RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija
27.6.2008 - ***I
(COM(2008)0308 – C6‑0200/2008 – 2008/0095(COD))
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija
(COM(2008)0308 – C6‑0200/2008 – 2008/0095(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
–– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0308),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 179 u 181a tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0200/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6 0271/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
PROĊEDURA
Titolu |
Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija |
||||||
Referenzi |
COM(2008)0308 – C6-0200/2008 – 2008/0095(COD) |
||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.5.2008 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 19.6.2008 |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 19.6.2008 |
|
|
|
|||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 4.6.2008 |
|
|
|
|||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jacek Saryusz-Wolski 3.6.2008 |
|
|
||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
3.6.2008 |
||||||
Data ta' l-adozzjoni |
3.6.2008 |
|
|
|
|||