RAPPORT dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità

16.7.2008 - (COM(2008)0172 – C6‑0182/2008 – 2008/0067(CNS)) - *

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Esko Seppänen

Proċedura : 2008/0067(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0317/2008
Testi mressqa :
A6-0317/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità

(COM(2008)0172 – C6‑0182/2008 – 2008/0067(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2008)0172),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0182/2008),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ Frar 2008 dwar Strategija ta’ l-UE għall-Ażja Ċentrali¹.

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar l-Istrateġija ta’ l-UE għal Sħubija ġdida ma’ l-Ażja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew bejn il-21 u t-22 ta' Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra l-każ C-155/07 li għadu pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6‑0317/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha, f’każ li d-Deċiżjoni 2006/1016/KE li bħalissa qiegħda pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tiġi mħassra;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Hemm ħtieġa rikonoxxuta li s-self mill-BEI fl-Ażja Ċentrali jagħti attenzjoni partikulari lill-proġetti tal-provvista u t-trasport ta' l-enerġija li jaqdu l-interessi ta' l-UE f'dan il-qasam.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3bFir-rigward tal-proġetti tal-provvista u t-trasport ta' l-enerġija, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-politika ta' l-UE dwar id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija u r-rekwiżiti ta' Kyoto, kif ukoll dwar it-titjib tal-ħarsien ta' l-ambjen, u għandhom jappoġġjawhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex id-deċiżjoni tkun taqbel ma' l-għanijiet politiċi ta' l-UE dwar il-klima u l-ambjent u mal-ftehimiet iffirmati mill-KE jew mill-Istati Membri tagħha fil-qafas tal-UNFCCC. Hu importanti li l-istrateġija reġjonali tal-BEI, u l-proġetti individwali, ikunu evalwati bi kriterji ċari li jirriflettu l-valuri Ewropej u l-impenji internazzjonali.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) L-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti mal-politiki esterni ta’ l-UE u għandhom jappoġġjawhom , inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, l-objettiv tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehimiet internazzjonali dwar l-ambjent li tagħhom huma partijiet il-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha.

Ġustifikazzjoni

Biex taqbel ma' l-Artikolu 181a tat-Trattat, li jipprovdi waħda mill-bażijiet legali għal din il-proposta u mal-ftehimiet ambjentali internazzjonali pertinenti ffirmati mill-KE jew mill-Istati Membri tagħha. Hu importanti li l-istrateġija reġjonali tal-BEI, u l-proġetti individwali, ikunu evalwati bi kriterji ċari li jirriflettu l-valuri Ewropej.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d) Il-BEI għandu jiżgura li l-proġetti individwali jkunu suġġetti għal Evalwazzjoni tal-Impatt fuq is- Sostenibilità m b'mod indipendenti mill-isponsors tal-proġett u mill-BEI.

Ġustifikazzjoni

Proġetti individwali, b'mod speċjali f'reġjun b'rati għolja u serji ta' problemi ambjentali bħall-Ażja Ċentrali, għandhom ikunu suġġetti għal Evalwazzjonijiet ta' l-Impatt fuq is-Sostenibilità sabiex ikunu identifikati l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom u biex ikunu proposti miżuri oħra biex ikunu mmassimizzati l-impatti pożittivi u mminimizzati dawk negattivi. Evalwazzjonijiet bħal dawn għandhom joffru trasparenza akbar għal dawk li jistgħu jkunu effettwati b'mod dirett.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali, u b'mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-EIB;

Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali, u b'mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-EIB; madankollu għandu jkun hemm kundizzjonijiet minn qabel għall-eliġibilità tagħhom għas-self mill-BEI: dawn il-pajjiżi għandhom juru progress ċar fl-istabbiliment ta' l-istat tad-dritt, il-libertà tal-kelma u tal-medja libertà ta' l-NGOs u li jintlaħqu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp kif stipulat fil-Ftehimiet ta' Sħubija u Koperazzjoni ta' l-UE; huma m'għandhomx ikunu suġġetti għas-sanzjonijiet ta' l-UE marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jridu jkunu wrew progress fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif speċifikat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar strateġija ta' l-UE għall-Ażja Ċentrali¹.

___________________

¹Testi Adottati, P6_TA(2008)0059.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-attivitajiet ta' self għandhom jappoġġjaw l-għan tal-politika ta' l-UE li tippromwovi l-istabbilità fir-reġjun.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Il-ftehima ta' garanzija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, kif prevista fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE, għandha tistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati relatati mal-garanzija Komunitarja u għandu jkollha kundizzjonijiet b'livelli ċari dwar ir-rispett tad-drittijiet umani.

 

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħad qabel xejn li l-għanijiet tal-politika ta' l-UE rigward id-drittijiet tal-bniedem m'għandhomx jiddgħajfu bil-garanziji Komunitarji għal self mill-BEI lill-pajjiżi. Ftehima interim bejn l-UE u t-Turkmenistan dwar il-kummerċ u kwistjonijiet marbuta miegħu ilha pendenti sa mill-2006, minħabba akkużi ta' ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali f'dan il-pajjiż. L-operazzjonijiet tal-EBRD f'dan il-pajjiż huma mmirati lejn il-promozzjoni ta' l-attivitajiet tas-settur privat, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-SMEs u l-mikro-finanzjament sakemm ikun jista' jintwera li l-investimenti proposti ma jkunux effettivament ikkontrollati mill-istat. Is-self tal-BEI għandu jkun ibbażat fuq l-istess prinċipji.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1b

 

Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mibgħuta mill-BEI, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni u rapport, kull sena, li għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI imwettqa skond din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni tal-kontribut ta' l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE u b'mod speċjali l-kontribut għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, l-għan tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-osservanza tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li tagħhom huma firmatarji l-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha.

Ġustifikazzjoni

Biex taqbel ma' l-Artikolu 181a tat-Trattat, li jipprovdi waħda mill-bażijiet legali għal din il-proposta u mal-ftehimiet ambjentali internazzjonali pertinenti ffirmati mill-KE jew mill-Istati Membri tagħha. Hu importanti li l-istrateġija reġjonali tal-BEI, u l-proġetti individwali, ikunu evalwati bi kriterji ċari li jirriflettu l-valuri Ewropej.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1c

 

Il-BEI għandu jiżgura li l-ftehimiet ta' qafas bejn il-Bank u l-pajjiżi kkonċernati jkunu disponibbli għall-pubbliku u li tagħrif oġġettiv xieraq u f'waqtu jkun disponibbli biex il-pubbliku jkun jista' jieħu sehem sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet ta' qafas bejn il-bank u l-pajjiżi rispettivi ta' l-Ażja Ċentrali għandhom ikunu suġġetti għal standards aktar għolja ta' trasparenza sabiex jiġu promossi l-proċess demokratiku u s-sehem tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan jista' jkun il-valur miżjud reali ta' l-investimenti tal-BEI għall-proċess ta' demokratizzazzjoni fl-Ażja Ċentrali.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Din il-proposta titratta l-eliġibilità tal-ħames pajjiżi ta’ l-Ażja Ċentrali għall-iffinanzjar tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) taħt garanzija Komunitarja, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE.

Din il-proposta hija l-ewwel waħda li mmodifikat il-lista ta’ pajjiżi eliġibbli għall-iffinanzjar tal-BEI taħt garanzija Komunitarja minn mindu d-deċiżjoni ġiet adottata mill-Kunsill fl-2006.

Bażi ġuridika

Ir-rapporteur jixtieq ifakkar li, matul il-proċedura leġiżlattiva (2006/0107(CNS)) għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-BEI kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità, tqajmet il-kwistjoni tal-bażi legali.

Il-Parlament Ewropew qajjem dubju dwar ir-rilevanza ta’ l-Artikolu 181a tat-Trattat bħala bażi legali u ppropona bażi legali doppja, l-Artikolu 181a flimkien ma’ l-Artikolu 179 (koperazzjoni għall-iżvilupp, skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni), billi ħafna pajjiżi eliġibbli skond l-Anness 1 huma pajjiżi li qed jiżviluppaw skond il-lista ta’ l-OECD.

Bħala konsegwenza, il-Parlament ikkontesta l-għażla tal-bażi legali fil-Qorti tal-Ġustizzja (kawża C-155/07), u sostna li, bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw, iż-żewġ artikoli għandhom japplikaw (l-Artikolu 179 għandu ta’ l-anqas japplika meta jirreferi għal dawk il-pajjiżi eliġibbli li huma wkoll pajjiżi li qed jiżviluppaw). Madanakollu, il-Parlament irrikonoxxa li d-Deċiżjoni 2006/1016/KE kienet valida sakemm ma’ tkunx ġiet imħassra mill-Qorti.

Il-kawża C-155/07 għadha pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja. Is-smigħ sar fl-14 ta’ Mejju 2008. L-opinjoni ta’ l-Avukat Ġenerali, li mhix vinkolanti iżda li tagħti indikazzjoni dwar il-possibilitjiet tal-Parlament li jirbaħ il-kawża, hija skedata għas-26 ta’ Ġunju, u s-sentenza tingħata wara.

Ir-rapporteur jemmen li l-Parlament m’għandux jemenda l-bażi legali tal-proposta (l-Artikolu 181, li huwa validu skond il-liġi kif inhi bħalissa) u, fid-dawl ta’ koperazzjoni leali bejn l-Istituzzjonijiet, għandu jistenna s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr ma jipprova jimblokka, b’mezzi legali jew proċedurali, l-adozzjoni tal-proposta.

Ammont finanzjarju massimu

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-2006 tipprovdi għal ammonti finanzjarji massimi għall-operazzjonijiet ta’ ffinanzjar ta’ l-BEI mqassma fuq reġjuni wisgħin. Skond l-Artikolu 1 (c) (ii), l-Ażja ġiet allokata ammont massimu ta’ EUR 1 biljun. Dan is-sotto-livell massimu għall-Ażja ma jistax jinbidel mingħajr ma tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-BEI ġie kkonsultat dwar din il-proposta u ma sab ebda oġġezzjoni, speċjalment fir-rigward ta’ l-ammont massimu.

F’każ li s-sotto-livell għall-Ażja jinstab li mhux biżżejjed għall-operazzjonijiet ta’ ffinanzjar fir-reġjun u speċjalment fil-ħames pajjiżi li jsiru eliġibbli għas-self mingħand l-BEI taħt garanzija Komunitarja, jew f’każ li kwalunkwe sotto-livell ieħor ma jkunx adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi f’xi reġjun ieħor li qed jiżviluppa, ir-reviżjoni ta’ nofs iż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tista’ toħloq opportunità għal aġġustament.

Fil-fatt, skond l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sat-30 ta’ Ġunju 2010l-aktar tard, reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni u għandha tipproponi, jekk meħtieġ, li tibdilha. Ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Lulju 2013 l-aktar tard.

Kemm hu xieraq li l-pajjiżi ta’ l-Ażja Ċentrali jingħataw l-eliġibilità:

Il-ħames pajjiżi ta’ l-Ażja Ċentrali diġà kienu elenkati bħala pajjiżi eliġibbli fl-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-2006, iżda kienu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Kunsill, skond l-Artikolu 2(2), wara evalwazzjoni politika u makro-ekonomika.

Waqt il-laqgħa tiegħu bejn il-21 u t-22 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill Ewropew adotta Strateġija ta’ l-UE għal sħubija ġdida ma’ l-Ażja Ċentrali, bħala qafas għal aktar koperazzjoni u għal koperazzjoni msaħħa ma’ dawn il-pajjiżi. Il-Kunsill Ewropew saħaq, inter alia, li “L-BEI għandu jkollu rwol importanti fl-iffinanzjar ta' proġetti ta' interess għall-UE fl-Ażja Ċentrali".

Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-20 ta' Frar 2008 (2007/2102(INI))¹, il-Parlament ħeġġeġ “lil Kunsill sabiex jawtorizza lill-EIB sabiex jestendi l-appoġġ ta’ kreditu lill-Ażja Ċentrali, b’koperazzjoni mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, li diġà huwa attiv fir-reġjun”.

Fil-proposta tagħha għal Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Anness tagħha, il-Kummissjoni tiżviluppa aktar ir-raġunijiet għala l-Ażja Ċentrali għandha tingħata l-eleġibilità għall-iffinanzjar ta’ l-BEI taħt garanzija Komunitarja: rendiment makro-ekonomiku għoli fir-reġjun, minkejja xi differenzi bejn il-pajjiżi; klima ta’ investiment aħjar, iżda bil-ħtieġa ta’ aktar sfrozi; l-importanza strateġika u enerġetika ta’ l-Ażja Ċentrali għall-UE li qed tfittex aktar stabilità fir-reġjun eċċ.

Mill-perspettiva strateġika, l-alternattiva kruċjali għar-rotot ta’ forniment ta’ enerġija li dawn il-pajjiżi jirrappreżentaw għall-Unjoni Ewropea għandha tiġu assigurata permezz ta’ proċess ta’ stabilizzazzjoni li huwa favorit minn din l-eliġibilità għal self taħt garanzija Komunitarja.

Madanakollu, ir-rapporteur jixtieq jesprimi l-kawtela tiegħu dwar kemm din l-eliġibilità hija xierqa. F’dan il-mument, dawn il-pajjiżi ma jissodisfaw l-anqas ir-rekwiżiti bażiċi tad-demokrazija, ta’ l-istat tad-dritt, tal-pluraliżmu politiku jew tal-libertà tal-midja, u żviluppi riċenti f’kull pajjiż minn dawn qajmu tħassib serju. Minkejja dan, l-eliġibilità ta’ dawn il-ħames pajjiżi, mogħtija lilhom bħala grupp ta’ pajjiżi sabiex titjieb l-istabilità fir-reġjun, għandha tiġi approvata.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI  (15.7.2008)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità
(COM(2008)0172 – C6‑0182/2008 – 2008/0067(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Alain Lipietz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-garanziji komunitarji għall-BEI kontra telf mis-self u l-garanziji għall-proġetti li jsiru barra l-Komunità huma strument importanti fl-appoġġ ta' l-objettivi tal-politika ekonomika u kummerċjali Ewropea fuq il-livell globali. Parti kbira mis-self tal-BEI jappoġġja lill-investiment ta' impriżi Ewropej barra mill-Ewropa, li imbagħad jikkontribwixxu fiż-żieda fil-kummerċ. Il-Parlament Ewropew ilu jsegwi l-attivitajiet globali tal-BEI sa mill-1999 permezz ta' Rapporti Annwali magħmula mill-Kumitat ECON li ħolqu spirtu eċċellenti ta' koperazzjoni mal-Bank. Fit-30 ta' Novembru 2006[1] il-Parlament Ewropew ressaq opinjoni dettaljata dwar il-Garanziji Komunitarji mogħtija lill-BEI.

Il-proposta tal-Kummissjoni lill-BEI, li tappella għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità ta' l-Ażja Ċentrali għall-iskema ta' garanziji Komunitarji, testendi l-lista ta' pajjiżi eliġibbli fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE anki lill-Każakhstan, Kyrgyzstan, Tajikistan, Turkmenistan u l-Użbekistan, b'hekk tpoġġi għad-dispożizzjoni sa biljun EUR f'kuntratti ta' self tal-BEI. Dan skond it-talba tal-Parlament Ewropew fl-opinjoni tiegħu dwar il-Garanziji Komunitarji lill-BEI. Dan huwa skond l-Istrateġija ta' l-UE għal sħubija ġdida ma' l-Ażja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007, fejn jingħad li l-"Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) għandu jkollu rwol importanti fil-finanzjament ta' proġetti ta' interess għall-UE fl-Ażja Ċentrali".

Il-fatt li s-self ta' l-BEI huwa fil-biċċa l-kbira u anki kollu garantit mill-Fond Komunitarju ta' Garanzija kontra s-Self (LGF) jagħti lok li l-Bank joffri kundizzjonijiet attraenti ħafna, għaliex ma jeħtieġx japplika t-tariffa normali kontra r-riskji. Dan is-sussiddju jirriżulta fi spejjeż marbuta mal-kreditu minn 1% sa 2% anqas mill-istandard tas-suq. Għalhekk, hija mistennija talba kbira għal krediti ta' l-BEI fir-reġjun ta' l-Ażja Ċentrali.

Ir-Rapporteur għal opinjoni jqis li l-garanzija Komunitarja lill-BEI għas-self lill-Ażja Ċentrali tistħoqq l-appoġġ tal-Parlament Ewropew sabiex il-fondi pubbliċi jitpoġġew fl-avvanzament ta' l-għanijiet tal-politiki ta' l-UE, bil-kundizzjoni li dawn l-għanijiet jiġu promossi b'mod koerenti. Bħalissa, dan mhux assigurat fil-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill:

· f'erbgħa minn ħames pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija ħafna aktar baxxa mill-istandards stipulati mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). B'mod partikulari, l-Użbekistan u t-Turkmenistan jiksru b'mod sistematiku d-drittijiet fundamentali u għandhom nuqqs totali ta' progress demokratiku. Fl-20 ta' Frar 2008 il-Parlament Ewropew ikkonferma l-appoġġ tiegħu għas-sanzjonijiet kontra l-Użbekistan imposti mill-UE. Enfasizza wkoll li t-Turkmenistan irid jagħmel progress fl-oqsma prinċipali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija sabiex l-UE tkun tista' tmexxi l-Ftehima Temporanja dwar kwistjonijiet Kummerċjali u marbuta mal-Kummerċ, bħall-investiment (2007/2102(INI)). Għaldaqstant, jappella sabiex ikun hemm differenza fil-politika ta' l-UE dwar l-approċċ tagħha fir-rigward tal-pajjiżi tar-reġjun sabiex, b'mod partikulari, ikunu msejsa fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'kull pajjiż. Minflok, il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmilx differenza fil-kriterji għas-self ta' l-BEI lill-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali;

· fl-20 ta' Frar 2008, il-Parlament Ewropew stieden ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex "jiżguraw li l-kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem għandu jkollhom l-istess importanza ma' l-pproċċ sħiħ ta' l-UE fil-qasam ta' l-enerġija, is-sigurtà u l-kummerċ". Minflok, il-Kummissjoni tipproponi konċentrazzjoni b'saħħitha fuq il-provvista ta' l-enerġija;

· il-"vantaġġ" ta' rati aktar baxxi għandu, bi prinċipju, jkun validu biss għa-self tal-BEI għal proġetti li għandhom, bħala prijorità, valur għoli u li jista' jitkejjel fl-avvanzar ta' l-objettivi tal-politika ta' l-UE, peress li l-baġit tal-fond tal-garanzija huwa limitat. Il-lista ta' objettivi għas-self tal-BEI garantit mill-Komunità lill-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali ma tinkludix b'mod konsistenti l-objettivi tal-politiki ta' l-UE u tagħti vantaġġ lill-proġetti fuq skala kbira, speċjalment fil-qasam tal-provvista ta' l-enerġija u t-trasport. Dan idgħajjef l-objettivi tal-politika ta' l-UE dwar id-diversifikazzjoni ta' l-għejun ta' l-enerġija u r-rekwiżiti ta' Kyoto u għalhekk għandu jkunu rrettifikat. Probabilment idgħajjef ukoll is-sejħa tal-Parlament Ewropew sabiex "jinqata' l-appoġġ pubbliku, permezz ta' l-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni u l-banek ta' investiment pubbliku, għall-proġetti mill-fjuwils tal-fossili", u t-talba tiegħu li "l-Bank Ewropew ta' l-Investiment iqis l-implikazzjonijiet tal-bidla fil-klima tal-proġetti ffinanzjati meta jagħti jew jiggarantixxi self u jimponi moratorju fuq il-finanzjament sakemm ikun hemm data suffiċjenti";[2]

· barra minn hekk, il-konċentrazzjoni qawwija fuq il-provvista ta' l-enerġija u t-trasport fis-self tal-BEI fl-Ażja Ċentrali tinjora l-evidenza tal-Bank Dinji u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li, bħala regola, proġetti fl-industrija ta' l-estrazzjoni, bil-kundizzjoni ta' nuqqas ta' prinċipji governattivi tajba f'pajjiżi foqra imma li għandhom ħafna riżorsi, iżidu l-faqar. L-iffukar fuq il-provvista ta' l-enerġija għalhekk idgħajjef l-Istrateġija ta' l-UE ta' Ġunju 2007 għal sħubija ġdida ma' l-Ażja Ċentrali, fejn it-tneħħija tal-faqar huwa deskritt bħala l-prijorità prinċipali ta' l-għajnuna bilaterali tal-Komunità Ewropea għall-perjodu 2007-2013. Peress li l-pajjiżi kollha ta' l-Ażja Ċentrali jikkwalifikaw għall-għajnuna mogħtija taħt id-DCI, ir-Rapporteur għal opinjoni huwa tal-fehma li s-self tal-BEI għandu jkun konsistenti mal-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-objettivi dominanti tiegħu, jiġifieri t-tneħħija tal-faqar u l-kisba ta' l-Objettivi ta' l-Iżvilupp għall-Millenju (MDGs).

Għandu jkun innutat li l-Kummissjoni tipproponi l-Artikolu 181a tat-Trattat dwar l-UE bħala l-bażi legali għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali skond id-Deċizjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-BEI kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra l-Komunità. Fir-rigward ta' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE, il-Parlament Ewropew ikkontensta l-preżentazzjoni tal-proposta skond l-Artikolu 181a tat-Trattat u ppropona bażi legali doppja, l-Artikolu 181a flimkien ma' l-Artikolu 179 (koperazzjoni fl-iżvilupp, skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni), peress li ħafna mill-pajjiżi eliġibbli skond l-Anness I huma pajjiż li qed jiżviluppaw skond il-lista OECD. Il-każ għadu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-Rapporteur għal opinjoni mhux qed jemenda l-bażi legali tad-deċiżjoni, u jgħaddi l-kwistjoni lir-rapporteur tal-kumitat prinċipali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-operazzjonijiet kollha ta’ finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti u jappoġġjaw il-linji ta' politiki esterni ta’ l-UE, inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, l-objettiv tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehimiet internazzjonali dwar l-ambjent li tagħhom huma partijiet il-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun hemm konformità ma' l-Artikolu 181a tat-Trattat, li jipprovdi waħda mill-bażijiet legali għal din il-proposta u mal-ftehimiet ambjentali internazzjonali pertinenti ffirmati mill-KE jew mill-Istati Membri tagħha. Huwa importanti li l-istrateġija reġjonali tal-BEI, u proġetti individwali, jiġu evalwati skond kriterji ċari li jirriflettu l-valuri Ewropej.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) L-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti u jappoġġjaw l-objettiv tal-politika ta' l-UE li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp fil-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex id-deċiżjoni tkun fuq l-istess linji ma l-objettivi tal-politika ta' l-UE sabiex jinqered il-faqar u mad-dikjarazzjonijiet iffirmati mill-KE jew l-Istati Membri tagħha fil-qafas tan-NU. Huwa importanti li l-istrateġija reġjonali tal-BEI, u proġetti individwali, jiġu evalwati skond kriterji ċari li jirriflettu l-valuri Ewropej.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Fir-rigward tal-provvista ta' l-enerġija u l-proġetti tat-trasport, l-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti u jappoġġjaw l-objettivi tal-politika ta' l-UE rigward id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija u l-konformità mar-rekwiżiti ta' Kyoto, kif ukoll itejbu l-protezzjoni ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex id-deċiżjoni tkun taqbel ma' l-għanijiet politiċi ta' l-UE dwar il-klima u l-ambjent u mal-ftehimiet iffirmati mill-KE jew mill-Istati Membri tagħha fil-qafas tal-UNFCCC. Huwa importanti li l-istrateġija reġjonali tal-BEI, u proġetti individwali, jiġu evalwati skond kriterji ċari li jirriflettu l-valuri Ewropej.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d) Il-BEI għandu jiżgura li r-residenti fiż-żona kkonċernata jirċievu informazzjoni xierqa u f'waqtha sabiex ikollhom il-possibilità li jieħdu sehem bis-sħiħ fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Proġetti individwali, b'mod speċjali f'reġjun b'rati għolja u serji ta' problemi ambjentali bħall-Ażja Ċentrali, għandhom ikunu suġġetti għal Evalwazzjonijiet indipendenti ta' l-Impatt Sostenibbli sabiex ikunu identifikati l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom u għandhom ikunu proposti miżuri oħra biex ikunu mmassimizzati l-impatti pożittivi u mminimizzati dawk negattivi. Evalwazzjonijiet bħal dawn għandhom jipprovdu ħafna aktar trasparenza, fosthom għal dawk affettwati b'mod dirett.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li jibgħat il-BEI, il-Kummissjoni għandha tressaq, fuq bażi annwali, evalwazzjoni u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru permezz ta' din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-kontribut ta' l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-kisba ta' l-objettivi tal-linji ta' politika esterna ta' l-UE.

Ġustifikazzjoni

Rapport annwali mill-Kummissjoni għandu jistipula b'mod ċar kif il-BEI ikun ikkontribwixxa sabiex jintlaħqu l-objettivi mniżżla fil-premessi 3 a, b, c, d (kif emendati)

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali, u b'mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-BEI.

(4) Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali, u b'mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-BEI, bil-kundizzjoni li ma jkunux suġġetti għas-sanzjonijiet ta' l-UE marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li jeskludu l-aċċess għall-iffinanzjar tal-EIB.

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħad l-ewwelnett li l-objettivi tal-politika ta' l-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem m'għandhomx jiġu mminati minn garanziji Komunitarji ta' self mill-BEI lil pajjiżi li fuqhom l-UE tkun imponiet xi sanzjonijiet.

PROĊEDURA

Titolu

L-eliġibilità tal-pajjiżi ta’ l-Ażja Ċentrali skond id-Deċiżjoni 2006/1016/KE tal-Kunsill

Referenzi

COM(2008)0172 – C6-0182/2008 – 2008/0067(CNS)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

8.5.2008

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Alain Lipietz

5.5.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

24.6.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

15.7.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Graham Booth, Daniel Caspary, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Syed Kamall, Caroline Lucas, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Eugenijus Maldeikis, Rovana Plumb, Salvador Domingo Sanz Palacio, Carl Schlyter, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari

PROĊEDURA

Titolu

L-eliġibilità tal-pajjiżi ta’ l-Ażja Ċentrali skond id-Deċiżjoni 2006/1016/KE tal-Kunsill

Referenzi

COM(2008)0172 – C6-0182/2008 – 2008/0067(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

25.4.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

8.5.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

8.5.2008

INTA

8.5.2008

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

11.6.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Esko Seppänen

20.9.2004

 

 

Eżami fil-kumitat

25.6.2008

16.7.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

16.7.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, Simon Busuttil, Daniel Dăianu, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, James Elles, Hynek Fajmon, Vicente Miguel Garcés Ramón, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Cătălin-Ioan Nechifor, Gianni Pittella, Margaritis Schinas, Esko Seppänen, László Surján, Gary Titley, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Thijs Berman, Bárbara Dührkop Dührkop, Michael Gahler, Juan Andrés Naranjo Escobar, José Albino Silva Peneda