RAPPORT dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2008 sal-31 ta’ Lulju 2012
27.6.2008 - (COM(2008)0243 – C6‑0199/2008 – 2008/0093(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Carmen Fraga Estévez
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2008 sal-31 ta’ Lulju 2012
(COM(2008)0243 – C6‑0199/2008 – 2008/0093(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2008)0243),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subinċiż, tat-Trattat KE, li bi qbil miegħu il-Kunsill ikkonsultat lill-Parlament (C6‑0199/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġit (A6‑0278/2008),
1. Japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill hekk kif ġiet emendata u japprova l-konklużjoni tal-Ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlament ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja.
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 2a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2 a) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona se jimponi koperazzjoni interistituzzjonali aktar mill-qrib li, fost aspetti oħra, għandha tinkludi aktar aċċess, u aċċess aħjar lill-Parlament Ewropew għat-tagħrif kollu relatat mal-Ftehimiet dwar is-Sajd, inklużi negozjati tal-protokolli. |
Emenda 2 Proposta għal Regolament Artikolu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1a |
|
Fil-laqgħat u l-ħidma tal-Kumitat Imħallat stipulat fl-Artikolu 10 tal-Ftehima, għandu jkun preżenti, fil-kapaċità ta’ osservatur, membru tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew. Għal-laqgħat imsemmija jistgħu jkunu preżenti wkoll rappreżentanti tas-settur tas-sajd. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-preżenza ta’ membri tal-Kumitat għas-Sajd fil-Kumitati Mħallta hi talba tradizzjonali tal-Parlament Ewropew. Meta wieħed iqis ukoll l-adozzjoni possibbli tat-Trattat ta' Liżbona, li l-Parlament Ewropew irid jagħti opinjoni favorevoli lejh, jaqbel li wieħed jagħmel referenza għall-posibilità tal-kisba ta’ aktar tagħrif, u tagħrif aqwa sa mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll il-ġdid. | |
Emenda 3 Proposta għal Regolament Artikolu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Il-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat imħallat stipulat fl-Artikolu 10 tal-Ftehima. Waqt l-aħħar sena ta’ validità tal-Protokoll, u qabel ma ssir Ftehima oħra biex jiġġedded, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll. |
Emenda 4 Proposta għal Regolament Artikolu 4b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4b |
|
Bi qbil ma' l-Artikolu 30(3) tar-Regolament finanzjarju1 u fl-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-trasparenza fil-qasam finanzjarju2, il-Kummissjoni għandha tippubblika ta' kull sena fuq il-websajt tagħha l-lista tad-diversi benefiċjarji aħħarija tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Unjoni. |
|
1 Regolament (KE,Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1). Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE)Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9). |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tipprevedi esiġenzi iktar preċiżi f'dak li jikkonċerna l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji aħħarija tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-UE. |
NOTA SPJEGATTIVA
1.- Introduzzjoni
Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-UE u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja daħal fis-seħħ fis-sena 2006, għal sitt snin. Il-Protokoll tas-Sajd fil-Ftehim imsemmi japplika bejn l-1 ta’ Awissu 2006 u l-31 ta’ Lulju 2008[1].
Fl-14 ta’ Diċembru 2007 il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill li jintemm il-Protokoll[2], minħabba li l-possibilitajiet tas-sajd ma kinux qed jintużaw bis-sħiħ, b’mod speċjali dawk relatati mal-Kategorija 9 dwar is-sajd ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar.
Fi Frar 2008, il-Ministri tas-Sajd ta’ l-UE ċaħdu li jikkunsidraw il-possibilità li jirrevokaw il-Protokoll, u għażlu li jerġgħu jinnegozjawh. Il-Parlament Ewropew ukoll kien kontra r-revoka tal-Protokoll, għax beża’ li dan seta’ jipperikola l-kontinwità tal-Ftehim, u anke minħabba li l-livell baxx ta’ użu ta’ ċerti possibilitajiet ta’ sajd kienu parzjalment b'riżultat ta’ l-innegozjar mhux adegwat tal-Protokoll attwali.
2.- Proposta għal Protokoll tas-Sajd ġdid
Il-Kummissjoni Ewropea reġgħet innegozjat Protokoll ġdid fit-13 ta’ Marzu 2008. F’dan il-Protokoll, it-tul ta’ żmien żdied minn sentejn għal erba’ snin (l-1 ta’ Awissu 2008 sal-31 ta’ Lulju 2012) filwaqt li l-possibilitajiet tas-sajd tnaqqsu b’mod sinifikanti ħafna, fosthom 25% għall-Kategorija 5 (sajd għaċ-ċefalopodi), bejn 10% u 50% għall-kategoriji tas-sajd demersali u 43% għall-Kategorija 9 (sajd għal speċijiet pelaġiċi). Fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar, il-possibilitajiet niżlu minn 440 000 tunnellata/sena għal 250 000 tunnellata/sena, filwaqt li għal kategorija taċ-ċefalopodi it-tnaqqis hu ta’ 55% jekk wieħed iqis l-aħħar sentejn u jinkludi t-tnaqqis li diġà sar f’Mejju 2006.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja, stipulata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll baqgħet ta’ 86 miljun ewro fl-ewwel sena, bħal tal-Protokoll ta’ qabel, 76 miljun ewro għat-tieni sena, 73 miljun ewro għat-tielet sena u 70 miljun ewro fl-aħħar sena. Minn dawn l-ammonti, 11-il miljun ewro fl-ewwel sena, 16-il miljun ewro fit-tieni sena, 18-il miljun u 20 miljun ewro f’kull sena ta’ wara se jintużaw għall-koperazzjoni għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Mawritanja. Minkejja li ma tagħmilx parti mill-artikoli tal-Protokoll, nota spjegattiva fit-test tal-proposta tal-Kummissjoni tindika li d-differenza bejn dak li kienet se tieħu l-Mawritanja kieku żammet l-istess kumpens finanzjarju tal-Protokoll attwali tul l-erba’ snin li ġejjin setgħet, jekk il-kundizzjonijiet jippermettu, tiġi kumpensata permezz ta' għotja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) ta’ 40 miljun ewro tul 3 snin sa mill-2009.
Huwa kkalkulat li l-kontribuzzjoni tas-sidien tal-bastimenti għall-ħlas tal-liċenzji se jkun ta’ 15-il miljun ewro fis-sena, jiġifieri 60 miljun ewro tul il-perjodu tal-Protokoll il-ġdid.
Barra minn hekk, u f’każ li jinqabżu l-250, 000 tunnellata fis-sena stipulati għall-kategorija 9 ta’ l-sipeċijiet pelaġiċi żgħar, tiġi stabbilita kontribuzzjoni kumplimentari ta’ 40 ewro għal kull tunnellata maqbuda, minflok il-15-il ewro għal kull tunnellata tal-Protokoll fis-seħħ.
It-tabella t’hawn taħt turi l-kontenut prinċipali tal-Protokoll attwali, imqabbel ma’ dak tal-Protokoll li se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 2008.
Kategorija ta’ sajd |
Użu medju possibbli sajd 2006/2008 |
GT jew liċenzji massimi għal kull perjodu tal-liċenzji |
Stat Membru |
GT liċenzji jew limiti massimi annwali ta’ qabdiet għal kull Stat Membru |
|
Kategorija 1 Bastimenti tas-sajd tal-krustaċji, ħlief l-awwist u l-granċijiet |
92,8% |
9 440/9 570 GT |
Spanja |
7 183/7 313 GT |
|
Italja |
1 .371/1 371 GT |
||||
Portugall |
886/886 GT |
||||
Kategorija 2 Bastimenti tat-tkarkir u tal-qiegħ bil-konzijiet għas-sajd tal-merluzz iswed |
73% |
3 600/3 240 GT |
Spanja |
3 600/3 240 GT |
|
Kategorija 3 Bastimenti tas-sajd ta’ speċijiet demersali, ħlief il-merluzz l-iswed, u mhux bit-tkarkir |
27,2% |
2 324/1 162 GT |
España |
1 500/1 162 GT |
|
Reino Unido |
800/0 GT |
||||
Malta |
24/0 GT |
||||
Kategorija 4 Bastimenti tat-tkarkir bil-freezers għal speċijiet demersali |
0% |
750/375 GT |
Greċja |
750/375 GT |
|
Kategorija 5 Ċefalopodi |
64,3% |
18 600/13 950 GT 43/32 liċenzja |
Spanja |
39/24 liċenzja |
|
Italja |
4/4 liċenzja |
||||
Portugall |
0/1 licencia |
||||
Greċja |
0/3liċenzja |
||||
Kategorija 6 Awwist |
63,9% |
300 GT |
Portugall |
300/300 GT |
|
Kategorija 7 bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun bil-freezers |
22,6% |
36/22 liċenzja |
Spanja |
17/17 liċenzja |
|
Franza |
20/5 liċenzja |
||||
Malta |
1/0 licencia |
||||
Kategorija 8 Bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qlugħ u bastimenti għas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ |
44,8% |
31/22 liċenzha |
Spanja |
23/18 liċenzja |
|
Franza |
5/4 liċenzja |
||||
Portugall |
3/0 liċenzja |
||||
Kategorija 9 Bastimenti tat-tkarkir bil-freezers għas-sajd ta’ speċijiet pelaġiċi |
35% |
22/17 liċenzji b’limitu massimu ta’ 440 000/250 000 tunnellata |
Olanda |
194 000 tunnellata |
|
Litwanja |
128 000 tunnellata |
||||
Latvja |
77 000 tunnellata |
||||
Ġermanja |
15 000 tunnellata |
||||
Renju Unit |
8 000 tunnellata |
||||
Portugall |
6 000 tunnellata |
||||
Franza |
6 000 tunnellata |
||||
Polonja |
6 000 tunnellata |
||||
Kategorija 10 Sajd għall-granċijiet |
65,5% |
300/300 GT |
Spanja |
300/300 GT |
|
Kategorija 11 Bastimenti għas-sajd ta’ speċijiet pelaġiċi mingħajr freezers |
0% |
15 000/15 000 GT fix-xahar bħala medja fuq sena |
|
|
|
3.- Analiżi tal-proposta:
Ir-rapporteur qed isibha diffiċli biex jifhem għalfejn il-Kummissjoni, jekk kienet tant insodisfatta bil-Protokoll preċedenti li saħansitra kienet qed tikkunsidra tirrevokah minħabba li ma ntużawx għal kollox il-possibilitajiet tas-sajd li kien qed isir ħlas għalihom, issa innegozjat ieħor b’inqas possibilitajiet ta’ sajd, prattikament fil-kategoriji kollha, inklużi dawk użati b’mod sħiħ. It-tnaqqis huwa qawwi, filwaqt li wieħed irid iqis ukoll limitazzjonijiet oħra serji, bħall-waqfien mis-sajd ġdid għal xahrejn għal raġunijiet ta’ rkupru, filwaqt li l-kontribuzzjoni finanzjarja tibqa’ l-istess fl-ewwel sena u tonqos mhux aktar minn 19% fl-aħħar sena ta’ l-implimentazzjoni.
Barra minn hekk, ir-rapporteur jaqbel ma’ l-ilmenti li saru dwar in-nuqqas ta’ djalogu bejn il-Kummissjoni, l-industrija u l-Istati Membri fl-aħħar fażijiet tan-negozjati. Prova tajba huma l-kritika li saret mill-organizzazzjoni Europêche, li semmiet li kull Protokoll għandu jissodisfa mhux biss il-ħtiġijiet tal-flotta Komunitarja mil-lat ta’ possibilitajiet ta’ sajd, iżda wkoll jinkludi xi miżuri tekniċi li jippermettu li wieħed japprofitta mill-possibilitajiet imsemmija.
Rigward il-waqfa għall-irkupru f’Mejju u f’Ġunju prattikament għall-kategoriji kollha tas-sajd u għal dik li diġà teżisti għax-xhur ta’ Settembru u Ottubru, tajjeb li wieħed ifakkar li kienet talba fl-aħħar minuta min-naħa tal-Mawritanja, barra mill-Kumitat Xjentifiku Konġunt, li hu l-korp stipulat biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet. Il-waqfa l-ġdida ġiet aċċettata mill-Kummissjoni mingħajr ma ġew ikkonsultati l-parteċipanti ta’ l-industrija jew l-Istati Membri. Il-parti Mawritana pprovdiet rapport xjentifiku tagħha stess, magħmul fi ftit jiem (bid-data tal-5 ta’ Marzu 2008) u jiffoka biss fuq analiżi taċ-ċefalopodi meta kif semmejna, din il-waqfa tapplika kważi għall-kategoriji kollha.
Proċedura bħal dan, bin-nuqqas ta’ serjetà tagħha, kinet tkun aċċettabli biex issolvi sitwazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien, iżda l-waqfa l-ġdida hi permanenti, u dan huwa piż ieħor għall-flotta li ftit jeżistu argumeni li jistgħu isostnuh.
Barra minn hekk, rigward il-bastimenti għas-sajd taċ-ċefalopodi, il-waqfa għall-irkupru ma tapplikax bl-istess mod għall-flotta Komunitarja u dik Mawritana, minħabba li d-dgħajjes artiġjanali Mawritani għandhom deroga ta' 15-il ġurnata, u b’hekk jiksru r-regola tal-waqfiet għall-irkupru li japplikaw għall-flotot kollha li jużaw l-istess riżors u li hi l-aqwa garnzija għall-kisba tar-riżultati mixtieqa. Ir-rapporteur jifhem li l-kwistjonijiet xjentifiċi jeħtieġ jiġu trattati bit-trasparenza meħtieġa u deċiżi mill-entitajiet xierqa, u għaldaqstant jixtieq juri li ma' jaqbilx man-nuqqas ta’ rigorożità ta’ din il-proċedura.
Problema gravi oħra li qed iġabbru l-flotot Komunitarji f’din iz-zona ta’ sajd hi dik tat-tlugħ abbord. Dan l-aħħar il-fotot Komunitarji sabu ruħhom mhedda mill-awtoritajiet Mawritanji waqt l-eżerċitar ta' l-attività tas-sajd tagħhom. Minħabba ż-żieda fin-numru ta’ dawn l-inċidenti, il-Kummissjoni Ewropea ressqet din il-kwistjoni quddiem l-aħħar kumitati mħallta, minħabba li l-awtoritajiet Mawritani mhumiex qed jirrispettaw ir-rekwiżiti minimi stipulati fil-Kapitolu VII tal-Protokoll, pereżempju fir-rigward tar-rapporti ta’ spezzjoni li l-awtoritajiet iridu jagħtu lill-kaptani tal-bastimenti.
Din is-sitwazzjoni tagħmel lill-flotta Komunitarja vulnerabbli ħafna, u s-sidien tal-bastimenti qed isibu ruħhom obbligati li jsolvu s-sitwazzjonijiet ta’ tlugħ abbord billi jħallsu multi, minħabba n-nuqqas ta’ garanziji fis-sistema legali Mawritanja, sabiex ikunu jistgħu ikomplu jistadu jew isalvaw il-ħut li jkunu diġà qabdu.
Finalment, il-Kummissjoni u l-parti Mawritana qablu dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Ħidma li għal perjodu ta’ sitt xhur, għandu jsegwi l-proċeduri kollha ta’ tlugħ abbord bastimenti Komunitarji. Ir-rapporteur kuntent b’din l-inizjattiva, u jittama li minn issa ‘l quddiem dawn il-proċeduri jsiru b’mod mija fil-mija legali.
Aspett ieħor li ġie msemmi mill-industrija hu l-problemi li jinħolqu meta l-miżuri tekniċi ma jkunux riflessi fil-Protokolli, minħabba li l-possibilitajiet tas-sajd negozjati ma jiswewx jekk in-nuqqas ta’ definizzjoni tal-miżuri tekniċi ma jippermettux li jsir sajd. Sfortunatament, mhix l-ewwel darba li din il-problema inqalgħet u f'aktar minn Protokoll wieħed tas-sajd, u r-rapporteur iqis li fil-ġejjieni l-Kummissjoni għandha ssib soluzzjoni għall-kwistjonijiet tekniċi qabel ma tiffirma l-Protokolli.
F’dal-każ, waħda mill-problemi prinċipali jinħolqu minħabba l-apparat tat-tkarkir magħruf bil-Franċiż bħala ‘chaînes racleuses’. Dan l-apparat ġie pprojbit fil-liġi Mawritana f’dawn l-aħħar snin. Din il-projbizzjoni hija sorprendenti, minħabba li dan l-apparat mhux biss huwa aċċettat b’mod ġeenrali fil-qasam tas-sajd internazzjonali, iżda wkoll jintuża sikwit mill-istituti tar-riċerka bħall-Istitut Spanjol ta’ l-Oċejanografija (IEO), fil-kampanji xjentifiċi tagħhom għall-evalwazzjoni tal-krustaċji, minħabba li hu kważi impossibbli li jinqabdu b’xi mod ieħor.
B’rispons għal din il-problema, il-Kumitat Xjentifiku Konġunt qabel li jagħmel evalwazzjoni xjentifika li se tagħti d-deċiżjoni finali tagħha qabel l-1 ta’ Novembru, u sadanittant, il-flotta Komunitarja se tkun tista’ tuża l-apparat imsemmi.
Aħbar tajba għall-flotta tal-krustaċji hi li sa mill-1 ta’ Awissu l-użu ta’ fradal ta’ protezzjoni ġie inkluż fir-rekords tekniċi tal-Kategorija 1. Dan l-apparat huwa awtorizzat mil-Liġi tas-Sajd Mawritana fl-Artikolu 24 tagħha, iżda l-użu tiegħu kien projbit għall-Flotta Komunitarja.
Barra minn hekk jeħtieġ issir referenza għall-Kategorija 5 għall-flotta taċ-ċefalopodi, li għaliha l-ftehima mal-Mawritanja hi l-aktar importanti wara li kienet obbligata tirtira miz-zona tas-sajd tal-Marokk. Anke għall-Mawritanja din il-flotta hi importanti, għax tħallas l-akbar ammonti għal-liċenzji tas-sajd.
Għal dan l-aħħar żmien din il-flotta kellha attitudni kritika ħafna fil-konfront tan-negozjati ta’ l-aħħar Protokolli, għal allegat li n-numru ma jispiċċa qatt ta’ problemi tekniċi jillimitaw b’mod qawwi l-vijabilità u l-benefiċċju tal-possibilitajiet tas-sajd, sal-punt li tul is-sena u nofs li ilu fis-seħħ il-Protokoll preżenti, il-flotta tal-bastimenti tas-sajd għaċ-ċefalopodi naqset b'mod drastiku, sal-31 ta’ Diċembru 2007 meta kien deċiż li twaqqaf għall-kollox il-flotta li kienet għadha f’din iz-zona tas-sajd, magħmula minn 20 bastimenti Spanjol u 4 bastimenti Taljani.
Il-problema fundamentali hi d-daqs minimu ta’ 500 gramma stabbilit għall-qarnit, l-ikbar daqs fir-reġjun kollu: 350 gramma fis-Senegal u 400 gramma fil-Marokk. Il-Kummissjoni Ewropea ċaħdet kwalunkwe possibilità li tkun flessibbli rigward din il-miżura, inkluża l-possibilità li tistabbilixxi perċentwal ta’ tolleranza ta’ bejn 10% u 15% tal-qabdiet ta’ bejn 300 u 500 gramma. Il-Kummissjoni qalet li qed tistenna studju li għandu jsir wara d-deċiżjoni meħuda fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd ta’ l-Lvant Ċentrali ta’ l-Atlantiku (CECAF) dwar jekk hux korrett li jkun stabbilit daqs minimu komuni għar-reġjun kollu.
Min-naħa tiegħu, ir-rapport xjentifiku li sar mill-Istitut Mawritan tar-Riċerka Oċejanografika u tas-Sajd (IMROP) biex jappoġġa l-waqfa għall-irkupru l-ġdida msemmija u li huwa bbażat fl-analiżi tal-qarnit, jirrikonoxxi li għas-sajd industrijali id-daqs 8 (bejn 300 u 500 gramma) jista’ jilħaq sal-50% tat-total tal-qabdiet fix-xahar ta’ Novembru, u dan juri l-irkupru tajjeb ta’ dawn l-aħħar snin. Tajjeb li wieħed isemmi li l-qarnit hu speċi opportunista u ta’ ħajja qasira, ta’ madwar sena, u dan ifisser li l-irkupru jista’ jkun tajjeb anki jekk il-bijomassa riproduttiva tkun ċkejkna.
Għaldaqstant, jeħtieġ li b’mod urġenti tkun analizzata u meqjusa r-realtà ta’ din l-ispeċi u ta’ san is-sajd, u li mill-aktar fis tinstab soluzzjoni raġunata fi ħdan il-Kumitat Xjentifiku Konġunt fid-direzzjoni li semma s-CECAF.
Fl-aħħarnett, f’dak li għandu x’jaqsam mat-tqassim tal-possibilitajiet tas-sajd, jeħtieġ li wieħed iżomm quddiem għajnejh li f’din il-kategorija ma ġewx rispettati il-kalkoli tat-tqassim skond l-istabilità relattiva, minħabba li l-Kummissjoni inkludiet, min-naħa tagħha, żewġ flotot ġodda. L-argument tal-Kummissjoni hu li dawn il-flotot diġà kienu kisbu possibilitajiet ta’ sajd permezz tal-Protokoll fis-seħħ minħabba li l-flotta Spanjola għamlet użu baxx mill-possibilitajiet tas-sajd. Madankollu, ma jidhirx li l-Kummissjoni għandha dritt tassumi li s-sitwazzjoni se tibqa' hekk minn qabel ma jibda l-proċess ta’ talbiet għal-liċenzji, u, min-naħa l-oħra, skond dejta tal-Kummissjoni stess, lanqas dawn l-Istati Membri ma kienu wżaw il-possibilitajiet ġodda mpoġġija għad-dispożizzjoni tagħhom.
Ir-rapporteur jifraħ dwar il-fatt li l-protokoll mal-mawritanja se jkompli, madankollu għandu d-dubji tiegħu dwar il-fatt li waqt in-negozjati ma ġewx ikkonsultati biżżejjed is-settur u l- EEMM, u li dan wassal biex il-Protokoll inaqqas b’mod konsiderevoli l-possibilitajiet tas-sajd filwaqt li l-kumpens finanzjarju prattikament baqa’ dak li kien; ma nstabitx soluzzjoni għall-aspetti tekniċi kruċjali għall-flotot ewlenin, anzi, inħolqu limitazzjonijiet ġodda bħall-waqfa extra għall-irkupru, li saru barra mill-qafas tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt, u ma ġietx rispettata l-istabilità relattiva.
Ir-rapporteur jittama li l-erba’ snin tal-Protokoll il-ġdid se jiffaċilitaw qafas ta’ djalogu aħjar li jippermettu li tinstab soluzzjoni għal dawn l-irregolaritajiet, b’mod li ma jeffettwawx protokolli ġejjiena.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (24.6.2008)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunitá Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta' Awissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2012
(COM(2008)0243 – C6‑0199-2008 – 2008/0093(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Josep Borrell Fontelles
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-politika komuni għas-sajd (CFP) iridu jkunu konsistenti, kumplimentari u koordinati, u flimkien jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi konċernati kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom.
L-UE impenjat lilha nnifisha sabiex tiżgura s-sostenibilità tas-sajd fid-dinja kollha, kif ġie definit fis-samit tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-2002 f'Johannesburg, billi żżomm jew terġa' tistabbilixxi livelli ta' stokk bil-ħsieb li tipproduċi l-ammont ta' produzzjoni massimu sostenibbli.
L-UE aċċettat il-"Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli" ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, li tippromwovi sajd sostenibbli fit-tul u li tafferma li d-dritt li tistad iġorr miegħu d-dmir li wieħed jagħmel dan b'mod responsabbli biex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-immaniġġjar effettiv tar-riżorsi ħajjin tal-baħar.
Il-preżenza ta' l-UE f'zoni ta' sajd imbiegħda hija objettiv leġittimu, iżda jrid jitfakkar li l-interess tas-sajd ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun protett flimkien ma' l-interess ta' l-iżvilupp tal-pajjiżi li magħhom ġew iffirmati l-ftehimiet dwar is-sajd.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżoluzzjoni adottata fl-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP/UE tat-22 ta' Ġunju 2006 dwar "is-Sajd u l-aspetti soċjali u ambjentali tiegħu fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw", b'mod prinċipali meta jqis li l-protezzjoni ta' l-interessi tas-sajd ta' l-UE u ta' l-ACP iridu jkunu koordinati ma' l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f'sens ekonomiku, soċjali u ambjentali min-naħa l-waħda, u ma' l-għajxien tal-komunitajiet kostali li jiddependu fuq is-sajd min-naħa l-oħra.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew ikompli jisħaq dwar ir-referenza magħmula fil-Ftehima ta' Sħubija tas-Sajd ta' l-ACP-UE biex tiġi mħarsa l-Ftehima ta' Cotonou; jinsisti li trid tingħata konsiderazzjoni sħiħa għall-Artikolu 9 tal-Ftehima ta' Contonou dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u jilqa' b'sodisfazzjon il-garanziji mogħtija mis-servizzi tal-Kummissjoni sakemm dawn jagħtu kas tal-kontenut ta' l-Artikolu 9 meta jinnegozzjaw ftehimiet mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi dawk li mhumiex fl-ACP.
Il-Ftehima proposta se tabbroga u tieħu post il-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 2006.
Il-Protokoll u l-Anness ġew konklużi għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data li fiha jitlestew il-proċeduri xierqa ta’ adozzjoni. Din il-Ftehima terġa tiġġedded għall-perjodu ta' erba' snin oħra mingħajr aktar diskussjonijiet, sal-31 ta' Lulju 2012.
L-opportunitajiet ta’ sajd previsti fil-Ftehima ġew stabbiliti biex ikopru ħdax-il kategorija differenti allokati fost Spanja, l-Italja, il-Portugal, il-Greċja u Franza.
Għal kategoriji 1 sa 4, 6, 10 u 11 it-total massimu awtorizzat ta' kapaċità hu stabbilit għal 29,947 GT (tunnellaġġ gross).
Għal kategoriji 5, 7, 8 u 9 it-total awtorizzat ta' liċenzji jammonta għal 93.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-protokoll hija stabbilita għal EUR 86 miljun għall-ewwel sena, 76 miljun għat-tieni sena, 73 miljun għat-tielet sena u 70 miljun għar-raba’ sena. Minn din il-kontribuzzjoni finanzjarja, bħala appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tas-sajd, għandu jiġi allokat EUR 11-il miljun fl-ewwel sena, 16-il miljun fit-tieni sena, 18-il miljun fit-tielet sena u 20 miljun fir-raba’ sena, li minnhom EUR 1 miljun fis-sena jingħata bħala appoġġ finanzjarju għall-Park Nazzjonali tal-Banc d'Arguin.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza għall-inizjattivi nazzjonali tas-sajd u jittama li dawn jinkludu xi forma ta' ffinanzjar għal proġetti ta' infrastruttura lokali ta' l-ipproċessar u l-bejgħ tal-ħut biex jgħinu lill-popolazzjoni lokali tmur lil hinn mis-sajd ta' livell minimu.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jilqa' wkoll b'sodisfazzjon il-fatt li parti mill-Ftehima hi bbażata fuq evalwazzjoni tas-sajd lokali u għalhekk dan jinkoraġġixxi koperazzjoni xjentifika u teknika ma' l-awtoritajiet lokali. Ir-riżoluzzjoni UE/ACP, imsemmija hawn fuq, tqis li analiżi xjentifika ta' riżors trid tkun kundizzjoni minn qabel għall-aċċess għas-sajd, u li analiżi annwali tar-riżorsi hi waħda mill-kundizzjonijiet biex ikunu akkwistati aktar permessi għas-sajd.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew ma japprovax il-proċedura adottata għal din il-Ftehima għaliex il-Parlament Ewropew kien messu ħa sehem fil-mandat tan-negozjati, li l-Kunsill kien ikun bagħat lill-Kummissjoni u li għalhekk kien ikun infurmat bl-iżvilupp tan-negozjati.
Il-Parlament ma kienx ġie kkonsultat dwar il-ftehim propost qabel Mejju 2008, xahrejn wara li l-Ftehima kienet iffirmata, bil-għan li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 2008. Il-Parlament għandu joġġezzjona u jsostni li din il-proċedura mhix aċċettabbli.
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jilħqu ftehim dwar dawk il-kundizzjonijiet li jagħtu lill-Parlament opportunità vera li jkun ikkonsultat. Fin-nuqqas ta' dan, il-Kumitat dwar is-Sajd għandu jagħti bidu għal reazzjoni tal-Parlament għall-istatus quo attwali, inkluż l-għażla li jivvota kontra ftehimiet tas-sajd ippreżentati taħt din il-proċedura.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emenda li ġejja fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Il-kumpens finanzjarju tal-Komunità għandu jintuża għall-iżvilupp tal-popolazzjonijiet ta' sajjieda li joqogħdu mal-kosta kif ukoll biex jinħolqu industriji lokali żgħar għall-iffriżar u l-ipproċessar tal-ħut; |
PROĊEDURA
Titolu |
L-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunitá Ewropea u l-Mawritanja |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0243 – C6-0199/2008 – 2008/0093(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
PECH |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 22.5.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Josep Borrell Fontelles 27.5.2008 |
|
|
|||||
Data ta' l-adozzjoni |
24.6.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Thijs Berman, Josep Borrell Fontelles, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Corina Creţu, Nirj Deva, Fernando Fernández Martín, Alain Hutchinson, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Gay Mitchell, José Javier Pomés Ruiz, Horst Posdorf, José Ribeiro e Castro, Frithjof Schmidt, Feleknas Uca, Johan Van Hecke, Jan Zahradil, Mauro Zani |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Mihaela Popa, Renate Weber |
|||||||
OPINJONI TAL-KUMITAT GHALL-BAGITS (18.6.2008)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarju provduti fil-ftehim ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunitá Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawretanja għall-perjodu mill-1 ta' Awissu 2008 sal-31 ta' Lulju 2012
(COM(2008)0243 – C6‑0199/2008 – 2008/0093(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel
PA_Legam
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Ftehim ta' Sħubija fil-qasam tas-Sajd attwali mal-Mawritanja ġie nnegozjata u daħal fis-seħħ fl-2006. Il-protokoll li jakkumpanjaa kien għas-sentejn mill-1 ta' Awissu 2006 sal-31 ta' Lulju 2008 u kellu jiġġedded darbtejn għal perjodi ta' sentejn. Kemm l-UE kif ukoll il-Mawritanja laqgħu dan il-Ftehim importanti, mhux ta' l-inqas minħabba l-bżonnijiet tal-Gvern tal-Mawritanja matul il-perjodu tar-ritorn għad-demokrazija wara l-iggvernar militari.
F'Diċembru 2007, il-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta' deċiżjoni lill-Kunsill għad-denunzja tal-protokoll, peress illi l-użu mill-flotot ta' l-UE tal-possibiltajiet ta' sajd ma kinux ''ottimali''. Milli jidher, kien hemm ċerti taqsimiet tal-flotot ta' l-UE li, għal diversi raġunijiet, ma kinux interessati fil-ftehim kif kienu fl-2006. Il-Kummissjoni nnutat ukoll xi tħassib dwar l-istatus bijoloġiku ta' ċerti ħażniet li kienu qed jintużaw.
Il-Kummissjoni insistiet illi, peress li l-possibbiltajiet ta' sajd kienu qed jiġu ntużati b'mod baxx wisq, ma kellha l-ebda għażla ħlief li tiddenunzja l-protokoll fl-interess tar-responsabbilitajiet finanzjarji, filwaqt li tipprova terġa' tinnegozja l-protokoll il-ġdid mal-Mawritanja sabiex ikun jista' jibqa' jseħħ is-sajd.
Dan kien xokk kbir għall-Mawritanja, li ġie inqas minn 18-il xahar wara li kien inbeda l-protokoll.
Il-proposta attwali hija r-riżultat ta' dan u hija maħsuba biex tissostitwixxi l-Protokoll eżistenti. Għandha tidħol fis-seħħ għal sentejn fl-1 ta' Awissu 2008 u, sakemm waħda mill-partijiet ma tiddeċidix li timmodifikaha mill-ġdid, għandha tiġi mġedda awtomatikament sal-31 ta' Lulju 2012.
Hekk kif jidher fit-tabella, hemm tnaqqis sinifikanti fl-opportunitajiet ta' sajd għal seba' mill-ħdax-il kategorija ta' sajd; għall-oħrajn, ma hemmx tibdil minbarra f'każ wieħed, fejn kien hemm żieda ta' 1%.
kategorija ta' sajd |
possiBbiltajiet ta' sajd taħt il-protokoll eżistenti 2006-2008 |
possiBbiltajiet ta' sajd taħt il-protokoll propost 2008-2012 |
tibdil f'perċentwali |
|
kategorija 1: bastimenti li jistagħdu għal krustaċeji minbarra l-awwista u l-granċ |
9 440 gt |
9 570 GT |
1% żieda |
|
kategorija 2: VAPURI GĦAS-SAJD BIT-TKARKIR GĦALL-MERLOZZ ISWED U VAPURI GĦAS-SAJD TAL-QIEGĦ B’ PALANGARI |
3,600 gt |
3,240 GT |
10% tnaqqis |
|
kategorija 3: VAPURI LI JISTADU GĦAL SPEĊI TAL-QIEGĦ MINBARRA GĦALL-MERLOZZ ISWED B'APPARAT LI MA JINKLUDIX XBIEKI TAT-TKARKIR |
2,324 gt |
1,162 GT |
50% tnaqqis |
|
kategorija 4: SKEJJEN TAS-SAJD TAT-TKARKIR BIL-FRIŻA LI JISTADU GĦALL-ISPEĊI DEMERSALI |
750 gt |
375 GT |
50% tnaqqis |
|
kategorija 5: ĊEFALOPODI |
18,600 gt 43 liċenzja |
13,950 GT 32 liċenzja |
25% tnaqqis |
|
kategorija 6: awwista |
300 gt |
300 GT |
bla tibdil |
|
kategorija 7: BASTIMENTI BIL-FRIŻA LI JISTADU GĦAT-TONN BIT-TARTARUN |
36 liċenzja |
22 liċenzja |
38% tnaqqis |
|
kategorija 8: BASTIMENTI LI JISTADU GĦAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF U SKEJJEN TAS-SAJD BIL-KONZIJIET TAL-WIĊĊ |
31 liċenzja |
22 liċenzja |
29% tnaqqis |
|
kategorija 9: SKEJJEN TAS-SAJD TAT-TKARKIR BIL-FRIŻA PELAĠIĊI |
22 liċenzja għal tunnaġġ ta' referenza ta' 440,000 tunnellata |
17 liċenzja għal tunnaġġ ta' referenza ta' 250,000 tunnellata |
23% ta' tnaqqis fil-liċenzji, 43% ta' tnaqqis fit-tunnaġġ ta' referenza |
|
kategorija 10: sajd tal-granċijiet |
300 gt |
300 GT |
bla tibdil |
|
kategorija 11: BASTIMENTI TAS-SAJD PELAĠIKU FRISK |
15 000 GT għal kull xahar, b'medja li tittieħed fuq sena |
15 000 GT għal kull xahar, b'medja li tittieħed fuq sena |
bla tibdil |
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija stabbilita kif ġej:
|
Y 1 |
Y 2 |
Y 3 |
Y 4 |
Total |
|
Kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-UE (miljuni ta' EUR) |
86 |
76 |
73 |
70 |
305 |
|
li minnhom, għall-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar is-sajd |
11 |
16 |
18 |
20 |
65 |
|
Dawn iċ-ċifri jammontaw għal €86 miljun fis-sena taħt il-protokoll attwali, li minnhom €11 miljuni kienu maħsuba għall-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar is-sajd tal-Mawritanja. Fl-aħħarnett, il-miżati ta' min jipposjedi l-bastimenti fl-UE huma meqjusa li jammontaw għal madwar €15 miljuni fis-sena, jekk il-possibbiltajiet jintużaw bis-sħiħ.
Minħabba l-istatus delikat ta' xi wħud mill-ħażniet li qed jintużaw (partikolarment ċefalopodi u speċijiet ta' ħut żgħir pelaġiku) u għalkemm dan ma jwassalx b'mod sistematiku għal tnaqqis fil-livell ta' qbid, jaqbel li l-livelli ta' użu għal bosta ħażniet jitnaqqas, għalkemm ir-rapporteur jiddenunzja l-mod brutali li bih il-Komunità sfurzat lill-Mawritanja biex tibda n-negozjati.
Hemm nota ta' qiegħ il-paġna li tgħid li l-appoġġ baġitarju ta' €40 miljun jista' jsir disponibbli għal tliet snin mill-2009, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet mitluba. Dawk il-kundizzjonijiet ma jissemmewx, u lanqas m'hu ċar jekk dawn humiex flus addizzjonali jew inkella flus li kienu diġà pprogrammati.
Jekk dawn huma flus ġodda, dan jikkostitwixxi pass pożittiv lejn firda bejn l-ammont ta' flus imħallsa lil pajjiż u l-kwantità ta' sajd permessa. Politika bħal din tqiegħed pressjoni diretta u serja fuq pajjiż terz biex dan jippermetti użu eżaġerat tar-riżorsi tal-baħar tiegħu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jitlob lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Artikolu 2 (4a) (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ta' kull sena l-lista tal-bastimenti li joperaw f'kull waħda mill-kategoriji ta' sajd inklużi f'dan il-Protokoll. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiżdied it-trasparenza ta' l-infiq tal-fondi tal-Komunità, il-lista tal-bastimenti li joperaw taħt din il-Ftehima għandha tkun ippubblikata wkoll. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Bi qbil ma' l-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju1, u fl-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-trasparenza fil-kwistjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tippubblika annwalment fis-sit ta' l-Internet tagħha il-lista ta' benefiċjarji aħħarija individwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-UE. |
|
1 Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9). |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tinkludi iktar rekwiżiti speċifiċi għal rappurtaġġ dettaljat rigward il-benefiċjarji aħħarija tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-UE. | |
Emenda | |
3 Proposta għal regolament Artikolu 4 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4b |
|
Qabel ma jiskadi l-Protokoll, u qabel ma jinbdew in-negozjati għal tiġdid possibbli, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni ex-post tal-Protokoll, inkluża analiżi tal-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji. |
Ġustifikazzjoni | |
Valutazzjoni tal-Protokoll attwali hija meħtieġa qabel ma jinbdew in-negozjati, sabiex isir magħruf liema tibdil għandu jiġi inkluż f'tiġdid possibbli, jekk ikun hemm bżonn ta' tibdil. |
PROĊEDURA
Referenzi |
COM(2008)0243 – C6-0199/2008 – 2008/0093(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
PECH |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 22.5.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni: Data tal-ħatra |
Helga Trüpel 20.9.2004 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
16.6.2008 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
16.6.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 0 0 |
||||||
PROĊEDURA
Referenzi |
COM(2008)0243 – C6-0199/2008 – 2008/0093(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
21.5.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 22.5.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 22.5.2008 |
BUDG 22.5.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Carmen Fraga Estévez 5.5.2008 |
|
|
|||||
Data ta’ l-adozzjoni |
26.6.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
19 2 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Niels Busk, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Pedro Guerreiro, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Margie Sudre, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Cornelis Visser |
|||||||
Data tat-tressiq |
27.6.2008 |
|||||||