RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux

3.7.2008 - (COM(2007)0817 – C6‑0008/2008 – 2005/0283(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Dan Jørgensen

Proċedura : 2005/0283(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0291/2008
Testi mressqa :
A6-0291/2008
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux

(COM(2007)0817 – C6‑0008/2008 – 2005/0283(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta riveduta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0817),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0008/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0291/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni mill-ġdid lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew tibdilha b’test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa “proponiet li jittieħed impenn min-naħa ta’ l-UE biex sa l-2020 tikseb tnaqqis ta’ mill-inqas 20% mill-gassijiet b’effett tas-serra kif imqabbel ma’ l-1990. Ġew proposti wkoll miri li jorbtu, għal titjib ta’ 20% fl-effiċjenza ta’ l-użu ta’ l-enerġija, livell ta’ 20% ta’ l-enerġija li tiġġedded u sehem ta’ 10% tal-bijofjuwils fis-suq tal-fjuwils tal-magni fil-Komunità sa l-2020, fost l-oħrajn biex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista ta’ l-enerġija billi jiġu ddiversifikati t-taħlitiet tal-fjuwil.

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa”proponiet li jittieħed impenn min-naħa ta’ l-UE biex sa l-2020 tikseb tnaqqis ta’ mill-inqas 20% mill-gassijiet b’effett tas-serra kif imqabbel ma’ l-1990. Ġew proposti wkoll miri li jorbtu, għal titjib ta’ 20% fl-effiċjenza ta’ l-użu ta’ l-enerġija, livell ta’ 20% ta’ l-enerġija li tiġġedded u sehem ta’ 10% tal-bijofjuwils prodotti u ċċertifikati b’mod sostenibbli fis-suq tal-fjuwils tal-magni fil-Komunità sa l-2020, fost l-oħrajn biex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista ta’ l-enerġija billi jiġu ddiversifikati t-taħlitiet tal-fjuwil.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Ir-rapport tat-12 ta’ Diċembru 2005 tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 appoġġa l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni ta' vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux, bil-kundizzjoni li jittieħed approċċ li jkun teknoloġikament newtrali u bbażat fuq il-prestazzjoni.

(9) Ir-rapport tat-12 ta’ Diċembru 2005 tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 appoġġa l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni ta' vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux, bil-kundizzjoni li jittieħed approċċ integrat li jinvolvi l-manifatturi tal-vetturi, il-fornituri taż-żejt u tal-fjuwil, min isewwi, il-konsumaturi jew is-sewwieqa u l-awtoritajiet pubbliċi li jkun teknoloġikament newtrali u bbażat fuq il-prestazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Din id-Direttiva għandha l-għan li tistimula s-suq għall-vetturi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux, u b’mod speċjali – minħabba li din ikollha impatt ambjentali sostanzjali – biex tinfluwenza s-suq għall-vetturi standardizzati li jiġu prodotti fi kwantitajiet akbar bħal karozzi tal-passiġieri, xarabanks, coaches u trakkijiet. Għaldaqstant, ma għandhiex skop li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-akkwist li għandhom x’jaqsmu ma’ vetturi li jipprovdu servizzi vitali ta’ emerġenza u vetturi oħra li huma ferm speċjalizzati.

Ġustifikazzjoni

Vetturi ta' emerġenza u vetturi oħra ferm speċjalizzati huma għaljin u jiġu prodotti fi kwantità żgħira li jfisser li dawn mhumiex “muturi tas-suq” effikaċi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 10 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10b. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kontraenti nazzjonali, reġjonali jew lokali u lill-entitajiet kontraenti li jipprovdu servizzi tat-trasport pubbliku lill-passiġieri taħt liċenzja, permess jew awtorizazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi dwar id-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ksib ta’ provvista ta’ vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti jiġu provduta l-informazzjoni relevanti sabiex ikunu preparati aħjar għall-akkwisti minħabba l-fatt li l-kriterji tal-għoti favur l-ambjent se jkunu ġodda, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dan it-tip ta’ vetturi għandu jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor ikunu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi.

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dawn it-tip ta’ vetturi jista’ jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor iwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi u li ekonomija bbażata fuq l-enerġiji rinnovabbli, u li jitwaqqfu l-faċilitajiet neċessarji biex jipprovdu kull tip ta’ fjuwil speċifikat fl-Anness. Il-kumpaniji għandhom jiġu nkoraġġuti biex jippromwovu prezzijiet kompetittivi sabiex id-differenza fil-prezz bejn il-vetturi li ma jniġġsux u li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u vetturi tradizzjonali ma tkunx ta' żvantaġġ għas-suq tal-vetturi favur l-ambjent.

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex jibbenefikaw mill-ekonomiji ta’ skala, jeħtieġu sforzi mis-settur tal-industrija ħalli l-vetturi favur l-ambjent ikollhom prezzijiet kompetettivi wkoll.

Die Formulierung „dürften“ zeigt den hypothetischen Charakter der Annahme seitens der EU-Kommission. An dieser Stelle wären exakte quantitative Angaben der EU-Kommission hinsichtlich der Höhe der Differenz der Anschaffungspreise, der „ausreichenden“ Nachfrage sowie der zu erwartenden Kostensenkungen zu erwarten. Diese liegen der Kommission offenbar nicht vor. Durch die Formulierung „könnten“ wird dem Umstand Rechnung getragen, dass nicht allein Größenvorteile zu Kostensenkungen führen, sondern auch die Produkt- und Preispolitik der Hersteller noch von anderen, sehr unterschiedlichen Determinanten abhängt wie etwa der Entwicklung der Rohstoffpreise oder der Preiselastizität der Nachfrage in unterschiedlichen Fahrzeugsegmenten.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-applikazzjoni usa' ta' ċerti teknoloġiji, bħal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, bl-LPG (gass ta’ żejt mhux raffinat fi stat likwidu) jew bis-CNG (Gass Naturali Kkumpressat), taf teħtieġ spejjeż inizjali ta' investiment għoljin relatati inter alia mal-infrastruttura, u għalhekk il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif jistgħu jiġu stabbiliti u miżmuma regoli trasparenti u nondiskriminatorji għall-provvediment ta' għajnuna nazzjonali u Komunitarja għal dawn l-investimenti għall-benefiċċju tal-ambjent.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Din id-Direttiva tindirizza l-bżonn li jiġi mogħti appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet pubbliċi permezz ta' inċentivi finanzjarji u inċentivi marbuta mal-informazzjoni u l-edukazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom bżonn appoġġ addizzjonali, finanzjament u inċentivi oħra sabiex jimplimentaw għażliet aktar favur l-ambjent li huma aktar ippreferuti. Għandha tingħata gwida għall-ġejjieni sabiex l-uffiċjali tal-akkwist jifhmu aktar il-prestazzjoni ġenerali, l-effiċjenza, id-disponibilità u l-faċilità tal-użu tal-vetturi differenti/tat-tipi ta' fjuwil involuti. Dan jgħin biex ma jinħlewx riżorsi limitati u flus pubbliċi u biex jippermetti lill-amministraturi tal-akkwist li jwettqu għażliet aktar meqjusa dwar it-teknoloġiji ġodda tal-vetturi.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Skont l-evalwazzjoni tal-impatt imħejjija mill-Kummisjoni, 50% tal-vetturi li jinxtraw se jikkorrispondu għall-aqwa alternattiva tas-suq f'termini tal-ispejjeż ġenerali tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom, inklużi l-ispejjeż esterni, meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Meta jkunu qed jissodisfaw ir-rekwiżit biex jitqiesu l-impatti enerġetiċi u ambjentali bit-twaqqif ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, l-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti huma ħielsa li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet ta’ prestazzjoni ta’ livell ogħla ta’ enerġija u ta’ ambjent minn dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE, li jqisu pereżempju standards EURO ġejjiena.

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta hemm nuqqas ta’ konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni attwali u dik ġejjiena (EURO VI), pereżempju fir-relazzjoni mad-definizzjoni tal-għadd ta’ mili. L-awtoritajiet ikkonċernati għalhekk għandhom ikunu jistgħu jqisu standards Ewropej attwali u ġejjiena.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-applikazzjoni ta’ kriterji għax-xiri ta’ vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux ma teskludix l-inklużjoni ta’ kriterji oħra rilevanti għall-għoti tal-kuntratt. Lanqas ma timpedixxi l-għażla ta’ vetturi li jiġu modifikati wara biex jagħtu prestazzjoni aħjar mil-lat ambjentali.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li jistgħu jintużaw kriterji u metodoloġiji oħra flimkien mal-kriterji speċifikati f'din id-Direttiva. Għalhekk din il-premessa ġiet emendata u miżjuda mad-dispożizzjonijiet tad-direttiva bħala artikolu ġdid wara l-Artikolu 4.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-limiti minimi stipulati fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE għandhom japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li l-limiti minimi stipulati fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE għandhom japplikaw. Ix-xiri fuq skala iżgħar għandu jkun eskluż sabiex jiġi garantit it-tħaddim tar-regoli.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-kriterji għall-għoti ta' appalti li jikkonċernaw l-enerġija u l-ambjent għandhom ikunu kriterji għall-għoti ta' appalti fost kriterji oħrajn li jridu jitqiesu mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti meta dawn jintalbu biex jieħdu deċiżjoni rigward l-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva ma tistabbilixxix lista kompleta ta' kriterji li jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet jew mill-entitajiet lokali għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-bliet differenti li jixtiequ jippromwovu ruħhom bħala li għandhom kuxjenza ambjentali għandhom jitħeġġu biex jagħmlu dan u għandhom jingħataw opportunitajiet għal dan il-għan permezz ta' żvelar trasparenti u sistematiku fuq l-Internet ta' informazzjoni, kalkulazzjonijiet, deċiżjonijiet u livelli minimi dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 17 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-għajnuna tal-Istat mogħtija għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq, li tinkludi l-immodifikar ta’ tipi ta’ vetturi approvati li huma b’magni u partijiet li għandhom jiġu mibdula, għandhom jiġu aċċettati taħt ir-Regoli tal-Komunità. Din l-għajnuna Statali tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl tal-interess ġenerali tal-Komunità b’mod partikulari fir-rigward ta’ mobilità urbana tat-trasport sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

L-għajnuna Statali mogħtija għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq għandha toserva r-regoli tal-KE.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikomplu jagħtu appoġġ lill-inizjattivi għat-trasport urban, bħalma huma l-programmi CIVITAS (CIty-VITAlity-Sustainability) u l-Enerġija Intelliġenti – fl-Ewropa.

Ġustifikazzjoni

L-inizjattivi tal-UE, bħalma huma l-programm CIVITAS u l-programm Enerġija Intelliġenti fl-Ewropa – kellhom suċċess biex iħeġġu l-użu ta' vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux u għalhekk għandhom ikomplu jgawdu minn appoġġ.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 19 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

19b. L-Istati Membri u l-Kummissjoni , waqt is-segwitu strateġiku u r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Oqfsa ta' Referenza Strateġika Nazzjonali u tal-Programmi Operattivi nazzjonali u reġjonali, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond ta' żvilupp reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 1260/19991 għandhom jikkunsidraw, l-eliġibilitá tal-mobilità urbana għall-għajnuna finanzjarja u l-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Waqt li jqisu r-riżultati li nkisbu permezz tal-programm CIVITAS u tal-programm Enerġija Intelliġenti fl-Ewropa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikomplu jagħtu appoġġ lil dawn l-inizjattivi.

 

___________

1 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

Ġustifikazzjoni

Il-Green Paper dwar il-mobilità urbana ġiet diskussa sal-15 ta' Marzu u ħafna Stati Membri ma qisux dawn il-kwistjonijiet fil-Programmi Operattivi Nazzjonali attwali tagħhom. Inizjattivi tajba li diġà tttieħdu u li jgħinu sabiex jinfurmaw u jħarrġu lill-awtoritajiet lokali jew ċentrali għandhom jiġu appoġġjati u jitkomplew .

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 19 ċ (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19ċ) Bi qbil mal-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet1, l-Istati Membri għandhom ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, safejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni relatati magħha, u li jagħmluhom pubbliċi.

 

___________

1 ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għal aktar trasparenza fl-implimentazzjoni

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 19 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d) L-Istati Membri għandhom jinvolvu l-muniċipalitajiet u r-reġjuni fi sforzi akbar biex jimplimentaw, isegwu u jevalwaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa l-parteċipazzjoni fil-livelli kollha tal-gvern sabiex issir implimentazzjoni aħjar.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 19 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

19e) Għandha tingħata prijorità lill-vetturi li jagħmlu użu minn fjuwil alternattiv li jikkontribwixxu għat-trasport fit-triq bla tniġġis u għal titjib sinifikanti fil-kwalità tal-arja. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta' vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu.

Ġustifikazzjoni

Din għandha titqies bħala opportunità għall-promozzjoni ta' enerġiji li ma jniġġsux, bħalma hu l-idroġenu. Huwa importanti ħafna li ninkoraġġixxu l-iżvilupp ta' din it-teknoloġija.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 19 f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19f) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-idroġenu bħala l-fjuwil tal-futur. L-idroġenu jipprovdi enerġija nadifa għall-vetturi, u l-użu tiegħu għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ekonomija mingħajr tniġġis, billi vetturi li jaħdmu bl-idroġenu ma jipproduċu la tniġġis mill-karbonju u lanqas emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-pajp tal-egżost.

Ġustifikazzjoni

Din għandha titqies bħala opportunità għall-promozzjoni ta' enerġiji li ma jniġġsux, bħalma hu l-idroġenu. Huwa importanti ħafna li ninkoraġġixxu l-iżvilupp ta' din it-teknoloġija.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-natura tas-suġġett

In-natura tas-suġġett u l-għan

Din id-Direttiva teħtieġ l-inklużjoni ta’ l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq, minn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jew bħala kriterji għax-xiri ta’ vetturi bħal dawn minn operaturi b’kuntratt, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi, sabiex tippromwovi l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux.

Din id-Direttiva tfittex li tippromwovi u tmexxi s-suq lejn vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija, permezz tal-użu ta' akkwist pubbliku bbażat fuq spejjeż reali tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom, inklużi l-ispejjeż ambjentali, bħala għodda attiva. Id-Direttiva teħtieġ l-inklużjoni tal-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, mal-emissjonijiet ta’ CO2, u mal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji fix-xiri ta’ vetturi ġodda tat-trasport tat-triq, li jinkludu l-immodifikar ta’ tipi ta’ vetturi b’magni li huma approvati u partijiet li għandhom jiġu mibdula, minn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jew bħala kriterji għax-xiri ta’ vetturi bħal dawn minn operaturi b’kuntratt, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi.

 

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiġi żgurat livell ta’ domanda għal vetturi tat-trasport tat-triq li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux, li jkun sostanzjali biżżejjed biex iħeġġeġ lill-manifatturi u lill-industrija biex jinvestu f'vetturi u jiżviluppaw iktar dawn il-vetturi bi spejjeż baxxi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija, l-emmissjonijiet ta' CO2, u l-emmissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu.

 

Din id-Direttiva ma tapplikax għall-installazzjoni a posteriori fuq vetturi tat-trasport tat-triq ta' magni u ta'partijiet ta’ rikambju meta jkunu qabżu l-75% tal-kilometraġġ totali tagħhom.

 

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli, b'mod partikulari għal leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti rigward għajnuna statali u għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar s-servizzi ta' trasport pubbliku ta' passiġġiera bil-ferrovija u bit-triq, u li jabolixxi r-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/701 tal-Kunsill, l-Istati Membri jistgħu jinkuraġġixxu l-akkwist jew ix-xiri ta' vetturi tat-trasport li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inklużi l-istallazzjoni a posteriori fuq dawn il-vetturi, muturi u partijiet ta’ rikambju sakemm ma jkunux qabżu il-75 % tal-kilometraġġ totali tagħhom.

 

1 ĠU L 291, 9.11.2007, p. 25

Ġustifikazzjoni

L-installazzjoni a posteriori ta' magni u ta' spare parts fuq vetturi tat-trasport tat-triq li jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni skont it-tip għandha tiġi inkluża fl-ambitu tad-direttiva li qed tiġi eżaminata. Vetturi speċjali użati b'rabta mat-trasport pubbliku lokali, bħal pereżempju għall-manutenzjoni ta' kejbils fl-għoli, jinxtraw fi kwantitajiet żgħar ħafna u bħala mudelli uniċi. Dawn il-vetturi għandhom inkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva, minħabba li ċ-ċikli tal-użu tagħhom ivarja wisq u ma jagħtix lok biex issir kalkulazzjoni armonizzata tal-konsum tal-enerġija u tal-emmissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu. Din l-esklużjoni tnaqqas l-ispejjeż involuti fil-monitoraġġ tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-direttiva. L-iskop tad-direttiva li qed tiġi eżaminata għandu jinkludi l-vetturi tat-trasport tat-triq tal-kategoriji M u N li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni skont it-tip, inkluża l-installazzjoni a posteriori ta' magni u ta' spare parts. Sabiex jiġi inkoraġġut it-tiġdid tal-flotta ta' vetturi qadima jew li tniġġes u l-innovazzjoni u sabiex il-miżura proposta jkollha effetti benefiċi, il-magni u l-ispare parts għandhom jiġu installati fuq vetturi li ma jkunux qabżu l-75% tal-kilometraġġ totali. L-għajnuna tal-Istat mogħtija għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq għandha tkun konformi mar-regolamenti tal-KE.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Dawn it-tipi ta' vetturi li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

 

- vetturi li jipprovdu servizzi ta' emerġenza vitali bħall-ambulanzi, il-vetturi għat-trapjant tal-organi jew għall-provvista tad-demm, il-vetturi għas-servizzi ta’ tifi tan-nar u ta' salvataġġ u l-vetturi għal emerġenzi ċivili;

 

- vetturi li jintużaw mill-awtoritajiet/operaturi għall-provvediment ta' appoġġ operazzjonali u għall-manutenzjoni tal-infrastruttura b'rabta mat-trasport pubbliku lokali;

 

- vetturi ferm speċjalizzati prodotti fi kwantitajiet żgħar.

Ġustifikazzjoni

l-iskop tad-Direttiva jeħtieġ li jkun iċċarat . Vetturi ta' emerġenza u vetturi oħra ferm speċjalizzati huma għaljin u jiġu prodotti fi kwantità żgħira li jfisser li dawn mhumiex “muturi tas-suq” effikaċi. Vetturi speċjali użati b'rabta mat-trasport pubbliku lokali, bħal pereżempju għall-manutenzjoni ta' kejbils fl-għoli, jinxtraw fi kwantitajiet żgħar ħafna u bħala mudelli uniċi. Dawn il-vetturi għandhom inkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva, minħabba li ċ-ċikli tal-użu tagħhom ivarja wisq u ma jagħtix lok biex issir kalkulazzjoni armonizzata tal-konsum tal-enerġija u tal-emmissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu. Din l-esklużjoni tnaqqas l-ispejjeż involuti fil-monitoraġġ tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-direttiva.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 7(1), l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jużaw il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3, kull darba li huma japplikaw l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq. 2.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 7(1), l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jużaw il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3, kull darba li huma japplikaw l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu kriterji oħra flimkien ma’ għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq. 2.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterju għall-kejl tal-ispejjeż tal-konsum tal-enerġija u għall-emissjonijiet ta' CO2 u ta' emissjonijiet li jniġġsu għandu jkun kriterju fakultativ li għandu jippermetti li x-xerrejja jagħżlu offerti li jirrispettaw lill-ambjent, kif ukoll li jkunu l-iktar vantaġġużi ekonomikament.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri pubbliku kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE ikun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, ix-xiri pubbliku kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE ikun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fil-grad ta’ kriterji għall-għoti ta’ kuntratti, skont il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterju għall-kejl tal-ispejjeż tal-konsum tal-enerġija u għall-emissjonijiet ta' CO2 u ta' emissjonijiet li jniġġsu għandu jkun kriterju fakultativ li għandu jippermetti li x-xerrejja jagħżlu offerti li jirrispettaw lill-ambjent, kif ukoll li jkunu l-iktar vantaġġużi ekonomikament.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri b’liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi jkun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq bħala kriterji, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri b’liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi jkun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq bħala kriterji, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterju għall-kejl tal-ispejjeż tal-konsum tal-enerġija u għall-emissjonijiet ta' CO2 u ta' emissjonijiet li jniġġsu għandu jkun kriterju fakultativ li għandu jippermetti li x-xerrejja jagħżlu offerti li jirrispettaw lill-ambjent, kif ukoll li jkunu l-iktar vantaġġużi ekonomikament.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali li jakkwistaw vetturi li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija għal mill-inqas 75% tal-akkwist speċifiku annwali tagħhom, jistgħu jużaw it-tikketta ‘trasport urban tat-triq li ma jniġġisx u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.’ Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi disinn uniformi għal din it-tikketta.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tibni fuq l-emenda tar-Rapporteur, iżda tissuġġerixxi li t-tikkettar ikun limitat għall-dawk l-awtoritajiet pubbliċi li jixtru l-maġġoranza ovvja tal-vetturi skont il-bażi tar-rendiment ambjentali ta' dawn il-vetturi

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-manifatturi tal-vetturi tat-trasport tat-triq koperti minn din id-Direttiva għandhom jipprovdu dejta indikattiva tal-konsum ta’ enerġija għat-tħaddim, għall-emmissjonijiet ta' CO2 u għall-emmissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu ta' dawn il-vetturi tul ħajjithom kollha meta jkunu offruti għall-bejgħ.

Ġustifikazzjoni

Il-manifatturi qegħdin fl-aqwa pożizzjoni fiċ-ċiklu tal-akkwist/tax-xiri ta' vetturi għat-trasport tat-triq biex jipprovdu dejta indikattiva tal-konsum ta’ enerġija għat-tħaddim, għall-emmissjonijiet ta' CO2 u għall-emmissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu ta' dawn il-vetturi tul-ħajjithom kollha meta jkunu offruti għall-bejgħ. Dan il-preċedent għall-'eko-tikkettar' diġà ġie stabbilit fil-leġiżlazzjonijiet tal-UE.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3 ċ (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji iktar stretti għall-għoti ta' kuntratti għall-akkwist ta' vetturi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux, u jistgħu jagħżlu għall-akkwist ta' vetturi mgħammra mill-ġdid jew inkella jwettqu modernizzazzjoni tal-vetturi eżistenti, pereżempju billi jżidu particle filters u sistemi b'funzjoni "stand by", jew iwettqu adattament tal-magni għal fjuwils li jniġġsu inqas sabiex jiksbu l-aħjar prestazzjonijiet ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Korollarju tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din l-emenda tiżviluppa l-Premessa 16 tal-proposta għal direttiva.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Spejjeż relatati mal-enerġija u l-ambjent bħala kriterji tal-għoti ta’ kuntratti fix-xiri ta’ vetturi

Xiri ta' vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – paragrafu introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu li għandhom x’jaqsmu mat-tħaddim tal-vetturi li jkunu se jinxtraw għandhom jiġu stmati fi flus u kkalkulati skond il-metodoloġija stabbilita fil-punti (a), (b) u (c).

1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu li għandhom x’jaqsmu mat-tħaddim tal-vetturi l-ġodda li jkunu se jinxtraw għandhom jiġu stmati fi flus u kkalkulati skond il-metodoloġija stabbilita fil-punti (a), (b) u (c).

Ġustifikazzjoni

F'ħafna oqsma, l-awtoritajiet lokali ma għandhom ebda għażla għajr li jixtru vetturi użati.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a - inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-konsum ta’ fjuwil għal kull kilometru minn vettura skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi msarraf f’konsum ta’ enerġija għal kull kilometru, bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tat-Tabella 1 ta’ l-Anness għall-kontenut ta’ enerġija tad-diversi fjuwils;

- il-konsum ta’ fjuwil għal kull kilometru minn vettura skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jitkejjel f'unitajiet ta' konsum ta' enerġija għal kull kilometru kemm jekk dan jingħata b'mod dirett kif huwa l-każ pereżempju għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku, kif ukoll jekk le. Meta l-konsum tal-fjuwil ikun preżentat f'unitajiet differenti, dan għandu jiġi msarraf f’konsum ta’ enerġija għal kull kilometru, bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tat-Tabella 1 tal-Anness għall-kontenut ta’ enerġija tad-diversi fjuwils;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a - inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

għandu jintuża valur monetarju uniku għal kull unità ta’ enerġija. Dan il-valur uniku għandu jkun anqas mill-prezz mingħajr taxxa għal kull unità ta’ enerġija tal-petrol jew diżil meta użat bħala fjuwil għat-trasport;

għandu jintuża valur monetarju uniku għal kull unità ta’ enerġija. Dan il-valur uniku għandu jkun anqas mill-prezz mingħajr taxxa għal kull unità ta’ enerġija tal-petrol jew diżil meta użat bħala fjuwil għat-trasport u għandu jinkludi t-taxxa meta l-awtoritajiet ma jkunux eżentati mit-taxxa tal-fjuwil skont il-liġi nazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet pubbliċi jħallsu t-taxxi fuq il-fjuwil bħal kwalunkwe konsumatur ieħor u huma parti mill-ispejjeż tal-fjuwil fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vettura.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha relatati ma' l-emissjonijiet ta’ CO2 għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha kif deskritt fil-paragrafu 3 jiġi mmultiplikat bl-emissjonijiet ta’ CO2 f’kilogrammi għal kull kilometru kif deskritt fil-paragrafu 2, u bil-prezz għal kull kilogramm kif jidher fit-Tabella 2 ta’ l-Anness.

(b) L-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha relatati ma' l-emissjonijiet ta’ CO2 għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha kif deskritt fil-paragrafu 3 jiġi mmultiplikat bl-emissjonijiet ta’ CO2 f’kilogrammi għal kull kilometru kif deskritt fil-paragrafu 2, u bil-prezz għal kull kilogramm kif jidher fit-Tabella 2 ta’ l-Anness, jew bi prezz ogħla.

Ġustifikazzjoni

Jekk minħabba raġunijiet ta' impenji għal miri relatati ma' gass b'effett ta' serra, l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ li jagħtu valur lill-emmissjonijiet ta' CO2 ogħla miċ-ċfiri fit-tabella, dan għandu jkun possibbli li jsir.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għal kull kilometru ta’ tħaddim tal-vetturi se jkun ibbażat fuq proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE għall-vetturi li għalihom dawn il-proċeduri ta’ testijiet huma definiti f'leġiżlazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' l-UE. Għall-vetturi li ma humiex koperti minn proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE, il-possibbiltà ta’ paragun bejn offerti differenti se tkun żgurata bl-użu ta’ proċeduri ta’ testijiet rikonoxxuti ħafna, jew ta’ riżultati ta’ testijiet ta’ l-awtorità, u jekk dawn ma jkunux disponibbli, bl-użu ta’ tagħrif mogħti mill-manifattur.

2. Il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għal kull kilometru ta’ tħaddim tal-vetturi se jkun ibbażat fuq proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE għall-vetturi li għalihom dawn il-proċeduri ta’ testijiet huma definiti f'leġiżlazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' l-UE. Għall-vetturi li ma humiex koperti minn proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE, il-possibbiltà ta’ paragun bejn offerti differenti se tkun żgurata bl-użu ta’ proċeduri ta’ testijiet rikonoxxuti ħafna, jew ta’ riżultati ta’ testijiet ta’ l-awtorità, u jekk dawn ma jkunux disponibbli, bl-użu ta’ tagħrif mogħti mill-manifattur. L-awtorità jew l-entità kontraenti tista' tesiġi r-riżultati ta' testijiet li jkunu saru fil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-komunità urbana rispettiva filwaqt li jqisu l-kapaċità tat-tagħbija.

Ġustifikazzjoni

Jista' ikun il-każ li r-riżultati tat-testijiet ma jqisux il-kundizzjonijiet tat-tagħbija u l-kundizzjonijiet ta' traffiku li jkunu bħal dawk tal-awtorità kontraenti korrispondenti. Sabiex l-offerti jkunu jistgħu jitqabblu b'mod validu, l-awtorità kontraenti tista' titlob ir-riżultati ta' testijiet li jkunu saru f'kundizzjonijiet speċifiċi tat-traffiku tal-komunitá urbana korrispondenti, filwaqt li titqies ukoll il-kapaċità tat-tagħbija.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Eżenzjoni fil-każ ta’ metodi alternattivi eżistenti

 

Fuq it-talba tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali li żviluppaw metodi għall-kalkulazzjoni tal-ispejjeż tul il-ħajja ta' vettura, inklużi l-ispejjeż tal-effetti ambjentali, li jitfasslu b’mod speċifiku biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet u l-kundizzjonijiet lokali, il-Kummissjoni tista' teżenta lill-dawn l-awtoritajiet lokali jew reġjonali mill-obbligi marbuta mal-kolkulazzjonijiet skont l-Artikolu 3, jekk jiġi kkunsidrat li l-metodi applikati għandhom l-istess effett pożittiv fuq l-ambjent u kif ukoll fuq il-promozzjoni ta' vetturi li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

Spejjeż relatati mal-enerġija u l-ambjent bħala kriterji tal-għoti ta’ kuntratti fix-xiri ta’ vetturi

 

Iċ-ċifri speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness għall-kalkulazzjoni tal-ispejjeż tal-emmissjonijiet għandhom jitqiesu bħala l-valuri minimi. Meta l-awtoritajiet jagħżlu li jqisu l-impatti ambjentali billi jistmawhom fi flus u jinkluduhom fl-evalwazzjoni ġenerali tal-ispiża kif stipulat fl-Artikolu 3, huma jistgħu jużaw ċifri ikbar biex jikkalkulaw l-ispejjeż tal-impatti esterni tal-enerġija u l-ambjent minn dawk speċifikati f’dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet għandhom ikunu liberi li jużaw ċifri ogħla għall-kalkulazzjoni tal-emmissjonijiet minn dawk speċifikati mill-Kummissjoni, fejn huma jiddeċiedu li jagħmlu dan. Kwalunkwe ċifri stabbiliti biex l-emmissjonijiet jiġu kkalkulati fi flus għandhom ikunu ċ-ċifri minimi, u ma għandhomx iwaqqfu lill-awtoritajiet li jixtiequ jpoġġu valur ikbar fuq il-ħarsien tal-ambjent milli jagħmlu dan.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 ċ (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3c

 

Appoġġ addizzjonali għas-settur pubbliku

 

1. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jinfurmaw lill-impjegati fis-settur pubbliku dwar il-merti tal-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, inkluż tagħrif dwar il-lokalità tal-faċilitajiet għar-riforniment tal-fjuwil u għall-manutenzjoni, dwar il-firxa u l-kapaċitajiet ta' rendiment ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, u l-programmi ta' inċentiv nazzjonali u Ewropej disponibbli.

 

2. L-Istati Membri għandhom iħeġġu u jinċentivaw lill-fornituri ta' fjuwils alternattivi biex jagħmlu l-fjuwils alternattivi disponibbli b'mod wiesa' għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom bżonn appoġġ addizzjonali, finanzjament u inċentivi oħra sabiex jimplimentaw għażliet aktar favur l-ambjent li huma aktar ippreferuti. Għandha tingħata gwida dwar id-direzzjoni 'l quddiem sabiex l-uffiċċjali responsabbli għall-akkwist ikollhom għarfien iktar komplut tar-rendiment, l-effiċjenza, id-disponibilità u l-faċilità tal-użu, tal-fjuwils differenti.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3d

 

Trasparenza

 

Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b'konformità mal-Artikolu 3, il-partijiet kollha elenkati fl-Artikolu 2 għandhom jagħmlu disponibbli, fuq talba, l-informazzjoni dwar l-ispejjeż relatati mal-enerġija u l-ispejjeż ambjentali għal kull offerta li jirċievu.

 

Sabiex jiġi stimulat aktar id-dibattitu politiku pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni skont l-Artikolu 6 li għandha tkun disponibbli fuq l-Internet, u li permezz tagħha l-bliet u r-reġjuni relattivament simili jkunu jistgħu jitqabblu ma’ tabella ta’ referenza u jiġu kkumparati skont ix-xiri li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent .

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li tiżdied it-trasparenza, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu disponibbli, fuq talba, l-informazzjoni dwar l-ispejjeż relatati mal-enerġija u l-ispejjeż ambjentali.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Kriterji u metodoloġiji ta' għoti oħrajn

 

L-applikazzjoni obbligatorja ta’ kriterji għax-xiri ta’ vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux ma teskludix l-prijoritazzazzjoni tal-kriterji għall-għoti jew l-inklużjoni ta' u metodoloġiji kriterji oħra rilevanti għall-għoti tal-kuntratt. Lanqas ma timpedixxi l-għażla ta’ vetturi li jiġu modifikati wara biex jagħtu prestazzjoni aħjar mil-lat ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li jistgħu jintużaw kriterji u metodoloġiji oħra flimkien mal-kriterji speċifikati f'din id-Direttiva.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Proċeduri ta' testijiet standardizzati

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi sabiex tistandardizza jiġu normalizzati l-proċeduri ta' testijiet għall-vetturi li mhumiex koperti mill-proċeduri ta' prova Ewropej standardizzati msemmijaja fl-Artikolu 3(2). Dawn il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja mal-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 5(2).

Ġustifikazzjoni

Fin-nuqqas ta' proċedura ta' testijiet Ewropea normalizzata għal ċerti vetturi, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita t-twettiq tal-objettivi u l-applikazzjoni tal-miżuri previsti mid-direttiva li qed tiġi eżaminata. Il-proċedura l-ġdida ta' regolamentazzjoni bi skrutinju tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri ta' applikazzjoni.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 ċ (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4ċ

 

Il-miżuri li jakkumpanjaw

 

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jħeġġu t-titjib tal-ġestjoni tat-traffiku urban permezz ta' komponenti speċifiċi ta' infrastruttura li jkollhom l-iskop li jagħmlu t-trasport pubbliku iktar effikaċi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tipprovdi, permezz ta' miżuri ta' akkumpanjament, il-kundizzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri jew għat-twaqqif ta' komponenti ta' infrastruttura relatati ma’ din id-direttiva, bħat-toroq speċjali għat-traffiku jew is-sinjalar.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Strumenti ta’ finanzjament

 

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa Fond Ewropew għall-Protezzjoni tal-Klima, li għandu jintuża, inter alia, biex jitħeġġeġ ix-xiri ta' vetturi għat-trasport tat-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija minn awtoritajiet u operaturi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1.

 

L-awtoritajiet baġitarji kompetenti għandhom jallokaw riżorsi xierqa fil-baġit tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Fond Ewropew għall-Protezzjoni tal-Klima jirrappreżenta mezz b'saħħtu biex tiġi aċċellerata l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. B'mod partikulari fil-qasam tal-vetturi tat-trasport tat-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda se titħeġġeġ b'mod effettiv ħafna permezz tal-provvista ta' riżorsi pubbliċi 'ring-fenced'.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

Użu ta' strumenti finanzjarji tal-KE

 

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw, waqt is-segwitu strateġiku u r-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-Oqfsa ta' Referenza Strateġika Nazzjonali u tal-Programmi Operattivi nazzjonali u reġjonali, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, l-eliġibilitá tal-mobilità urbana u l-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

 

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jkomplu jagħtu appoġġ lill-inizjattivi għat-trasport urban bħalma huma l-programm CIVITAS u l-programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-Programmi Operativi Nazzjonali tkun tista' tiffaċilita l-promozzjoni ta' vetturi li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija billi tagħmel użu aħjar mill-istrumenti finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali kif ukoll Komunitarju

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 ċ (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5ċ

 

Skambju u tixrid ta' informazzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u entitajiet kontraenti nazzjonali, reġjunali jew lokali li jipprovdu servizzi pubbliċi ta' trasport ta' passiġġieri b'kuntratt, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, dwar id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva, kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali għat-traspożizzjoni, filwaqt li jagħtuhom ukoll kull għajnuna u informazzjoni meħtieġa li tirrigwarda l-iskemi ta' finanzjament Komunitarju applikabbli għal kuntratti milquta minn din id-direttiva.

 

2. Il-Kummissjoni tħeġġeġ it-tixrid tal-aħjar prattiki għat-tfassil ta' politiki fil-qasam tas-servizzi pubbliċi tat-trasport effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġisx billi toħloq sit tal-internet fil-livell Ewropew bil-għan li jkun hemm applikazzjoni gradwali tal-kriterji uniformizzati fil-livell Komunitarju għall-akkwist ta' vetturi mill-entitajiet imsemmija f'din id-direttiva.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet l-informazzjoni kollha relevanti rigward l-istrumenti finanzjarji disponibbli fl-Istati Membri individwali għall-mobilità urbana u għall-promozzjoni ta’ vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tiġi pprovduta l-informazzjoni relevanti lill-awtoritajiet kontraenti sabiex ikunu jistgħu jippreparaw aħjar għall-akkwisti ta' vetturi bħal dawn minħabba li l-kriterji tal-għoti ta' kuntratti "favur l-ambjent"b’żieda mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2004/1/KE u 2004/18/KE se jkunu ġodda, .

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2. Ir-rapport għandu jevalwa l-effetti tad-Direttiva u l-ħtieġa ta’ aktar azzjoni, u jinkludi proposti skond ma jkun xieraq.

2. Mhux iktar tard minn 3 snin wara mid-data msemmija fl-Artikolu 8, u wara dan iż-żmien kull sentejn il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-faragrafu 1, u dwar l-azzjonijiet li jittieħdu individwalment minn Stati Membri biex jippromwovu x-xiri ta' vetturi tat-trasport tat-triq effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jniġġsux. Ir-rapport għandu jevalwa l-effetti ta’ din id-Direttiva u għandu jinkludi indikaturi kwantitattivi biex jevalwaw il-benefiċċji ambjentali, ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri u l-ħtieġa ta’ aktar azzjoni, u jinkludi proposti skond ma jkun xieraq.

 

Il-Kummissjoni għandha tqabbel iċ-ċifri nominali u relattivi tal-vetturi mixtrija li jkunu jikkorrispondu mal-aqwa alternattiva tas-suq f'termini tal-ispejjeż ġenerali tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom, li jinkludu l-ispejjeż esterni, f'kull waħda mill-erba' kategoriji tal-vetturi fis-suq totali għal dawn il-vetturi u stima ta' kif il-kriterja fl-Artikolu 3 affettwaw is-suq.

 

 

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Anness – Tabella 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabella 1: Il-kontenut ta’ enerġija ta’ fjuwils tal-magni

Tabella 1: Il-kontenut ta’ enerġija ta’ fjuwils tal-magni

Fuel Energy Content

Fjuwil Il-kontenut ta' enerġija

36 MJ/litru

36 MJ/litru

32 MJ/litru

32 MJ/litru

Natural gas 38 MJ/Nm3

Gass naturali 33 MJ/Nm3

LPG (gass ta’ żejt mhux raffinat 24 fi stat likwidu)

MJ/litru«

LPG (gass ta’ żejt mhux raffinat 24

fi stat likwidu)

MJ/litru«

21 MJ/litru

21 MJ/litru

33 MJ/litru

33 MJ/litru

Emulsion fuel 32 MJ/litre

»Emulsjoni ta’ fjuwils 32

MJ/litru«

11 MJ/Nm3

11 MJ/Nm3

»Ġustifikazzjoni

«

Bil-proċeduri ta' approvazzjoni skont it-tip, il-konsum irregolat għall-karozzi tal-passiġġieri jieħu kont tal-fatt li l-gass naturali jista' jkollu kontenut baxx ta' enerġija. Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-konsumi rregolati għal vetturi eżistenti, għandu jintuża valur ta' 33 MJ, li jirreferi għal prodott tat-tip metan imħallat minflok dak ta' 38 MJ. Jekk jinżammu l-valuri suġġeriti mill-Kummissjoni, jinqalgħu problemi rigward in-nuqqas ta' konsistenza bejn il-parametri stabbiliti fil-proposta preżenti u l-parametri għall-approvazzjoni tat-tip rikonoxxuti bħala uffiċjali u bħala referenza.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Anness – Tabella 2 – kolonna 1 – ringiela 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 Euro ċenteżmi/kg

23 euroċenteżmi/kg jew il-prezz tas-suq tas-Sistema tal-UE ta' Skambju tal-Emissjonijiet (ETS), ikun liema jkun l-ogħla

Ġustifikazzjoni

B’30€ / tunnellata aktar hemm iċ-ċans li jiġi rrappreżentat prezz tal-karbonju preċiż tul il-ħajja tal-vetturi mixtrija wara l-2010.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta preżenti tinkorpora r-rakkomandazzjonijiet preċedenti li għamel il-Kumitat għall-Ambjent

Il-proposta preżenti tissostitwixxi proposta preċedenti (COM (2005), 634 finali) u, f'oqsma ewlenin – b'riżultat ta' eżami fil-Kumitat għall-Ambjent – tinkorpora rakkomandazzjonijiet prattiċi mir-rapporteur tagħkom u minn Membri Parlamentari oħra.

Uħud mill-karatteristiċi l-aktar importanti huma li:

· il-vetturi kollha huma koperti mid-Direttiva,

· l-emmissjonijiet tas-CO2 huma inklużi,

· il-mudell huwa newtrali rigward it-teknoloġija u flessibbli (iktar milli standard statiku),

· ix-xiri pubbliku huwa miżmum bħala strument għall-promozzjoni ta' vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent,

· jistgħu jitqiesu kunsiderazzjonijiet lokali speċifiċi sabiex jitħares il-prinċipju ta' sussidjarjetà.

Il-kalkulazzjoni tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom

Id-Direttiva tirrikjedi li x-xerrejja pubbliċi kollha – jew il-partijiet li jkunu qed jaġixxu f'isem settur pubbliku jew b'liċenzja mis-settur pubbliku – jikkalkulaw mhux biss il-prezz tax-xiri iżda wkoll l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom għall-fjuwil, l-emmissjonijiet ta' CO2 u t-tniġġis tal-arja, u li jużawhom bħala kriterju għax-xiri.

Ix-xiri pubbliku bħala katalizzatur tas-suq

Il-Kumitat jappoġġja l-idea li jiġi użat ix-xiri pubbliku bħala katalizzatur tas-suq għal vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u, għalhekk, adatta l-Artikolu 1, filwaqt li enfasizza dan l-aspett bħala objettiv sinifikanti tad-direttiva.

Fuq il-livell Ewropew, ix-xiri pubbliku jirrapreżenta sehem sinifikanti tas-suq u jekk l-awtoritajiet pubbliċi jieħdu rwol ewlieni permezz tal-użu u l-kalkulazzjoni tal-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom' bħala bażi għax-xiri, jiġi żgurat li l-industrija tal-karozzi titħajjar tiżviluppa u tinvesti f'vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u b'emmissjonijiet aktar baxxi ta' CO2 u ta' sustanzi li jniġġsu.

Trasparenza u dibattitu pubbliku

Jekk id-deċiżjonijiet lokali rigward ix-xiri ta' vetturi għandhom jiġu sostitwiti b'kunsiderazzjonijiet ambjentali, hija ta' importanza kruċjali li l-NGOs, iċ-ċittadini u l-politiċi lokali jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar dan ix-xiri.

Għaldaqstant, id-Direttiva ġiet emendata f’numru ta’ oqsma bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, u jitjieb l-ambitu għat-tqabbil.

Dawn l-emendi jinkludu:

· li l-awtoritajiet jagħmlu disponibbli l-informazzjoni kollha rigward l-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' xiri,

· li l-Kummissjoni tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġi kkumparat kemm l-awtoritajiet lokali qed ikunu tajbin fix-xiri ta' vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent,

· l-introduzzjoni ta' 'tikketta li turi xiri li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent' u li tista' tintuża mill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkunu pijunieri fix-xiri ta' vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni tal-impatt tad-Direttiva

Huwa importanti li jiġi evalwat sa liema punt id-Direttiva fil-forma preżenti tagħha għandha l-effett mixtieq. Il-Kumitat, għaldaqstant, ippropona numru ta' emendi biex jiġu żgurati segwitu speċifiku u evalwazzjoni tal-impatt fuq is-suq u fuq l-ambjent.

Il-Kummissjoni għaldaqstant, qed tiġi mitluba:

· li tirrapporta kull sentejn dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tad-Direttiva fuq is-suq fil-kategoriji varji ta' vetturi u fuq l-ambjent.

L-implimentazzjoni

Għandu jkun possibbli li jiġi introdott u użat metodu preskritt għall-kalkulazzjoni tal-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura sa mill-2010 u, għaldaqstant, il-Kumitat jipproponi li d-data tkun waħda iktar bikrija sabiex l-effetti ambjentali u fuq is-suq ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (17.6.2008)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ vetturi tat-trasport fit-toroq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-enerġija
(COM(2007)0817 – C6‑0008/2008 – 2005/0283(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Andreas Schwab

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-prinċipju r-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport fit-toroq, li ma jniġġsux u effiċjenti fl-enerġija ladarba din tista' titqies bħala opportunità li jkunu promossi prodotti li ma jniġġsux u effiċjenti fl-enerġija. Huwa jirrikonoxxi li din il-proposta tippreżenta titjib fuq proposti preċedenti u b'mod partikolari jilqa' l-approċċ teknoloġikament newtrali.

Ir-rapporteur madankollu ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni li l-kriterji ta' akkwist pubbliku għal enerġija effiċjenti u favur l-ambjent isiru obbligatorji. Iqis li l-introduzzjoni proposta ta' kriterji mandatorji fl-akkwist pubbliku, anki jekk l-intenzjoni f'dan il-każ hija ta' min ifaħħarha, mhux neċessarjament taqbel mal-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Komunità dwar l-akkwist pubbliku, u tista' tissugra tistabbilixxi preċedent mhux mixtieq. Għalhekk jipproponi li titħalla f'idejn l-awtoritajiet kontraenti ta' l-Istati Membri biex jagħżlu meta jimplimentaw dawn il-kriterji, li ma twaqqaf bl-ebda mod il-possibilità li jintbagħat messaġġ qawwi lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet li jħeġġiġhom biex jintroduċu dawn il-kriterji ambjentali għat-tip ta' xiri kkonċernat.

Għaċ-ċarezza, ir-rapporteur jitlob ukoll li ssir referenza ċara f'din il-proposta għal-limiti monetarji applikabbli tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE dwar l-akkwist pubbliku, ladarba l-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmel ebda referenza diretta għal-limiti minimi applikabbli li fil-każ li jinqabżu japplikaw ir-regoli l-ġodda.

Skond il-Ftehima Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-leġiżlazzjonijiet, ir-rapporteur ippropona premessa li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu t-tabelli tagħhom li juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluha pubblika.

Ladarba l-proposta tolqot partikolarment is-settur tal-vetturi kummerċjali (eż. trakkijiet speċjalizzati, inġenji tat-tindif u vetturi tal-ġarr għal appoġġ operattiv u għal manutenzjoni infrastrutturali), ir-rapporteur jipproponi eżenzjoni ta' ċerti vetturi mill-ambitu ladarba dawn għandhom disinn u tagħmir individwali u l-konsum ta' l-enerġija tagħhom għalhekk ivarja minn dak ta' vetturi oħra.

Ir-rapporteur jinnota li l-evalwazzjoni ta' l-impatt għal din il-proposta mhijiex iffinalizzata fir-rigward ta' pereżempju l-ispejjeż previsti, l-evidenza xjentifika li ssostni r-rabta bejn l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni f'numri konkreti u apparti dan ma tqisx l-istandards eżistenti bħall-istandards EURO. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-effetti u l-metodoloġija ta' din id-Direttiva fuq bażi ta' sentejn u, f'dan il-kuntest, tqis pereżempju l-impatt tal-klima minn fjuwils rinnovabbli u żviluppi ġodda fir-rigward ta' l-istandards EURO (il-leġiżlazzjoni EURO VI li ġejja).

Meta jitqies li l-iskeda programmatika għandha limitu qasir ta' żmien għall-adozzjoni ta' l-opinjoni, deċiż mill-iskeda programmatika tal-Kumitat ta' tmexxija, ir-rapporteur iżomm id-dritt li jipproponi aktar emendi dwar dawn il-punti fi stadju aktar avvanzat tal-proċedura.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Ir-rapport tat-12 ta’ Diċembru 2005 tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 appoġġa l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni ta' vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux, bil-kundizzjoni li jittieħed approċċ li jkun teknoloġikament newtrali u bbażat fuq il-prestazzjoni.

(9) Ir-rapport tat-12 ta’ Diċembru 2005 tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 appoġġa l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni ta' vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux, bil-kundizzjoni li jittieħed approċċ integrat li jkun teknoloġikament newtrali u bbażat fuq il-prestazzjoni li jkun jinvolvi l-manifatturi tal-vetturi, dawk li jissupplixxu ż-żejt u l-fjuwil, dawk li jsewwu, klijenti jew sewwieqa u l-awtoritajiet pubbliċi.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dan it-tip ta’ vetturi għandu jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor jkunu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi.

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dan it-tip ta’ vetturi għandu jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor jkunu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi u għal ekonomija bbażata fuq enerġiji li jiġġeddu.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Din id-Direttiva tindirizza l-bżonn li jingħata appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet pubbliċi permezz ta' inċentivi finanzjarji u inċentivi marbuta ma' l-informazzjoni u l-edukazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom bżonn appoġġ addizzjonali, finanzjament u inċentivi oħra sabiex jimplimentaw għażliet aktar favur l-ambjent li huma aktar ippreferuti. Għandha tingħata gwida għall-ġejjieni sabiex l-uffiċjali ta' l-akkwist jifhmu aktar il-prestazzjoni ġenerali, l-effiċjenza, id-disponibilità u l-faċilità ta' l-użu tal-vetturi differenti/tat-tipi ta' fjuwil involuti. Dan jgħin biex ma jinħlewx riżorsi limitati u flus pubbliċi u biex jippermetti lill-amministraturi ta' l-akkwist li jwettqu għażliet aktar meqjusa dwar it-teknoloġiji ġodda tal-vetturi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Meta jkun qed jiġu mwettqa r-rekwiżiti biex jitqiesu l-impatti enerġetiċi u ambjentali bit-twaqqif ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, l-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti huma ħielsa li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet ta’ prestazzjoni ta’ livell ogħla ta’ enerġija u ta’ ambjent minn dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE, meta jitqiesu pereżempju standards EURO tal-ġejjieni.

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta hemm nuqqas ta’ konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni attwali u dik li jmiss (EURO VI), eż. fir-relazzjoni mad-definizzjoni ta’ ‘mileage’. L-awtoritajiet ikkonċernati għalhekk għandhom ikunu jistgħu jqisu standards Ewropej attwali u dawk li jmiss.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-applikazzjoni ta’ kriterji għax-xiri ta’ vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ma teskludix l-inklużjoni ta’ kriterji oħra rilevanti għall-għoti tal-kuntratt. Lanqas ma timpedixxi l-għażla ta’ vetturi li jiġu modifikati wara biex jagħtu prestazzjoni aħjar mil-lat ambjentali.

(16) Il-kriterji ambjentali stabbiliti f'din id-Direttiva ma jimpedixxux l-għażla ta’ vetturi li jiġu modifikati (retro-fitted) biex jagħtu prestazzjoni aħjar mil-lat ambjentali

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ambjentali obbligatorji maħsuba m’humiex konformi b’mod sħiħ mad-Direttivi ta’ l-akkwist pubbliku 2004/17/KE u 2004/18/KE. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu liema kriterji huma jispeċifikaw f'dokumentazzjoni ta' l-offerta u jkomplu jkunu jistgħu jagħtu fuq il-bażi ta' l-aktar offerta vantaġġuża ekonomikament (MEAT) jew l-aktar prezz baxx, bl-applikar tal-kriterji ambjentali proposti fuq bażi volontarja.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 19 a (ġdida)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Bi qbil mal-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali għat-tfassil aħjar tal-ligijiet¹, l-Istati Membri għandhom ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista' jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri tat-traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

___________

1 ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għal aktar trasparenza fl-implimentazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19 b (ġdida)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Għandha tingħata prijorità lill-vetturi bi fjuwil alternattiv li jikkontribwixxu għat-trasport fit-triq bla tniġġis u għal titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-arja. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromovu l-iżvilupp ta' vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu.

Ġustifikazzjoni

Din għandha titqies bħala opportunità għall-promozzjoni ta' enerġiji li ma jniġġsux, bħal ma hu l-idroġenu. Huwa importanti ħafna li ninkoraġġixxu l-iżvilupp ta' din it-teknoloġija.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 19 c (ġdida)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) L-Istati Membri għandhom jinvolvu l-muniċipalitajiet u r-reġjuni fi sforzi akbar sabiex jimplimentaw, isegwu u jevalwaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa l-parteċipazzjoni fil-livelli kollha tal-gvern sabiex issir implimentazzjoni aħjar.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 19 d (ġdida)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiffukaw fuq il-promozzjoni ta' l-idroġenu bħala l-fjuwil tal-futur. L-idroġenu jipprovdi enerġija nadifa għall-vetturi, u l-użu tiegħu għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ekonomija mingħajr tniġġis, billi vetturi li jaħdmu bl-idroġenu ma jipproduċux tniġġis mill-karbonju u lanqas emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-pajp ta' l-egżost.

Ġustifikazzjoni

Din għandha titqies bħala opportunità għall-promozzjoni ta' enerġiji li ma jniġġsux, bħal ma hu l-idroġenu. Huwa importanti ħafna li ninkoraġġixxu l-iżvilupp ta' din it-teknoloġija.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva teħtieġ l-inklużjoni ta’ l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq, minn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jew bħala kriterji għax-xiri ta’ vetturi bħal dawn minn operaturi b’kuntratt, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi, sabiex tippromwovi l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux.

Din id-Direttiva titlob lill-awtoritajiet u lill-entitatijiet kontraenti skond id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, kif ukoll lil ċerti operaturi b’kuntratt, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi, sabiex iqisu, fuq bażi mandatorja, l-ispejjeż tal-konsum ta' l-enerġija għat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq, sabiex jippromwovu l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ambjentali obbligatorji maħsuba m’humiex konformi b’mod sħiħ mad-Direttivi ta’ l-akkwist pubbliku 2004/17/KE u 2004/18/KE. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu liema kriterji huma jispeċifikaw f'dokumentazzjoni ta' l-offerta u jkomplu jkunu jistgħu jagħtu fuq il-bażi ta' l-aktar offerta vantaġġuża ekonomikament (MEAT) jew l-aktar prezz baxx, bl-applikar tal-kriterji ambjentali proposti fuq bażi volontarja.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Akkwist ta' vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux

Ambitu

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 7(1), l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jużaw il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3, kull darba li huma japplikaw l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq. 2.

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti għall-akkwist ta’ vetturi ta’ trasport fit-toroq billi:

 

(a) awtoritajiet u entitajiet kontraenti bl-obbligu li japplikaw ir-regoli ta' l-akkwist stipulati fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, f'konformità mal-limiti minimi applikabbli stabbiliti f'dawn id-Direttivi;

 

(b) operaturi għall-kwittanza ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku fl-għoti ta' kuntratt mis-servizz pubbliku skond ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 li jkun jaqbeż il-limitu minimu li għandu jkun definit mill-Istati Membri u li ma jaqbiżx il-limiti minimi stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri pubbliku kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE ikun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ambitu tal-kriterji għall-għoti ta’ kuntratti, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

2. F'każijiet fejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE u l-operaturi għall-kwittanza ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku li jaqgħu taħt kuntratt tas-servizz pubbliku fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, japplikaw l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ambitu tal-kriterji għall-għoti ta’ kuntratti, għall-akkwist ta' vetturi għat-trasport fuq it-toroq, jistgħu japplikaw il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 3.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri b’liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi jkun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq bħala kriterji, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

 

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li titfassal ħolqa ċara bejn din il-proposta u d-direttivi klassiċi ta’ l-akkwist pubbliku (2004/17/KE u 2004/18/KE). Minbarra dan, il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmel ebda referenza għal limiti monetarji minimi t’hawn fuq li r-regoli japplikaw. Minbarra dan, eżenzjoni għal ċerti vetturi mill-iskop hija meħtieġa peress li dawn għandhom tfassil u apparat individwali u għalhekk il-konsum ta’ enerġija tagħhom varja minn dak ta’ vetturi oħrajn.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 a (ġdid)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Definizzjonijiet

 

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

 

- ‘Awtoritajiet kontraenti’ għandha tfisser awtoritajiet kontraenti kif definita fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE u fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE;

 

- ‘Entitajiet kontraenti’ għandha tfisser entitajiet kontraenti kif stipulata fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/17/KE;

 

- 'Vetturi għat-trasport fit-toroq' għandha tfisser vetturi koperti mill-kategoriji ta' vetturi elenkati f'Tabella 3 ta' l-Anness.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tibbenefika minn taqsima separata li tagħti dettalji tad-definizzjonijiet relevanti.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artiklu 3 - titolu

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

Spejjeż relatati ma’ l-enerġija u l-ambjent bħala kriterji ta’ l-għoti ta’ kuntratti fix-xiri ta’ vetturi

Akkwist ta' vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artiklu 3 – paragrafu 1

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu li għandhom x’jaqsmu mat-tħaddim tal-vetturi li jkunu se jinxtraw għandhom jiġu stmati fi flus u kkalkulati skond il-metodoloġija stabbilita fil-punti (a), (b) u (c).

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 7(1), l-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti kollha msemmija fl-Artikolu 2, meta jakkwistaw vetturi tat-trasport tat-triq iqisu, fuq bażi volontarja, l-impatti ta' l-enerġija operattiva tul il-ħajja ta' vettura kif ukoll l-impatti ambjentali msemmija fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu u japplikaw waħda mill-għażliet stipulati fil-paragrafu 1b.

(a) L-ispejjeż tal-konsum ta’ enerġija għat-tħaddim tal-vettura tul ħajjitha għandu jiġi kkalkulat skond din il-metodoloġija:

 

– il-konsum ta’ fjuwil għal kull kilometru minn vettura skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi msarraf f’konsum ta’ enerġija għal kull kilometru, bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tat-Tabella 1 ta’ l-Anness għall-kontenut ta’ enerġija tad-diversi fjuwils;

 

– għandu jintuża valur monetarju uniku għal kull unità ta’ enerġija. Dan il-valur uniku għandu jkun anqas mill-prezz mingħajr taxxa għal kull unità ta’ enerġija ta' petrol jew diżil meta jintużaw bħala fjuwil għat-trasport;

 

– l-ispejjeż tal-konsum ta’ enerġija għat-tħaddim tal-vettura tul ħajjitha għandu jiġi kkalkulat billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha kif deskritt fil-paragrafu 3 jiġi mmultiplikat bil-konsum ta' enerġija għal kull kilometru kif deskritt fl-ewwel inċiż ta' dan il-paragrafu, u bil-prezz ta' kull unità ta' enerġija kif deskritt fit-tieni inċiż ta’ dan il-paragrafu.

 

(b) L-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha relatati ma' l-emissjonijiet ta’ CO2 għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha kif deskritt fil-paragrafu 3 jiġi mmultiplikat bl-emissjonijiet ta’ CO2 f’kilogrammi għal kull kilometru kif deskritt fil-paragrafu 2, u bil-prezz għal kull kilogramm kif jidher fit-Tabella 2 ta’ l-Anness.

 

(c) L-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha relatati ma' l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu flimkien l-ispejjeż relatati ma’ l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ idrokarburi mhux tal-metanu u ta’ materjal ta’ partikuli separati. Għal kull sustanza li tniġġes, l-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha relatati ma' l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha kif deskritt fil-paragrafu 3 jiġi mmultiplikat bl-emissjonijiet fi grammi għal kull kilometru kif deskritt fil-paragrafu 2, u bil-prezz rispettiv għal kull gramma kif jidher fit-Tabella 2 ta’ l-Anness.

 

(L-ewwel parti ta’ din l-emenda ġejja mill-Artikolu 2 tal-proposta tal-Kummissjoni)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-applikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni biex tagħmliha konsistenti mar-regoli attwali ta’ l-akkwist pubbliku ta’ l-UE.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-impatti fuq l-enerġija u l-ambjent li għandhom jiġu kkunsidrati jridu jinkludu mill-inqas dan li ġej:

 

a) il-konsum ta’ l-enerġija;

 

b) l-emissjonijiet tas-CO2

 

c) l-emissjonijiet ta’ elementi li jniġġsu, kif definit fl-Anness.

 

Minbarra l-impatti enerġetiċi u ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu, awtoritajiet, entitajiet u operaturi kontraenti jistgħu jqisu wkoll li jinkludu impatti ambjentali oħrajn magħquda ma’ l-operazzjoni tal-vetturi li se jkunu akkwistati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-applikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni biex tagħmliha konsistenti mar-regoli attwali ta’ l-akkwist pubbliku ta’ l-UE.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 1 b (ġdid)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 1b għandhom jintlaħqu permezz ta' waħda minn dawn l-għażliet:

 

(a) billi fid-dokumentazzjoni ta' l-offerti għall-akkwist ta' vetturi għat-trasport tat-triq rigward il-kriterji ambjentali, jidħlu speċifikazzjonijiet tekniċi bbażati, fejn ikun possibbli, fuq standards Ewropej bħall-klassijiet ta' l-emissjonijiet EURO għall-enerġija kif ukoll fuq ir-rendiment ambjentali; jew

 

(b) billi jkunu nklużi kriterji għall-enerġija u l-ambjent, kif definiti fl-Artikolu 4, fil-kriterji għall-għoti tal-kuntratti.

 

F'każijiet fejn dawn l-impatti jkunu monetizzati għall-inklużjoni fid-deċiżjoni ta' l-għoti , l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin fuq bażi volontarja:

 

(a) l-ispejjeż tal-konsum ta’ l-enerġija għat-tħaddim tal-vettura tul ħajjitha għandu jiġi kkalkulat skond din il-metodoloġija:

 

– il-konsum ta’ fjuwil għal kull kilometru minn vettura, kif jidher fil-paragrafu 2, għandu jissarraf f’konsum ta’ l-enerġija għal kull kilometru, bl-użu ta' l-elementi ta’ konverżjoni tat-Tabella 1 ta’ l-Anness għall-kontenut ta’ l-enerġija tad-diversi fjuwils;

 

– għandu jintuża valur monetarju uniku għal kull unità ta’ enerġija. Dan il-valur uniku għandu jkun anqas mill-prezz mingħajr taxxa għal kull unità ta’ enerġija ta' petrol jew diżil meta jintużaw bħala fjuwil għat-trasport;

 

– l-ispejjeż tal-konsum ta’ l-enerġija għat-tħaddim tal-vettura tul ħajjitha għandu jiġi kkalkulat billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha, kif jidher fil-paragrafu 3, jiġi mmultiplikat bil-konsum ta' l-enerġija għal kull kilometru, kif jidher fl-ewwel inċiż ta' dan is-subparagrafu, u bil-prezz ta' kull unità ta' enerġija, kif jidher fit-tieni inċiż ta’ dan is-subparagrafu;

 

(b) l-ispejjeż ta' l-emissjonijiet tas-CO2 għat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha, kif jidher fil-paragrafu 3, jiġi mmultiplikat bl-emissjonijiet ta’ CO2 f’kilogrammi għal kull kilometru, kif jidher fil-paragrafu 2, u bil-prezz għal kull kilogramm, kif jidher fit-Tabella 2 ta’ l-Anness.

 

(c) L-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha relatati ma' l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu flimkien l-ispejjeż relatati ma’ l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ idrokarburi mhux tal-metanu u ta’ materjal ta’ partikuli separati. Għal kull sustanza li tniġġes, l-ispejjeż tat-tħaddim ta’ vettura tul ħajjitha relatati ma' l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ mili li l-vettura tagħmel tul ħajjitha kif deskritt fil-paragrafu 3 jiġi mmultiplikat bl-emissjonijiet fi grammi għal kull kilometru kif deskritt fil-paragrafu 2, u bil-prezz rispettiv għal kull gramma kif jidher fit-Tabella 2 ta’ l-Anness.

(Il-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ġejjin mill-Artikolu 3, paragrafu 1 tal-proposta tal-Kummissjoni)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-applikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni biex tagħmliha konsistenti mar-regoli attwali ta’ l-akkwist pubbliku ta’ l-UE.

PROĊEDURA

Titolu

Il-promozzjoni ta’ vetturi li ma jniġġsux

Referenzi

COM(2007)0817 – C6-0008/2008 – COM(2005)0634 – C6-0008/2006 – 2005/0283(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Andreas Schwab

6.5.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

3.6.2008

16.6.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

16.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Colm Burke, Giovanna Corda, Jan Cremers, Manuel Medina Ortega, Anja Weisgerber

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dragoş Florin David

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (30.5.2008)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta riveduta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux
(COM(2007)0817 – C6-0008/2008 – 2005/0283(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Silvia-Adriana Ţicău

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-trasport urban tat-triq u l-bidla fil-klima

Il-bidla fil-klima taffettwa kull jum lil kull persuna Ewropea. L-UE qablet li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b'effett serra b'20% sa l-2020, li żżid l-effiċjenza fl-enerġija b'20% u li tuża sorsi li jiġġeddu sa talanqas 20% tal-konsum ġenerali ta' l-enerġija fl-UE.

Fl-UE, is-settur tat-trasport bit-triq hu responsabbli għal 26% tal-konsum finali ta' l-enerġija u għal 24% ta' l-emissjonijiet tas-CO2. It-trasport urban hu responsabbli għal 40% ta' l-emissjonijiet tas-CO2 għat2-trasport bit-triq u sa 70% ta' tniġġis ieħor mit-trasport. Għalkemm it-trasport hu kontributur ewlieni għall-iżvilupp, miegħu iġib ukoll prezz li jrid jitħallas mis-soċjetà.

Kontenut tal-proposta

Il-proposta l-ġdida tieħu post il-proposta inizjali tal-Kummissjoni li kienet ġiet miċħuda mill-Parlament f'livell ta' kumitat parlamentari fis-sena 2006[1]. Il-proposta l-ġdida hi bbażata fuq approċċ teknoloġiku ġdid li, skond il-Kummissjoni, hu newtrali. Id-dispożizzjoni kontroversjali li kellha l-iskop li entitajiet pubbliċi jkollhom kwota ta' vetturi li ma jniġġsux, i.e. limitu minimu ta' 25%, tneħħiet mill-verżjoni ġdida tal-proposta.

Il-Kummissjoni qed tintroduċi metodoloġija armonizzata u bbażata fuq it-trasformazzjoni f'valur monetarju fil-proċedura għal akkwist ta' vetturi li ma jniġġsux u li huma effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija għat-trasport pubbliku. L-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul l-użu kollu tagħhom rigward il-konsum ta' l-enerġija, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-emissjonijiet li jniġġsu, għandhom ikunu inklużi mal-kriterji għall-akkwist ta' vetturi għat-trasport bit-triq mill-awtoritajiet pubbliċi u minn operaturi li jipprovdu servizzi permezz ta' kuntratt ma' awtoritá pubblika. It-tul ta' l-użu kollu ta' vettura hu definit skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u fin-nuqqas ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-għadd ta' kilometri tul l-użu kollu tal-vettura għall-vetturi tat-trasport bit-triq.

Il-kriterji għall-għoti ta' appalti għal vetturi li jirrispettaw l-ambjent fil-bidu jistgħu jiġu inklużi fuq bażi volontarja u jsiru mandatorji sa mhux aktar tard mill-2012.

Il-proposta għandha l-iskop li tnaqqas l-ispejjeż ta' vetturi li ma jniġġsux u li huma effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija billi toħloq fis-suq massa kritika ta' vetturi li jirrispettaw l-ambjent. Il-leġiżlazzjoni attwali, (standards EURO għall-emissjonijiet ta' vetturi) jistgħu jidħlu fil-kriterji ta' l-għoti ta' appalti.

L-applikazzjoni mandatorja tal-kriterji għall-akkwist ta' vetturi li ma jniġġsux u li huma effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija ma teskludix l-inklużjoni ta' kriterji oħra relevanti u tippermetti wkoll il-modifiki ta' vetturi b' teknoloġija ambjentali aġġornata u b'rendiment imtejjeb.

Għalkemm mal-proposta l-ġdida mhemmx inkluża evalwazzjoni ta' l-impatt, il-Kummissjoni tqis li s-suq ta' l-akkwist pubbliku hu ta' 16% tal-GDP ta' l-UE (bejn wieħed u ieħor 1,500 biljun euro), b'total annwali fl-UE ta' akkwist ta' 110,000 vettura li huma karozzi tal-passiġġieri, 110,000 vettura kummerċjali ħfif, 35,000 trakk u 17,000 karozza tal-linja.

Il-proposti tar-rapporteur għal opinjoni

Il-metodoloġija proposta għandha l-għan li tkun għodda utli għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali billi tgħinhom jagħmlu l-aktar deċiżjonijiet intelliġenti għall-mobilità urbana b'rispett għall-ambjent. Vetturi li jniġġsu anqas u l-vetturi intelliġenti llum jiswew aktar. Għall-akkwist ta' vetturi li ma jniġġsux u li huma effiċjenti fl-użu ta' enerġija, l-awtoritajiet kontraenti għandhom iqisu l-kriterju ta' l-inqas spejjeż, kif ukoll il-kriterju ta' l-għotjiet ta' appalti favur l-ambjent.

Ir-rapporteur għal opinjoni tqis li l-għan tad-direttiva jintlaħaq jekk jiġu kkunsidrati dawn il-kundizzjonijiet:

· L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kontraenti nazzjonali, reġjonali jew lokali kollha skond kif imfisser fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE dwar il-kriterji "favur l-ambjent" għax-xiri ta' dawn il-vetturi minn operaturi b'kuntratt, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jippromovu vetturi li ma jniġġsux u li huma effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija. L-awtoritá kontraenti tista' titlob testijiet għal kundizzjonijiet speċifiċi tat-traffiku u għall-kapaċitá ta' tagħbija.

· L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar akkwisti pubbliċi li huma favur l-ambjent u dwar il-finanzjament tagħhom, b'mod partikulari, imma mhux biss, informazzjoni rigward Fondi Strutturali, il-Fond ta' Koeżjoni, JESSICA, is-7 programm ta' qafas għar-riċerka, għajnuniet Statali jew Komunitarji u sussidji u self nazzjonali jew Ewropej. L-Istati Membri jistgħu jużaw aħjar l-istrumenti finanzjarji Ewropej sabiex itejbu l-mobilità urbana u l-kwalità ta' l-arja urbana.

· Prezzijiet kompetittivi għandhom ikunu inkoraġġuti sabiex id-differenza fil-prezz bejn vetturi li ma jniġġsux u li huma effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u l-vetturi tradizzjonali ma tkunx ta' żvantaġġ għas-suq tal-vetturi favur l-ambjent.

· Websajt u bażi tad-dejta komuni Ewropej li jinkludu l-leġiżlazzjoni applikabbli kollha u l-appalti pubbliċi kollha li jippromovu vetturi tat-trasport bit-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u l-istrumenti finanzjari applikabbli għandhom ikunu pprovduti mill-Kummissjoni.

· Tikketta komuni Ewropea għall-akkwist ta' vetturi favur l-ambjent għandha tintuża mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali.

· L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw l-miżuri meħtieġa biex iqisu l-mobilità urbana u l-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija bħala parti mis-segwitu strateġiku u mir-revizjoni ta' nofs iż-żmien ta' l-Oqfsa ta' Referenza Strateġiċ Nazzjonali u tal-Programmi Operattivi nazzjonali u reġjonali, kif definit mir-Regolament 1083/2006. Il-programmi CIVITAS u "Enerġija Intelliġenti - Ewropa" għandhom ikomplu jiġu appoġġjati.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Recital 10 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u entitajiet kontraenti nazzjonali, reġjunali jew lokali li jipprovdu servizzi pubbliċi ta' trasport ta' passiġġieri b'kuntratt, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, dwar id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ix-xiri ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tkun ipprovduta l-informazzjoni relevanti lill-awtoritajiet kontraenti sabiex ikunu jistgħu jippreparaw aħjar l-akkwisti ta' vetturi bħal dawn minħabba l-kriterji godda ta' l-għoti ta' kuntratti "favur l-ambjent" li se jingħaqdu mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2004/1/KE u 2004/1/KE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dan it-tip ta’ vetturi għandu jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor jkunu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi.

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dan it-tip ta’ vetturi għandu jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor jkunu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi. Il-kumpaniji għandhom ikunu inkoraġġuti biex jippromovu prezzijiet kompetittivi sabiex id-differenza fil-prezz bejn vettura li ma tniġġisx u li tkun effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u vettura tradizzjonali ma tkunx ta' żvantaġġ għas-suq tal-vetturi favur l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' l-iskala, jeħtieġu sforzi mis-settur ta' l-industrija ħalli l-vetturi favur l-ambjent ikollhom prezzijiet kompetettivi wkoll.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dan it-tip ta’ vetturi għandu jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor jkunu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi.

(11) Fil-bidu, il-prezz tal-vetturi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u li ma jniġġsux ikun ogħla minn dak ta’ vetturi konvenzjonali. Il-ħolqien ta’ domanda suffiċjenti għal dan it-tip ta’ vetturi għandu jiżgura li l-ekonomiji fil-kobor ikunu jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-vetturi u jiggarantixxu t-twaqqif ta' l-infrastrutturi neċessarji għall-fornituri għal kull tip ta' fjuwil imsemmi fl-anness.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-kriterji għall-għoti ta' appalti li jikkonċernaw l-enerġija u l-ambjent għandhom ikunu kriterji għall-għoti ta' appalti fost kriterji oħrajn li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti meta jintalbu biex jieħdu deċiżjoni rigward l-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva li qed tiġi eżaminata ma tistabbilixxix lista kompleta ta' kriterji li jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet jew mill-entitajiet lokali għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) L-għajnuna ta' l-Istat għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq, inkluża l-installazzjoni a posteriori ta' magni u ta' spare parts fuq il-vetturi li jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni skond it-tip, għandha tiġi awtorizzata fil-kuntest tar-regolamenti Komunitarji. Din l-għajnuna ta' l-Istat tista' tkun ġustifikata fid-dawl ta' l-interess komuni tal-Komunità u b'mod partikolari għal skopijiet ta' mobilità urbana sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

L-għajnuna ta' l-Istat mogħtija għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq għandha tirrispetta r-regolamenti Komunitarji.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw waqt is-segwitu strateġiku u r-revizjoni ta' nofs iż-żmien ta' l-Oqfsa ta' Referenza Strateġiċi Nazzjonali u tal-Programmi Operattivi nazzjonali u reġjonali, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, l-eliġibilitá tal-mobilitá urbana għal għajnuna finanzjarja u l-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija. Waqt li jqisu r-riżultati li nkisbu permezz tal-programm CIVITAS u tal-programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikomplu jagħtu appoġġ lil dawn l-inizjattivi.

___________

1 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

Ġustifikazzjoni

Il-Green Paper dwar il-mobilitá urbana ġiet diskussa sal-15 ta' Marzu u ħafna Stati Membri ma qisux dawn il-kwistjonijiet fil-Programmi Operattivi Nazzjonali attwali tagħhom. Ikun tajjeb li jiġu appoġġjati u jitkomplew inizjattivi tajba li diġà tttieħdu u li jgħinu sabiex jinfurmaw u jħarrġu lill-awtoritajiet lokali jew ċentrali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva teħtieġ l-inklużjoni ta’ l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq, minn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jew bħala kriterji għax-xiri ta’ vetturi bħal dawn minn operaturi b’kuntratt, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi, sabiex tippromwovi l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux.

Din id-Direttiva teħtieġ l-inklużjoni ta’ l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq, inkluża l-installazzjoni a posteriori ta' magni u ta' spare parts fuq dawn il-vetturi, minn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jew bħala kriterji għax-xiri ta’ vetturi bħal dawn minn operaturi b’kuntratt, liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi, sabiex tippromwovi l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux.

Ġustifikazzjoni

L-installazzjoni a posteriori ta' magni u ta' spare parts fuq vetturi tat-trasport tat-triq li jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni skond it-tip għandha tiġi inkluża fl-ambitu tad-direttiva li qed tiġi eżaminata.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-direttiva ma tapplikax għall-installazzjoni a posteriori fuq vetturi tat-trasport tat-triq ta' magni u ta' spare parts meta jkunu qabżu l-75% tal-kilometraġġ totali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tad-direttiva li qed tiġi eżaminata għandu jinkludi l-vetturi tat-trasport tat-triq tal-kategoriji M u N li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni skond it-tip, inkluża l-installazzjoni a posteriori ta' magni u ta' spare parts. Sabiex jiġi inkoraġġut it-tiġdid ta' flotta ta' vetturi qadima jew li tniġġes u l-innovazzjoni u sabiex il-miżura proposta jkollha effetti benefiċi, il-magni u l-ispare parts għandhom jiġu installati fuq vetturi li ma jkunux qabżu l-75% tal-kilometraġġ totali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - subparagrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli, b'mod partikulari għal leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti rigward għajnuna Statali u għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar s-servizzi ta' trasport pubbliku ta' passiġġiera bil-ferrovija u bit-triq, u li jabolixxi r-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill1, l-Istati Membri jistgħu jinkuraġġixxu l-akkwist jew ix-xiri ta' vetturi tat-trasport li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija, inklużi l-istallazzjoni a posteriori fuq dawn il-vetturi, muturi u spare parts sakemm ma jkunux qabżu il-75 % tal-kilometraġġ totali tagħhom.

___________

1 ĠU L 291, 9.11.2007, p. 25.

Ġustifikazzjoni

L-għajnuna ta' l-Istat mogħtija għall-akkwist ta' vetturi tat-trasport tat-triq għandha tkun konformi mar-regolamenti Komunitarji.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Definizzjonijiet

 

Għall-iskopijiet ta' din id-direttiva,''vetturi tat-trasport tat-toroq'' tfisser vetturi tal-kategoriji M u N kif definiti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi (Direttiva Qafas)1 u l-installazzjoni a posteriori fuq dawn il-vetturi ta' magni u spare parts meta jkunu għadhom ma qabżux il-75% tal-kilometraġġ totali tagħhom.

_________

1 ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tad-direttiva li qed tiġi eżaminata għandu jinkludi l-vetturi tat-trasport tat-triq tal-kategoriji M u N li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni skond it-tip, inkluża l-installazzjoni a posteriori ta' magni u ta' spare parts. Sabiex jiġi inkoraġġut it-tiġdid tal-flotta ta' vetturi qadima jew li tniġġes u l-innovazzjoni u sabiex il-miżura proposta jkollha effetti benefiċi, il-magni u l-ispare parts għandhom jiġu installati fuq vetturi li ma jkunux qabżu l-75% tal-kilometraġġ totali.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 7(1), l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jużaw il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3, kull darba li huma japplikaw l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 7(1), l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE jużaw il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3, kull darba li huma japplikaw l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom għall-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu flimkien ma' kriterji oħrajn għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterju għall-kejl ta' l-ispejjeż tal-konsum ta' l-enerġija u għall-emissjonijiet ta' CO2 u ta' emissjonijiet li jniġġsu għandu jkun kriterju fakultativ li għandu jippermetti li x-xerrejja jagħżlu offerti li jirrispettaw lill-ambjent, kif ukoll li jkunu l-iktar vantaġġużi ekonomikament.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri pubbliku kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE ikun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu bħala kriterji għall-għoti ta’ kuntratti, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri pubbliku kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fit-tifsira tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE ikun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ambitu tal-kriterji għall-għoti ta’ kuntratti, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterju għall-kejl ta' l-ispejjeż tal-konsum ta' l-enerġija u għall-emissjonijiet ta' CO2 u ta' emissjonijiet li jniġġsu għandu jkun kriterju fakultativ li għandu jippermetti li x-xerrejja jagħżlu offerti li jirrispettaw lill-ambjent, kif ukoll li jkunu l-iktar vantaġġużi ekonomikament.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, ix-xiri kollu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri b’liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi jkun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq bħala kriterji, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012 kwalunkwe xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri b’liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija minn awtoritajiet pubbliċi jkun jinkludi l-ispejjeż tat-tħaddim tal-vetturi tul ħajjithom relatati mal-konsum ta’ enerġija, emissjonijiet ta’ CO2 u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu ta’ vetturi tat-trasport tat-triq fl-ambitu tal-kriterji, skond il-metodoloġija definita fl-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterju għall- kejl ta' l-ispejjeż għall-konsum ta' l-enerġija u għall-emissjonijiet ta' CO2 u ta' emissjonijiet li jniġġsu għandu jkun kriterju fakultativ li għandu jippermetti li x-xerrejja jagħżlu offerti li jirrispettaw lill-ambjent, kif ukoll li jkunu l-iktar vantaġġużi ekonomikament.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji għall-għoti iktar rigorużi ta' kuntratti għall-akkwist ta' vetturi li huma effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġsux, jew għall-akkwist ta' vetturi mgħammra mill-ġdid jew inkella jwettqu modernizzazzjoni tal-vetturi eżistenti, pereżempju billi jżidu particle filters u sistemi b'funzjoni "stand by", jew iwettqu adattament tal-magni għal fjuwils li jniġġsu inqas sabiex jiksbu l-aħjar prestazzjonijiet ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Korollarju tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din l-emenda tiżviluppa l-Premessa 16 tal-proposta għal direttiva.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali li jixtru vetturi li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija li jirrapreżentaw talanqans 30% ta' xiri speċifiku annwali tagħhom jistgħu jużaw it-tikketta "Trasport urban tat-triq li ma jniġġisx u effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija". Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi disinn uniformi għal din it-tikketta.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-awtoritajiet kontraenti jkunu motivati biex jippromovu vetturi li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 c Mill-1 ta' Jannar 2013, l-użu tat-tikketta "Trasport urban tat-triq li ma jniġġisx u effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija" ikun riżervat għall-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti li l-akkwisti annwali tagħhom ta' vetturi tat-trasport urban ikunu 100% ekoloġiċi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi inkoraġġut it-trasport urban tat-triq li jkun effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġisx, it-tikketta ekoloġika għandha tkun riżervata wara l-1 ta' Jannar 2013 għall-awtoritajiet u għall-entitajiet kontraenti li 100% ta' l-akkwisti annwali ta' vetturi ta' trasport pubbliku tat-triq tagħhom ikunu ekoloġiċi.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għal kull kilometru ta’ tħaddim tal-vetturi se jkun ibbażat fuq proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE għall-vetturi li għalihom dawn il-proċeduri ta’ testijiet huma definiti f'leġiżlazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' l-UE. Għall-vetturi li ma humiex koperti minn proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE, il-possibbiltà ta’ paragun bejn offerti differenti se tkun żgurata bl-użu ta’ proċeduri ta’ testijiet rikonoxxuti ħafna, jew ta’ riżultati ta’ testijiet ta’ l-awtorità, u jekk dawn ma jkunux disponibbli, bl-użu ta’ tagħrif mogħti mill-manifattur.

2. Il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għal kull kilometru ta’ tħaddim tal-vetturi se jkun ibbażat fuq proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE għall-vetturi li għalihom dawn il-proċeduri ta’ testijiet huma definiti f'leġiżlazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' l-UE. Għall-vetturi li ma humiex koperti minn proċeduri ta’ testijiet standardizzati ta’ l-UE, il-possibbiltà ta’ paragun bejn offerti differenti se tkun żgurata bl-użu ta’ proċeduri ta’ testijiet rikonoxxuti ħafna, jew ta’ riżultati ta’ testijiet ta’ l-awtorità, u jekk dawn ma jkunux disponibbli, bl-użu ta’ tagħrif mogħti mill-manifattur. L-awtorità kontraenti tista' tesiġi r-riżultati ta' testijiet li jkunu saru fil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-komunità urbana rispettiva li jqisu l-kapaċità tat-tagħbija.

Ġustifikazzjoni

Jista' jiġri li r-riżultati tat-testijiet ma jqisux kundizzjonijiet tat-tagħbija u kundizzjonijiet ta' traffiku li jkunu bħal dawk ta' l-awtorità kontraenti korrispondenti. Sabiex l-offerti jkunu jistgħu jitqabblu b'mod validu, l-awtorità kontraenti tista' titlob riżultati ta' testijiet li jkunu magħmula f'kundizzjonijiet speċifiċi tat-traffiku tal-komunitá urbana korrispondenti filwaqt li titqies ukoll il-kapaċità tat-tagħbija.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Provvista ta' fjuwil

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-faċilitajiet neċessarji sabiex jipprovdu l-fjuwil ta' kull tip speċifikat fl-Anness.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Proċeduri ta' testijiet normalizzati

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' applikazzjoni sabiex jiġu normalizzati l-proċeduri ta' testijiet għall-vetturi li mhumiex koperti mill-proċeduri ta' prova Ewropej normalizzati msemmija fl-Artikolu 3(2). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).

Ġustifikazzjoni

Fin-nuqqas ta' proċedura ta' testijiet Ewropea normalizzata għal ċerti vetturi, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita t-twettiq ta' l-objettivi u l-applikazzjoni tal-miżuri previsti mid-direttiva li qed tiġi eżaminata. Il-proċedura l-ġdida ta' regolamentazzjoni bi skrutinju tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri ta' applikazzjoni.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4 b

 

Miżuri ta' akkumpanjament

 

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jħeġġu t-titjib tal-ġestjoni tat-traffiku urban permezz ta' komponenti speċifiċi ta' infrastruttura li jkollhom l-iskop li jagħmlu t-trasport pubbliku iktar effikaċi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li, permezz ta' miżuri ta' akkumpanjament, toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni ta' ċerti miżuri jew għat-twaqqif ta' komponenti ta' infrastruttura relatati mad-direttiva li qed tiġi eżaminata, bħat-toroq speċjali għat-traffiku u s-sinjalar.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

Artikolu 5a

 

Skambju u tixrid ta' informazzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u entitajiet kontraenti nazzjonali, reġjunali jew lokali li jipprovdu servizzi pubbliċi ta' trasport ta' passiġġieri b'kuntratt, permess jew awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, dwar id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva, kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali għat-traspożizzjoni, filwaqt li jagħtuhom ukoll kull għajnuna u informazzjoni meħtieġa li tirrigwarda l-iskemi ta' finanzjament Komunitarju applikabbli għal kuntratti milquta minn din id-direttiva.

 

2. Il-Kummissjoni tħeġġeġ it-tixrid ta' l-aħjar prattiki għat-tfassil ta' politiki fil-qasam tas-servizzi pubbliċi tat-trasport effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u li ma jniġġisx billi toħloq sit ta' l-internet fil-livell Ewropew bil-għan li jkun hemm applikazzjoni gradwali tal-kriterji uniformizzati fil-livell Komunitarju għall-akkwist ta' vetturi mill-entitajiet imsemmija f'din id-direttiva.

 

Il-Kummissjoni għandha tinkludi fis-sit ta' l-internet l-informazzjoni kollha pertinenti dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli f'kull Stat Membru rigward il-mobilità urbana u l-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport tat-triq li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tkun ipprovduta l-informazzjoni relevanti lill-awtoritajiet kontraenti sabiex ikunu jistgħu jippreparaw aħjar l-akkwisti ta' vetturi bħal dawn minħabba l-kriterji godda ta' l-għoti ta' kuntratti "favur l-ambjent" li se jingħaqdu mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2004/1/KE u 2004/18/KE.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5 b

 

Użu ta' strumenti finanzjarji Komunitarji

 

1. Waqt is-segwitu strateġiku u r-revizjoni ta' nofs iż-żmien ta' l-Oqfsa ta' Referenza Strateġiċi Nazzjonali u tal-Programmi Operattivi nazzjonali u reġjonali, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-eliġibilità tal-mobilità urbana u l-promozzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jniġġsux u li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.

 

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jkomplu jagħtu appoġġ lill-inizjattivi għat-trasport urban bħalma huma l-programm CIVITAS u l-programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-Programmi Operativi Nazzjonali tkun tista' tiffaċilita l-promozzjoni ta' vetturi li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija billi tagħmel użu aħjar mill-istrumenti finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali kif ukoll Komunitarju.

PROĊEDURA

Titolu

Promozzjoni ta' vetturi tat-trasport tat-triq li ma jniġġsux

Referenzi

COM(2007)0817 – C6-0008/2008 – COM(2005)0634 – C6-0008/2006 – 2005/0283(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Silvia-Adriana Ţicău

13.2.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

6.5.2008

28.5.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

29.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-aħħar votazzjoni

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson, Yannick Vaugrenard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Leopold Józef Rutowicz

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rovana Plumb, Bart Staes

  • [1]  Il-Kumitat għat-Trasport ma kienx approva l-abbozz ta' opinjoni. Lanqas ma kienet intbgħatet l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel li ma kienx approva l-proposta.

PROĊEDURA

Titolu

Il-promozzjoni ta’ vetturi li ma jniġġsux

Referenzi

COM(2007)0817 – C6-0008/2008 – COM(2005)0634 – C6-0008/2006 – 2005/0283(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.12.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

IMCO

TRAN

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

29.1.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dan Jørgensen

29.1.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

3.4.2008

27.5.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

24.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

18

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Alessandro Foglietta, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Peter Liese, Marios Matsakis, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Iles Braghetto, Jutta Haug, Erna Hennicot-Schoepges, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Miroslav Mikolášik

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elspeth Attwooll, Andreas Schwab

Data tat-tressiq

3.7.2008