RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

26.6.2008 - (COM(2007)0653 – C6‑0395/2007 – 2007/0233(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Helmuth Markov

Proċedura : 2007/0233(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0267/2008
Testi mressqa :
A6-0267/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

(COM(2007)0653 – C6‑0395/2007 – 2007/0233(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0653,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0395/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0267/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda   1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-istatistika tal-kummerċ estern hija msejsa fuq tagħrif miksub mid-dikjarazzjonijiet doganali kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-'Kodiċi Doganali'. Il-progress fl-integrazzjoni Ewropea u l-bidliet li jirriżultaw minn dan fl-iżdoganar, inklużi l-awtorizzazzjonijiet uniċi għall-użu tad-dikjarazzjoni ssimplifikata jew tal-proċedura lokali ta' żdoganar, kif ukoll l-iżdoganar ċentralizzat, li għandu joħroġ mill-proċess kurrenti ta' l-aġġornament tal-Kodiċi Doganali, jirrendu meħtieġa l-aġġustament tal-mod kif l-istatistika tal-kummerċ estern tinġabar, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta' l-Istat Membru li qed jimporta jew li qed jesporta, u d-definizzjoni b'aktar preċiżjoni ta' l-għajn ta' data għall-ġbir ta' l-istatistika Komunitarja.

(2) L-istatistika tal-kummerċ estern hija msejsa fuq data miksuba mid-dikjarazzjonijiet doganali kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-'Kodiċi Doganali'. Il-progress fl-integrazzjoni Ewropea u l-bidliet li jirriżultaw minn dan fl-iżdoganar, inklużi l-awtorizzazzjonijiet uniċi għall-użu tad-dikjarazzjoni ssimplifikata jew tal-proċedura lokali ta' żdoganar, kif ukoll l-iżdoganar ċentralizzat, li għandu joħroġ mill-proċess kurrenti ta' l-aġġornament tal-Kodiċi Doganali, jirrendu meħtieġa l-aġġustament tal-mod kif l-istatistika tal-kummerċ estern tinġabar, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta' l-Istat Membru li qed jimporta jew li qed jesporta, u d-definizzjoni b'aktar preċiżjoni ta' l-għajn ta' data għall-ġbir ta' l-istatistika Komunitarja.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Biex jiġi rreġistrat il-fluss fiżiku kummerċjali tal-merkanzija bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux membri u biex ikun żgurat li t-tagħrif dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet huwa disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet Doganali u ta' l-istatistika huma meħtieġa u jridu jkunu speċifikati. Dan jinkludi regoli dwar l-iskambju tad-data bejn l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

(3) Biex jiġi rreġistrat il-fluss fiżiku kummerċjali tal-merkanzija bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux membri u biex ikun żgurat li d-data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet hija disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet Doganali u ta' l-istatistika huma meħtieġa u jridu jkunu speċifikati. Dan jinkludi regoli dwar l-iskambju tad-data bejn l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għall-allokazzjoni ta’ l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ l-UE lil Stat Membru partikolari hija meħtieġa l-kompilazzjoni ta’ tagħrif dwar ‘l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali’, għall-importazzjonijiet, u ‘l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni attwali' għall-esportazzjonijiet. Fit-terminu l-medju, dawk l-Istati Membri għandhom isiru l-Istat Membru ta’ importazzjoni u esportazzjoni għall-għanijiet ta’ statistika għall-kummerċ estern.

(4) Għall-allokazzjoni ta’ l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ l-UE lil Stat Membru partikolari hija meħtieġa l-kompilazzjoni ta’ data dwar ‘l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali’, għall-importazzjonijiet, u ‘l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni attwali' għall-esportazzjonijiet. Fit-terminu l-medju, dawk l-Istati Membri għandhom isiru l-Istat Membru ta’ importazzjoni u esportazzjoni għall-għanijiet ta’ statistika għall-kummerċ estern.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għall-għanijiet tan-negozjati kummerċjali u tal-ġestjoni tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tingħata data dettaljata dwar it-trattament tat-tariffi tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea, inkluż tagħrif dwar il-kwoti.

(7) Għall-għanijiet tan-negozjati kummerċjali u tal-ġestjoni tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tingħata tagħrif dettaljat dwar it-trattament tat-tariffi tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea, inkluż tagħrif dwar il-kwoti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-istatistika ta' Stati Membri rigward imħażen tad-dwana u zoni ħielsa mhijiex suġġetta għal dispożizzjonijiet ta' armonizzazzjoni. Madankollu, tibqa' l-fakultà li ssir kompilazzjoni ta' din l-istatistika għal skopijiet nazzjonali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Eurostat b’data annwali aggregata dwar il-kummerċ imqassma mill-karatteristiċi tal-kummerċ, li tintuża, fost użu ieħor, biex tiffaċilita l-analiżi ta’ kif il-kumpaniji Ewropej joperaw fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Ir-rabta bejn l-istatistika kummerċjali u l-istatistika dwar in-negozju qed tiġi stabbilita bl-inkorporazzjoni tat-tagħrif dwar l-importatur u l-esportatur disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali b'tagħrif mitlub mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-koordinazzjoni Komunitarja fit-tħejjija tar-reġistri tan-negozji għall-għanijiet ta' statistika1, minn issa 'l quddiem imsejħa 'leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju'.

(9) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Eurostat b’data annwali aggregata dwar il-kummerċ imqassma mill-karatteristiċi tal-kummerċ, li tintuża, fost użu ieħor, biex tiffaċilita l-analiżi ta’ kif il-kumpaniji Ewropej joperaw fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Ir-rabta bejn l-istatistika kummerċjali u l-istatistika dwar in-negozju qed tiġi stabbilita bl-inkorporazzjoni ta' data dwar l-importatur u l-esportatur disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali ma' data mitluba mir-Regolament (KE) Nru 1778/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għal reġistri tan-negozju għal ragunijiet ta' statistika u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/ 931, minn issa 'l quddiem imsejħa 'leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju'.

1 ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

1 ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) It-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità ta' l-istatistika hija mmexxija mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika lill-Uffiċċju għall-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej1. Miżuri meħuda skond dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika ta' data kunfidenzjali u li ma jsir l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal raġunijiet ta' statistika meta tinħadem u tinxtered l-istatistika Komunitarja.

_______

1 ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Għandhom jiġu fformulati dispożizzjonijiet speċifiċi sakemm il-bidliet fil-leġiżlazzjoni doganali ma jagħtux tagħrif addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni doganali u sakemm l-iskambju elettroniku tat-tagħrif doganali huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(12) Għandhom jiġu fformulati dispożizzjonijiet speċifiċi sakemm il-bidliet fil-leġiżlazzjoni doganali ma jagħtux data addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni doganali u sakemm l-iskambju elettroniku tad-data doganali huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) B’mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tispeċifika l-proċeduri doganali li jiddeterminaw esportazzjoni jew importazzjoni għall-istatistika tal-kummerċ estern, biex tadotta regoli differenti jew speċifiċi għall-merkanzija jew movimenti li, għall-raġunijiet metodoloġiċi, jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi, biex tispeċifika d-data ta’ l-istatistika, biex jingħata ċertu dettall fir-rigward tal-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u l-kummerċ imqassma bil-valuta tal-fatturazzjoni kif ukoll biex tistipula ċerti regoli dwar it-tixrid. Minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament fost oħrajn billi jissupplimentawh biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(15) B’mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa biex tadatta l-lista ta' proċeduri doganali jew ta' trattamenti jew ta’ użu doganali approvati li jiddeterminaw esportazzjoni jew importazzjoni għall-istatistika tal-kummerċ estern, biex tadotta regoli differenti jew speċifiċi għall-merkanzija jew movimenti li għal raġunijiet metodoloġiċi, jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi, biex tadatta l-lista ta' merkanzija u movimenti esklużi minn statistika ta' negozju estern, biex tispeċifika sorsi oħra ta' data minbarra d-dikjarazzjonijiet tad-dwana għal rekords ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' merkanzija u movimenti speċifiċi, biex tispeċifika d-data ta’ l-istatistika, inklużi l-kodiċi li għandhom jintużaw, biex tistabbilixxi l-kriterji għal data li tirrigwarda mekanzija jew movimenti speċifiċi, biex tispeċifika l-kriterji għall-kompilazzjoni ta' statistika, biex tispeċifika l-karatteristiċi ta' kampjuni, tistabbilixxi l-perjodu għar-rappurtar u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjjiżi msieħba, komoditajiet u valuta, kif ukoll biex tistabbilixxi l-iskadenza biex jiġu trażmessi l-kundizzjonijiet ta’ l-istatistika, tal-kontenut, ta’ l-ambitu u tar-reviżjoni għal statistika diġà trażmessa u biex tistabbilixxi l-iskadenza biex tiġi trażmessa statistika li tagħti ċertu dettall fir-rigward tal-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u ta’ l-istatistika dwar kummerċ imqassma skond il-valuta tal-fatturazzjoni. Minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament fost oħrajn billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn iridu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-listi tal-proċeduri doganali jew tat-trattament approvat mid-dwana jew l-użu msemmija fil-paragrafu (1) jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni b’mod partikolari biex jitqiesu l-bidliet fil-Kodiċi Doganali jew id-dispożizzjonijiet ġejjin minn konvenzjonijiet internazzjonali. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

2. Il-miżuri mfasslin sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament rigward l-adozzjoni ta' lista ta’ proċeduri doganali jew tat-trattament approvat mid-dwana jew l-użu msemmija fil-paragrafu 1 biex jitqiesu l-bidliet fil-Kodiċi Doganali jew id-dispożizzjonijiet ġejjin minn konvenzjonijiet internazzjonali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-merkanzija jew movimenti li, għal raġunijiet metodoloġiċi, jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi (‘merkanzija jew movimenti speċifiċi’), jistgħu jiġu adottati regoli differenti jew speċifiċi mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

3. Għal raġunijiet metodoloġiċi, ċerta merkanzija jew ċerti movimenti jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi (‘merkanzija jew movimenti speċifiċi’). Dan jirrigwarda impjanti industrijali, bastimenti u ajruplani, prodotti tal-baħar, merkanzija mwassla lill-bastimenti u lill-ajruplani, kunsinni maqsuma, merkanzija tal-militar, merkanzija għal stallazzjonijiet offshore jew merkanzija li tiġi minnhom, vetturi spazjali, prodotti ta' l-elettriku u tal-gass u ta’ l-iskart.

 

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn billi jissupplimentawh, u li jirrigwardaw merkanzija u movimenti speċifiċi u dispożizzjonijiet differenti jew speċifiċi li japplikaw għalihom, għandhom jiġu adottatati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

It-tieni parti tal-paragrafu 3 ssir paragrafu ġdid fl-emendi tal-Parlament.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ċerta merkanzija jew movimenti għandhom jiġu esklużi mill-istatistika tal-kummerċ estern għal raġunijiet metodoloġiċi. Għandha titħejja lista tagħhom mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

4. Għal raġunijiet metodoloġiċi, ċerta merkanzija jew movimenti għandhom jiġu esklużi mill-istatistika tal-kummerċ estern. Dan jirrigwarda deheb monetarju u mezzi ta' ħlas li huma valuta legali, merkanzija għal użu diplomatiku jew użu simili, movimenti ta' merkanzija bejn l-Istat Membru li qed jimporta u ieħor li qed jesporta u l-forzi armati nazzjonali tagħhom stazzjonati barra l-pajjiż, kif ukoll ċerta merkanzija akkwistata u utilizzata minn forzi armati barranin, merkanzija partikulari li mhijiex suġġett ta' tranżazzjoni kummerċjali, il-moviment ta' pjattaformi ta' missili qabel ma tintbagħat missila, merkanzija mibgħuta għat-tiswija u r-ritorn, merkanzija mibgħuta għal użu temporanju u r-ritorn, merkanzija użata għat-trasport ta' informazzjoni personalizzata u informazzjoni ddawnlowdjata, merkanzija b'dikjarazzjoni orali lill-awtoritajiet doganali li hija ta' natura kummerċjali sakemm il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limitu statistiku ta' EUR 1 000 jew ta' 1 000 kilogramma jew merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali. Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn billi jissupplimentawh, u li jirrigwardaw l-esklużjoni ta' merkanzija jew movimenti minn statistika ta' negozju estern, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda teskludi kompletament dikjarazzjonijiet doganali orali minn persuni privati u tirrestrinġi l-limitu statistiku għall-merkanzija kummerċjali. Il-limitu ta’ EUR 1 000/1 000 kilogramma ma jistax ikun ikkontrollat pereżempju fit-traffiku turistiku; l-istess jista’ jingħad għall-merkanzija b'dikjarazzjoni orali ‘l fuq mil-limitu għall-persuni privati. Għall-merkanzija kummerċjali ‘l fuq mil-limitu, hemm informazzjoni disponibbli li tista’ tinġabar.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-limitu ta’ l-istatistika espress f'valur jew kwantità inqas minn dak li għalih/a d-dikjarazzjoni doganali ma għandhiex għalfejn isservi bħala għajn ta' data għar-rekords dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandu jiġi ddefinit mill-Kummissjoni skond il-ġroċedura msemmija fl-Artikolu 11(2). Il-limitu ta’ l-istatistika jista’ jiġi applikat mill-Istati Membri jekk l-istimi huma pprovduti għar-rekords ta' importazzjoni jew esportazzjoni 'l isfel mil-limiti.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għar-rekords ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ merkanzija speċifika jew ta’ movimenti, l-għejun tad-data għajr id-dikjarazzjoni doganali jistgħu jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

3. Għal merkanzija jew movimenti speċifiċi li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(3), jistgħu jintużaw ukoll għejun ta' data oħrajn minbarra d-dikjarazzjoni doganali.

 

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn billi jissupplimentawh, li jirrigwardaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' dawn l-għejun ta' data oħrajn, għandhom jiġu adottatati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

It-tieni parti tal-paragrafu 3 ssir paragrafu ġdid fl-emendi tal-Parlament.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw sorsi ta' data oħrajn għall-kompilazzjoni ta' statistika nazzjonali minbarra dawk definiti fil-paragrafi 1 u 3 sakemm jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-iskambju reċiproku tad-data relevanti b'mezz elettroniku kif jirreferi għal dan l-Artikolu 7(3). Madankollu, il-kompilazzjoni ta' statistika għal negozju estern tal-Komunità skond l-Artikolu 6 m'għandux ikun ibbażat fuq dawk is-sorsi oħrajn ta' data.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiksbu d-data li ġejja mir-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1).

1. L-Istati Membri għandhom jiksbu s-sett ta’ data li ġej mir-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artkolu 5 - paragrafu 1 - punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) in-natura tat-tranżazzjoni meta indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

(j) in-natura tat-tranżazzjoni fejn ikun indikat fuq id-dikjarazzjoni doganali;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artkolu 5 - paragrafu 1 - punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) jekk mogħti, it-trattament tariffarju fuq l-importazzjoni miżmuma mill-awtorità Doganali, jew il-kodiċi preferenzjali u n-numru ta’ l-ordni tal-kwota;

(k) jekk mogħti, it-trattament tariffarju fuq l-importazzjoni miżmuma mill-awtorità Doganali, jew il-kodiċi preferenzjali;

Ġustifikazzjoni

In-“numru ta’ l-ordni tal-kwota” mhuwiex biss rekwiżit statistiku. Il-biċċa ‘l kbira ta’ l-awtoritajiet Doganali fl-Istati Membri jipprovdu din l-informazzjoni fuq in-numru tal-kwota permezz ta’ Surveillance 2 fid-DĠ TAXUD. L-inklużjoni tan-“numru ta’ l-ordni tal-kwota” jirriżulta f’obbligi tar-rappurtar addizzjonali kemm għall-awtoritajiet Doganali kif ukoll għall-Istituti ta’ l-Istatistika.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) il-valuta tal-fatturazzjoni jekk indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

(l) il-valuta tal-fatturazzjoni fejn indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aktar speċifikazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kodiċi li għandhom jintużaw, jistgħu jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

2. Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, li jirrigwardaw aktar speċifikazzjoni ta' data li jirreferi għaliha l-paragrafu 1, inklużi l-kodiċi li għandhom jintużaw, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Data oħra għajr dik imsemmija fil-paragrafu 1 għal ‘merkanzija speċifika jew movimenti’ tista’ tintalab mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

4. Għal ‘merkanzija speċifika jew movimenti’ li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(3), jistgħu jkunu meħtieġa settijiet limitati ta' data.

 

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh u li jirrigwardaw dawn is-settijiet limitati ta' data, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11 (3).

It-tieni parti tal-paragrafu 4 ssir paragrafu ġdid fl-emendi tal-Parlament.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju.

2. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju, jiġifieri l-attività ekonomika li twettaq l-intrapriża skond is-sezzjoni jew il-livell ta' 2 diġits tal-klassifikazzjoni komuni ta’ l-istatistika dwar attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) u d-daqs tal-klassi mkejjel skond in-numru ta' impjegati.

L-istatistika għandha tinġabar permezz tar-rabta tad-data dwar il-karatteristiċi tan-negozju rreġistrata skond il-leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju mad-data rreġistrata skond l-Artikolu 5(1) dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

L-istatistika għandha tinġabar permezz tar-rabta tad-data dwar il-karatteristiċi tan-negozju rreġistrata skond il-leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju mad-data rreġistrata skond l-Artikolu 5(1) dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Għal dan l-iskop, l-awtoritajiet Doganali nazzjonali għandhom jipprovdu n-numru ta' identifikazzjoni tal-kummerċjant rilevanti lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika.

Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-ġbir ta’ l-istatistika jistgħu jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, u li jirrigwardaw r-rabta ta' din id-data ma' din l-istatistika li trid tinġabar, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 3 - subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-karatteristiċi tal-kampjun, il-perjodu ta’ rappurtar, il-ħtiġijiet ta' kwalità, u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjiżi msieħba, il-merkanzija u l-valuti għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament billi inter alia jissupplimentawhom rigward il-karatteristiċi tal-kampjun, il-perjodu ta’ rappurtar u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjiżi msieħba, il-merkanzija u l-valuti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-ġbir ta’ aktar statistika mill-Istati Membri għall-Komunità jew għal għanijiet nazzjonijiet tista' ssir meta d-data tkun tista’ tinkiseb mid-dikjarazzjoni doganali.

4. Il-ġbir ta’ aktar statistika mill-Istati Membri għal għanijiet nazzjonali tista' ssir meta d-data tkun tista’ tinkiseb mid-dikjarazzjoni doganali.

Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-ġbir ta’ aktar statistika għall-għanijiet tal-Komunità għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 5 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati li jiġbru u li jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika tal-kummerċ estern dwar data ta’ l-istatistika li, bis-saħħa tal-Kodiċi Doganali jew ta’ istruzzjonijiet nazzjonali, għadha mhijiex disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtoritajiet Doganali tagħhom. Dan jolqot id-data li ġejja. Dan jolqot id-data li ġejja.

5. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati li jiġbru u li jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika tal-kummerċ estern dwar data ta’ l-istatistika li, bis-saħħa tal-Kodiċi Doganali jew ta’ istruzzjonijiet nazzjonali, għadha mhijiex rreġistrata u lanqas ma tista' tinstab b'mod dirett minn data oħra fuq id-dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtoritajiet Doganali tagħhom lill-Kummissjoni (Eurostat). It-trażmissjoni ta' din l-istatistika hija fakultativa għall-Istati Membri. Dan jolqot id-data li ġejja.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li huma msejsa fuq dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtorità Doganali nazzjonali tagħhom huma trażmessi lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika ta’ l-Istat Membru li huwa indikat fuq ir-rekord bħala:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li huma msejsa fuq dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtorità Doganali nazzjonali tagħhom huma trażmessi mingħajr dewmien minn dik l-awtorità Doganali lill-awtorità Doganali ta’ l-Istat Membru li huwa indikat fuq ir-rekord bħala:

(x) l-Istat Membru tad-destinazzjoni aħħarija, fuq importazzjoni

(x) l-Istat Membru tad-destinazzjoni aħħarija, fuq importazzjoni

(y) l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni attwali, fuq esportazzjoni

(b) l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni attwali, fuq esportazzjoni

 

Fi Stat Membru, id-data li tasal għand l-awtorità nazzjonali Doganali għandha tintbagħat lill-awtorità nazzjonali ta' l-istatistika kif stipulat fl-Artikolu 7(1).

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Jekk l-awtorità Doganali nazzjonali ma tkunx tista' tipprovdi d-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-awtorità nazzjonali ta' l-istatistika bħala riżultat ta' bosta proċeduri simplifikati skond ir-Regolament (KE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistipulaw il-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)1 u d-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ2, l-awtorità nazzjonali ta’ l-istatistika ma tkunx obbligata li tipprovdi din id-data li ma tistax tinkiseb mill-awtorità Doganali nazzjonali lill-Kummissjoni (Eurostat).

______________

1 ĠU L ...

2 ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1 - subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet dwar id-data ta’ l-għeluq, il-kopertura, ir-reviżjonijiet u l-kontenut ta’ l-istatistika jistgħu jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-data ta' l-għeluq għat-trażmissjoni ta' l-istatistika lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-kummerċ mill-karatteristiċi tan-negozju msemmija fl-Artikolu 6(2), l-istatistika dwar il-kummerċ maqsuma mill-valuta tal-fatturazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) u l-istatistika Komunitarja msemmija fl-Artikolu 6(4) tista’ tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

2. Il-miżuri mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament billi jissupplimentawhom, u li jirrigwardaw l-iskadenza għat-trażmissjoni ta' data dwar il-kummerċ skond karatteristiċi tan-negozju li jirriferi għaliha l-Artikolu 6(2) u statistika dwar kummerċ imqassma skond il-valuta tal-fatturazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 3 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Permezz ta’ l-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1 lill-istatistika koperta b'dan ir-Regolament, il-modalitajiet, l-istruttura u perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jiġu ddefiniti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

3. Permezz ta’ l-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1 lill-istatistika koperta b'dan ir-Regolament, il-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jiġu ddefiniti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Statistika tal-kummerċ estern miġbura skond l-Artikolu 6(1) u trażmessa mill-Istati Membri għandha tinxtered mill-Kummissjoni għall-inqas bis-sottointestatura tal-Nomenklatura Magħquda.

1. Fil-livell tal-Komunità, statistika tal-kummerċ estern miġbura skond l-Artikolu 6(1) u trażmessa mill-Istati Membri għandha tinxtered mill-Kummissjoni (Eurostat) għall-inqas bis-sottointestatura tan-Nomenklatura Magħquda.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea t-tixrid ta’ data sensittiva tista’ tiġi ristretta.

2. Mingħajr ħsara għat-tixrid tad-data fil-livell nazzjonali, l-istatistika dettaljata taħt is-sottointestatura Taric, il-preferenzi u l-kwoti m'għandhomx jinxterdu mill-Kummissjoni (Eurostat) jekk l-iżvelar tagħhom ikun ta' dannu għall-protezzjoni ta' l-interess pubbliku rigward politiki kummerċjali u agrikoli tal-Komunità.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-miżuri implimentattivi meħtieġa għat-tixrid ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

imħassar

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament (KE) Nru 1172/95 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.

Ir-Regolament (KE) Nru 1172/95 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

Għandu jkompli japplika għad-data li tappartjeni għall-perjodi ta’ referenza qabel l-1 ta’ Jannar 2009.

Għandu jkompli japplika għad-data li tappartjeni għall-perjodi ta’ referenza qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2009.

Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2010.

EXPLANATORY STATEMENT

Purpose of the Proposal

The proposed regulation aims at modernising the current external trade statistics by making the statistical system managed by Eurostat more efficient and precise. In particular, the purposes of this proposal are, inter alia, to:

· make the legislation clearer, simpler and more transparent;

· adjust the system of extra-Community trade statistics to the changes to be introduced in the procedures regarding the customs declaration through the introduction of Single Authorisations for use of the simplified declaration or the local clearance procedure as well as through centralised clearance under the modernised Community Customs Code (to replace Council Regulation (EEC) No 2913/92 of 12 October 1992);

· reduce the 'Rotterdam effect' resulting (a) in an over-representation in external trade statistics of Member States having a high level of customs clearance or export but playing only the role of transit countries to the detriment of the Member States of actual destination or dispatch of the goods and (b) in a double reporting of the same goods in Extrastat as non Community goods and then in Intrastat as Community goods coming from another Member States, with a comparable situation at export;

· increase the relevance, accuracy, timeliness and comparability of external trade statistics, and establish a system for quality assessment;

· support the linking of trade statistics with business statistics;

· respond to user needs by compiling additional trade statistics using information available in customs declarations;

· control, in line with the European Statistics Code of Practice, the privileged access to sensitive external trade data.

Assessment of the Proposal

It appears that there was considerable agreement amongst the majority of Member States on the terms of the Commission proposals although there has been some discussion on the way the reform should be carried out. Your rapporteur shares this generally positive assessment. However, he requested further clarification from the Commission on a number of points including in particular:

· better explanation and more comprehensive justification of the changes proposed in Article 5 (statistical data);

· the Comitology system to be applied to the implementation of the regulation as set out in Decision 1999/486/EC and especially with regard to the respect accorded throughout the regulation for the rights of democratic scrutiny but he European Parliament.

In the light of the explanations received and discussions held during a series of meetings with the Commission, Eurostat and the Council Presidency, the following changes are therefore proposed to the Commission's proposal:

· A detailed list of "specific goods and movements" requiring specific provisions has been included in the regulation. If required by experience or changing situation, later amendments to this list could be enacted by comitology with scrutiny i.e. with the involvement of the EP. Data sources other than the customs declaration can be used.

· A detailed list of "excluded goods and movements" has been included in the regulation. If required by experience or changing situation, later amendments to this list could be enacted by comitology with scrutiny (so with involvement of EP);

· the wording on the comitology procedure has been tightened up throughout the regulation, its scope limited and definitions refined;

The proposed amendments are presented as a compromise with Council and are aimed at achieving both a quality regulation and a rapid agreement and as such should be supported.

PROĊEDURA

Titolu

Statistika Komunitarja dwar il-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri

Referenzi

COM(2007)0653 – C6-0395/2007 – 2007/0233(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.11.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.11.2007

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

21.11.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Helmuth Markov

21.11.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

26.3.2008

8.4.2008

27.5.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

24.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Graham Booth, Carlos Carnero González, Daniel Caspary, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Syed Kamall, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Agnoletto, Eugenijus Maldeikis, Jan Tadeusz Masiel, Salvador Domingo Sanz Palacio

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Małgorzata Handzlik