' 5,5% meta mqabbel ma' l-2008; jinnota li l-pagamenti żiedu wkoll b'5.3% għal total ta' EUR 10 285,2 miljun;
18. Jilqa' l-ħsieb tal-Kummissjoni li twettaq azzjonijiet importanti fil-qasam tal-ħolqien ta' impjiegi u ta' l-appoġġ għall-innovazzjoni, għall-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) u għar-riċerka; jenfasizza li inizjattivi preżenti f'dan il-qasam, bħal ma hu l-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u inizjattivi oħra dwar l-SMEs, iridu jiġu implimentati u mmoniterjati kif suppost;
19. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu provduti riżorsi baġitarji neċessarji għall-miżuri kollha li jiffaċilitaw il-promozzjoni u l-introduzzjoni ta' programmi ta' l-edukazzjoni fil-midja u teknoloġiji ġodda;
20. Jiddeplora l-marġni limitat disponibbli fis-subintestatura 1a, li jagħti x'wieħed jifhem li se jkun impossibbli li jiġu ffinanzjati prijoritajiet ġodda permezz ta' rilokazzjoni mingħajr ma jiddgħajfu serjament programmi importanti eżistenti, u għaldaqstant jirrakkomanda finanzjament ulterjuri jekk għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet ġodda;
21. Jemmen li, minħabba l-marġni limitat disponibbli fl-intestatura 1a, l-implimentazzjoni xierqa u l-evalwazzjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji li għaddejjin bħalissa għandhom ikunu prijorità, iżda l-introduzzjoni ta' proġetti pilota ġodda u ta' azzjonijiet preparatorji ġodda għandhom ovvjament jibqgħu possibbli;
22. Iqis l-Att dwar in-Negozji Żgħar li huwa ppjanat bħala strateġija importanti għall-appoġġ ta' l-SMEs; qed jistenna bil-ħerqa proposti preċiżi għall-iffinanzjar ta' din l-għodda strateġika ġdida; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu użu ikbar għal din ir-raġuni wkoll tar-riżorsi disponibbli permezz tal-Fondi Strutturali f'dan il-kuntest; jinnota li, ladarba l-SMEs huma partikolarment milquta minn arretrati, l-Unjoni Ewropea trid tevita l-arretrati billi ssib skema ta' moniterjar effiċjenti u trasparenti biex jiġi żgurat li l-pagamenti jsiru f'perjodu speċifikat;
Dwar is-subintestatura 1b
23. Jinnota li l-impenji tal-PDB għall-Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi żdiedu bi 2.5% għal total ta' EUR 48 413,9 miljun, li jħallu biss marġni ta' EUR 14-il miljun għall-għajnuna teknika; jinnota li ż-żieda ġenerali ta' 2.5% hija riżultat taż-żieda sostanzjali fil-Fond ta' Koeżjoni (+14% meta mqabbel ma' l-2008) filwaqt li l-approprjazzjonijiet għall-Fondi Strutturali baqgħu fl-istess livell;
24. Jiddeplora t-tnaqqis qawwi fil-pagamenti li, meta mqabbla ma' l-2008, naqqsu bi 13.9% għal EUR 34 914,1 miljun; ma jinsabx konvint, b'mod partikulari, bir-raġunijiet għar-reviżjoni 'l isfel tat-tbassiriet tal-livell ta' pagamenti, jiġifieri, -30% għall-objettiv ta' konverġenza ta' l-ERDF, -13% għall-objettiv tal-kompetittività reġjonali u impjieg, -85% għall-objettiv ta' koperazzjoni territorjali ta' l-ERDF u -50% fil-Fond ta' Koeżjoni għall-programmi l-ġodda 2007-2013;
25. Għandu l-ħsieb li jiżgura li r-riżorsi meħtieġa għall-politiki ta' koeżjoni jibqgħu ggarantiti sabiex ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni għall-prinċipju tas-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea;
Dwar l-intestatura 2
26. Jinnota li l-impenji għall-PDB għall-Preservazzjoni u l-Immaniġġjar tar-Riżorsi Naturali ġew stipulati għal EUR 57 525,7 miljun, li hija żieda ta' 3.5% meta mqabbla ma' l-2008, li tħalli marġni ta' EUR 2 113,3 miljun; il-pagamenti jiżdiedu b’3.0% sa EUR 54,834.9 miljun; il-parti ta' l-intestatura 2 maħsuba għall-ispiża relatata mas-suq u ma' l-għajnuniet diretti hija ta' EUR 42 860,3 miljun f'impenji u EUR 42 814,2 miljun f'pagamenti;
27. Jenfasizza li, minkejja l-miżuri ambjentali tal-programm għall-Iżvilupp Rurali u l-istandards ambjentali li fuqhom hi msejsa s-sistema ta' kundizzjonalità għall-pagamenti diretti, 0.5% biss ta' l-approprjazzjonijiet skond l-intestatura 2a jintużaw għall-prijoritajiet ambjentali, filwaqt li l-maġġoranza kbira tal-fondi huma allokati għall-għajnuniet diretti u man-nefqa relatata mas-suq;
28. Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' EUR 20,9 miljun għal-LIFE+, iżda jinnota b'ċertu dispjaċir li parti biss minn din iż-żieda hija għal attività intensifikata fil-qasam tal-bidla fil-klima; iqis li l-prijorità baġitarja orizzontali tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima mhix riflessa kif xieraq f'dawn il-figuri;
29. Ifakkar li l-ewwel objettiv tal-Politika Agrikola Komuni hu li tiggarantixxi l-istabilizzazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-forniment tal-provvisti u ta' prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex fil-baġit tagħha għall-2009 tipprevedi l-mezzi neċessarji biex tissodisfa l-bżonnijiet ġodda li jirriżultaw mill-kriżi attwali ta’ l-ikel, b’mod partikulari billi tiffaċilita l-aċċess għall-prodotti ta’ l-ikel għall-popolazzjonijiet l-aktar imċaħħdin li huma l-aktar affettwati minn din il-kriżi;
30. Jilqa' t-tendenza ġenerali 'l isfel fir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli bħala riżultat tal-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq u ta' l-iffrankar li dawn iġibu magħhom;
31. Jinnota li l-impenji tal-PDB għall-iżvilupp rurali jibqgħu kważi stabbli b'EUR 13 401 miljun (inkluża l-modulazzjoni) f'impenji u EUR 10 926 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagamenti, li huwa tnaqqis ta' 4% meta mqabbel ma' l-2008;
32. Iqis dawn il-figuri bħala elementi indikattivi fil-qafas tal-"Kontroll tas-Saħħa tal-PAK" ippreżentat mill-Kummissjoni fl-20 ta' Mejju 2008;
33. Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet kbar ta' l-implimentazzjoni ta' l-EAFRD; jiddispjaċih li EUR 2,830 miljun ta' approprjazzjonijiet baqgħu ma ntefqux fl-2007, li EUR 1,361 miljun ġew trasferiti għas-sena 2008, u li EUR 1,469 miljun ġew riprogrammati għas-snin 2008-2013 taħt il-Punt 48 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA); juri t-tħassib tiegħu dwar ir-riprogrammar ta' ammonti kbar bħal dawn li se jwassal għal dewmien sinifikanti għad-disponibilità ta' fondi fir-reġjuni rurali;
Dwar is-subintestatura 3a
34. Jinnota li l-impenji tal-PDB għal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja jiżdiedu bi 15% għal EUR 839,1 miljun, li jirriżultaw f'marġni ta' EUR 32,9 miljun; il-pagamenti jiżdiedu b’11.7% sa EUR 596.7 miljun;
35. Jirrimarka li din iż-żieda konsiderevoli mqabbla ma' l-2008 hija l-aktar riżultat taż-ż-żieda sostanzjali fil-kapitoli "Solidarjetà - Fruntieri esterni, politika dwar viżi u l-moviment ħieles tal-persuni" (+ EUR 44,4 miljun jew + 15.6%), "Flussi migratorji - Politiki komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil" (+ EUR 43,3 miljun jew + 18,9%) u "Is-sigurtà u s-salvagwardja tal-libertajiet" (+ EUR 20,8 miljun jew + 27,1%);
36. Jieħu nota taż-żieda ta' 36.3% f'approprjazzjonijiet ta' impenji fil-programm speċifiku "Prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha" u se jeżamina r-raġunijiet għaliha;
37. Huwa mħasseb dwar il-finanzjament baxx għall-attività "Drittijiet fundamentali u ġustizzja" li se tiżdied biss b'0.2% f'impenji u fil-fatt se tonqos b'10% f'pagamenti meta mqabbla mal-baġit 2008;
38. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-PDB żżomm iż-żieda ta' l-approprjazzjonijiet ivvutati fl-2008 għall-Aġenzija għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operazzjonali fuq il-Konfini Esterni (FRONTEX), iżda jinnota b'ċertu tħassib l-ibbilanċjar mill-ġdid tas-sussidju billi jiġu mċaqalqa EUR 5,7 miljun mill-ispiża operattiva għall-ispiża amministrattiva; jitlob li jkun hemm żieda fl-approprjazzjonijiet għall-FRONTEX għall-2009 sabiex tkun tista' żżomm l-impenji ta' missjonijiet permanenti mingħajr interruzzjonijiet, b'mod partikulari fuq il-fruntieri fin-Nofsinhar ta' l-Unjoni (Hera, Nautilus u Poseidon);
39. Jenfasizza li l-patt Ewropew dwar il-politika għall-immigrazzjoni għandu jinkludi kwistjonijiet li jirrigwardaw l-immigrazzjoni illegali, l-immaniġġjar tal-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u tisħiħ tal-protezzjoni tal-fruntieri, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni sħiħa għall-prinċipju tas-solidarjetà u għall-ogħla livell ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;
Dwar is-subintestatura 3b
40. Jinnota li l-impenji tal-PDB għaċ-Ċittadinanza jammontaw għal EUR 628,7 miljun li hija żieda ta' 1.0% jekk l-approprjazzjonijiet għall-2008 jitqiesu netti mill-approprjazzjonijiet tal-Fond ta' Solidarjetà u tal-Faċilità ta' Tranżizzjoni għall-Bulgarija u r-Rumanija; il-marġni li jifdal huwa ta' EUR 22 miljun, il-pagamenti jiżdiedu b’0.7% għal EUR 669 miljun;
41. Jiddispjaċih li l-marġni żgħir ta' EUR 22 miljun li jifdal taħt is-subintestatura jħalli spazju ferm limitat għal manuvrar ta' proġetti pilota u għall-azzjonijiet ta' tħejjija;
42. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza u t-titjieb il-koordinazzjoni fl-interventi ta' protezzjoni ċivili ta' l-Unjoni, inter alia bl-iżvilupp ta' metidoloġiji komuni għall-protezzjoni ċivili bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp ta' sistemi ta' twissija minn kmieni u ta' prevenzjoni, u titjib fil-faċilitàjiet tat-trasport ta' assistenza ta' protezzjoni ċivili sabiex ikun hemm preparazzjoni aħjar għall-protezzjoni taċ-ċittadini Ewropej;
43. Jiddeplora l-fatt li ż-żieda proposta mill-Kummissjoni taħt din is-subintestatura, li tkopri politiki importanti b'impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej, hija ferm aktar baxxa miż-żieda medja ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenji ta' 3.1%; jiddispjaċih, b'mod partikulari, li speċjalment dawk l-attivitajiet importanti għal 'Ewropa għaċ-ċittadin' irċevew iż-żieda l-aktar baxxa, jew saħansitra sofrew tnaqqis meta mqabbla ma' l-2008;
44. Juri t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għal numru ta' linji baġitarji li taħthom l-attivitajiet ta' komunikazzjoni huma ffinanzjati, partikularment fil-kuntest tal-ħidmiet u ta' l-isfidi l-ġodda f'dan il-qasam li jridu jiġu ffaċċjati fl-2009 bħalma huma l-elezzjonijiet Ewropej jew il-possibilità tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona;
45. Iqis li l-aspett ta' qofol tal-politika ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni huwa li ċ-ċittadini ta' l-UE jiġu mgħarrfa dwar l-azzjonijiet u l-programmi mwettqa mill-UE u t-titjib iġġenerat matul l-aħħar snin;
46. Ifakkar li l-istituzzjonijiet kollha għandhom id-dritt li jimplimentaw il-politika tal-komunikazzjoni bħala parti mill-awtonomija istituzzjonali tagħhom, kif stabbilit mill-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, fil-limiti ta’ qafas komuni u b’ċerta grad ta’ armonizzazzjoni fil-preżentazzjoni li għandha tippermetti l-iżvilupp ta’ “trade mark ta' l-UE” li tintagħraf biex tintuża fil-miżuri tal-kommunikazzjoni kollha;
47. Jagħraf il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni tal-politiki ta’ komunikazzjoni differenti implimentati mill-istituzzjonijiet fi ħdan il-Grupp Interistituzzjonali dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; ifakkar li l-komunikazzjoni ilha prijorità importanti tal-Parlament; iqis li l-irwol ewlieni tal-Parlament f’dan il-proċess huwa vitali u jiggarantixxi l-kontinwità u l-effiċjenza tal-politika, b’mod partikulari fil-kuntest ta’ l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin; rigward dan jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li informazzjoni pprovduta liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-liġi ta' l-UE għandha titjib;
Dwar l-intestatura 4
48. Jinnota li l-impenji għall-UE bħala Attur Globali jiżdiedu b’1.8% sa EUR 7 440,4 miljun b’marġini ta’ EUR 243,6 miljun disponibbli; il-pagamenti jonqsu b’6.6% sa EUR 7 579,5 miljun;
49. Josserva li din iż-żieda ta’ 1.8% hija taħt iż-żieda ġenerali medja ta' 3.1% għall-baġit ġenerali ta' l-UE; iqis li dan huwa sinjal ta’ tħassib ħafna peress li l-intestatura 4 hija tradizzjonalment waħda mill-oqsma li l-iktar ikunu diffiċli fil-baġit ta’ l-Unjoni;
50. Huwa mħasseb ħafna minħabba n-nuqqas ta’ finanzjament fl-intestatura 4 u jikkundanna bil-qawwi l-approċċ vag ta’ l-ibbaġittjar li għażlet il-Kummissjoni li ma jqis xejn il-ħtiġijiet realistiċi mistennija f'dan il-qasam; jinnota li, bħala konsegwenza, il-marġini kurrenti ta’ EUR 243,6 miljun tidher figura arbitrarja mhux ħażin; jemmen li din il-problema tista’ tiġi ttrattata biss permezz ta’ reviżjoni komprensiva ta’ l-MFF, li għandha twassal għal żidiet fil-limitu massimu ta’ l-Intestatura 4 għall-perjodu 2009-2013;
51. Jiġbed l-attenzjoni li, qabel il-preżentazzjoni tal-PBD, il-Parlament kien talab fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ April 2008 msemmija qabel stampa realistika tal-ħtiġijiet baġitarji kollha, speċjalment fl-intestatura 4 ta’ l-MFF; ma jqisx li l-PDB, f'din l-intestatura, isegwi l-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod;
52. Għalhekk jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni diġà qalet, f’dan l-istadju bikri tal-proċedura baġitarja, li huwa ċar li approprjazzjonijiet għall-Kosovo, għal-Lvant Nofsani, għall-għajnuna fl-ikel u għall-assistenza makro-finanzjarja ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw l-impenji eżistenti ta’ l-UE madwar id-dinja, aħseb u ara l-bżonnijiet supplementari mistennija: il-PDB jipproponi, pereżempju, EUR 161 miljun f’impenji u EUR 100 miljun f’pagamenti għall-assistenza lill-Palestina u lill-proċess ta’ Paċi, għalkemm l-ammonti finali għall-Baġit ta’ l-2008 kienu EUR 300 miljun u EUR 200 miljun, rispettivament; fir-rigward tal-Kosovo, l-approprjazzjonijiet għall-missjoni EULEX waqgħu b’15.7% fi ħdan is-CFSP; iqis li dan mhux aċċettabbli u jitlob li jkun hemm approċċ ġdid għan-nefqa għall-Palestina u l-Kosovo; jemmen li minħabba d-deċiżjoni li jiżdied bil-kbir in-numru oriġinali ta' esperti li jaħdmu mal-missjoni ta' EUPOL fl-Afghanistan, nuqqasijiet finanzjarji diġà jistgħu jiġu antiċipati minn issa;
53. Jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-implimentazzjoni ta' Politika Ewropea għall-Viċinanzi li tkun approfondita u differenzjata; jenfasizza l-bżonn li l-Istrument Ewropew ta' Viċinanza u Sħubija (ENPI) jkun ipprovdut b'pakkett finanzjarju adegwat li jirrifletti l-impenn ta' l-UE fir-rigward tal-ġirien tagħha fil-Lvant ta' l-Ewropa u fin-Nofsinhar; jinnota ż-żieda żgħira fl-approprjazzjonijiet previsti għall-2009, u jenfasizza li l-inizjattiva riċenti "Il-Proċess ta' Berċellona: Unjoni għall-Mediterran" la għandha tfixkel l-isforzi biex jiġu stabbilit bilanċ bejn approprjazzjonijiet ta' impenji għal ġirien ta' Lvant u tan-Nofsinhar ta' l-Ewropa u lanqas m'għandha fl-ebda każ iżżid it-tensjonijiet baġitarji fl-ENPI
54. Jiddeplora l-fatt li la soluzzjonijiet baġitarji u lanqas indikazzjonijiet għal dawn is-soluzzjonijiet ma ġew ippreżentati fl-iffinanzjar ta’ dawn il-ħtiġijiet ulterjuri; għal darb'oħra jitlob b'urġenza għal kjarifika dwar il-ħtiġijiet totali fl-intestatura 4, inkluż il-kapitlu dwar is-CFSP;
55. Jirrepeti l-konvinzjoni tiegħu li la l-Istrument ta' Flessibbiltà u lanqas ir-Riserva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 244 miljun) ma għandhom ikunu żvijati jew użati ħażin sabiex jiffinanzjaw politiki u attivitajiet ta’ l-UE li jkunu ilhom ippjanati, u huwa deċiż bis-saħħa, waqt il-proċedura baġitarja, li jiddefendi din il-linja;
56. Jiġbed l-attenzjoni bi tħassib għall-kriżi dinjija ta' l-ikel li qed tikber u għall-effetti tal-bidla fil-klima u jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkun tista' tirrispetta l-impenji tagħha rigward il-provista ta' għajnuna ta' ikel u biex tirreaġixxi għad-diżastri f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; Jinnota b’inkwiet serju li, fil-PDB 2009, l-għajnuna fl-ikel hija allokata biss żieda ta' EUR 6.8 miljun imqabbla ma’ l-2008 (+3%) u li, digà fl-aħħar ta' April 2008, il-Kummissjoni talbet trasferiment ta' EUR 60 miljun biex tkopri spejjeż żejda fl-għajnuna fl-ikel fl-2008 (żieda ta' 26,88% f'approprjazzjonijiet ta' impenji); jitlob li jiġu pprovduti risorsi addizzjonali għal dan l-iskop fl-2009 bil-mezzi fiskali kollha disponibbli;
57. Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-approprjazzjonijiet previsti għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-komponent tal-bini ta' l-istituzzjonijiet ta' l-IPA, u b'mod partikolari l-ħsieb tal-Kummissjoni li żżid l-għoti ta' boroż ta' studju addizzjonali u li żżid il-finanzjament għad-djalogu fis-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-Aġenda Soċjali għall-Balkani;
58. Jenfasizza li l-fondi l-ġodda ta' l-Aid for Trade għandhom ikunu addizzjonali ma' l-għajnuna attwali għall-iżvilupp u li kull wegħda ġdida ta' l-Aid for Trade m'għandhiex twassal biex jintmessu xi riżorsi diġà destinati għal inizjattivi oħrajn ta' żvilupp, jtenni t-talba tal-Kummissjoni li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-oriġini ta' EUR 1 000 miljun mwiegħda;
59. Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tniedi Alleanza Globali għall-Bidla fil-Klima u Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Enerġija li Tiġġedded bħala passi importanti biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikun appoġġjati fl-addattament għall-bidla fil-klima u t-tnaqqis tal-bidla fil-klima; madankollu jenfasizza li l-fondi allokati s'issa mhumiex xierqa; jappella sabiex ikun hemm iffinanzjar immedjat għal dawn l-inizjattivi fil-baġit ta' l-2009, barra mill-impenji maħsuba għall-iżivlupp; barra minn hekk, jenfasizza l-importanza li dawn l-inizjattivi jissaħħu billi jiġu assigurati aktar fondi fit-tul;
60. Jinnota li l-Fond ta’ Garanzija għas-self huwa inkluż fil-PDB 2009 b’ammont ta’ EUR 92.46 miljun għall-kuntrarju ta’ l-ipproggrammar finanzjarju oriġinali previst ta’ EUR 200 miljun għall-proviżjoni tiegħu; jiġbed l-attenzjoni li parti importanti tal-marġini disponibbli fil-PDB ta’ l-2009, i.e. EUR 107.54 miljun ta’ EUR 243.6 miljun, huwa artifiċjali sakemm huwa r-riżultat ta’ din il-manuvra; jenfasizza bi tħassib qawwi li huwa probabbli ħafna li dan l-"iffrankar" fl-ibbaġittjar tal-Fond ta’ Garanzija fl-2009 jkun irid jiġi kkumpensat minn infiq ogħla fis-snin ta’ wara, u b’hekk jibqgħu marġini dejjem iżgħar minn dawk programmati issa fl-intestatura 4.
61. Jirrimarka li, ladarba l-organizzazzjoni istituzzjonali li tikkonċerna lir-Rappreżentant Għoli, il-President tal-Kunsill Ewropew u s-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (EEAS) għadha mhix iddeterminata, l-approprjazzjonijiet baġitarji meħtieġa għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni gradwalment, hekk kif l-iskop u l-irwol ta' l-istruttura organizzattiva l-ġdida jkunu aktar ċari, Jenfasizza li la l-bidliet istituzzjonali u lanqas id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar is-CSDP m'għandhom ikomplu jżidu l-pressjoni fuq il-livell attwali ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenji taħt it-Titolu IV;
62. Jenfasizza l-importanza politika ta' proġetti pilota u ta' azzjonijiet preparatorji adottati mill-awtorità baġitarja skond l-Intestatura 4; jitlob li dawn jiġu implimentati fiż-żmien meħtieġ u b'mod proattiv mill-Kummissjoni bl-użu sħiħ ta' l-impenji allokati;
Dwar l-intestatura 5
63. Jinnota li n-Nefqa Amministrattiva globali proposta tiżdied b'5% meta mqabbla ma’ l-2008 u issa tammonta għal total ta’ EUR 7 647.9 miljun, meta mqabbla ma’ EUR 7 281.5 miljun għall-2008, u li marġini iżgħar ħafna biss ta’ EUR 129.1 miljun (li jikkorrispondi għal madwar 1.7% tal-volum ta’ l-ispejjeż) tħallew taħt il-limitu tal-qafas finanzjarju;
64. Filwaqt li jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-postijiet il-ġodda mitluba mill-Kummissjoni jikkonċernaw biss il-kwota finali mħabbra qabel ta’ 250 għall-“UE-2”, jinnota li ż-żieda proposta fin-nefqa amministrattiv għadha aktar għolja minn dik tal-medja tal-baġit kollu kemm hu; rikonoxxi li dan jista’ jkun marbut l-aktar ma’ l-indiċi ta’ l-ispejjeż ta’ salarji u ta’ pensjonijiet, u sa ċertu punt mal-politika dwar il-bini, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jistgħu jkunu meħtieġa modifiki oħrajn tul is-sena finanzjarja 2009 jekk jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona; rigward dan, jimpenja ruħu li jeżamina bir-reqqa n-nefqa amministrattiva fil-kuntest interistituzzjonali sabiex jinvestiga l-bżonnijiet ta' l-istituzzjonijiet għall-2009 u lilhinn;
65. Iqis li, minkejja ż-żieda fl-informazzjoni li titwassal, u l-konklużjonijiet preliminari tal-Kummissjoni li l-aġenziji eżekuttivi jtejbu l-kwalità tal-programmi ta’ l-UE, diversi konsegwenzi finanzjarji/amministrattivi fl-intestatura 5 għad għandhom bżonn aktar kjarifika; pereżempju huwa mistagħġeb li l-ħolqien futur ta’ l-ekwivalenti ta’ 947 post ġdid fiż-żewġ aġenziji ta’ riċerka (kif iddikkjarat fis-segwitu ta’ l-ispezzjoni) iwassal biss għal-liberazzjoni ta’ 117 post fid-dipartimenti tal-Kummissjoni fl-istess perjodu;
66. Huwa mħasseb dwar il-fatt li, b’mod ġenerali, ix-xejriet ta’ l-għoti ta’ kuntratti ‘l barra mill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-aħħar bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal, wasslu għal sitwazzjoni fejn numru li kull ma jmur qed jikber tal-persunal impjegat mill-UE la hu viżibbli fil-pjanijiet ta' stabbiliment ta' l-istituzzjonijiet kif adottati mill-awtorità baġitarja, u lanqas imħallsa skond l-intestatura 5 ta' l-MFF; jiddispjaċih ħafna ta’ din in-nuqqas ta’ trasparenza li tikkonċerna wkoll l-impjieg ta’ esperti nazzjonali; jitlob għal diskussjoni pubblika u komprensiva fost il-partijiet interessati kollha dwar il-futur tal-governanza Ewropea;
67. Jilqa’ b’sodisfazzjon is-segwitu tar-rapport ta’ spezzjoni tal-persunal ta’ l-2007 li waslet reċentement bħala risposta għall-emendi baġitarji tiegħu fil-baġit ta’ l-2008; għandu l-intenzjoni li janalizza dan id-dokument bir-reqqa bl-għan li jinħarġu konklużjonijiet baġitarji għall-2009;
68. Isaqsi lill-Kummissjoni liem miżuri qed jittieħdu biex jintlaħaq l-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fl-UE b’25% sa l-2012, u biex tara jekk il-prinċipju taċ-ċentri li jservu għal kollox (“the principle of the one-stop-shop”) jistax jintlaħaq fil-ġejjieni sabiex titnaqqas il-burokrazija;
69. Għandu l-intenzjoni li jeżamina l-approprjazzjonijiet amministrattivi u t-talbiet għall-persunal ta' l-istituzzjonijiet l-oħra bl-għan li jiżdied il-qligħ fl-effiċjenza, inkluż l-istazzjonar mill-ġdid tal-persunal skond prijoritajiet identifikati fejn possibbli; jinnota li ż-żieda tal-medja proposta għall-istituzzjonijiet l-oħra tammonta għal 4.8%, li jogħla minn EUR 2 673.8 miljun għal EUR 2 803.2 miljun, kemm kemm taħt ir-rata taż-żieda proposta għall-Kummissjoni;
Dwar l-intestatura 6
70. Jinnota li, fl-2009, l-aħħar sena ta’ kumpens baġitarju għall-Bulgarija u għar-Rumanija, l-impenji u l-ħlasijiet huma stabbiliti għal EUR 209,1 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' 1.2% meta mqabbla ma' l-2008; dan iħalli marġini żgħir ta’ EUR 0.9 miljun;
Dwar Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji
71. Jiddispjaċih li, bħala prinċipju ġenerali, il-PDB tal-Kummissjoni ma jinkludi l-ebda impenn għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, u għalhekk dawn iridu jkunu ffinanzjati mill-marġini ta' l-intestaturi rilevanti ta’ l-MFF; jesprimi l-istagħġib tiegħu li hemm xi ftit eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali minħabba li hemm numru żgħir ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, li l-Kummissjoni tidher interessata fihom, li diġà huma maħsuba fil-PDB b’approprjazzjonijiet ta' impenn;
72. Ifakkar fl-obbligu tal-Kummissjoni, sond il-Punt 46a tal-IIA, biex tipprovdi, għall-azzjonijiet annwali, stimi pluriennali u l-marġini li tħallew taħt il-limiti awtorizzati;
73. Jenfasizza li l-IIA tippermetti ammont totali għall-proġetti pilota sa EUR 40 miljun fi kwalunkwe sena baġitarja u ta’ ammont totali ta’ azzjonijiet preparatorji sa EUR 100 miljun li minnhom EUR 50 miljun jistgħu jkunu allokati għal azzjonijiet preparatorji ġodda;
74. Jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu, kif diġà stipulat fir-riżoluzzjoni msemmija qabel ta’ l-24 ta’ April 2008, li juża l-ammonti annwali kollha li jkunu provduti għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fil-IIA jekk in-numru u l-volum ta’ dawn il-proġetti u azzjonijiet proposti jeħtieġu dan, minħabba li jikkunsidrahom għodda indispensabbli għall-Parlament li titwitta t-triq għal-politiki ġodda li huma fl-interess taċ-ċittadini Ewropej;
75. Ifakkar li, għas-sena baġitarja 2008, il-Parlament adotta proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-ammont ta’ EUR 107.32 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn; is-subintestatura 1a kienet tkopri proġetti u azzjonijiet li jammontaw għal EUR 38 miljun, l-intestatura 2 għal EUR 25,15 miljun, is-subintestatura 3a għal EUR 3 miljun, is-sub-intestatura 3b għal EUR 9,5 miljun u l-intestatura 4 għal EUR 31,67 miljun;
76. Jenfasizza li, kieku l-Parlament kellu jiddeċiedi favur livell simili ta' ffinanzjar għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fl-2009, kważi nofs il-marġini disponibbli fl-intestaturi 1a u 3b diġà jkunu ntużaw, għalkemm il-livell ta' nfiq ta' l-2008 fuq proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji lanqas biss laħqu l-ammonti massimi mogħtija mill-IIA;
77. Jiddikkjara r-rieda tiegħu li jissottometti l-ewwel lista provviżorja ta’ l-intenzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni qabel il-btajjel tas-sajf fir-rigward ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-proċedura tal-baġit ta’ l-2009, bi qbil ma’ l-Anness II, Taqsima D, tal-IIA, sabiex ikun faċilitat l-istabbiliment ta' pakkett finali bbilanċjat u koerenti; jiġbed l-attenzjoni li din il-lista ma tipprekludix il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta jew emenda oħra dwar proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji minn Membri tal-Parlament Ewropew individwali, kumitati speċjalizzati u gruppi politiċi fl-Ewwel Qari fil-ħarifa; jinsisti li, għal dan l-eżerċizzju, l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tal-baġit għandhom ikollhom marġini suffiċjenti disponibbli;
78. Jixtieq li flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill jara kif l-appell tiegħu għal rappreżentant Ewropew għad-drittijiet tan-nisa jingħata widen u jidħol fis-seħħ;
Dwar l-aġenziji
79. Jinnota li l-allokazzjonijiet tal-PDB għall-aġenziji deċentralizzati jiżdiedu b’1.76% għal EUR 563.9 miljun f’impenji u jonqsu b'EUR 6 miljun f'pagamenti (-1%);
80. Jiġbed l-attenzjoni li, minkejja din iż-żieda minima f’impenji jekk l-aġenziji kollha jitqiesu flimkien, is-subgrupp ta’ l-aġenziji ta’ l-intestatura 1a inqatgħu b’3.29% jew EUR 8,9 miljun meta mqabbel mal-baġit 2008, f’konformità mad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità baġitarja fil-konċiljazzjoni ta’ Novembru 2008 biex ikun implimentat tnaqqis lineari ta’ EUR 50 miljun matul il-perjodu 2009 - 2013 sabiex ikun iffinanzjat Galileo;
81. Jieħu nota tal-fatt li dan it-tnaqqis għall-aġenziji fl-intestatura 1a ma kienetx “lineari” kif ifformulata fil-konlużjonijiet tal-konċiljazzjoni; għandu l-intenzjoni li jevalwa fid-dettal il-grad u d-distribuzzjoni tat-tnaqqisiet baġitarji; itenni li huwa f'idejn l-awtorità baġitarja li tiddeċiedi dwar dawn il-proposti tal-Kummissjoni;
82. Se jpoġġi enfasi partikulari fuq l-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-aġenziji u se jeżamina bir-reqqa il-bilanċi favorevoli possibbli sabiex ikun assigurat li d-dħul assenjat jitqies fl-istabbiliment tal-baġits ta’ l-aġenziji għall-2009;
83. Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx lill-awtorità baġitarja d-dettalji ta’ kif hija tipproponi li tiffinanzja ż-żewġ aġenziji ġodda li bħalissa qed ikunu diskussi, li waħda minnhom hija diġà inkluża fil-PDB għall-2009 b'entrata p.m., u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindika biċ-ċar informazzjoni ulterjuri dwar din il-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun; wasal għall-konklużjoni li, fis-sitwazzjoni tal-marġini kurrenti, għall-finanzjament ta’ entitajiet ġodda, li jwettqu parzjalment ħidmiet amministrattivi, għandhom ikunu eżaminati l-possibilitajiet kollha mogħtija mill-IIA; ifakkar li hemm bżonn ta’ ftehim minn qabel ta’ l-awtorità baġitarja dwar l-iffinanzjar ta’ kwalunkwe aġenzija ġdida li jkun b’konformità mal-Punt 47 ta’ l-IIA;
84. Jenfasizza darb’oħra li l-livelli ta’ finanzjament ta’ l-aġenziji deċentralizzati kurrenti u futuri jaffettwaw direttament il-marġini disponibbli taħt l-intestaturi ta’ l-MFF; jinnota li l-IIA tobbliga lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-implikazzjonijiet baġitarji għall-intestatura ta’ l-infiq ikkonċernat meta tkun qed tfassal proposta għall-ħolqien ta’ aġenzija deċentralizzata ġdida; tipprova tiżgura li l-iffunzjonar ta’ l-aġenziji deċentralizzati tagħti valur miżjud u tkattar l-interessi taċ-ċittadini ta’ l-UE;
85. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li jkun stimulat djalogu interistituzzjonali dwar l-irwol ta’ l-entitajiet kollha ddefiniti skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-post tagħhom fit-tmexxija Ewropea; itenni l-importanza li tkun żgurata fuq bażi sistematika, fuq livell interistituzzjonali, l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 tal-IIA;
Dwar l-aġenziji eżekuttivi u xejriet oħrajn ta’ l-għoti ta’ kuntratti ’l barra
86. Jinnota li kwalunkwe espansjoni ulterjuri ta’ aġenziji eżekuttivi u entitajiet simili ad-hoc tkun iffinanzjata mill-pakkett finanzjarju rilevanti; jesprimi t-tħassib tiegħu, għalhekk, li kull espansjoni f'aġenziji eżekuttivi u entitajiet oħra se tnaqqas il-fondi għall-operat disponibbli fil-pakketti tal-programm u ċċaqlaq l-ħidmiet amministrattivi mill-intestatura 5 ta’ l-MFF sabiex ikunu ffinanzjati skond l-intestaturi ta’ l-operat;
87. Hu mħasseb li l-ħolqien ta’ aġenziji eżekuttivi u entitajiet oħra ad hoc jista’ jwassal għal żieda mhux trasparenti fin-numru ta’ uffiċjali ta’ l-UE u ta’ persunal kuntrattwali, b’mod speċjali jekk ma jitnaqqsux l-postijiet fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni u/jew stazzjonati mill-ġdid kif xieraq; iħeġġeġ li jitħarsu l-Arranġamenti tax-Xogħol għat-Twaqqif ta’ Aġenziji Eżekuttivi (Kodiċi ta’ Kondotta rivedut), b’mod partikulari fir-rigward ta’ l-iskrutinju parlamentari ta’ l-iffinanzjar u l-provvediment tal-persunal għall-aġenziji;
Konklużjonijiet u mandat possibbli għall-Konċiljazzjoni
88. Iqis il-punti li ġejjin huma ta’ interess speċifiku għall-konċiljazzjoni tal-baġit li għandu jsir f’Lulju 2008:
- livell adegwat ta’ pagamenti;
- konformità mal-prinċipju ta’ bbaġitjar finanzjarju sod, b’mod partikulari fir-rigward ta’ stampa realistika tal-ħtiġijiet fl-intestatura 4;
- impenn mill-Kummissjoni sabiex tissotometti, f’dak li għandu x’jaqsam mal-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-UE u mal-Fond Ewropew ta’ l-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-baġits ta’ emenda li għandhom il-mobilizzazzjoni ta' dawn il-fondi bħala l-uniku għan tagħhom, sabiex ikun evitat kwalunkwe dewmien fil-forniment ta' għajnuna finanzjarja;
- risposta xierqa għall-ħtiġijiet ta’ l-għajnuna fl-ikel u tas-sigurtà ta’ l-ikel;
- is-sitwazzjoni attwali ta' l-implimentazzjoni tal-Punt 44 tal-IIA u tal-punt 5(N) tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat (COM(2006)0009);
- riżorsi suffiċjenti għal Ewropa taċ-ċittadini;
- l-intenzjonijiet provviżorji ta’ l-awtorità baġitarja fir-rigward ta’ proġetti pilota u ta’ azzjonijiet preparatorji;
- ċarezza tal-preżentazzjoni tal-baġit, b’mod speċjali fir-rigward ta’ l-infiq amministrattiv u r-riżorsi umani inkluż l-għoti ‘l barra ta’ kuntratti ta’ ħidmiet;
- dispożizzjoni baġitarja adegwata biex ikun permess rispons għall-prijoritajiet ta’ l-UE “il-kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi”, “il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-promozzjoni ta’ Ewropa sostenibbli” u “sabiex il-Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni issir realtà”;
89. Jiddeplora bil-qawwi d-drawwa tal-Kunsill li jagħmel tnaqqis ġenerali fl-ewwel qari tiegħu tal-baġit ta' l-Unjoni mingħajr ma jingħataw l-ebda raġunijiet preċiżi; jistieden lill-Kunsill biex meta jadotta l-Abbozz tal-Baġit jeżamina kull element tal-baġit filwaqt li juża l-kriterji ta' effiċjenza, ekonomija u l-valur miżjud Ewropew; jiġbed l-attenzjoni li l-istabbiliment tal-baġit ta’ l-Unjoni huwa att politiku fundamentali li hu aktar milli sempliċiment eżerċizju ta’ kontabilità, u jistenna lill-Kunsill jagħmel arranġamenti għal djalogu politiku ġenwin mal-Parlament waqt din il-proċedura baġitarja;
o
o o
90. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).
- [2] Testi Adottati, P6_TA(2008)0174.
- [3] Testi Adottati, P6_TA(2008)0175.
NOTA SPJEGATTIVA
L-għan tar-riżoluzzjoni attwali huwa doppju:
L-ewwel nett, għandu jinkludi l-ewwel evalwazzjoni tal-PDB tal-Kummissjoni għall-2009 u għandu jindika minn issa d-direzzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament fl-Ewwel Qari, li tradizzjonalment issir votazzjoni fuqha f’Ottubru li ġej; it-tieni nett u konsegwentament, għandha tagħti mandat provviżorju lid-delegazzjoni tal-Parlament għan-negozjati tagħhom mal-fergħa l-oħra ta’ l-awtorità baġitarja fil-konċiljazzjoni ta’ Lulju.
Ir-riżoluzzjoni hija bbażata fuq ir-riżoluzzjoni tal-Qafas Baġitarju u l-Prijoritajiet għall-2009 kif adottata mill-Parlament fl-24 ta’ April 2008 u tirriferi għaliha, flimkien mar-riżoluzzjoni tal-gruppi politiċi dwar l-Istrateġija tal-Politika Annwali tal-Kummissjoni.
Hija tipprova tqis kompletament l-opinjonijiet ppreżentati mill-kumitati l-oħra li huma meqjusa bħala element essenzjali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-Baġit 2009.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (4.6.2008)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-baġit għall-2009: l-ewwel riflessjonijiet dwar il-PDB għall-2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni
(2008/2025(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Véronique De Keyser
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jitlob lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza li, sabiex ikun possibbli għall-Unjoni Ewropea li tissodisfa l-obbligi tagħha fil-qasam ta' l-azzjoni esterna u li jkollha rwol attiv meta jiġu indirizzati l-isfidi globali, iridu jiġu allokati fondi suffiċjenti fil-baġit ta' l-UE;
2. Huwa diżappuntat bis-sehem ta' l-approprjazzjonijiet previst għall-Intestatura 4 fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB) tal-Kummissjoni għall-2009 u huwa diżappuntat mill-fatt li, filwaqt li l-obbligi internazzjonali ta' l-UE qed jiżdiedu, iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-impenji fir-rigward tal-baġit 2008 huwa inqas mir-rata ta' l-inflazzjoni fl-istess perjodu;
3. Iqis il-marġni ppreżentat bħala wieħed pjuttost artifiċjali u arbitrarju; jilotb lill-Kummissjoni biex ma tużax l-Istrument tal-Flessibilità jew ir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għal attivitajiet programmabbli fuq tul ta' żmien twil;
4. Huwa konxju tal-limiti tal-qafas finanzjarju 2007-2013; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkunsidraw kif xieraq l-irwol li qed jikber ta' l-UE bħala parteċipant globali meta jippreparaw ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju ta' l-UE;
5. Jinnota li, ladarba l-istruttura istituzzjonali rigward ir-Rappreżentant Għoli, il-President tal-Kunsill Ewropew u s-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna għadha ma ġietx determinata, l-approprjazzjonijiet baġitarji neċessarji għandhom ikunu disponibbli b'mod gradwali hekk kif l-iskop u l-irwol ta' l-istrutturi organizzattivi l-ġodda jsiru iżjed ċari; jenfasizza li la t-tibdil istituzzjonali u lanqas id-dispożizzjonijiet tal-Politika Komuni għas-Sigurtà u d-Difiża l-ġodda (CSDP) m'għandhom ikunu ta' iżjed xkiel għal-livell attwali ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn taħt l-Intestatura 4;
6. Huwa mħasseb dwar l-approprjazzjonijiet previsti għall-Kosovo, b'mod partikolari fil-qasam tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (CFSP) u l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), fil-PDB 2009, li huma inqas mill-iffinanzjar maħsub fil-baġit 2008 li kien adottat; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinfurmaw lill-Parlament dwar l-iffinanzjar assorbit mill-baġit 2008, minħabba s-sitwazzjoni attwali fil-post u d-dewmien li probabbilment se jkun hemm sabiex tibda l-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevalwa mill-ġdid, fuq din il-bażi, ir-rekwiżiti fir-rigward tal-bini ta' l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-Kosovo, u tal-kontribuzzjoni ta' l-UE għall-preżenza internazzjonali f'dan il-pajjiż fl-2009;
7. Jesprimi n-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu dwar l-approprjazzjonijiet previsti fil-PDB 2009 għall-Palestina, li huma kważi 50% inqas minn dawk previsti fil-baġit 2008 li kien adottat, u iktar minn 60% inqas minn dawk previsti fil-baġit finali għall-2007; huwa tal-fehma li, meta tkun qed tipprogramma l-għajnuna meħtieġa, il-Kummissjoni tista' f'dan il-każ tibni fuq l-esperjenza li tkun inkisbet u l-ħtiġiet skond kif ikunu ġew stmati, u għaldaqstant għandha tkun kapaċi talloka l-iffinanzjar meħtieġ biex jingħata kontribut għall-vijabilità ta' l-awtoritajiet Palestinjani u tal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani;
8. Jappoġġja azzjonijiet u approprjazzjonijiet immirati biex jippermettu lill-UE li tieħu sehem fil-proċessi ta' paċi f'zoni ta' kunflitt, per eżempju l-Iraq;
9. Jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-implimentazzjoni ta' Politika Ewropea għall-Viċinanzi li tkun approfondita u differenzjata; jenfasizza l-bżonn li l-Istrument Ewropew ta' Viċinanza u Sħubija (ENPI) jkun ipprovdut b'pakkett finanzjarju adegwat li jirrifletti l-impenn ta' l-UE fir-rigward tal-ġirien tagħha fil-Lvant ta' l-Ewropa u fin-Nofsinhar; jinnota ż-żieda żgħira fl-approprjazzjonijiet previsti għall-2009, u jenfasizza li l-inizjattiva riċenti "Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran" la trid tfixkel l-isforzi biex jitwaqqaf bilanċ bejn l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn għall-ġirien Ewropej tal-Lvant u tan-Nofsinhar u lanqas f'kwalunkwe każ iżżid it-tensjonijiet baġitarji fl-ENPI;
10. Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-approprjazzjonijiet previsti għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-komponent tal-bini ta' l-istituzzjonijiet ta' l-IPA, u b'mod partikolari l-ħsieb tal-Kummissjoni li żżid l-għoti ta' boroż ta' studju addizzjonali u li żżid il-finanzjament għad-djalogu fis-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-Aġenda Soċjali għall-Balkani;
11. Jemmen li fil-kuntest ta' koperazzjoni ma' pajjiżi tal-Lvant Nofsani li qed jiżviluppaw (DCI), b'mod partikolari fir-rigward ta' l-Iraq, iż-żieda fil-programmi għal 'scholarships' u fil-ġemellaġġ ta' bliet jista' jkollha effetti pożittivi għat-tressiq lejn xulxin;
12. Jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem bħala elementi ċentrali tal-politika barranija ta' l-UE; iqis il-promozzjoni ta' metodi mhux vjolenti bħala waħda mill-iktar mezzi xierqa għall-appoġġ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota b'sodisfazzjon iż-żieda, għalkemm żgħira, fl-iffinanzjar għall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), inkluża dik allokata għall-osservazzjoni elettorali, u jenfasizza li dan l-ammont, previst fil-PDB 2009, għandu jinżamm bħala ammont minimu; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-atturi Ewropej, bħal ma huma l-fondazzjonijiet politiċi indipendenti, huma ta' spiss de facto esklużi mill-implimentazzjoni ta' l-EIDHR fil-livell tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni, u jitlob għall-implimentazzjoni ta' l-EIDHR li jkun aġġornat mal-leġiżlazzjoni eżistenti għall-promozzjoni tad-demokrazija iżjed effettiva;
13. Jappoġġja azzjonijiet li jħeġġu l-użu strateġiku tar-ristabbiliment bil-għan li jinfetaħ spazju umanitarju f'sitwazzjonijiet akuti tar-refuġjati, sabiex l-UE tkun tista' turi solidarjetà sinifikanti u konkreta fil-livell Ewropew li jaf ikollha valur miżjud f'approċċ usa' għall-għoti ta' appoġġ umanitarju għal pajjiż jew reġjun partikolari;
14. Itenni li l-Amerika Latina hija reġjun ta' prijorità għall-Unjoni Ewropea, u jenfasizza li r-relazzjonijiet ta' l-UE ma' dak ir-reġjun għandhom bżonn jiġu ffinanzjati b'mod xieraq f'konformità mar-riżultati tas-Samit ta' Lima u żviluppat b'rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-ambjent;
15. Jappoġġja – meta wieħed iqis il-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet ta' l-UE ma' l-Ażja Ċentrali fuq il-bażi ta' l-istrateġija adottata fl-2007 – l-għotja antiċipata ta' l-għajnuna lil dak ir-reġjun għall-2009;
16. Jilqa' ż-żieda fl-iffinanzjar propost għall-Istrument għall-Istabilità; jenfasizza madankollu li l-kriterji sabiex jiġu allokati l-fondi skond dak l-istrument jeħtieġ li jiġu żviluppati iktar, sabiex isiru aktar trasparenti u sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi jkunu diretti b'mod konsistenti għall-prijoritajiet reali; itenni li l-Parlament għandu jkun involut fl-iżvilupp u fl-ispeċifikazzjoni tal-kriterji rilevanti; jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' azzjoni preparatorja separata dwar in-Netwerk għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti, li trid tiġi abbandunata u l-mezzi finanzjarji trasferiti għall-Isħubija għall-Bini tal-Paċi fl-Istrument ta' Stabilità;
17. Jinnota mħasseb il-kriżi dinjija ta' l-ikel li dejjem qed tikber u l-effetti tal-bidla fil-klima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirriflettu dwar il-konsegwenzi probabbli ta' għas-sigurtà globali, u jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkun tista' tirreaġixxi għal din is-sitwazzjoni u għal spekulazzjonijiet relatati, u li tirrispetta l-impenji tagħha fir-rigward ta' l-għoti ta' għajnuna ta' ikel lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
18. Ma japprovax iż-żieda proposta fl-iffinanzjar fir-rigward tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSRs), b'mod partikolari minħabba li l-Parlament għad irid jiġi involut fil-proċess li bih jinħolqu pożizzjonijiet ġodda ta' EUSR, jiġu stabbiliti l-mandati tagħhom u jinħatru l-EUSRs; jenfasizza li t-Trattat ta' Liżbona se jippermetti lill-istituzzjonijiet ta' l-UE biex jippruvaw isibu sinerġija bejn id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-EUSRs tal-Kunsill (l-irwoli doppji), biex b'hekk tkun evitata d-duplikazzjoni ta' l-inkarigi, tittejjeb il-koordinazzjoni u tiżdied l-effikaċja ta' l-azzjoni esterna ta' l-UE;
19. Japprezza l-fatt li qed ikompli d-djalogu mal-presidenza tal-Kunsill dwar il-prijoritajiet tas-CFSP; huwa impenjat li jsaħħaħ dak id-djalogu sabiex jiżgura koordinazzjoni interistituzzjonali f'waqtha fit-tiswir tad-direzzjoni tas-CFSP u sabiex isaħħaħ l-effikaċja u l-leġittimità demokratika tagħha; jenfasizza li l-kwalità ta' l-informazzjoni pprovduta jeħtieġ li tittejjeb u li tiġi żgurata l-kontinwità tagħha;
20. Isostni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma stabbiliti mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu biex josserva l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti għall-għajnuna esterna; jinsab ħerqan għall-koperazzjoni u l-konsultazzjoni strutturata u miżjuda mal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tad-dokumenti multiannwali u indikattivi ta' l-ippjanar;
21. Itenni f'dan il-kuntest it-talba tiegħu għall-konklużjoni ta' ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiddefinixxi, fuq il-bażi tat-Trattat ta' Liżbona, ir-relazzjonijiet ta' ħidma tagħhom fil-qasam ta' l-azzjoni esterna, inkluż l-użu komuni ta' l-informazzjoni kunfidenzjali;
22. Jenfasizza l-importanza politika tal-proġetti pilota u ta' l-azzjonijiet preparatorji adottati mill-awtorità baġitarja skond l-Intestatura 4; jitlob li jiġu implimentati f'waqthom u b'mod proattiv mill-Kummissjoni, li għandha tuża b'mod sħiħ l-impenji allokati;
23. Jinnota li l-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ il-Programm Tematiku għall-Ambjent u għall-Immaniġġjar Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali inkluża l-Enerġija (ENRTP); itenni l-ħtieġa li tinbena politika komuni esterna għall-enerġija, u jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament dwar l-iffinanzjar previst fil-baġit 2009 għar-realizzazzjoni tal-proġetti prijoritarji tan-Netwerks Trans-Ewropej ta' l-Enerġija (TEN-E) li għandhom l-għan li jsaħħu s-sigurtà ta' l-enerġija ta' l-UE.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data ta' l-adozzjoni |
3.6.2008 |
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 6 0 |
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
André Brie, Colm Burke, Philip Claeys, Véronique De Keyser, Hanna Foltyn-Kubicka, Bronisław Geremek, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Anna Ibrisagic, Ioannis Kasoulides, Maria Eleni Koppa, Helmut Kuhne, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Philippe Morillon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Samuli Pohjamo, Libor Rouček, Christian Rovsing, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, István Szent-Iványi, Inese Vaidere, Ari Vatanen, Jan Marinus Wiersma, Luis Yañez-Barnuevo García, Zbigniew Zaleski, Josef Zieleniec |
||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, James Elles, Jaromír Kohlíček, Doris Pack, Rihards Pīks, Karl von Wogau |
||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (28.5.2008)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-baġit ta' l-2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar il-mandat tal-PDB għall-konċiljazzjoni
(2008/2025(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Maria Martens
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jesprimi dispjaċir kbir fir-rigward tal-konsegwenzi tal-prezzijiet globali li qegħdin dejjem jiżdiedu għall-provvediment ta’ l-għajnuna alimentari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jieħu nota tat-tnaqqis li diġà ġie enfasizzat mill-aġenziji ta’ finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni sabiex taddatta l-linja tal-baġit 23 02 02 għall-ħtiġijiet veri li se jkun hemm fl-2009 u sabiex iżżid il-linja tal-baġit kif xieraq mingħajr ma tippreġudika l-prijoritajiet politiċi tal-PE; jinnota li l-prezzijiet ta’ l-ikel jirriżultaw minn kawżi strutturali u li m’humiex mistennija li jitneħħew fl-2009 jew fis-snin ta’ wara, u li skond il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja l-Unjoni Ewropea “għandha l-għan li turi l-impenn tagħha lejn ir-rispons umanitarju billi timmobilizza finanzjament adegwat għall-għajnuna umanitarja bbażat fuq evalwazzjoni tal-ħtiġijiet"; jitlob biex fl-2009 jiġu provduti riżorsi addizzjonali għal dan il-għan permezz tal-mezzi baġitarji kollha disponibbli, inklużi l-mekkaniżi baġitarji tradizzjonali bħall-istrument ta' flessibilità jew mezzi innovattivi bħar-riviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) biex jinħareġ dak li ma ntefaqx fit-Titolu 5;
2. Jitlob għal kontinwazzjoni tal-linji baġitarji 19 09 02 (koperazzjoni mal-gruppi ta’ pajjiżi ta’ introjtu medju fl-Amerika Latina) u 19 10 01 05 (koperazzjoni mal-gruppi ta’ pajjiżi ta’ introjtu medju fl-Asja) bħala azzjonijiet preparatorji biex jiġu ffinanzjati interventi f’dawk ir-reġjuni li ma jissodisfawx il-kriterji għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u għalhekk ma jaqgħux taħt ir-Regolament (KE) 1905/2006); jenfasizza li azzjonijiet bħal dawn huma mixtieqa sabiex ikun hemm risposta għall-interessi strateġiċi ta’ l-UE jew għal kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, u jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi strument finanzjarju għal azzjonijiet bħal dawn bla dewmien;
3. Jiġbed l-attenzjoni għall-problema tas-sitwazzjoni prekarja ta’ finanzjament fl-Intestatura 4, li tirriżulta minn ħtiġijiet fil-Kosovo u fil-Palestina li ma setgħux jiġu previsti meta kien ġie stabbilit l-MFF; jemmen li din il-problema tista’ tiġi trattata biss permezz ta’ riviżjoni komprensiva ta’ l-MFF, li għandha twassal għal żidiet fil-limitu ta’ l-Intestatura 4 għall-perjodu 2009-2013; jenfasizza li l-programm tematiku "Investiment fill-Persuni" jeħtieġ li jaqdi numru kbir ta' politiki u prijoritajiet tal-programm u li, fost dawn il-prijoritajiet, kien hemm tnaqqis fl-infiq fuq is-saħħa mill-2003 - 2006, u l-allokazzjonijiet annwali għall-2007 u l-2008 ma laħqux il-medja annwali, kif maħsub għall-perjodu 2007 - 2013;
4. Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tniedi Alleanza Globali għall-Bdil fil-Klima u Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Enerġija li Tiġġedded bħala passi importanti biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikun appoġġjati fl-addattament għall-bdil fil-klima u t-tnaqqis tal-bdil fil-klima; madankollu jenfasizza li l-fondi allokati s'issa mhumiex xierqa; jappella sabiex ikun hemm iffinanzjar immedjat għal dawn l-inizjattivi fil-baġit ta' l-2009, barra mill-impenji maħsuba għall-iżivlupp; barra minn hekk, jenfasizza l-importanza li dawn l-inizjattivi jissaħħu billi jiġu assigurati aktar fondi fit-tul;
5. Jenfasizza l-ħtieġa għal evalwazzjoni komprensiva tar-riżultati ta’ l-azzjonijiet ta’ koperazzjoni fl-iżvilupp ta’ l-UE u s-sostenibilità possibbli tagħhom, inkluża l-assistenza mogħtija bħala appoġġ għall-baġit; jirrimarka li f’dan il-qasam it-trasparenza hija fundamentali għar-responsabilità parlamentari; jenfasizza l-ħtieġa li jintlaħaq il-valur indikattiv li, sa l-2009, jiġi ddedikat 20% ta' l-għajnuna allokata taħt il-programmi tal-pajjiżi koperti mill-Istrument ta' Koperazzjoni fl-Iżvilupp, għall-edukazzjoni bażika u sekondarja u għas-servizzi tas-saħħa bażiċi, permezz ta' appoġġ minn proġetti, programmi jew mill-baġit marbuta ma' dawn is-setturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-evalwazzjoni tar-riżultati tagħha u biex tippreżenta s-sejbiet tagħha lill-Parlament.
6. Jilqa' l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex timplimenta l-kuntratti tagħha dwar l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDG) mill-aktar fis possibbli; u jappella sabiex il-prinċipji li fuqhom huma msejsa l-kuntratti jiġu estiżi għall-għajuna kollha l-oħra marbuta mal-baġit ġenerali u settorjali;
7. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar il-ħsieb u l-prattika dwar kif jista' jittejjeb l-iskrutinju Parlamentari ta' l-għajnuna tal-baġit fil-pajjiżi msieħba;
8. Jistieden sabiex jissaħħu l-indikaturi ta' prestazjoni relatati mal-ġens marbuta ma' l-għajnuna tal-baġit, u estiżi f'oqsma bħad-drittijiet ċivili tan-nisa;
9. Jappoġġja l-inklużjoni kontinwa ta' objettivi sabiex jiżdied l-infiq fuq is-saħħa u l-edukazzjoni fil-ftehimiet dwar l-għajnuna tal-baġit; u jissuġġerixxi li l-ftehimiet jinkludu linji ta' żmien ċari għall-ilħuq ta' l-objettiv tad-Dikjarazzjoni ta' Abuja dwar l-infiq ta' 15% tal-baġit nazzjonali fuq is-saħħa, u l-objettiv tal-Kampanja Globali dwar l-Edukazzjoni dwar l-infiq ta' 20% tal-baġit nazzjonali fuq l-edukazzjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data ta’ l-adozzjoni |
28.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Alessandro Battilocchio, Thijs Berman, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Corina Creţu, Beniamino Donnici, Fernando Fernández Martín, Juan Fraile Cantón, Alain Hutchinson, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Gay Mitchell, Luisa Morgantini, Horst Posdorf, José Ribeiro e Castro, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Anna Záborská, Jan Zahradil |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
John Bowis, Ana Maria Gomes, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Mihaela Popa, Renate Weber, Gabriele Zimmer |
|||||
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (9.6.2008)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-baġit 2009: l-ewwel riflessjonijiet dwar il-PDB għall-2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni
(2008/2025(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Göran Färm
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza li l-isfidi li jikkonċernaw l-enerġija sostenibbli u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima jridu jiġu riflessi fil-prijoritajiet tal-baġit ta' l-UEjinnota li dawn il-prijoritajiet ikunu jeħtieġu aktar riżorsi baġitarji, l-aktar għall-finanzjament tal-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija u għall-promozzjoni ta' l-effiċjenza enerġetika itenni li dawn ir-riżorsi baġitarji għandhom jissupplimentaw il-finanzjament eżistenti tal-programmi Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, u mhux ikunu a skapitu tagħhom;
2 Huwa ferm imħasseb dwar il-marġini limitat disponibbli fl-Intestatura 1A, li jagħti x'jifhem li se jkun impossibbli li jiġu ffinanzjati prijoritajiet ġodda permezz ta' trasferiment mingħajr ma jiddgħajfu serjament programmi importanti eżistentigħalhekk jirrakkomanda li jingħataw aktar fondi, jekk iridu jiġu stabbiliti prijoritajiet ġodda;
3. Jenfasizza l-importanza tar-riforma ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona li għanda tkun appoġġjata minn fondi relevanti u jenfasizza li l-inizjattivi preżenti f’dan il-qasam, bħall-Programm ta’ Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u inizjattivi oħra dwar intrapriżi żgħar u medji għandhom ikunu implimentati u mmonitorjati b’mod xieraq;
4. Jinnota d-deċiżjonijiet baġitarji riċenti sabiex jiġi ffinanzjat il-proġett Galileo u l-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, inizjattiva li jeħtieġu monitoraġġ intensiv u evalwazzjoni waqt it-tqegħid fis-seħħ tagħhom;
5. Ifakkar li l-funzjoni ta’ l-EIT għandha tkun ikkunsidrata bħal kumplimentari għall-inizjattivi l-oħra tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP7) u fil-programm ta’ qafas għall-kompetittività u l-innovazzjoni (CIP) u għalhekk jeħtieġ li tkun żgurata allokazzjoni massima ta' riżorsi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qafas tar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju;
6. Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-FP7 u tax-xogħol ta' l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, u b'mod partikulari, tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, għandhom jiġu moniterjati mill-qrib;
7. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiffaċilita t-twaqqif ta’ qafas regolamentarju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinkuraġġixxi l-investimenti koerenti (kemm għall-intrapriżi stabbiliti u kemm għal dawk ġodda), li jiżgura li jkun hemm kompetizzjoni u li l-konsumaturi jkollhom għażla, u li jkun jista' jaffaċċja l-isfidi attwali u dawk tal-futur, bħall-użu ta' l-optical fibre fl-Unjoni Ewropea.
8. Jistaqsi jekk it-tendenza preżenti li jiġu stabbiliti aġenziji regolatorji ġodda inkarigati b'ħidmiet amministrattivi, bħall-Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, hijiex żvilupp utli; jissuġġerixxi li sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika jkun aħjar li d-dipartimenti tal-Kummissjoni li jaħdmu f'oqsma prijoritarji jingħataw persunal adegwat;
9. Minkejja dan, jissuġġerixxi li għandhom ikunu pprovduti fondi addizzjonali għall-aġenziji l-ġodda tal-Komunità Ewropea u għall-espansjoni ta' aġenziji eżistenti, ibbażati fq deċiżjonijiet ta’ l-awtorità tal-baġit
10. Jemmen li minħabba l-marġini limitat disponibbli fl-Intestatura 1A, waħda mill-prijoritajiet għandha tkun l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni adegwata tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet ta' tħejjija attwali, flimkien ma’ proġetti pilota ġodda u azzjonijiet preparatorji.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data ta' l-adozzjoni |
5.6.2008 |
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 0 0 |
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Dragoş Florin David, Den Dover, Lena Ek, Norbert Glante, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras |
||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Christian Ehler, Göran Färm, Juan Fraile Cantón, Robert Goebbels, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gunnar Hökmark, Mieczysław Edmund Janowski, Eija-Riitta Korhola, Lambert van Nistelrooij, Esko Seppänen, Hannes Swoboda, Silvia-Adriana Ţicău |
||
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Giovanna Corda, Catherine Neris, Antolín Sánchez Presedo |
||
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (29.5.2008)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-baġit ta' l-2009: l-ewwel riflessjonijiet dwar il-mandat ta' l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009 għall-konċiljazzjoni
(2008/2025(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Eva Lichtenberger
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota l-livell għoli ta' importanza li l-UE, fuq livell globali, torbot ma' politika għat-tnaqqis ta' l-impatti tal-bidla fil-klima. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti prijorita lil dawk il-proposti li għandhom il-kapaċita jwettqu potenzjal għall-iffrankar ta' l-enerġija fit-trasport;
2. Jinnota l-importanza ta' proġetti pilota u azzjonijiet ta' tħejjija meta jiġu determinati l-ħtieġa għal, u l-effiċjenza ta', programmi ġodda tal-baġit bħala reazzjoni għal ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qed jiżviluppaw fil-politika tat-trasport; ifakkar li skond in-natura tagħhom, il-proġetti pilota ma jistgħux ikunu ta' sostitut għal programmi u politiki żviluppati bis-sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod sistematiku, tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet ta' tħejjija u fuq kollox biex tirrapporta lill-Parlament dwar il-konklużjonijiet li jistgħu jirriżultaw minnhom; u, bħal fil-każ ta' l-infiq baġitarju kollu, jinsisti li l-proġetti li qed jiġu ppilotati jippreżentaw valur miżjud ġenwin fil-livell ta' l-UE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni speċjali lill-programmi kollha li għandhom impatt fuq it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' CO2 fit-trasport;
3. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi sa l-aħħar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet ta' tħejjija relatati mat-trasport u mat-turiżmu, b'mod speċifiku l-iffaċilitar tat-traffiku transkonfinali f'punti ta' qsim tal-konfini esterni tal-Grigal ta' l-UE (06 07 05) u d-Destinazzjonijiet ta' Eċċellenza Ewropej (02 02 08) fil-kuntest ta' l-Abbozz Preliminari tal-Baġit u biex tirrapporta dwar liema segwitu jista' jkun meħtieġ fir-rigward tal proġett pilota komplut dwar is-sigurta tul in-Netwerk Trans-Ewropew (06 07 02) li għandu jitlesta fl-2009. Dan il-proġett pilota għandu jitkompla u jiġi estiż biex jinkludi element ġdid għall-bini ta' postijiet siguri ta' parking, imqiegħda tul il-kurituri tat-trasport pan-Ewropej u l-proġetti ta' prijorita tan-Netwerks Trans-Ewropej (TEN) fl-Istati Membri l-aktar ġodda li jinsabu fix-Xlokk ta' l-Unjoni Ewropea; ifakkar fl-importanza ta' l-azzjoni ta' tħejjija fuq il-postijiet ta' kontroll fir-rigward tat-trasport ta' l-annimali (17 04 03 03) minħabba ż-żieda għolja fil-kummerċ ta' l-annimali bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa;
4. Jenfasizza l-importanza ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura meħtieġa tat-trasport bil-ferrovija u bil-baħar u jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li din il-prijorita tiġi riflessa fil-baġit ta' l-UE għall-2009;
5. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-iżvilupp ta' trasport pubbliku urban jiġi promoss permezz tal-ħolqien ta' fond speċjali għal dan il-għan. Minħabba l-importanza ta' l-għajnuna Statali għall-immodernizzar tal-flotta tat-trasport pubbliku urban, jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq kondizzjonijiet ċari li jirregolaw l-għoti ta' din l-għajnuna għall-akkwist ta' vetturi għat-trasport pubbliku urban, simili għal dawk applikabbli fis-settur tat-trasport bil-ferrovija;
6. Jinsisti li r-riżorsi fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit disponibbli għall-Aġenzija Ewropea tas-Sigurta Marittima, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurta ta' l-Avjazzjoni, l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, u l-Awtorità ta' Sorveljanza Galileo huma allinjati mad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet statutarji eżistenti tagħhom u estiżi b'att leġiżlattiv u li dawn ir-riżorsi mhumiex limitati inutilment bl-effett li jiġi ttardjat it-trasferiment, li sar qbil dwaru, tal-kompetenzi għal dawk l-aġenziji; jinnota l-ekonomiji ta' skala u l-eliminazzjoni ta' duplikazzjoni, bil-konsegwenza ta' tfaddil ġenerali għall-but pubbliku inkluż dak ta' l-Istati Membri, li jġib miegħu dan it-trasferiment ta' kompetenzi; madankollu jinsisti li kwalunkwe delegazzjoni ta' ħidma fuq standards tekniċi minn aġenziji għal partijiet interessati fil-qasam rispettiv tagħhom m'għandhiex twassal għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' vantaġġ oligopolistiku jew monopolistiku għal kwalunkwe parti kummerċjali interessata;
7. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Abbozz Preliminari tal-Baġit jirrifletti l-prijoritajiet espressi mill-Parlament fl-oqsma tat-trasport u t-turiżmu, b'mod speċjali: iħeġġeġ li jkun hemm ċaqliq lejn mezzi u prattiki ta' trasport li jkunu aktar ambjentalment sostenibbli; iżid il-kuxjenza dwar id-drittijiet tal-passiġġiera kif ukoll l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn; issaħħaħ mill-ġdid is-sigurta tat-trasport; u juża l-baġit ta' l-UE bħala katalista għal aktar investiment pubbliku u privat fin-Netwerks Trans-Ewropej; ifakkar fl-insuffiċjenza tal-fondi ta' l-UE u ta' l-Istati Membri għall-proġetti ta' prijorita tan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T) minħabba l-ħtiġijiet li ġew identifikati, u jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja u tirrapporta dwar il-konsegwenzi ta' dan għat-TEN-T;
8. Jistieden lill-Kunsill biex jieqaf milli jimplimenta tnaqqis perċentwali ġenerali mingħajr diskriminazzjoni fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit meta jadotta l-Abbozz tal-Baġit u biex jeżamina kull element tal-baġit filwaqt li juża l-kriterji ta' effiċjenza, ekonomija u l-valur miżjud Ewropew.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data ta' l-adozzjoni |
29.5.2008 |
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 0 0 |
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson, Yannick Vaugrenard |
||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Leopold Józef Rutowicz |
||
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali
|
Rovana Plumb, Bart Staes |
||
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (29.5.2008)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-Proċedura Baġitarja 2009: l-ewwel riflessjonijiet dwar l-abbozz preliminari tal-baġit għall-2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni
(2008/2025(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Kyösti Virrankoski
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza l-fatt li, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona maħsub għall-1 ta' Jannar 2009, id-differenzjament bejn ħlasijiet "obbligatorji" u "mhux obbligatorji" mhux se jibqa' jeżisti, bir-riżultat li t-trasferimenti li jsiru fl-2009 se jaqgħu taħt il-proċedura ġdida fejn il-PE jissodisfa l-obbligi tiegħu;
2. Jinnota li bħalissa l-ispejjeż fil-qasam ta’ l-agrikoltura u ta’ l-iżvilupp rurali għadhom jirrappreżentaw, flimkien, parti sostanzjali mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea; hu tal-fehma li s-sigurtà ta’ l-ippjanar u l-affidibilità tal-qafas finanzjarju plurijennali għandhom ikunu żgurati fuq il-bażijiet xierqa; jenfasizza konsegwentement il-ħtieġa li l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jkun irrappreżentat mill-membri kkonċernati tiegħu fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni; jenfasizza, barra minn dan, il-ħtieġa li tkun garantita l-koordinazzjoni bejn il-Kumitat għall-Baġits u l-kumitati speċjalizzati fuq l-aspetti baġitarji ta’ l-attivitajiet leġiżlattivi tagħhom, b’kunsiderazzjoni ta’ l-impatt tagħhom fuq il-qafas finanzjarju plurijennali u fuq il-proċedura baġitarja annwali;
3. Jinnota li l-Iżvilupp Rurali huwa prijorita speċifika prevvista mill-Qafas Finanzjarju Plurijennali; jinnota l-modulazzjoni u t-trasferiment ta' EUR 1,792 miljun ta' appoġġ dirett u miżuri tas-suq għall-Iżvilupp Rurali fl-2009, li jħallu ammont massimu ta' EUR 44,887 miljun għal appoġġ dirett u miżuri tas-suq u EUR 13,402 miljun għall-Iżvilupp Rurali fl-2009; jerġa' jtenni li l-baġit għandu jkun trasparenti bis-sħiħ fir-rigward ta' l-ammonti modulati minn għajnuna diretta;
4. Jinnota li marġni ta' EUR 2,113 miljun huwa dejjem disponibbli taħt il-limitu tat-Titolu 2, ħaġa li turi l-effikaċità tar-riformi tal-Politika Agrikola Komuni (CAP);
5. Juri d-diffikultajiet kbar fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-EAFRD; jiddispjaċih li EUR 2,830 miljun ta' approprijazzjonijiet baqgħu ma ntefqux fl-2007, li EUR 1,361 miljun ġew trasferiti għas-sena 2008, u li EUR 1,469 miljun ġew riprogrammati għas-snin 2008-2013 taħt il-Punt 48 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ibbaġitjar finanzjarju sod[1], minkejja l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)[2] ġie adottat kmieni biżżejjed biex jiġu evitati nuqqasijiet ta' proċedura bħal dawn; juri t-tħassib tiegħu dwar ir-riprogrammar ta' ammonti kbar bħal dawn, li se jwassal għal dewmien sinifikanti ta' fondi disponibbli fir-reġjuni rurali;
6. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi kalendarju iktar effikaċji fir-regolament li jmiss dwar l-iżvilupp rurali (u biex tiżgura li l-Istati Membri jkollhom żmien suffiċjenti biex jippreżentaw il-programmi ta' ħidma tagħhom);
7. Hu mħasseb dwar id-differenzi bejn il-livelli ta’ impenji u l-pagamenti għall-iżvilupp rurali li kienu 25% fl-2007, 30% fl-2008 u huma previsti li jkunu 30% fl-2009; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tħejji previżjonijiet dwar it-tneħħija ta’ impenji għall 2009 u għall-perjodu kollu bejn l-2007 u l-2013, kif ukoll biex tantiċipa l-problemi billi tikkumpensa t-tkabbir tad-dikjarazzjonijiet żejda li jkunu għadhom iridu jitħallsu (sal-lum, il-livell ta' impenji pendenti (RAL) għall-iżvilupp rurali hu ta’ madwar 9 biljuni) fl-aħħar tal-perjodu 2007-2013 peress li l-livelli massimi ta’ pagamenti previsti fl-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali, hawn fuq imsemmija, minn 1.06% tad-dħul gross nazzjonali fl-2007 saru 0.94% tad-dħul gross nazzjonali fl-2013.
8. Ifakkar li l-ewwel objettiv tal-Politika Agrikola Komuni hu li tiggarantixxi l-istabilizzazjoni tas-suq, is-sigurtà tal-forniment tal-provvisti u prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex fil-baġit tagħha għall-2009 tipprevedi l-mezzi neċessarji biex tissodisfa l-bżonnijiet il-ġodda li jirriżultaw mill-kriżi attwali ta’ l-ikel, b’mod partikulari billi tiffaċilita l-aċċess għall-prodotti ta’ l-ikel għall-popolazzjonijiet li l-inqas għandhom provvisti u li huma l-aktar affettwati minn din il-kriżi;
9. Juri li modulazzjoni addizzjonali prevista fil-Kontroll tas-Saħħa tal-CAP, li tittrasferixxi fondi mill-EAGF għall-EAFRD, se żżid l-ammont meħtieġ għal ko-finanzjament nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkontrolla bir-reqqa l-ipprogrammar ta' dawn il-flus fl-Istati Membri u jenfasizza li fondi miżjuda ta' l-UE jantiċipaw ko-finanzjament mill-Istati Membri u javża li dan m'għandux iwassal għal tnaqqis tal-ko-finanzjament eżistenti;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni deċiża dwar l-implimentazzjoni tar-riforma taz-zokkor sabiex l-Istati Membri jkunu ttrattati ugwalment u b'mod aktar trasparenti;
11. Jikkunsidra li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet ta' tħejjija li għaddejjin attwalment fil-Kapitoli 5, 6, 7 u 17, li ġew adottati fil-Baġit ta' l-2008, għadhom f'fażi bikrija ħafna ta' programmar u jenfasizza l-ħtieġa għal implimentazzjoni fil-ħin u b'mod effiċjenti;
12. Jenfasizza l-ħtieġa għal programm ta' l-iskola dwar il-frott u jenfasizza l-impatti pożittivi ta' dan il-programm fuq is-saħħa pubblika u l-kuxjenza dwar l-alimentazzjoni tat-tfal; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx proposta relatata ma’ programm bħal dan; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposta tagħha mill-iktar fis possibbli u biex għal dan il-għan tipprevedi punt baġitarju ġdid fl-ittra rettifikattiva tagħha; juri li l-parteċipazzjoni mill-Istati Membri f'dan il-programm għandha tkun fuq bażi volontarja;
13. Jerġa' jtenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-ħolqien ta' fond ta' ristrutturazzjoni tal-ħalib, li għandu jintuża għall-adattament tas-settur tal-ħalib - b’mod partikulari fir-reġjuni l-inqas vantaġġati u l-iktar sensittivi - għas-sitwazzjoni l-ġdida minħabba l-possibbilita li tintemm is-sistema ta' kwota;
14. Jitlob li jinħoloq proġett pilota sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni ta' programm ta' skambju bejn bdiewa żgħażagħ mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u bdiewa żgħażagħ mill-Unjoni bl-għan li jgħinhom jifformaw l-opinjoni tagħhom stess dwar il-funzjonament tas-swieq rispettivi tagħhom, l-użu rispettiv tat-tekonoloġiji u s-soluzzjonijiet tagħhom li jadattaw ruħhom għall-kundizzjonijiet klimatiċi;
15. Jitlob b’insistenza lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżidu l-baġit maħsub għall-bdiewa żgħażagħ, peress li din il-kategorija tiffaċċa sfidi ġodda ta’ daqs (b’mod partikulari l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u ż-żamma tal-produzzjoni ta’ l-ikel fl-Unjoni) u li n-numru tagħhom ma naqas qatt minn xi snin 'l hawn, b'mod partikulari billi jipprevedu mezzi supplimentari għall-edukazzjoni, għan-netwerks ta' taħriġ u għall-programmi ta' skambju għal bdiewa żgħażagħ jew billi jsaħħu l-istrumenti li huma maħsuba għalihom fil-qafas tal-programm ta’ żvilupp rurali.
PROĊEDURA
Data ta' l-adozzjoni |
27.5.2008 |
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
|
Membri preżenti fil-ħin tal-votazzjoni finali |
Vincenzo Aita, Peter Baco, Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Giovanna Corda, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Vincenzo Lavarra, Stéphane Le Foll, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, James Nicholson, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, Witold Tomczak, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski, Andrzej Tomasz Zapałowski |
||
Sostitut(i) preżenti fil-ħin tal-votazzoni finali |
Liam Aylward, Esther De Lange, Brian Simpson, Struan Stevenson, Kyösti Virrankoski |
||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 paragrafu 2) preżenti fil-ħin tal-votazzoni finali |
|
||
OPINION of the Committee on Culture and Education (4.6.2008)
for the Committee on Budgets
on the 2009 budget : first reflections on the 2009 PDB and mandate for the conciliation
Draftswoman: Helga Trüpel
SUGGESTIONS
The Committee on Culture and Education calls on the Committee on Budgets, as the committee responsible, to incorporate the following suggestions in its motion for a resolution:
1. Welcomes the Commission's view, as expressed in the 2009 Annual Policy Strategy, that the EU should continue to put citizens at the heart of its concerns, and therefore highlights the importance of EU funding in the area of lifelong learning and citizenship as these programmes directly support citizens' activities; insists on, prior to the 2009 European elections, a greater increase in expenditure for the programmes "Europe for Citizens" and "Youth in Action" - which enjoy broad support amongst citizens, as demonstrated by high implementation rates - compared to the provision made in the latest forecasts;
2.. Insists that - in light of the European elections and the importance of relevant information in the media - sufficient attention be given to information policy in general and investigative European journalism in particular, through the establishment of a European Fund for Journalism, whereby support would be given to small teams of journalists from several Member States doing research on a European issue in different European Member States for publication in those countries;
3 Supports the setting-up of a new preparatory action in the field of sport with an annual budget of EUR 5 million under Heading 3b - given that Article 149 of the Treaty establishing the European Community, as amended by the Treaty of Lisbon on the functioning of the European Union, adds a new EU competence in the area of sport, including incentive measures - to be followed by an EU funding programme on sport; requests the continuation and full development of the pilot projects proposed by its Committee on Culture and Education, especially the project on artist mobility proposed last year and, within the preparatory action in the field of sport, the funding proposal for the Special Olympics' Unified Sports Programme consistently supported by that Committee; supports the continuation, under Heading 4, of the preparatory action of MEDIA INTERNATIONAL that enlarges the scope of the EU's media policy internationally in a positive way;
4. Advocates the drafting and implementation of a pilot programme for the mobility of teachers corresponding to the programme for the mobility of artists, the basic objective being to encourage vocational training at European level and improve the multilingual skills of teaching staff, while at the same time preparing the ground for a multiannual teacher mobility programme within the EU corresponding to the Erasmus programme;
5. Stresses the importance of providing the necessary budgetary resources for all measures facilitating the promotion and introduction of programmes of education in the media and new technologies;
6. Considers that, in view of the intense interest shown by individuals and organisations in the European Year of Intercultural Dialogue and its particular success to date, it is necessary to make use of the results achieved and maintain intercultural dialogue on an institutional basis beyond 2008; accordingly supports the inclusion of further intercultural dialogue initiatives in the 2007-2013 Cultural Programme and the incorporation of such measures across the board in Community social and environmental development programmes;
7. Notes the success and the outstanding results achieved by the current Euromed Audiovisual II regional programme and its predecessor, Euromed Audiovisual I; in that light, considers that it is necessary to ensure sufficient funding to enable Euromed Audiovisual to continue within the framework of either the existing measures for the period 2007-2013 or new measures;
8. Awaits the 2009 draft budget for careful analysis and suggestions and insists on the possibility of proposing additional pilot projects in the course of the budgetary procedure, particularly projects promoting and supporting multilingualism, and preparatory actions that are deemed necessary.
9. Points to the need to find resources to promote multilingualism as an essential measure aimed at enhancing the European Union's cultural wealth, with particular emphasis on improving the standing of the different languages which are used by a considerable number of European Union inhabitants;
10. Reminds the Commission of the repeated occasions on which Parliament has urged it to introduce mechanisms to guarantee the transparency and supervision of measures implemented as part of the EU’s information and communication policy; stresses the need for participation by all the institutions in devising information campaigns conducted on behalf of the European Union.
RESULT OF FINAL VOTE IN COMMITTEE
Date adopted |
3.6.2008 |
||
Result of final vote |
+: –: 0: |
27 1 - |
|
Members present for the final vote |
Maria Badia i Cutchet, Katerina Batzeli, Ivo Belet, Nicodim Bulzesc, Guy Bono, Marielle De Sarnez, Milan Gaľa, Claire Gibault, Lissy Gröner, Věra Flasarová, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Mikel Irujo Amezaga, Ramona Nicole Mănescu, Manolis Mavrommatis, Marianne Mikko, Ljudmila Novak, Doris Pack, Christa Prets, Pál Schmitt, Hannu Takkula, Helga Trüpel, Thomas Wise |
||
Substitute(s) present for the final vote |
Victor Boştinaru, Jean-Marie Cavada, Ignasi Guardans Cambó, Den Dover, Elisabeth Morin |
||
Substitute(s) under Rule 178(2) present for the final vote
|
|
||
PROĊEDURA
Titolu |
L-ewwel riflessjonijiet dwar l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni |
||||||||
Numru tal-Proċedura |
|||||||||
Kumitat responsabbli |
BUDG |
||||||||
Kumitat(i) mitluba jagħti/u opinjoni(jiet) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET0.0.0000
|
DEVE0.0.0000
|
ITRE0.0.0000
|
|
|
||||
|
TRAN 0.0.0000 |
AGRI 0.0.0000 |
CULT 0.0.0000 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jutta Haug24 .1.2008 |
||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
[] |
||||||||
Data tad-deċiżjoni li jitħejja rapport |
0.0.0000 |
||||||||
Eżami fil-kumitat |
6.5.2008 |
28.5.2008 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
16.5.2008 |
||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 0 0 |
|||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard James Ashworth, Reimer Böge, Valdis Dombrovskis, James Elles, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Janusz Lewandowski, Francesco Musotto, Margaritis Schinas, László Surján, Herbert Bösch, Costas Botopoulos, Brigitte Douay, Vicente Miguel Garcés Ramón, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Vladimír Maňka, Cătălin-Ioan Nechifor, Gary Titley, Ralf Walter, Nathalie Griesbeck, Anne E. Jensen, Jan Mulder, Kyösti Virrankoski, Esko Seppänen, Nils Lundgren |
||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Juan Andrés Naranjo Escobar, Rihards Pīks, José Albino Silva Peneda, Thijs Berman, Bárbara Dührkop Dührkop, István Szent-Iványi |
||||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bill Newton Dunn |
||||||||
Data tat-tressiq |
20.6.2008 |
||||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss) |
... |
||||||||