RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjon
1.7.2008 - (COM(2007)0777 – C6‑0456/2007 – 2007/0271(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Johannes Blokland
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjon
(COM(2007)0777 – C6‑0456/2007 – 2007/0271(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0777),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0456/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0282/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika r-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 mill-aktar fis possibbli;
4. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 mill-aktar fis possibbli, bil-għan li jkunu aboliti l-obbligi ta' rappurtaġġ irduppjati;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta aktar rapporti u proposti li jkunu ta’ segwitu ta’ dawk ippubblikati skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, rigward il-progress ta’ l-istudji pilota msemmija fl-Artikoli 4(3) u 5(1), mill-aktar fis possibbli;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 2150/2002 | |||||||||||||||||||
Artikolu 4 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond u għan tal-proposta
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta’ l-iskart daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2002.
Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex il-proċedura ta’ komitoloġija l-ġdida (proċedura regolatorja bi skrutinju) tkun applikabbli għal strumenti li huma adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat u li diġà huma fis-seħħ, dawk l-istrumenti jridu jkunu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. Għalhekk, il-għan tal-proposta kurrenti tal-Kummissjoni huwa li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament ta’ l-Istatistika ta’ l-Iskart ikunu adattati għall-proċedura tal-komitoloġija l-ġdida fejn dan ikun relevanti.
Skond il-proposta kurrenti s-setgħa għandha tkun ikkonferita lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-kriterji xierqa ta' evalwazzjoni tal-kwalità u kif ukoll il-kontenut tar-rapporti tal-kwalità, timplimenta r-riżultati ta’ l-istudji pilota u tadatta l-kontenut ta’ l-annessi. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u jfittxu li jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, inkluż billi jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Suġġeriment tar-rapporteur
F’għadd żgħir ħafna ta’ każijiet baqgħet tinżamm il-proċedura regolatorja l-antika u f’żewġ każijiet ir-Rapporteur jipproponi li tkun emendata l-proposta sabiex anke l-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-listudji u l-miżuri għall-produzzjoni ta’ riżultati skond l-Artikolu 3(2), (3) (miżuri msemmija fl-Artikolu 4(3)) jinġiebu taħt il-proċedura ta’ komitoloġija l-ġdida.
Kummenti rigward id-diversi każi ta’ dewmien
Ir-Rapporteur jixtieq jieħu l-okkażjoni wkoll biex jirrimarka li meta wieħed iħares lejn l-implimentazzjoni u s-segwitu tar-Regolament wieħed jista’ jinnota ċerti każi ta’ dewmien. Wieħed jista’ jsemmi pereżempju li l-miżura ta’ implimentazzjoni biex ikun strutturat il-format xieraq tat-trasmissjoni tar-riżultati mill-Istati Membri[1], kif imsemmi fl-Artikolu 6, iddewmu għal madwar 5 xhur - Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 8(1) dwar il-kwalità u dwar il-piż fuq in-negozji għadu mhux disponibbli s’issa (l-iskadenza kienet id-29 ta’ Diċembru 2007) - Ir-rapport tal-Kummissjoni u l-proposti sussegwenti msemmija fl-Artikolu 8(2) dwar l-abolizzjoni ta’ obbligi ta’ rappurtaġġ li jkunu rduppjati ma ntbagħatx lill-Parlament u lill-Kunsill.
Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 8(3) dwar il-progress ta’ l-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5(1)[2] kien ippubblikat fil-31 ta’ Mejju 2005 (ukoll 5 xhur wara l-iskadenza). Rigward il-kontenut ta’ dan ir-rapport, ġie konkluż dan li ġej:
L-ewwel riżulatati mill-istudji pilota dwar l-istatistiki ta’ l-importazzjoni u esportazzjoni ta’ l-iskart juru li għalkemm l-istatistika tal-kummerċ barrani ġiet identifikata bħala l-aħjar sors ma tipprovdix sett sħiħ ta’ data li tista’ tintuża biex tikkumplimenta d-data koperta mir-Regolament tat-Trasportazzjoni ta’ l-Iskart. Għal numru ta’ kategoriji ta’ skart li għalihom hemm statistika x’tinġabar, għadha ma ġietx identifikata soluzzjoni konkreta sa issa u għalhekk hemm bżonn ta’ aktar studju.
Dwar statistika dwar l-iskart mill-agrikoltura, mill-kaċċa, mill-koltivazzjoni tal-foresti u mis-sajd, numru kbir ta' flussi ta' skart għandhom jiġu kkunsidrati u l-aktar kwistjoni kruċjali hija sa liema punt l-iskart bio-organiku se jkun kopert mill-istatistika ta' l-iskart. Aspett ieħor essenzjali huwa t-trattament ta’ l-iskart fi ħdan is-settur ta’ l-agrikoltura u l-punt sa fejn dan huwa inkluż fl-istatistiki ta’ l-iskart.
Għalhekk huwa meħtieġ li mill-Kummissjoni Ewropea jinħareġ rapport ta’ segwitu fuq dawn l-istudji pilota, bi proposti addizzjonali.
- [1] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 ta’ l-24 ta’ Mejju 2005.
- [2] COM(2005)2230 ippubblikat fil-31 ta’ Mejju 2005.
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-istatistika ta’ l-iskart |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2007)0777 – C6-0456/2007 – 2007/0271(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
6.12.2007 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 19.2.2008 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 19.2.2008 |
|
|
|
||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 8.4.2008 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Johannes Blokland 20.2.2008 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
27.5.2008 |
|
|
|
||||
|
Data ta' l-adozzjoni |
24.6.2008 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
46 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
|
Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Marios Matsakis, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Iles Braghetto, Jutta Haug, Erna Hennicot-Schoepges, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Miroslav Mikolášik |
|||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elspeth Attwooll, Andreas Schwab |
|||||||