RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovaklja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska u d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

2.7.2008 - (5598/2008 – C6‑0075/2008 – 2008/0803(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Armando França

Proċedura : 2008/0803(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0285/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska u d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

(5598/2008 – C6‑0075/2008 – 2008/0803(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (5598/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6 0075/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0285/2008),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex ibiddel it-test f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja b'mod sustanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta, fil-futur, li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jridu jkunu annessi mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-Iffunzjonar ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

6.  Huwa determinat li jeżamina kull proposta bħal din fil-futur bi proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 5 u b’koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Emenda  1

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Titolu

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, id-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska u d-Deċiżjoni Kwadru 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

dwar it-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini, li jippromovi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward tad-deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAIdwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska u d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kundizzjonali

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-proposta hu li jippromovi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku billi jelimina ostakli eżistenti, prinċipalment, metodi differenti favur "raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent". Il-ħames att leġiżlattiv dwar il-“probation” għandu jiżdied minħabba li jitratta wkoll deċiżjonijiet li jingħataw in absentia.

Emenda  2

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(1a) Jeħtieġ li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka fiz-zona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizza fi kwistjonijiet kriminali permezz ta’ miżuri f’livell Ewropew imfassla biex ikunu żgurati aktar armonizzazzjoni u rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi fi kwistjonijiet kriminali kif ukoll bl-adozzjoni ta' xi dispożizzjonijiet u prattiki Ewropej fi kwistjonijiet kriminali.

Ġustifikazzjoni

L-emenda bbażata fuq il-kunċett tal-promozzjoni ta' liġi kriminali Ewropea.

Emenda  3

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Premessa 1 b (ġdida)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(1b) Salvagwardji proċedurali adegwati huma prekundizzjoni neċessarja għar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali. Għalhekk huwa importanti li tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ qafas dwar id-drittijiet proċedurali fi proċeduri kriminali malajr kemm jista’ jkun.

Emenda  4

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(4) Hu għalhekk neċessarju li wieħed jipprovdi soluzzjonijiet ċari u komuni li jagħtu definizzjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda u tad-diskrezzjoni fdata lill-awtorità ta' l-eżekuzzjoni.

(4) Hu għalhekk neċessarju li wieħed jipprovdi soluzzjonijiet ċari u komuni li jagħtu definizzjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment u tad-diskrezzjoni fdata lill-awtorità ta' l-eżekuzzjoni. L-iskop ta' din id-Deċiżjoni ta’ Qafas hu li jkunu definiti dawn ir-raġunijiet komuni sabiex l-awtorità eżekuttiva tkun tista' twettaq id-deċiżjoni minkejja n-nuqqas tal-persuna waqt il-kawża. Din mhix imfassla biex tirregola l-forom u l-metodi applikabbli, jew ir-rekwiżiti proċedurali li huma użati biex jintlaħqu r-riżultati speċifiċi f'din id-Deċiżjoni ta’ Qafas, li huma kwistjoni li tirrigwarda l-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membri. Bit-tkomplija tat-taqsima relevanti għall-mandat ta' arrest Ewropew jew taċ-ċertifikat relevanti skond id-Deċiżjonijiet ta’ Qafas l-oħra, l-awtorità emittenti tagħti assigurazzjoni li l-ħtiġiet kienu jew ser jiġu ssodisfati; dan għandu jkun biżżejjed għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni abbażi tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.

Emenda  5

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(6a) Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-akkużat ma deherx m'għandhomx ikunu rrifjutati jekk, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Istat emittent, ikun stabbilit b'mod sodisfaċenti li l-akkużat issejjaħ personalment, jew li fil-fatt irċieva informazzjoni uffiċjali permezz ta’ mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża. F’dan il-kuntest wieħed jissuponi li l-persuna tkun irċeviet din l-informazzjoni fiż-żmien li suppost, i.e. li jkollha biżżejjed żmien qabel il-kawża li tkun tista' tipparteċipa u li tħaddem id-dritt tagħha ta' difiża b'mod effettiv. L-informazzjoni kollha għandha tingħata b’lingwa li l-akkużat jifhem.

Emenda  6

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(5a) Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment m'għandhomx ikunu rrifjutati meta l-persuna kkonċernata, wara li tkun infurmata kif xieraq dwar il-kawża skedata, kienet difiża fil-kawża minn konsulent legali li hi tkun tatu mandat espliċitu biex jiddefendiha, biex b’hekk tiżgura li l-assistenza legali kienet prattika u effettiva. F’dan il-kuntest, għandu jkun immaterjali jekk il-persuna, konxja tal-kawża skedata, kienet tat mandat lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u hu mifhum li l-persuna konċernata tkun għażlet li tiġi rappreżentata minn konsulent legali minflok li tidher hi waqt il-kawża;

Emenda  7

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(6) Is-soluzzjonijiet komuni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda fid-Deċiżjonijiet Kwadru eżistenti rilevanti għandhom jikkunsidraw id-diversità tas-sitwazzjonijet fir-rigward ta' l-informazzjoni dovuta lill-akkużat dwar id-dritt tiegħu għal kawża mill-ġdid.

(6) Is-soluzzjonijiet komuni dwar ir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent fid-Deċiżjonijiet ta’ Qafas eżistenti rilevanti għandhom jikkunsidraw id-diversità tas-sitwazzjonijet fir-rigward tad-dritt tal-persuna kkonċernata għal kawża mill-ġdid. Kawża mill-ġdid bħal din, li għandha l-għan li tħares id-drittijiet tad-difiża, hi kkaratterizzata mill-elementi li ġejjin: il-persuna kkonċernata għandha d-dritt li tipparteċipa fil-kawża mill-ġdid; il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, tkun eżaminata (mill-ġdid), u l-proċeduri jistgħu jwasslu biex id-deċiżjoni oriġinali tkun annullata.

Ġustifikazzjoni

F'xi Stati Membri, is-soluzzjoni mogħtija għal dawn il-każi hi indirizzata permezz tad-dritt ta' l-appell, aktar milli mid-dritt ta' kawża mill-ġdid.

Emenda  8

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(7b) Waqt kawża mill-ġdid wara li persuna tkun instabet ħatja waqt kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, l-akkużat għandu jkun fl-istess pożizzjoni bħal xi ħadd li qed jidher f’kawża għall-ewwel darba. Għalhekk il-persuna konċernata għandu jkollha d-dritt li tkun preżenti fil-kawża mill-ġdid, il-merti tal-każ, inkluża l-evidenza mill-ġdid, għandhom ikunu eżaminati (mill-ġdid), il-kawża mill-ġdid tista’ twassal biex id-deċiżjoni oriġinali tkun irrevokata u l-akkużat ikun jista’ jappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li, f’kawża mill-ġdid wara li jkun instab ħati in absentia, l-akkużat jibqa’ fl-istess pożizzjoni bħal xi ħadd li se jidher għall-ewwel kawża. B’mod partikulari, irid ikollu dritt ta' appell wara kawża mill-ġdid, skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru. 7 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) u l-Artikolu 14(5) ta' l-ICCPR.

Emenda  9

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kunsill

Emenda

2. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.

2. Din id-Deċiżjoni ta’ Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.

Ġustifikazzjoni

Ikun aħjar jekk ikun speċifikat liema hu t-Trattat li japplika.

Emenda  10

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

3. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi Stat Membru wieħed (l-Istat Membru ta' l-eżekuzzjoni) maħruġa minn Stat Membru ieħor (l-Istat Membru emittent) konsegwentement għal proċedimenti fejn il-persuna ma kinitx preżenti, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, l-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI, l-Artikolu 8(2)(e) tad-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI u l-Artikolu 9(1)(f) tad-Deċiżjoni Kwadru ..../.../ĠAI.

3. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta’ Qafas huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi Stat Membru wieħed (l-Istat Membru ta' l-eżekuzzjoni) maħruġa minn Stat Membru ieħor (l-Istat Membru emittent) konsegwentement għal kawża fejn il-persuna ma kinitx preżenti, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI, l-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI, l-Artikolu 8(2)(e) tad-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI u l-Artikolu 9(1)(f) tad-Deċiżjoni ta’ Qafas ..../.../ĠAI. tad-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/…/ĠAI u l-Artiklolu ... tad-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI.

Ġustifikazzjoni

Il-ħames att leġiżlattiv dwar il-“probation” għandu jiżdied għaliex jitratta wkoll deċiżjonijiet li jingħataw in absentia. In-numru eżatt ta' l-Artikolu relevanti se jiżdied meta l-ġuristi-lingwisti jiffinalizzaw it-test tal-“Probation” fil-Kunsill.

Emenda  11

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

1) fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, "deċiżjoni mogħtija in absentia" għandha tfisser sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni."

imħassar

Emenda  12

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a- paragrafu 1

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

Artikolu 4a

Deċiżjonijiet mogħtija in absentia

Artikolu 4a

Deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment

L-awtorità ġudizzjarja ta' l-eżekuzzjoni tista' wkoll tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet li teżegwixxi sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, jekk id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm il-mandat ta' arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna:

1. L-awtorità ġudizzjarja ta' l-eżekuzzjoni tista' wkoll tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet li tesegwixxi sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, jekk id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment, sakemm il-mandat ta' arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna, b'konformità mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent:

Emenda  13

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt a

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(a) ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu, bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(a) fi żmien xieraq, u b’lingwa li tifhem,

(i) jew ġiet imsejħa personalment b’mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

(ii) kienet informata personalment li d-deċiżjoni tista' tingħata jekk l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

jew

Emenda  14

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(aa) ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati tal-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Emenda  15

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt b

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(b) wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(b) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell*, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:

(i) iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia;

(i) iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

jew

(ii) ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem,

(ii) ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.

(*Din l-emenda għandha tapplika għat-test kollu. L-adottar tagħha jirrikjedi bidliet korrespondenti fit-test kollu (kull darba li jkun hemm referenza għal kawża mill-ġdid għandu jiżdied "jew appell")

Emenda  16

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt c

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(c) ma ġietx notifikata personalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia iżda:

(c) (ca) ma ġietx notifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:

(i) ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni sa mhux iktar tard mill-ħames jum wara ċ-ċediment u ser tkun informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża;

(i) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni immedjatament u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn tliet t’ijiem wara ċ-ċediment u ser tkun informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida;

u

u

(ii) ser ikollha mill-inqas [...]¹ jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid.

(ii) ser tiġi infurmata dwar iż- żmien, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata li fih għandha titlob kawża mill-ġdid jew appell;

¹ Il-perjodu ta’ żmien jingħata 'l quddiem.

Emenda  17

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

1a. Jekk jinħaraġ mandat ta‘ arrest Ewropew biex tiġi implimentata sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f’paragrafu (1)(c) u l-persuna kkonċernata ma tkunx irċeviet minn qabel l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza ta’ proċeduri kriminali kontrieha, dik il-persuna, meta tkun infurmata dwar il-kontenut tal-mandat ta’ arrest Ewropew, tista’ titlob kopja tas-sentenza qabel iċ-ċediment. Immedjatament wara li tkun infurmata dwar dik it-talba, l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tipprovdi kopja tas-sentenza permezz ta’ awtorità ġudizzjarja eżekuttiva lill-persuna li tkun għamlet it-talba. Jekk is-sentenza tingħata b’lingwa li l-persuna kkonċernata ma tifhimx, l-awtorità ġudizzjarja emittenti permezz ta’ awtorità ġudizzjarja eżekuttiva għandha tipprovdi estratt tas-sentenza b’lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem. Id-dispożizzjoni tas-sentenza jew estratt tas-sentenza lill-persuna kkonċernata għandha tkun għal skopijiet ta’ informazzjoni biss; ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu servizz formali tas-sentenza u lanqas ma għandhom jattivaw l-ebda limiti ta' żmien applikabbli biex il-persuna kkonċernata titlob kawża mill-ġdid jew appell.

Emenda  18

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 4

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Anness – kaxxa d – punti 1 u 2

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(d) Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:

(d) Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:

1.  Le, ma kinitx

1. Iva, il-persuna dehret personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.

2.  Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

2.  Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni. Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda  19

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 4

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Anness – kaxxa d – punt 2.1

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta’ mezzi oħra, b’lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

Ħin u post ta’ meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b’xi mod ieħor:

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b’mezzi oħra:

……………………………………………

……………………………………………

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni

……………………………………………

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Emenda  20

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 4

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Anness – kaxxa d – punt 2.1 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.1a il-persuna kkonċernata ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

……………………………………………

Emenda  21

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 4

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Anness – kaxxa d – punt 2.2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia

2.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u wara li ġiet infurmata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell*, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

…………………………………………

…………………………………………

Emenda  22

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 4

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Anness – kaxxa d – punt 2.3.1 – inċiż 1

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

- il-persuna ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

Emenda  23

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 4

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Anness – kaxxa d – punt 2.3.2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

 2.3.2 il-persuna ma ġietx notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, u

 2.3.2. il-persuna ma ġietx notifikata bid-deċiżjoni u

– il-persuna ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ...... jiem wara ċ-ċediment; u

il-persuna ser tiġi notifikata personalment bid-deċiżjoni fi ...... jiem wara ċ-ċediment; u

meta tiġi notifika bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, il-persuna ser tiġi informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

– wara li ġiet notifikata b’din id-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida; u

– wara li tiġi notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, il-persuna jkollha ..... jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid.

wara li ġiet informata b’din id-deċiżjoni , il-persuna kellha .... jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid jew appell u hija ma għamlitx din it-talba matul dan il-perjodu.

Jekk immarkajt il-kaxxa 2.3.2, jekk jogħġbok ikkonferma

jekk il-persuna kkonċernata, meta ġiet infurmata fl-Istat eżekuttiv dwar il-kontenut tal-mandat ta' arrest Ewropew, talbitx kopja tas-sentenza qabel iċ-ċediment, u jekk ingħatatx kopja tas-sentenza jew estratt tas-sentenza b’lingwa li tifhem .... -il ġurnata wara li tkun saret it-talba permezz ta’ l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva.

Emenda  24

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 1

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 1 – punt e

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

1) fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

"(e) ‘Deċiżjoni mogħtija in absentia’ għandha tfisser deċiżjoni kif definita fil-punt (a) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.”

imħassar

Emenda  25

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 2 - punt b

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i - parti introduttorja

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(i) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:

(i) skont iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru emittent, il-persuna:

Emenda  26

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 2 - punt b

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i – punt i

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(i) fi żmien xieraq, u b’lingwa li tifhem,

(i) il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittent permezz ta’ rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia

(a) jew ġiet imsejħa personalment b’mod dirett jew fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

u

kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni bħal din tista’ tingħata f’każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(b) kienet informata personalment li d-deċiżjoni tista' tingħata jekk hi ma tidhirx għall-kawża;

jew

jew

Emenda  27

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(ia) ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża; jew

Emenda  28

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 2 - punt b

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i – punt ii

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(ii) iddikjarat espressament lil awtorità kompetenti li hija ma tikkontestax il-każ; jew

imħassar

Emenda  29

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i – punt iii

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(iii) wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(iii) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia;

- iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem;

-ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata;

Emenda  30

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(ia) skont iċ-ċertifikat stipulat fl-Artikolu 4, il-persuna ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat jiddikjara li l-persuna, wara li kienet infurmata espressament dwar il-kawża u dwar il-possibilità li tipparteċipa personalment fil-proċeduri, espressament irrevokat id-dritt għal smigħ u espressament indikat li hija ma kkontestatx il-każ.

Emenda  31

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Anness – kaxxa h – punt 3 - punti 1 u 2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

3. Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:

3. Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:

1. Le, ma kinitx

1. Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

2. Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

2. Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda  32

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Anness – kaxxa h – punt 2.1

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

2.1 il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta’ mezzi oħra, b’lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien xieraq bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-proċeduri u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża.

Ħin u post ta’ meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b’xi mod ieħor:

--------------------------------------------------

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b’mezzi oħra:

--------------------------------------------------

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:

--------------------------------------------------

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

--------------------------------------------------

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

--------------------------------------------------

JEW

jew

Emenda  33

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Anness – kaxxa h – punt 2.1 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.1a. ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

………………………………

JEW

Emenda  34

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Anness – kaxxa h – punt 2.2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.2 il-persuna, qabel jew wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia.

2.2 il-persuna, qabel jew wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

…………………………………………

JEW

…………………………………………

JEW

Emenda  35

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Anness – kaxxa h – punt 2.3

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

il-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

- il-persuna ġiet infurmata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.

- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma talbitx dan matul dak il-perjodu.

JEW

Emenda  36

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI

Anness – kaxxa h – punt 2.3 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.3a il-persuna, wara li kienet espressament infurmata dwar il-proċeduri u dwar il-possibilità ta’ parteċipazzjoni personali fil-kawża, espressament irrevokat id-dritt għal smigħ u espressament indikat li hija ma kkontestatx il-każ.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna rrevokat id-dritt għal smigħ u indikat li hija ma kkontestatx il-każ:

…………………………………………

Emenda  37

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 1

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 2 – punt i

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

1) fl-Artikolu 2 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

"(i) ‘Deċiżjoni mogħtija in absentia" għandha tfisser ordni ta' konfiska kif definita fil-punt (c) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.”;

imħassar

Emenda  38

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e – parti introduttorja

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(e) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm ċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:

(e) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru emittent, il-persuna:

Emenda  39

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e – punt i

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(i) fi żmien xieraq, u b’lingwa li tifhem,

(i) il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittent permezz ta’ rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni ta’ konfiska mogħtija in absentia

(a) jew ġiet imsejħa personalment b’mod dirett jew fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

u

kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni ta’ konfiska bħal din tista’ tingħata f’każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(b) kienet infurmata personalment li deċiżjoni ta’ konfiska tista’ tingħata jekk hija ma dehritx għall-kawża;

jew

jew

Emenda  40

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 – paragrafu 2 –punt e - punt i a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(ia) ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

jew

Emenda  41

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e – punt ii

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(ii) wara li ġiet notifikata bl-ordni ta' konfiska mogħtija in absentia u li ġiet informata dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(ii) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:

- iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska;

- iddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska;

jew

jew

- ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem;

- ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.

Emenda  42

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Anness – kaxxa j – punti 1 u 2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(j) Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:

(j) Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta’ konfiska:

1. Le, ma kinitx

1.  Iva, il-persuna dehret personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta’ konfiska:

2. Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

2. Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta’ konfiska.

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda  43

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Anness – kaxxa j – punt 2.1

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta’ mezzi oħra, b’lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni ta’ konfiska b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

Ħin u post ta’ meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b’xi mod ieħor:

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b’mezzi oħra:

……………………………………………

……………………………………………

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:

……………………………………………

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

……………………………………………

JEW

……………………………………………

JEW

Emenda  44

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Anness – kaxxa j – punt 2.1 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.1a il-persuna kkonċernata ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

……………………………………………

JEW

Emenda  45

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Anness – kaxxa j – punt 2.2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

2.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia

2.2 il-persuna wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni ta’ konfiska u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:

Iddeskrivi meta l-persuna ngħatat id-deċiżjoni, kif kienet infurmata dwar id-dritt tagħha għal kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni ta’ konfiska:

…………………………………………

JEW

…………………………………………

JEW

Emenda  46

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 4 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI

Anness – kaxxa j – punt 2.3

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

il-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni ta’ konfiska fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

- il-persuna ġiet infurmata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.

- wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma talbitx dan matul dak il-perjodu.

Emenda  47

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 1

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Artikolu 1 – punt e

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

1) fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

(e) “Deċiżjoni mogħtija in absentia" għandha tfisser deċiżjoni kif definita fil-punt (a) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.”

imħassar

Emenda  48

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(f) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:

(f) skont iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru emittent, il-persuna:

Emenda  49

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f – punt i

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(i) fi żmien xieraq, u b’lingwa li tifhem,

(i) il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittent permezz ta’ rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia

(a) jew ġiet imsejħa personalment b’mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

u

kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni bħal din tista’ tingħata f’każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(b) kienet informata personalment li deċiżjoni tista' tingħata jekk il-persuna ma tidhirx għall-kawża;

jew

jew

Emenda  50

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f – punt i a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(ia) ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

jew

Emenda  51

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Artikolu 9 paragrafu – punt f – punt ii

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

(ii) wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:

(ii) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:

- iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia;

- iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem;

- ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.

Emenda  52

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Anness – kaxxa k – punt 1 – punti a u b

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

1. Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:

1. Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:

a. Le, ma kinitx

a.  Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

b. Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:

b. Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

Emenda  53

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/.../ĠAI

Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.1

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

b.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

b.1 il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta’ mezzi oħra u b’lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża

Ħin u post ta’ meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b’xi mod ieħor:

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b’mezzi oħra:

……………………………………………

……………………………………………

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:

……………………………………………

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

……………………………………………

JEW

……………………………………………

JEW

Emenda  54

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.1 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

b.1a ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati tal-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

……………………………………………

JEW

Emenda  55

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

 b.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia.

b.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

…………………………………………

JEW

…………………………………………

JEW

Emenda  56

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 – punt 3

Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.3

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

b.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

b.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u

- il-persuna ġiet infurmata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.

- wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma għamlitx talba bħal din matul dak il-perjodu.

Emenda  57

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda

Artikolu 5 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, mir-Repubblika ta’ Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

Emenda

Artikolu 5a

Emendi lid-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI

Id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI huwa b'dan emendat kif ġej:

1) fl-Artikolu ..., punt .... għandu jinbidel b'dan li ġej:

(h) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu ...., id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru emittent, il-persuna:

(a) fi żmien xieraq, u b’lingwa li tifhem:

- jew ġiet imsejħa personalment b’mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,

u

- kienet informata personalment li deċiżjoni tista' tingħata jekk il-persuna ma tidhirx għall-kawża;

jew

(b) ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża; jew

(c) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:

- iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

- ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux aktar minn 15-il ġurnata.

2) fl-Anness (“ċertifikat”), punt ... għandu jinbidel b'dan li ġej:

(h) Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:

1.  Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

2.  Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.

Jekk weġibt “le” għall-mistoqsija ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:

2.1 il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta’ mezzi oħra, b’lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien xieraq bid-data u l-post skedati tal-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-proċeduri u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża.

Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b’mezzi oħra:

……………………………………………

Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:

……………………………………………

Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:

……………………………………………

JEW

2.2. ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b’mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b’tali mod li kien stabbilit b’mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;

Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:

……………………………………………

JEW

2.3 il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.

Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bid-dritt tagħha għal kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:

…………………………………………

JEW

2.4 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-persuna ġiet informata espressament b’lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u

- wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma għamlitx talba bħal din matul dak il-perjodu.

________________________________

NOTA SPJEGATTIVA

Id-dritt għall-proċess hu dritt fundamentali previst fil-Patt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. Madankollu, dan id-dritt mhux assolut. Skont ċerti kundizzjonijiet, id-deċiżjonijiet jistgħu jingħataw wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma tidhirx personalment, hekk imsejħa, sentenzi in absentia.

Fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikoxximent reċiproku, awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru wieħed għandha tinforza deċiżjoni mogħtija minn awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru ieħor. Madankollu, jeżistu xi eċċezzjoni u waħda minnhom hi sitwazzjoni li fiha sentenza tingħata in absentia.

Attwalment hemm diversi strumenti ta' l-UE (adottati jew li se jiġu adottati mill-Kunsill) li jittrattaw il-kwistjoni tas-sentenzi in absentia. Madankollu, dawn jittrattaw din il-kwistjoni b'mod differenti u dan hu ostaklu għar-rikonoxximent reċiproku ta' dawn is-sentenzi. Dan iwassal għal sistema li mhix koerenti f'livell ta' l-UE u li hi karatterizzata minn inċertezza ġudizzjarja (mhux mixtieqa). Sabiex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni, 7 Stati Membri ressqu proposta sabiex jallinjaw il-kriterji li bihom jiġu applikati r-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent dwar deċiżjonijiet mogħtija in absentia fl-erba' strumenti li ġejjin:

1) Id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri,

2) Id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għall-pieni finanzjarji,

3) Id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għall-ordnijiet ta' konfiska,

4) Id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal sentenzi f'materji kriminali li jimponi sentenzi ta' kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

Ir-rapporteur iqis li jeħtieġ li jiġi inkluż wkoll il-ħames strument fl-ambitu tal-proposta, jiġifieri, id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2008/.../ĠAI dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kundizzjonali.

Dan l-allinjament għandu jirriżulta f'regoli aktar ċari fir-rigward taċ-ċarezza legali u għandu jiffaċilita l-koperazzjoni ġuridika. Barra minn dan, il-proposta żżid il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali fundamentali, bħal pereżempju, id-dritt tad-difiża u d-dritt għall-proċess.

Minkejja l-fatt li l-proposta għandha l-għan li tallinja r-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent tas-sentenzi mogħtija in absentia, l-objettiv tal-proposta m'huwiex li tarmonizza l-kunċetti, imma pjuttost sabiex tittratta l-kwistjoni ta' reġimi differenti b'mod orizzontali. Il-proposta tiddefinixxi l-effetti ta' koperazzjoni ġudizzjarja jew ta' metodu komuni għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm sentenza mogħtija in absentia.

Punti ewlenin tal-proposta

1. It-taħrika tal-persuna kkonċernata

Il-proposta tenfasizza l-importanza tal-mod xieraq li bih persuna tkun imħarrka. Hu importanti ħafna li persuna konċernata tkun infurmata fi żmien xieraq dwar id-data u l-post tal-kawża tagħha. Huwa biss jekk jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti li deċiżjoni mogħtija in absentia tista' tiġi rikonoxxuta u esegwita. F'dan il-mod, ikun żgurat li d-dritt għall-proċess ikun imħares.

Madankollu, skond ir-rapporteur, hu importanti li tkun meqjusa d-diversità tas-sistemi legali ta' l-Istati Membri għaliex huma għandhom il-mod speċifiku tagħhom kif persuna tkun imħarrka. M'huwiex biss permezz tan-notifika tal-konvenut personalment jew b'mod ieħor personali li d-drittijiet tiegħu/tagħha jkunu garantiti. L-Istati Membri għandhom dispożizzjonijiet proċedurali oħra li jiggarantixxu li l-persuna tkun imsejħa u, jekk ikun hemm xi diffikultà dwar il-proċedura tan-notifika, il-persuna tista' tippreżenta dik is-sitwazzjoni quddiem il-qrati.

2. Kunsiderazzjoni akbar tad-dritt għall-kawża mill-ġdid

Il-proposta tenfasizza l-irwol għall-kawża mill-ġdid waqt li tissalvagwardja l-osservanza xierqa għad-dritt għall-proċess. Jekk persuna konċernata ma tkunx preżenti għall-kawża li twassal għal deċiżjoni mogħtija in absentia, Stat Membru ta' l-eżekuzzjoni jista' jesegwixxi dik id-deċiżjoni f'każ li, inter alia, ikun hemm dritt xieraq għall-kawża mill-ġdid fl-Istat emittent. Madankollu, m'hemmx 'kawża mill-ġdid' fl-Istati Membri kollha. Skond ir-rapporteur, għandu jkun iċċarat fil-proposta li f'dawk is-sitwazzjonijiet, is-smigħ tal-kawża mill-ġdid jista' jieħu l-forma ta' appell (li għandu jkun imniżżel b'mod espliċitu fit-test tal-proposta).

3. Id-dritt li persuna tkun rappreżentata minn konsulent legali

Dan hu d-dritt tal-persuna konċernata li tiddeċiedi li tkun rappreżentata minn konsulent legali. F'dawk is-sitwazzjonijiet, jekk konsulent legali irrapreżenta persuna waqt kawża għaliex ingħata mandat minn dik il-persuna, ir-rikonoxximent u t-twettiq ta' dik id-deċiżjoni m'għandux ikun miċħud. Madankollu, skond ir-rapporteur, għandu jkun enfasizzat li d-dritt li persuna tkun rappreżentata minn konsulent legali tinkludi konsulenti maħtura u mħallsa mill-Istat.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (20.5.2008)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika Slovakka, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, id-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska u d-Deċiżjoni Qafas 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
(05598/2008 – C6‑0075/2008 – 2008/0803(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Neena Gill

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjonijiet Qafas differenti (id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, u d-Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska) ivarjaw rigward in-nuqqas ta' infurzar ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji mogħtija in absentia u d-diskrezzjoni konsiderevoli mogħtija lill-awtoritajiet eżekuttivi,

Din il-proposta leġiżlattiva dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet mogħtija in absentia hija proposta leġiżlattiva sinifikanti, minn naħa waħda, għax twassal għall-uniformità tar-regoli dwar l-eżekuzzjoni fi Stat Membru ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji maħruġa minn xi Stat Membru ieħor wara proċeduri li fihom il-persuna ma kinitx preżenti u, min-naħa l-oħra, għax tipprovdi soluzzjonijiet ċari u komuni li jiddefinixxu r-raġunijiet għar-rifjut.

L-għan ewlieni tal-proposta hu li jkunu limitati r-raġunijiet għar-rifjut, li r-rapporteur għal opinjoni tilqa' b'sodisfazzjon. Madankollu, hi għamlet għadd ta' suġġerimenti mfassla biex jitqies il-bilanċ ta' interessi bejn id-drittijiet fundamentali u l-libertà taċ-ċittadin u l-ħtieġa għal koperazzjoni ġudizzjarja effettiva u r-rikonoxximent reċiproku.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kunsill

Emenda

2. Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.

2. Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.

Ġustifikazzjoni

Aħjar li jkun speċifikat liema hu t-Trattat li japplika.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4 a – punt a

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(a) ġiet imsejħa personalment jew informata kif xieraq skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti jew b’mezzi oħra u fi żmien debitu, bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;

(a) ġiet imsejħa personalment jew permezz ta' notifika minn rappreżentant kompetenti maħtur mill-konvenut u f'kuntatt ma' dan ta' l-aħħar;

Ġustifikazzjoni

L-iskop hu li ma jkunx hemm il-periklu li l-obbligu tan-notifika jkun sodisfat minn notifika lil xi avukat maħtur mill-qorti li jista' ma jkollu l-ebda mezz biex jikkuntattja lill-konvenut.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4 a – punt c – punt i

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(i) ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni sa mhux iktar tard mill-ħames jum wara ċ-ċediment u ser tkun informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża;

(i) ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni waqt iċ-ċediment u ser tkun informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża;

Ġustifikazzjoni

Hu fundamentali li jkun iggarantit li l-persuna tingħatalha l-protezzjoni massima b'konformità ma' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/584/ĠAI

Artikolu 4 a – punt c – punt ii

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(ii) ser ikollha mill-inqas [...] jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid;

(ii) ser ikollha mill-inqas il-perjodu preskritt mil-liġi nazzjonali jew, jekk ma jkunx preskritt mil-liġi nazzjonali, minimu ta' 10 ijiem u massimu ta' 15-il jum sabiex titlob kawża mill-ġdid;

Ġustifikazzjoni

Hu fundamentali li jkun iggarantit li l-persuna tingħatalha l-protezzjoni massima b'konformità ma' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

PROĊEDURA

Titolu

Applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet

Referenzi

05598/2008 – C6-0075/2008 – 2008/0803(CNS)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

21.2.2008

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Neena Gill

5.3.2008

Data ta' l-adozzjoni

19.5.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

11

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Manuel Medina Ortega, Diana Wallis, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Gauzès, Eva Lichtenberger

PROĊEDURA

Titolu

L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi

Referenzi

05598/2008 – C6-0075/2008 – 2008/0803(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.2.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.2.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

21.2.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Armando França

27.2.2008

Diskussjoni fil-kumitat

8.4.2008

24.6.2008

Data ta’ l-adozzjoni

24.6.2008

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

44

1

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Edit Bauer, Evelyne Gebhardt, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in ‘t Veld, Ona Juknevičienė, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Nicolae Vlad Popa, Johannes Voggenhuber

Data tat-tressiq

2.7.2008