RAPPORT dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi passiv separat ta' Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta' l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja) skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE
1.7.2008 - (COM(2008)0228 – C6‑0221/2008 – 2008/0086(CNS)) - *
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Helmuth Markov
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi passiv separat ta' Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta' l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja) skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE
(COM(2008)0228 – C6‑0221/2008 – 2008/0086(CNS))
(Proċedura ta' Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0228),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0221/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0281/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Passiv separat ta' Montenegro fir-rigward tas-self għal żmien twil mogħti lis-Serbja u Montenegro (l-ex Repubblika Federali tal-Jugożlavja) |
||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0228 – C6-0221/2008 – 2008/0086(CNS) |
||||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
11.6.2008 |
||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 19.6.2008 |
||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 19.6.2008 |
|
|
|
|||
|
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 3.6.2008 |
|
|
|
|||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Helmuth Markov 27.5.2008 |
|
|
||||
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
27.5.2008 |
||||||
|
Data ta’ l-adozzjoni |
27.5.2008 |
|
|
|
|||