RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.
18.7.2008 - (COM(2007)0143 – C6‑0254/2008 – 2007/0050(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.
(COM(2007)0143 – C6‑0254/2008 – 2007/0050(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Parternarjat u Kooperazzjoni mar-Repubblika tat-Taġikistan,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0254/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6‑0320/2008),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Taġikistan.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehima ta’ Sħubija u koperazzjoni bejn il-KE u t-Taġikistan, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-UE |
||||||
Referenzi |
COM(2007)0143 – C6-0254/2008 – 2007/0050(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
1.7.2008 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 8.7.2008 |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 8.7.2008 |
|
|
|
|||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
INTA 11.4.2007 |
|
|
|
|||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jacek Saryusz-Wolski 17.4.2007 |
|
|
||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
17.4.2007 |
||||||
Data ta’ l-adozzjoni |
17.4.2007 |
|
|
|
|||