Proċedura : 2008/0025(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0276/2008

Testi mressqa :

A6-0276/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/09/2008 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0372

RAPPORT     ***I
PDF 163kWORD 189k
27.6.2008
PE 406.031v01-00 A6-0276/2008

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja

(COM(2008)0061 – C6‑0064/2008 – 2008/0025(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Katerina Batzeli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja

(COM(2008)0061 – C6‑0064/2008 – 2008/0025(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0061),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 149 (4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0064/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0276/2008),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għalhekk hu meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE biex tkun possibbli implimentazzjoni aktar mgħaġġla u aktar effikaċi tad-deċiżjonijiet ta’ għażla.

5. Biex tkun possibbli implimentazzjoni aktar mgħaġġla u aktar effikaċi tad-deċiżjonijiet ta’ għażla, huwa meħtieġ li l-proċedura konsultattiva tiġi sostitwita minn obbligu fuq il-Kummissjoni li mingħajr dewmien tinforma lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew dwar miżuri biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni mingħajr l-għajnuna ta' kumitat.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Deċiżjoni 1720/2006/KE

Artikolu 9 – punt 1 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE, jiġi inserit il-paragrafu 1a li ġej:

 

"1a. Meta l-Kummissjoni tadotta, bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni, deċiżjonijiet ta’ allokazzjoni oħra ta’ sussidju li mhumiex elenkati fil-paragrafu 1, hi għandha tadotta dawn id-deċiżjonijiet mingħajr l-assistenza tal-kumitat.”

imħassar

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Deċiżjoni 1720/2006/KE

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE huwa kif ġej:

 

 

'2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 u lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet ta’ għażla l-oħra kollha meħuda mill-Kummissjoni biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, fi żmien jumejn ta’ ħidma mill-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkunsidrati. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjonijiet u analiżi ta' l-applikazzjonijiet li jkunu waslu, deskrizzjoni tal-proċedura ta' għażla u ta' evalwazzjoni, u l-listi tal-proġetti proposti għall-finanzjament u l-proġetti li għalihom ġie rrifjutat il-finanzjament.’

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 b (ġdid)

Deċiżjoni 1720/2006/KE

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE huwa mħassar.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament 18-il xahar wara d-dħul tiegħu fis-seħħ.


NOTA SPJEGATTIVA

Proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programmi

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ programmi plurijennali fil-qasam tal-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva, jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri li jaqgħu taħt id-deċiżjoni ta’ ‘komitoloġija’ kif ukoll numru ta’ miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programmi.

Dawn il-proċeduri huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/512/KE.

L-istrumenti bażiċi tal-programmi plurijennali jistipulaw id-diviżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għażla bejn il-proċeduri ta’ l-immaniġġjar u ta’ konsulatazzjoni u jiddefinixxu b’mod ċar in-numru u t-tip ta’ deċiżjonijiet ta’ għażla li għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura amministrattiva. Il-miżuri l-oħra kollha, inklużi d-deċiżjonijiet ta’ għażla, huma suġġetti għall-proċedura ta’ konsultazzjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tqis li billi tagħmel id-deċiżjonijiet ta’ għażla suġġetti għall-proċedura ta’ konsultazzjoni, dan se jinvolvi l-estensjoni tal-perjodi ta’ żmien meħtieġa għall-adozzjoni tagħhom u se jkollu impatt fuq l-effettività tagħhom.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll in-natura ta’ l-azzjonijiet tal-programmi li jikkonċernaw numru relattivament kbir ta’ benefiċjarji li l-attivitajiet tagħhom jiddependu b’mod sinifikanti fuq l-appoġġ tal-Komunità, filwaqt li l-ammonti relevanti huma limitati.

Il-Kummissjoni qed tipproponi l-eliminazzjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għal deċiżjonijiet ta’ għażla sabiex tissimplifika l-proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-interess tal-benefiċjarji potenzjali ta’ l-għotjiet.

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni wkoll li sabiex tnaqqas il-ħin meħtieġ għall-konsultazzjoni dwar id-deċiżjonijiet ta’ għażla li huma suġġetti għall-proċedura ta’ konsultazzjoni, il-kumitat tal-programm għandu jagħmel iktar użu mill-proċedura miktuba u għandu ħamest ijiem biex jagħti opinjoni dwar id-deċiżjonijiet ta’ għażla mressqa lilu.

Rimarki

Ir-rapporteur temmen li ma jistax ikun hemm dubju dwar il-valur tal-komitoloġija, li tagħti lill-Parlament Ewropew id-dritt ta’ skrutinju u d-dritt għall-informazzjoni, filwaqt li tippermettilu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ strumenti leġiżlattivi adottati skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni kif ukoll biex jikkontesta kwalunkwe miżura maħsuba mill-Kummissjoni li skond hi se taqbeż il-poteri ta’ implimentazzjoni stipulati fl-istrument bażiku.

Ir-rapporteur se tenfasizza li l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni diversi drabi kien favur proċedura mgħaġġla, effettiva u trasparenti li minkejja dan, se tissalvagwardja d-dritt ta’ skrutinju u informazzjoni rigward it-teħid ta' deċiżjonijiet.

Sabiex jitwettqu l-proċeduri ta’ għażla b’mod mgħaġġel u effettiv fl-interessi tal-benefiċjarji u sabiex ikun żgurat l-aħjar mod li bih jiġu ssodisfati l-objettivi tal-programmi mingħajr ma titnaqqas it-trasparenza tal-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-proċedura ta' konsultazzjoni tista' tkun sostitwita sakemm il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri mingħajr dewmien dwar id-deċiżjonijiet ta’ għażla li se jittieħdu mingħajr ma jkunu mressqa lill-kumitat tal-programm.

Huwa meqjus xieraq ukoll li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat tal-programm u lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien dwar il-proċedura ta’ għażla kollha, dwar l-applikazzjonijiet għall-iffinanzjar li hija kkunsidrat, dwar l-evalwazzjoni ta’ dawk l-applikazzjonijiet u għandha tipprovdi wkoll lista sħiħa tal-proġetti li ntgħażlu għall-iffinanzjar u dawk li ġew irrifjutati.

Minħabba li din hija proċedura ġdida, jeħtieġ li l-koleġiżlaturi, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, ikunu jistgħu jevalwaw ir-riżultati tal-miżuri l-ġodda f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-istrument il-ġdid. Għalhekk huwa meqjus li l-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tirrapporta dwarhom lill-Parlament u lill-Kunsill.

Ftehima tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar it-tlestija tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni

Ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon il-koperazzjoni interistituzzjonali miftuħa u kostruttiva dwar il-proposti tal-Kummissjoni, il-fatt li l-programmi se jkunu implimentati b’mod trasparenti u effettiv u li l-leġiżlatur – il-Kunsill u l-Parlament – se jkun infurmat immedjatament u sistematikament.

L-abbozz ta’ rapport jirrifletti r-riżultat tad-deliberazzjonijiet mal-Kunsill u l-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ kodeċiżjoni.


PROĊEDURA

Titolu

Programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-taħriġ tul il-ħajja

Referenzi

COM(2008)0061 – C6-0064/2008 – 2008/0025(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.2.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

21.2.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Katerina Batzeli

31.3.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

2.6.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

24.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Katerina Batzeli, Ivo Belet, Giovanni Berlinguer, Nicodim Bulzesc, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Jolanta Dičkutė, Milan Gaľa, Claire Gibault, Vasco Graça Moura, Christopher Heaton-Harris, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Mikel Irujo Amezaga, Ramona Nicole Mănescu, Manolis Mavrommatis, Dumitru Oprea, Zdzisław Zbigniew Podkański, Mihaela Popa, Christa Prets, Pál Schmitt, Hannu Takkula, Helga Trüpel, Thomas Wise

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Victor Boştinaru, Mary Honeyball, Elisabeth Morin, Reino Paasilinna, Ewa Tomaszewska, Cornelis Visser, Tadeusz Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza