RAPPORT dwar il-proposta mmodifikata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata)
3.7.2008 - (COM(2008)0111 – C6‑0127/2008 – 2006/0214(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata)
(COM(2008)0111 – C6‑0127/2008 – 2006/0214(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0111),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0127/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0290/2008),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
grupp ta’ ħidma konsultattiv tas-servizzi legali
|
||
Brussell, 27.04.2008
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta mmodifikata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata)
(COM(2008) 111 finali tad-29.2.2008 - 2006/0214(COD))
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-3 ta' April 2008 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost ħwejjeġ oħra, tal-proposta msemmija hawn fuq, preżentata mill-Kummissjoni.
Waqt l-eżami[2]tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata), il-Grupp, bi qbil komuni, innota dan li ġej: li fl-Anness III, Parti B, id-data tal-5 ta’ Diċembru 1998 għandha tinbidel b’dik ta’ l-4 ta’ Diċembru 1998.
Dan l-eżami tal-proposta, b'hekk, ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.F. DURAND Ġurikonsult
Ġurikonsult Aġent Direttur Ġenerali
PROĊEDURA
|
Titolu |
Ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata) |
||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0111 – C6-0127/2008 – COM(2006)0652 – C6-0378/2006 – 2006/0214(COD) |
||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
3.11.2006 |
||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 11.3.2008 |
||||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 19.12.2007 |
|
|
||||
|
Data ta’ l-adozzjoni |
26.6.2008 |
|
|
|
|||
|
Data tat-tressiq |
3.7.2008 |
||||||