Proċedura : 2008/0802(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0292/2008

Testi mressqa :

A6-0292/2008

Dibattiti :

PV 01/09/2008 - 17
CRE 01/09/2008 - 17

Votazzjonijiet :

PV 02/09/2008 - 5.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0380

RAPPORT     *
PDF 244kWORD 388k
7.7.2008
PE 404.492v02-00 A6-0292/2008

dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew

(5620/2008 – C6‑0074/2008 – 2008/0802(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew

(5620/2008 – C6‑0074/2008 – 2008/0802(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża kif emendata;

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE ,

–   wara li kkunsidra Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6–0074/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0292/2008),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża b'mod sustanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta futura li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li għandu jkun anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea;

6.  Hu determinat li jeżamina kull proposta futura ta' dan it-tip permezz tal-proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 u b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża.

Emenda  1

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Premessa 7

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

7) Jeħtieġ li tissaħħaħ il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li l-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u tal-Eurojust jitħallew jikkomunikaw għal dan il-fini kulmeta jkun meħtieġ, direttament u b'mod aktar effiċjenti permezz ta' netwerks siguri ta' telekomunikazzjonijiet,

(7) Jeħtieġ li tissaħħaħ il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li l-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u tal-Eurojust jitħallew jikkomunikaw għal dan il-fini kulmeta jkun meħtieġ, direttament u b'mod aktar effiċjenti permezz ta' konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet,

Emenda  2

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

(7a) F'dak li jirrigwarda l-ipproċessar ta' data personali, għandha tapplika d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill (xx/xx) dwar il-Protezzjoni ta' Data Personali Proċessata fil-Qafas tal-Koperazzjoni bejn il-Pulizija u l-Ġudikatura f'Affarijiet Kriminali, li tipprevedi livell xieraq ta' protezzjoni tad-data. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu livell ta' protezzjoni ta' data personali fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali tat-28 ta' Jannar 1981 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001, u waqt li jagħmlu dan, għandhom iqisu lir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri li tirregola l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija, u li tapplika wkoll meta data ma tkunx proċessata awtomatikament.

Ġustifikazzjoni

Peress li data personali tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt rispettivi tal-Istati Membri, hemm bżonn li ssir referenza għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda  3

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

3. Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost il-punti ta' kuntatt, korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

3. Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost il-punti ta' kuntatt, korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew, u kif ukoll punt ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Punti ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni (dmirijiet deskritti fl-Artikolu 4(3c) (ġdid)) diġà jeżistu llum taħt it-terminu "korrispondenti nazzjonali". It-terminu "korrispondenti nazzjonali" issa qed jintuża għall-punti ta' kuntatt li jkollhom funzjonijiet ta' koordinazzjoni bħal ma jintuża għal punti ta' koordinazzjoni oħra wkoll (pereżempju, il-korrispondenti nazzjonali għall-affarijiet relatati mat-terroriżmu), ara l-Artikolu 4(3b) (ġdid).

Emenda  4

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punti ta' kuntatt tiegħu ikollhom funzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u konoxxenza adegwata ta' lingwa tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun tista' ssir komunikazzjoni mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn. Qabel jinħatar punt ta' kuntatt ġdid, l-Istati Membri jistgħu jiksbu l-opinjoni tal-korrispondenti internazzjonali.

4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punti ta' kuntatt tiegħu ikollhom funzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u konoxxenza adegwata ta' lingwa tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun tista' ssir komunikazzjoni mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn. Meta jagħżlu l-punti ta' kuntatt, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Linji Gwida għall-għażla tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

Ġustifikazzjoni

L-iffunzjonar tan-Network jiddependi fil-biċċa l-kbira tiegħu fuq il-kwalità tal-punti ta' kuntatt. Għalhekk l-Istati Membri huma mħeġġa biex josservaw il-kriterji msemmija fil-Linji Gwida meta jagħżlu l-punti ta' kuntatt.

Emenda  5

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kunsill

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti ta' kuntatt tagħhom għandhom riżorsi biżżejjed biex iwettqu b'mod adegwat il-ħidmiet tagħhom bħala punti ta' kuntatt.

Emenda  6

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

5. Meta l-maġistrati ta' kollegament imsemmijin fl-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI jkunu nħatru fi Stat Membru u jkollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 għall-punti ta' kuntatt, dawn għandhom ikunu marbutin man-Network Ġudizzjarju Ewropew u ma' netwerks siguri ta' telekomunikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kollegament f'kull każ, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat.

5. Meta l-maġistrati ta' kollegament imsemmijin fl-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI jkunu nħatru fi Stat Membru u jkollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 għall-punti ta' kuntatt, dawn għandhom ikunu marbutin man-Network Ġudizzjarju Ewropew u mal-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kollegament f'kull każ, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat.

Emenda  7

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 – paragrafu 7

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

7. In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkollu Segretarjat li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network, f'koperazzjoni u f'konsultazzjoni mal-Presidenza tal-Kunsill. Is-segretarjat jista' jirrappreżenta n-Netwerk, f'konsultazzjoni mal-Presidenza.

7. In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkollu Segretarjat li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network.

Ġustifikazzjoni

Il-mod kif inhu mqiegħed il-kliem jissuġerixxi li s-Segretarjat jista jitkellem f'isem in-Network Ġudizzjarju Ewropew u li jista' anke jieħu deċiżjonijiet li jorbtu għan-Network. Ikun biżżejjed li jiġi stabbilit li s-Segretarjat hu reponsabbli għall-amministrazzjoni tan-Network.

Emenda  8

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(b) għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7;

(b) għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6;

Emenda  9

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 3 – punt c

Test propost mill-Kunsill

Emenda

(c) għandu kontinwament jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni ta' sfond aġġornata, partikolarment permezz ta' network xieraq ta' telekomunikazzjonijiet, taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.

(c) għandu kontinwament jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni ta' sfond aġġornata, partikolarment permezz ta' strument tal-IT skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9, kif ukoll jipprovdi għal komunikazzjoni sigura f'konformità mal-Artikolu 10.

Emenda  10

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 – Titolu

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Funzjonijiet ta' punti ta' kuntatt li jinkludu l-korrispondent nazzjonali

Funzjonijiet tal-punti ta' kuntatt, tal-korrispondenti nazzjonali u tal-punti ta' kuntatt għall-informazzjoni

Emenda  11

Proposta għal Deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kunsill

Emenda

1. Il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom ikunu intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fl-azzjoni tal-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn f'pajjiżhom, għall-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn li jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.

1. Il-punti ta' kuntatt għandhom ikunu intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fl-azzjoni tal-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn f'pajjiżhom, għall-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn li jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.

Dawn jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri l-oħrajn, abbażi ta' ftehim bejn l-amministrazzjonijiet ikkonċernati.

Dawn jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri l-oħrajn sabiex jippermettu l-iskambju ta' esperjenzi u problemi utli, speċjalment rigward l-operat tan-netwerk fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  12

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

2. Il-punti ta' kuntatt, li jinkludu l-korrispondent nazzjonali, għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġuridika u prattika meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali f'pajjiżhom, lill-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu jħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.

2. Il-punti ta' kuntatt għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġuridika u prattika meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali f'pajjiżhom, lill-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu jħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.

Emenda  13

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

3. Fil-livell rispettiv tagħhom il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tagħhom, f'koperazzjoni man-Network ta' Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.

3. Fil-livell rispettiv tagħhom il-punti ta' kuntatt għandhom ikunu involuti u jippromwovu l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom, meta jkun xieraq f'koperazzjoni man-Network ta' Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li l-punti ta' kuntatt ikunu involuti fis-sessjonijiet ta' taħriġ sabiex in-Network isir iktar magħruf u jintuża aktar. Imma, fl-istess ħin, il-mod kif jagħmlu dan għandu jitħalla għad-diskrezzjoni tal-punti ta' kuntatt rispettivi.

Emenda  14

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

3a. Il-punti ta' kuntatt għandhom itejbu l-kordinazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-każi meta sensiela ta' talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fi Stat Membru joħolqu l-ħtieġa ta' azzjoni kkordinata fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu joriġina mill-Artikolu 4(3) tal-Azzjoni Konġunta 98/428/JHA li toħloq in-Network Ġudizzjarju Ewropew Peress li jiddeskrivi wieħed mid-dmirjiet ewlenin tan-Network, hu essenzjali li jiġi inkluż f'din id-Deċiżjoni.

Emenda  15

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 - paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

3b. Il-korrispondenti nazzjonali, apparti d-dmirijiet tagħhom bħala punti ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3a, għandhom:

 

(a) ikun responsabbli, fl-Istat Membru tagħhom, għal kwistjonijiet relatati mal-iffunzjonar intern tan-network, inkluża l-koordinazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni u t-tweġibiet maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

 

(b) ikunu responsabbli għall-kuntatti mas-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, inkluż għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat imsemmijin fl-Artikolu 6;

 

(c) meta jintalbu mill-Istat Membru rispettiv, jagħtu opinjoni dwar il-ħatra ta' punti ta' kuntatt ġodda.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiġu stabbiliti d-dmirijiet tal-korrispondenti nazzjonali.

Emenda  16

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 4 – paragrafu 3 c (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

3c. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni, apparti d-dmirijiet tagħhom bħala punt ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3a, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata ma' l-Istati Membri tagħhom u msemmijin fl-Artikolu 8 tiġi pprovduta u aġġornata bi qbil ma' l-Artikolu 9.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 2(3).

Emenda  17

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 – Titolu

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Fini tal-laqgħat perjodiċi

tal-punti ta' kuntatt

Laqgħat tal-Plenarja

tal-punti ta' kuntatt

Emenda  18

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

1. L-għanijiet tal-laqgħat perjodiċi tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, li għalihom għandhom jiġu mistiedna mill-inqas żewġ punti ta' kuntatt minn kull Stat Membru, għandhom ikunu kif ġej:

1. L-għanijiet tal-laqgħat plenarji tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, li għalihom għandhom jiġu mistiedna mill-inqas tliet punti ta' kuntatt minn kull Stat Membru, għandhom ikunu kif ġej:

Emenda  19

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

2a. Il-laqgħat plenarji għandhom jiġu organizzati b'mod regolari mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Darba fis-sena tista' tiġi organizzata laqgħa fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. Għandhom jiġu mistiedna żewġ punti ta' kuntatt għal-laqgħat li jkunu organizzati fil-bini tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut ta' din l-emenda ttieħed mill-Artikolu 7. Jidher li jkun xieraq li l-iskop u l-post għal dawn il-laqgħat jiġu stabbiliti flimkien f'Artikolu wieħed.

Emenda  20

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 5 - paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

2b. Madankollu, jistgħu jiġu organizzati laqgħat alternattivi fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li l-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri kollha jiltaqgħu ma l-awtoritajiet tal-Istat ospitanti minbarra mal-punti ta' kuntatt tiegħu u jżuru korpi speċifiċi f'dak l-Istat b'responsabbilitajiet fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti forom ta' kriminalità serja.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut ta' din l-emenda ttieħed mill-Artikolu 7. Jidher li jkun xieraq li l-iskop u l-post għal dawn il-laqgħat jiġu stabbiliti flimkien f'Artikolu wieħed.

Emenda  21

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 6 – Titolu

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Frekwenza tal-laqgħat plenarji

Laqgħat tal-korrispondenti nazzjonali

Emenda  22

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 6

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Il-plenarja tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, magħmula mill-korrispondenti nazzjonali, għandha tiltaqa' perjodikament fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba f'sena u skond kif il-membri tagħha jqisu meħtieġ, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li għandha tieħu wkoll kont tax-xewqat ta' l-Istati Membri li n-Network jiltaqa'.

Il-korrispondenti nazzjonali, għandhom jiltaqgħu perjodikament fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba f'sena u skont kif iħossu l-bżonn, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li għandha tieħu wkoll kont tax-xewqat tal-Istati Membri li n-Network jiltaqa'. Matul dawn il-laqgħat kwistjonijiet relatati mal-ħidmiet tagħhom skond l-Artikolu 4(3b) għandhom jiġu diskussi, inkluża l-kwistjoni ta' kif l-aċċess għas-sigurtà tat-telekomunikazzjoni tista' tkun ottimizzata u pprovduta għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Emenda  23

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 7

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Post tal-laqgħat

 

1. Il-laqgħat jistgħu jsiru fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, skond id-dispożizzjonijiet stabiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.

 

2. Madankollu, jistgħu jsiru laqgħat alternattivi fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li l-punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri kollha jiltaqgħu ma l-awtoritajiet ta' l-Istat ospitanti minbarra mal-punti ta' kuntatt tiegħu u jżuru korpi speċifiċi f'dak l-Istat b'responsabbilitajiet fil-kuntest tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti forom ta' kriminalità serja.

 

Ġustifikazzjoni

Imċaqalaq għall-Artikolu 5.

Emenda  24

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 8 – Titolu

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Kontenut ta' l-informazzjoni disseminata

fi ħdan in-Network Ġudizzjarju Ewropew

Informazzjoni pprovduta

min-Network Ġudizzjarju Ewropew

Emenda  25

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 8 – parti introduttorja

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja għall-punti ta' kuntatt u għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti:

Is-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja għall-punti ta' kuntatt u għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti:

Emenda  26

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 8 – punt 2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

2) għodda ta' l-IT li tippermetti lill-awtorità emittenti ta' Stat Membru sabiex tidentifika l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor li għandha tirċievi u tesegwixxi t-talba tiegħu għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka;

(2) informazzjoni li tippermetti lill-awtorità emittenti ta' Stat Membru sabiex tidentifika l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor li għandha tirċievi u tesegwixxi t-talba tiegħu għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka permezz ta' għodda informatika;

Emenda  27

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

(b) jiġi stabbilit network sigur ta' telekomunikazzjonijiet għall-ħidma operattiva tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew

(b) jiġu stabbiliti konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet għall-ħidma operattiva tan-Network Ġudizzjarju Ewropew;

Ġustifikazzjoni

Peress li d-data li qed tiġi skambjata ma teħtieġx l-ogħla livell possibbli ta' sigurtà, hu biżżejjed li jiġu previsti konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni minflok network ta' telekomunikazzjoni sħiħ. Imma hu essenzjali li l-awtoritajiet ġudizzjarji kollha jkunu inklużi, u mhux biss il-punti ta' kuntatt. Għandu jiġu żgurat, anke fuq dan il-livell, li tista' tintuża telekomunikazzjoni sigura peress li, f'dan il-livell, hija l-istess tip ta' data li qed tiġi skambjata.

Emenda  28

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

(c) in-network sigur ta' komunikazzjoni jagħmel possibbli l-fluss ta' data u tat-talbiet kollha għal koperazzjoni ġuridika bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejniethom u l-membri nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali ta' l-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust.

(c) il-konnessjonijiet siguri ta' komunikazzjoni jagħmlu possibbli l-fluss ta' data u tat-talbiet kollha għal koperazzjoni ġuridika bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejniethom u l-membri nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust.

Emenda  29

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

2) In-network sigur ta' komunikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll mill-korrispondenti nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali għal materji terroristiċi, il-membri nazzjonali ta' l-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust għall-ħidma operattiva tagħhom. Jistgħu jkunu konnessi mas-Sistema tal-Ġestjoni ta' Każijiet tal-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.

2. Il-konnessjonijiet siguri ta' komunikazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw ukoll mill-korrispondenti nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali għal affarijiet relatati mat-terroriżmu, il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust għall-ħidma operattiva tagħhom. Jistgħu jkunu konnessi mas-Sistema tal-Ġestjoni ta' Każijiet tal-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.

Emenda  30

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

2a. L-użu ta' telekomunikazzjonijiet siguri ma jipprekludix kuntatti diretti bejn punti ta' kuntatt jew bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda  31

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

(a) L-Eurojust għandu jkollha aċċess għal informazzjoni ċentralizzata min-Network Ġudizzjarju Ewropew skond l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni u għan-network sigura ta' telekomunikazzjoni stabbilita taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.

(a) L-Eurojust għandu jkollha aċċess għal informazzjoni ċentralizzata min-Network Ġudizzjarju Ewropew skont l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni u għall-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni stabbiliti taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  32

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

(b) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar l-Eurojust u skond l-Artikolu 4(4) ta' din id-Deċiżjoni, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-Eurojust dwar każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri u dwar il-qasam ta' kompetenza ta' l-Eurojust:

(b) apparti l-obbligu li l-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-Eurojust kif stipulat fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar il-Eurojust, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-membru nazzjonali tal-Eurojust bil-każijiet l-oħra kollha li għalihom il-Eurojust meqjusa li tkun f'pożizzjoni aħjar biex tindirizzahom.

– f'każijiet fejn x'aktarx ikun hemm konflitti ta' ġurisdizzjoni

 

jew

 

– f'każijiet ta' rifjut ta' talba għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Jidher li jkun biżżejjed jekk l-Eurojust u n-Network Ġudizzjarju Ewropew jinfurmaw lil xulxin meta jkunu tal-opinjoni li l-entità l-oħra tkun f'pożizzjoni aħjar biex tittratta l-każ. Għalhekk, m'hemm l-ebda bżonn li jiġu identifikati sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom in-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkun obbligat li jinforma l-Eurojust. Għandu jiġi evitat li l-proċedura ssir kumplikata, imtawla u ineffiċjenti wisq.

Emenda  33

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

(c) Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom jinfurmaw ukoll lill-Eurojust, abbażi ta' każijiet individwali, dwar il-każijiet kollha li jaqgħu fil-qasam ta' kompetenza ta' l-Eurojust u li jinvolvu mill-inqas tliet Stati Membri.

imħassar

Emenda  34

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

(f) il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jattendu għal laqgħat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fuq l-istedina ta' dan tal-aħħar. Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jiġu mistiedna abbażi ta' każijiet individwali sabiex jattendu l-laqgħat ta' l-Eurojust.

(f) il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jattendu għal laqgħat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fuq l-istedina ta' dan tal-aħħar. Bl-istess mod, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jattendu għal laqgħat tal-Eurojust fuq l-istedina tiegħu.

Emenda  35

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Protezzjoni tad-data

 

1. Meta data personali tkun skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti jew bejn il-punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri, dawn għandhom jiżguraw li:

 

– l-awtorità kompetenti li tirċievi d-data għandha tipproċessaha biss għall-iskopijiet li għalihom ġiet ipprovduta d-data;

 

– jittieħdu passi biex jiġi żgurat li d-data personali tkun protetta b'mod effettiv kontra qerda aċċidentali jew mhux awtorizzata, telf aċċidentali, aċċess mhux awtorizzat, alterazzjoni mhux awtorizzata jew aċċidentali u żvelar mhux awtorizzat.

 

2. Kategoriji speċifiċi ta' data (data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija ma' partit jew trade union, orjentazzjoni sesswali jew saħħa jew data relatata ma' reati, kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà) għandhom jiġu pproċessati biss meta jkun strettament meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F'dak il-każ, għandhom jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali, bħal:

 

– aċċess għad-data konċernata għal ħadd ħlief għal dak l-istaff li hu responsabbli għat-twettiq tal-ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar;

 

– qlib tad-data f'kodiċi b'saħħtu għat-trażmissjoni;

 

– żamma tad-data għal mhux iktar minn kemm hemm bżonn biex l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt iwettqu dmirijithom.

Ġustifikazzjoni

In-Network Ġudizzjarju Ewropew jiffaċilita l-kuntatti diretti u l-iskambju ta' data bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja.

Għalhekk, għandu jiġi żgurat li jiġi osservat ċertu livell ta' protezzjoni tad-data u li jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali meta jiġu skambjati kategoriji ta' data speċifiċi - sensittivi - li ta' spiss ikun il-każ meta tintalab assistenza legali.

Peress li - s'issa - m'hemm l-ebda strument legali fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali, hemm bżonn li jkun hemm dispożizzjoni għall-protezzjoni tad-data f'dan it-test.

Emenda  36

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 12

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Rappurtar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

 

Id-Direttur Amministrattiv ta' l-Eurojust u l-Presidenza tal-Kunsill, għandhom jirrapportaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-kitba kull sentejn dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni, inkluż il-ġestjoni baġitarja, tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. Għal dak il-għan, il-Presidenza għandha tħejji rapport bi-annwali dwar l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u dwar kwalunkwe problema ta' politika kriminali fl-Unjoni enfasizzata b'riżultat ta' l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F'dak ir-rapport, in-Network Ġudizzjarju Ewropew, permezz tal-Presidenza, jista' jagħmel proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. In-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' jippreżenta wkoll kwalunkwe rapport jew kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew li jistgħu jkunu meħtieġa mill-Kunsill jew mill-Presidenza.

 

Ġustifikazzjoni

Parzjalment imċaqalaq għall-Artikolu 15.

Emenda  37

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 15 – Titolu

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

Evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew

Rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew

Emenda  38

Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża

Artikolu 15

Test propost mir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża

Emenda

 

1. In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jirraporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub kull tieni sena dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni tiegħu, inkluża l-ġestjoni baġitarja tiegħu. Fir-rapport tiegħu, in-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' wkoll jindika kwalunkwe problema fil-qasam tal-politika kriminali li ġiet enfasizzata bħala riżultat ta' l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u jista' wkoll jagħmel proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali.

 

2. In-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' jippreżenta wkoll kwalunkwe rapport jew jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew li jistgħu jintalbu mill-Kunsill.

Kull erba' snin, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' rapport imfassal mill-Kummissjoni, f'koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew.

3. Kull erba' snin, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' rapport imfassal mill-Kummissjoni, f'koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Jagħmel aktar sens li r-rapport dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni jitfassal min-Network Ġudizzjarju Ewropew innifsu minflok mid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust. In-Network innifsu qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jidentifika problemi u biex anke jagħmel proposti fuq it-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja. Dan ir-rapport ukoll għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew.


NOTA SPJEGATTIVA

In-Network Ġudizzjarju Ewropew kien stabbilit permezz ta' Azzjoni Konġunta fid-29 ta' Ġunju 1998. L-EJN huwa netwerk ta' awtoritajiet ċentrali responsabbli għall-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jew oħrajn b'responsabilitajiet speċifiċi fi ħdan il-kuntest tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali. Kull Stat Membru jinnomina punti ta' kuntatt li jipprovdu għal tagħrif prattiku u legali u jistabbilixxi kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji u oħrajn tal-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri.

Wara disa' snin ta' eżistenza, in-Network Ġudizzjarju Ewropew wera li hu sistema utli ħafna fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali. L-effiċjenza u s-suċċess tan-Network Ġudizzjarju Ewropew huma bbażati fuq il-flessibilità tiegħu. Għalhekk ġie deċiż li, fil-proposta, tinżamm il-flessibilità tan-network.

Peress li n-network ġie stabbilit kważi għaxar snin ilu, l-istruttura żviluppat u għalhekk issa hemm bżonn li l-att leġiżlattiv jiġi adattat bl-istess mod. Il-proposta tissostitwixxi kompletament il-qafas legali eżistenti bi strument ġdid. Madankollu, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tal-Azzjoni Konġunta qed jinżammu fil-proposta u ħafna Artikoli ġew inkorporati bla tibdil.

Il-proposta tirrifletti b'mod wiesa' l-prassi attwali tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

Punti ewlenin tal-proposta:

1. Ħolqien tal-korrispondenti nazzjonali tan-Network Ġudizzjarju Ewropew

Sabiex jiġi żgurat li l-iffunzjonar intern bla problemi tal-punti ta' kuntatt nazzjonali, hemm bżonn li jinħatar punt ta' kuntatt wieħed bħala korrispondent nazzjonali biex jikkoordina l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-livell nazzjonali.

2. Kjarifika tar-relazzjoni ma' l-Eurojust

Qed jiġi propost li ż-żewġ entitajiet - l-Eurojust u n-Network Ġudizzjarju Ewropew - jinżammu peress li wrew l-irwol essenzjali tagħhom fil-koperazzjoni ġudizzjarja. Madankollu, hemm bżonn li tiġi ċċarata r-relazzjoni tagħhom li għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' koperazzjoni u kumplimentarjetà. Għalhekk, il-proposta tistipula obbligi reċiproki ta' informazzjoni għan-Network Ġudizzjarju Ewropew (u anke għall-Eurojust) fil-każ li jkun hemm każijiet li jkunu qed jiġu ttrattati min-Network Ġudizzjarju Ewropew u mill-Eurojust.

3. Ħolqien ta' network sigur ta' telekomunikazzjoni.

Il-proposta tbassar il-ħolqien ta' network sigur ta' telekomunikazzjoni peress li l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom bżonn ta' għodda sigura ta' telekomunikazzjoni li permezz tagħha jistgħu jikkuntatjaw lil xulxin u jibagħtu talbiet għal assistenza legali.

4. Enfasi fuq taħriġ ġudizzjarju

Biex is-sistema ġudizzjarja tiffunzjona b'mod effiċjenti, hu kruċjali li jiġu żgurat livell xieraq ta' taħriġ ġudizzjarju. Għalhekk, il-proposta tinkludi paragrafu ġdid li jenfasizza l-irwol tal-punti ta' kuntatt fit-taħriġ ġudizzjarju.

Pożizzjoni tar-rapporteur:

Ir-rapporteur tagħkom hi tal-fehma li n-Network Ġudizzjarju Ewropew wera li qed jiffunzjona tajjeb ħafna f'dawn l-aħħar snin u għalhekk regoli addizzjonali għandhom jiġu stipulati fejn ikun hemm bżonn biss. Is-saħħa tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, l-istruttura deċentralizzata flessibbli tiegħu m'għandhiex tintmess.

B'konsegwenza ta' dan, ħafna mill-emendi proposti għandhom l-għan li jikkodifikaw dak li prinċipalment diġà qed jitwettaq fil-prattika (dispożizzjonijiet dwar il-korrispondenti nazzjonali u dmirijiethom, il-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni u dmirijithom, il-post u l-iskop tal-laqgħat tan-Network, eċċ.).

L-innovazzjonijiet qed jiddaħħlu bl-intenzjoni li t-telekomunikazzjoni ssir sigura. Ladarba qed isir skambju ta' data personali - sensittiva - huwa essenzjali li jkun hemm sistema f'postha li tippermetti l-użu sigur tal-konnessjonijiet tat-telekomunikazzjoni biex id-data tkun tista' tiġi trażmessa b'mod sigur minn Stat Membru għall-ieħor. Għandu jkun kkunsidrat ukoll li l-awtoritajiet kompetenti kollha li għandhom responsabilitajiet fil-kuntest tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali (mhux biss il-punti ta' kuntatt) jkollhom aċċess għal telekomunikazzjoni sigura ladarba dawn l-awtoritajiet jistgħu jikkuntattjaw direttament ukoll lill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor u jibagħtu talbiet għal assistenza legali (eż. jibagħtu Mandat ta' Arrest Ewropew, inklużi l-marki tas-swaba).

Ir-rapporteur tagħkom taħseb ukoll li għandha ssir referenza għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data li japplikaw meta l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt jiskambjaw data personali: id-Deċiżjoni Qafas 'futura' tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni ta' Data Personali Proċessata fil-Qafas tal-Koperazzjoni bejn il-Pulizija u l-Ġudikatura f'Affarijiet Kriminali, il-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001 u r-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri li tirregola l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija, anke meta data ma tiġix ipproċessata awtomatikament. Peress li din tal-ewwel għadha ma daħlitx fis-seħħ u r-regoli ta' din tal-aħħar m'humiex liġi tal-Unjoni Ewropea, jidher xieraq li jiddaħħal artikolu dwar il-protezzjoni tad-data f'din id-Deċiżjoni fir-rigward tar-regoli dwar protezzjoni bażika (limitazzjoni ta' skop, sigurtà fiżika tad-data) u ta' salvagwardji addizzjonali meta jkunu qed jiġu skambjati kategoriji ta' data speċifiċi – sensittivi (bħal data relatata ma' reati jew kundanni kriminali).

Rigward it-trażmissjoni ta' tagħrif dwar każijiet speċifiċi bejn l-EJN u l-Eurojust ir-regola ġenerali dwar meta u liema informazzjoni għadha tiġi trażmessa lill-Eurojust tista' tinstab fl-Art. 13 tal-2008/../JHA (id-Deċiżjoni-Eurojust). Dan japplika wkoll għall-punti ta' kuntatt tal-EJN. Madankollu għandu jkun hemm l-obbligu addizzjonali li l-EJN dejjem tinforma lill-Eurojust dwar każ - anki jekk il-kundizzjonijiet tal-Art. 13 2008/.../JHA ma jiġux irrispettati - meta l-punti ta' kuntatt tal-EJN jirrealizzaw li l-każ ikun jista' jiġi indirizzat aħjar mill-Eurojust. Dan japplika wkoll għall-Eurojust meta jkun hemm każ li jkun jista' jiġi indirizzat aħjar mill-EJN.

Bl-intenzjoni li jsir rapport dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni tan-Network, rapport ta' dan it-tip għandu jitfassal min-Network Ġudizzjarju Ewropew, peress li n-Network innifsu qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jidentifika problemi u anke biex jagħmel proposti dwar it-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja. Anke dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament sabiex ikun jista' jissodisfa l-irwol u d-dmirijiet li ngħatawlu mit-Trattati.

Emenda importanti oħra tikkonċerna n-nomina tal-punti ta' kuntatt. L-iffunzjonar tan-Network jiddependi fil-biċċa l-kbira tiegħu fuq l-iffunzjonar tal-punti ta' kuntatt. Hu għalhekk essenzjali li l-punti ta' kuntatt jilħqu ċertu kriterju, li huma stipulati fil-Linji Gwida għall-għażla tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, sabiex ikunu jistgħu jwettqu dmirijithom kif suppost.


PROĊEDURA

Titolu

Netwerk Ġudizzjarju Ewropew

Referenzi

05620/2008 – C6-0074/2008 – 2008/0802(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.2.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.2.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sylvia-Yvonne Kaufmann

27.2.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

27.2.2008

8.4.2008

24.6.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

24.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Emine Bozkurt, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Inger Segelström, Vladimir Urutchev, Manfred Weber, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Edit Bauer, Evelyne Gebhardt, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Nicolae Vlad Popa

Avviż legali - Politika tal-privatezza