RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ prodotti mediċinali (Riformulazzjoni)

1.7.2008 - (COM(2008)0001 – C6‑0026/2008 – 2008/0001(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: József Szájer

Proċedura : 2008/0001(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0280/2008
Testi mressqa :
A6-0280/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ prodotti mediċinali (Riformulazzjoni)

(COM(2008)0001 – C6‑0026/2008 – 2008/0001(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0001),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0026/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għal atti legali[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0280/2008),

A. billi skond il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta’ atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta’ testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla għall-kontenut tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[1] kienet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006[2]. L-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni emendata 1999/468/KE introduċa l-‘proċedura regolatorja bi skrutinju’ (RPS) il-ġdida, 'measures of a general scope which seek to amend non-essential elements of a basic instrument adopted in accordance with codecision, inter alia by deleting some of those elements or by supplementing the instrument by the addition of new non-essential elements'.

Wara l-iskrining tal-leġiżlazzjoni eżistenti u tal-proċeduri li jinsabu fis-seħħ[3], il-Kummissjoni Ewropea preżentat, fost affarijiet oħra, ir-riformulazzjoni ta' din il-proposta, trasformata minn kodifikazzjoni sabiex tinkorpora l-emendi neċessarji għall-allinjament mal-RPS.

Fid-deċiżjoni tagħha tat-12 ta’ Diċembru 2007, il-Konferenza tal-Presidenti ħatret lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali bħala l-kumitat ewlieni biex jitratta dan l-‘allinjament ta’ komitoloġija’ u l-kumitati speċjalizzati bħala kumitati ta’ konsulenza. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ftehmet fil-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-modalitajiet ta’ koperazzjoni bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitati l-oħra involuti.

Minħabba l-fatt li l-allinjament propost mal-RPS huwa komplut, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ma jipproponi l-ebda emenda, minbarra l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti mill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (5.6.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-materji kuluranti li jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti mediċinali (Riformulazzjoni)
(COM(2008)0001 – –C6‑0026/2008 – 2008/0001(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Thomas Ulmer

app

******

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Il-materji kuluranti li jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti mediċinali (verżjoni mfassla mill-ġdid)

Referenzi

COM(2008)0001 – C6-0026/2008 – 2008/0001(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

19.2.2008

 

 

 

Drafts(wo)Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Thomas Ulmer

13.3.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

5.5.2008

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Jules Maaten, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjonifinali

Inés Ayala Sender, Iles Braghetto, Bairbre de Brún, Genowefa Grabowska, Rebecca Harms, Henrik Lax, Johannes Lebech, Miroslav Mikolášik

ANNESS: OPINJONI F’FORMA TA’ ITTRA TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 28 ta’ Frar 2008

OPINJONI

                                            GĦALL-PARLAMENT EWROPEW

                                            GĦALL-KUNSILL

                                            GĦALL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ prodotti mediċinali

(COM(2008)0001 tal-11 ta’ Jannar 2008- C6-0026/2008 - 2008/0001 (COD))

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għal atti legali, u b’mod partikolari punt 9 tiegħu, il-grupp tal-ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fit-22 ta’ Jannar u fis-6 ta’ Frar 2008 sabiex, fost affarijiet oħra jikkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.

Waqt il-kunsiderazzjoni [1] tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għanda l-għan li tirriformula d-Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet ta’ koloranti li jistgħu jiżdiedu mal-prodotti mediċinali, il-grupp ta’ ħidma ġibed l-attenzjoni bi ftehim komuni, li fl-Artikolu 2, il-kliem ‘the general and specific criteria of purity’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘the general specifications for aluminium lakes of colours and the specific criteria of purity’.

Wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma, il-grupp ta’ ħidma seta’ jistabbilixxi, mingħajr diffikulta, li l-proposta ma tinvolvix bidliet sostantivi minbarra dawk identifikati bħala tali fit-test innifsu jew f’din l-opinjoni. Il-grupp ta’ ħidma kkonkluda, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta’ l-att preċedenti ma’ dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta hija verament limitata għall-kodifikazzjoni diretta u ma tibdilx b’mod sostanzjali l-atti kkunsidrati.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                                      M. PETITE

Ġurist-lingwist                        Ġurist-lingwist                        Direttur-Ġenerali

  • [1]  Il-grupp ta’ ħidma seta’ jirreferi għall-verżjoni Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u bbaża l-proċeduri tiegħu fuq il-verżjoni oriġinali Franċiża tad-dokument ta’ ħidma.

PROĊEDURA

Titolu

Koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ prodotti mediċinali (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2008)0001 – C6-0026/2008 – 2008/0001(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.1.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.2.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

József Szájer

19.12.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

26.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Carlo Casini, Titus Corlăţean, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Sharon Bowles, Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Eva Lichtenberger, József Szájer, Ieke van den Burg

Data tat-tressiq

1.7.2008