RAPPORT dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali
23.7.2008 - (16069/2007 – C6‑0010/2008 – 2005/0202(CNS)) - *
(Konsultazzjoni mġedda)
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Martine Roure
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali
(16069/2007 – C6‑0010/2008 – 2005/0202(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mġedda)
Il-Parlament Ewropew,
- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (16069/2007),
- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0475),
- wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2006[1],
- wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007[2],
- wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(punt b) tat-Trattat tal-UE,
- wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0010/2008),
- wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0322/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kunsill kif emendata;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifikah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda l-proposta sostanzjalment;
5. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjon sabiex wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona jittrattaw bi prijorità kull proposta li ssir wara li jkollha l-iskop li temenda dan it-test skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet proviżorji li jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mad-Dikjarazzjoni 50 relatata magħha, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustiżżja;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Emenda 1 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) L-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-operat ta' l-Unjoni Ewropea hekk kif ġie introdott mit-Trattat ta' Liżbona jgħin biex jissaħħu r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta għal skopijiet ta' koperazzjoni bejn il-puliżija u l-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali. |
Emenda 2 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-iskambju ta' data personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, notevolment taħt il-prinċipju ta' disponibbiltà ta' informazzjoni kif stabbilit fil-Programm ta' l-Aja, għandu jkun appoġġjat b'regoli ċari (...) li jtejbu l-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti hi protetta b'mod li jeskludi kwalunkwe diskriminazzjoni kontra din il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, waqt li jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali ta' l-individwi. Strumenti eżistenti fil-livell Ewropew mhumiex biżżejjed. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data4 ma tapplikax għall-ipproċessar ta' data personali matul attività li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, bħal dawk previsti mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew, fi kwalunkwe każ, għal operazzjonijiet ta' pproċessar li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà ta' l-Istat u l-attivitajiet ta' l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali. |
(5) L-iskambju ta' dejta personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, b'mod partikulari taħt il-prinċipju ta' disponibbiltà ta' informazzjoni kif stabbilit fil-Programm ta' l-Aja, għandu jkun appoġġjat b'regoli ċari (...) li jtejbu l-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti u jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti hi protetta b'mod li jeskludi kwalunkwe diskriminazzjoni kontra din il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, waqt li jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali ta' l-individwi. |
4 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. |
|
Emenda 3 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 5 a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5a) Id-Deċiżjoni Qafas tapplika biss għal data miġbura jew ipproċessata mill-awtoritajiet kompetenti għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Id-Deċiżjoni Qafas tħalli lill-Istati Membri biex jiddeterminaw aktar preċiżament fil-livell nazzjonali liema finijiet oħra għandhom ikunu kkunsidrati mhux kompatibbli mal-fini li għalih id-data personali kienet oriġinarjament miġbura. B'mod ġenerali, aktar ipproċessar għal finijiet storiċi, ta' l-istatisitka jew xjentifiċi mhuwiex kompatibbli ma' l-għan oriġinali ta' l-ipproċessar. |
(5a) Id-Deċiżjoni Qafas tapplika biss għal dejta miġbura jew ipproċessata mill-awtoritajiet kompetenti għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. B'mod ġenerali, aktar ipproċessar għal finijiet storiċi ta' l-istatisitka jew xjentifiċi mhuwiex kompatibbli ma' l-għan oriġinali ta' l-ipproċessar. |
Emenda 4 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 6 b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6b) Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex tapplika għal data personali li Stat Membru jkun kiseb fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni Qafas u li toriġina f'dak l-Istat Membru. |
Imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ta' importanza kruċjali li din id-Deċiżjoni Qafas tapplika wkoll għal dejta nazzjonali pproċessta sabiex jiġi evitat li jkun hemm livell differenti ta' protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 5 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri m'għandhiex tirriżulta f'xi tnaqqis tal-protezzjoni tad-data li jipprovdu iżda għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni fi ħdan l-Unjoni. |
(7) L-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri m'għandhiex tirriżulta f'xi tnaqqis tal-protezzjoni tad-dejta li jipprovdu iżda għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni fi ħdan l-Unjoni b'konformità mal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' Proċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (minn hawn 'il qudddiem imsejħa "Il-Konvenzjoni 108"). |
Emenda 6 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 8 b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8b) L-arkivjar f'sett separat ta' data huwa permissibbli biss jekk id-data ma tkunx aktar meħtieġa u użata għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. L-arkivjar f'sett separat ta' data huwa permissibbli wkoll jekk id-data arkivjata tkun maħżuna f'database ma' data oħra b'tali mod li din ma tkunx tista' tintuża aktar għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Kemm perijodu ta' arkivjar ikun xieraq jiddependi fuq l-għanijiet ta' l-arkivjar u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data. Fil-każ ta' arkivjar għal għanijiet storiċi jista' jiġi previst ukoll perjodu twil ħafna. |
(8b) L-arkivjar f'sett separat ta' dejta huwa permissibbli biss jekk id-dejta ma tkunx aktar meħtieġa u użata għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. L-arkivjar f'sett separat ta' dejta huwa permissibbli wkoll jekk id-dejta arkivjata tkun maħżuna f'database ma' dejta oħra b'tali mod li din ma tkunx tista' tintuża aktar għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Kemm perijodu ta' arkivjar ikun xieraq jiddependi fuq l-għanijiet ta' l-arkivjar u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta. |
Emenda 7 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 11 a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11a) Fejn data personali tista' tkun ipproċessata ulterjorment wara li jkun ta l-kunsens tiegħu l-Istat Membru li minnu nkisbet id-data, kull Stat Membru jista' jiddetermina l-modalitajiet ta' tali kunsens, inkluż, per eżempju, permezz ta' kunsens ġenerali għal kategoriji ta' informazzjoni jew kategoriji ta' ipproċessar ulterjuri. |
(11a) Fejn dejta personali tista' tkun ipproċessata ulterjorment wara li jkun ta l-kunsens tiegħu l-Istat Membru li minnu nkisbet id-dejta, kull Stat Membru jista' jiddetermina l-modalitajiet ta' tali kunsens. |
Emenda 8 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 13 a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa informat li d-data personali tista' jew qed tinġabar, tiġi proċessata jew trasmessa lil Stat Membru ieħor għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Il-modalitajiet tad-dritt tas-suġġett tad-data li jiġi infurmat u l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali. Dan jista' jieħu s-sura ta' forma ġenerali, per eżempju, permezz ta' liġi jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' lista ta' l-operazzjonijiet ta' pproċessar. |
(13a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-dejta huwa informat li d-dejta personali tista' jew qed tinġabar, tiġi proċessata jew trasmessa lil Stat Membru ieħor, lil pajjiż terz jew lil entità privata għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali. Il-modalitajiet tad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jiġi infurmat u l-eċċezzjonijiet għalih għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali. Dan jista' jieħu s-sura ta' forma ġenerali, per eżempju, permezz ta' liġi jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' lista ta' l-operazzjonijiet ta' pproċessar. |
Emenda 9 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 1 - paragrafu 2 - punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) jiġu pproċessati fil-livell nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ta' importanza kruċjali li din id-Deċiżjoni Qafas tapplikak wkoll għal dejta nazzjonali pproċessta sabiex jiġi evitat li jkun hemm livelli differenti ta' protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 10 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 1 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal interessi essenzjali ta' sigurtà nazzjonali u attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. |
Imħassar |
Emenda 11 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 2 - punt l | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "tagħmel anonimu" għandha tfisser il-modifika ta' data personali b'tali mod li d-dettalji dwar ċirkostanzi personali jew materjali ma jkunux jistgħu jiġu aktar attribwiti jew ikunu jistgħu jiġu attribwiti biss b'investiment sproporzjonat ta' ħin, nefqa u xogħol lil individwu identifikat jew identifikabbli. |
(1) "tagħmel anonimu" għandha tfisser il-modifika ta' dejta personali b'tali mod li d-dettalji dwar ċirkostanzi personali jew materjali ma jkunux jistgħu jiġu aktar attribwiti lil individwu identifikat jew identifikabbli. |
Emenda 12 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trejd unjon u l-ipproċessar ta' data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun permess biss meta dan ikun strettament meħtieġ u meta l-liġi domestika tipprevedi salvagwardji adegwati. |
(1) L-ipproċessar ta' dejta personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trejdjunjin u l-ipproċessar ta' dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit. |
|
(2) Bħala eċċezzjoni, l-ipproċessar ta’ din id-dejta jista’ jsir: |
|
- jekk hemm dispożizzjoni fil-liġi għall-ipproċessar wara awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja kompetenti, skond kull każ individwali u jekk ikun meħtieġ b’mod assolut għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħrajn, |
|
- jekk l-Istati Membri jipprovdu għal salvagwardji speċifiċi xierqa, pereżempju l-aċċess għad-dejta kkonċernata għal staff biss li huwa responsabbli għall-ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar. |
|
Dawn il-kategoriji speċifiċi ta’ dejta m'għandhomx jiġu pproċessati b’mod awtomatiku sakemm il-liġi domestika ma tipprovdix salvagwardji xierqa. L-istess kundizzjoni għandha tapplika wkoll għad-dejta personali relatata ma’ sentenzi kriminali. |
Emenda 13 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Article 11 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. It-trasmissjonijiet kollha ta' data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità ta' l-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u li tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. |
1. Kull trasmissjoni, aċċess u pprocessar ulterjuri ta' dejta personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità ta' l-ipproċessar tad-dejta, l-awto-monitoraġġ u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-dejta. |
Emenda 14 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 12 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Id-data personali rċevuta jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista', f'konformità mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(2), tiġi pproċessata ulterjorment biss għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli; |
1. Id-dejta personali rċevuta jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista', f'konformità mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(2), tiġi pproċessata ulterjorment biss jekk dan ikun meħtieġ għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli; |
Emenda 15 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 12 - paragrafu 1, punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) kwalunkwe għan ieħor bil-kunsens biss minn qabel ta' l-Istat Membru li jittrasmetti jew bil-kunsens tas-suġġett tad-data, mogħti f'konformità mad-dritt nazzjonali. |
(d) kwalunkwe għan ieħor speċifiku sakemm dan ikun skond il-liġi u li jkun meħtieġ f'soċjetà demokratika għall-protezzjoni ta' wieħed mill-interessi stipulati fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni 108 iżda bil-kunsens biss minn qabel ta' l-Istat Membru li jittrasmetti jew bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta, mogħti f'konformità mad-dritt nazzjonali.
|
Emenda 16 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-data personali trasmessa jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasferita lil Stati terzi jew korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew iddikjarati bħala korp internazzjonali biss jekk |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu, skond il-każ li jkun, li d-dejta personali trasmessa jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasferita lil Stati terzi jew korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew iddikjarati bħala korp internazzjonali biss jekk |
Amendment 17 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 1, punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-Istat terz jew il-korp internazzjonali kkonċernat jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni għall-ipproċessar maħsub ta' data. |
(d) l-Istat terz jew il-korp internazzjonali kkonċernat jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni għall-ipproċessar maħsub ta' dejta li jkun ekwivalenti għal livell li jipprovdi l-Artikolu 2 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni 108 u l-każistika korrispondenti skond l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. |
Emenda 18 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. It-trasferiment mingħajr kunsens minn qabel skond il-paragrafu 1, punt c, għandu jkun permissibbli biss jekk it-trasferiment tad-data jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. L-awtorità responsabbli għal għoti ta' kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien. |
2. It-trasferiment mingħajr kunsens minn qabel skond il-paragrafu 1, punt c, għandu jkun permissibbli biss jekk it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. F'każ bħal dan, id-dejta personali tista' tiġi pproċessata mid-destinatarju biss jekk dan ikun assolutament meħtieġ għall-għan speċifiku li għalih tkun ingħatat id-dejta. L-awtorità responsabbli għal għoti ta' kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien. Tali trasferimenti ta' dejta għandhom ikunu notifikati lill-awtorità superviżorja kompetenti. |
Emenda 19 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, punt d, id-data personali tista' tiġi ttrasferita jekk |
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, punt d, id-dejta personali tista' tiġi ttrasferita eċċezzjonalment jekk |
(a) id-dritt nazzjonali ta' l-Istat Membru li jittrasferixxi d-data hekk jipprevedi għaliha minħabba |
(a) id-dritt nazzjonali ta' l-Istat Membru li jittrasferixxi d-dejta hekk jipprevedi għaliha minħabba |
i. l-interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-data, jew |
i. l-interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-dejta, jew |
ii. l-interessi leġittimi prevalenti, speċjalment interessi pubbliċi importanti, jew |
ii. interessi leġittimi prevalemti, speċjalment l-interessi urġenti u essenzjali ta' l-Istat Membru jew bl-iskop li jiġu evitati theddidiet imminenti serji għas-sigurtà pubblika, u |
(b) l-Istat terz jew il-korp jew l-organizzazzjoni internazzjonali destinatarja tipprevedi għal salvagwardji li huma meqjusa xierqa mill-Istat Membru kkonċernat skond il-liġi nazzjonali tiegħu. |
(b) l-Istat terz jew il-korp jew l-organizzazzjoni internazzjonali destinatarja tipprevedi għal salvagwardji li l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li huma adegwati skond il-liġi nazzjonali tiegħu. |
|
(ba) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords ta' trasferimenti bħal dawn u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta meta jintalbu. |
Emenda 20 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt d, għandha tkun ivvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-data jew sett ta' operazzjonijiet ta' trasferimenti tad-data. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data, il-fini u t-tul ta' l-operazzjoni jew operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data, l-Istat ta' l-oriġini u l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali tad-destinazzjoni finali tad-data, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali u settorjali, fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata u r-regoli professonali u l-miżuri ta' sigurtà li magħhom tinżamm konformità hemmhekk. |
4. L-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt d, għandha tkun evalwata minn awtorità indipendenti fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-dejta jew sett ta' operazzjonijiet ta' trasferimenti tad-dejta. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-dejta, il-fini u t-tul ta' l-operazzjoni jew operazzjonijiet ta' pproċessar tad-dejta, l-Istat ta' l-oriġini u l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali tad-destinazzjoni finali tad-dejta, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali u settorjali, fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata u r-regoli professonali u l-miżuri ta' sigurtà li magħhom tinżamm konformità hemmhekk. |
Emenda 21 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 14a Trasmissjoni lil partijiet privati fi Stati Membri |
Artikolu 14a Trasmissjoni lil partijiet privati u aċċess għal dejta li jirċievu partijiet privati fi Stati Membri |
Emenda 22 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali riċevuta minn jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasmessa lil partijiet privati biss jekk: |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dejta personali riċevuta minn jew magħmula disponibbli skond il-każ individwali mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasmessa lil partijiet privati biss jekk: |
Emenda 23 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jikkonsultaw u jipproċessaw dejta personali kkontrollata minn persuni privati biss skond il-każ individwali u f'ċirkustanzi preċiżi, għal raġunijiet speċifiċi u suġġetti għal kontroll ġudizzjarju fl-Istati Membri. |
Emenda 24 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2 b. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri għandha tipprovdi li fejn persuni privati jiġbru u jipproċessaw dejta bħala parti mill-mandat tas-servizz pubbliku, huma jkunu suġġetti għal rekwiżiti li talanqas ikunu ekwivalenti jew aqwa minn dawk imposti fuq l-awtoritajiet kompetenti. |
Emenda 25 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 17 - paragrafu 1 - punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) mill-inqas konferma mill-kontrollur jew mill-awtorità nazzjonali superviżorji jekk data, relatata miegħu jew le, ġietx trasmessa jew magħmula disponibbli u informazzjoni dwar id-destinatarji jew kategoriji ta' destinatarji li lilhom ġiet żvelata d-data u komunikazzjoni tad-data għaddejja minn pproċessar; jew |
(a) mill-inqas konferma mill-kontrollur jew mill-awtorità nazzjonali superviżorji jekk dejta, relatata miegħu jew le, hux qed tiġi tiġi pproċessata u informazzjoni dwar l-iskop ta' l-ipproċessar, id-destinatarji jew kategoriji ta' destinatarji li lilhom ġiet żvelata d-dejta u komunikazzjoni tad-dejta għaddejja minn pproċessar u għarfien tar-raġunijiet rigward kwalunkwe deċiżjonijiet awtomatiċizzati; |
Emenda 26 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 22 - paragrafu 2 - punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt it-trasferiment tad-data personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-data (kontroll tat-trasport); |
(h) jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' dejta personali waqt it-trasferiment tad-dejta personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-dejta, inkluż permezz tat-teknika ta' encryption adattata (kontroll tat-trasport); |
Emenda 27 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Arikolu 22 - paragrafu2 - punt j a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ja) jissorveljaw l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħdu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Deċiżjoni Qafas (awtoverifika). |
Emenda 28 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Qafas. |
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew penali kriminali b'konformità mal-liġi nazzjonali li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Qafas. |
Emenda 29 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 25 - paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji jiġu kkonsultati fit-tfassil ta’ miżuri jew regolamenti amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-dejta personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-infurzar ta' pieni kriminali. |
Emenda 30 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 25 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 25a Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar tad-Data Personali għall-għan tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, il-Kxif u l-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali |
|
1. Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar tad-Data Personali għall-għan tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, il-Kxif u l-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Grupp ta' Ħidma”), huwa hawnhekk stabbilit. Huwa għandu jkollu stejtus konsultattiv u għandu jkun indipendenti. |
|
2. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta' l-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet maħturin minn kull Stat Membru, minn rappreżentant tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull membru tal-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun nominat mill-istituzzjoni, l-awtorità jew l-awtoritajiet li huwa jirrappreżenta. Meta Stat Membru jkun ħatar aktar minn awtorità superviżorjai waħda, dawn għandhom jinnominaw rappreżentant konġunt. Il-presidenti tal-korpi ta' sorveljanza konġunti stabbiliti taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu intitolati li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma jew li jkunu rappreżentati fihom. L-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji maħturin mill-Islanda, min-Norveġja u mill-Isvizzera għandhom ikunu intitolati li jkunu rappreżentati fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma fejn ikunu konċernati l-kwistjonijiet marbutin ma' l-Acquis ta' Schengen. |
|
3. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza sempliċi tar-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet superviżorji. |
|
4. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jeleġġi l-president tiegħu. Il-mandat tal-president għandu jkun ta' sentejn. Il-ħatra tiegħu tkun tista’ tiġġedded. |
|
5. Is-segretarjat tal-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni |
|
6. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. |
|
7. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jikkunsidra l-punti li jitqiegħdu fl-aġenda mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' rappreżentant ta' l-awtoritajiet superviżorji, tal-Kummissjoni, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jew tal-presidenti tal-korpi superviżorji konġunti. |
Emenda 31 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 25 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 25b Funzjonijiet |
|
1. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu: |
|
(a) jagħti opinjoni dwar miżuri nazzjonali fejn ikun meħtieġ li jiġi żgurat li l-istandard ta’ protezzjoni ta’ dejta milħuq fl-ipproċessar nazzjonali ta’ dejta jaqbel ma’ dak previst minn din id-Deċiżjoni Qafas. |
|
(b) jagħti opinjoni dwar il-livell ta' protezzjoni fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi u korpi internazzjonali, b'mod partikolari sabiex jiżgura li d-dejta personali tkun ittrasferita f'konformità ma' l-Artikolu 14 ta' din id-Deċiżjoni Qafas lil pajjiżi terzi jew lil korpi internazzjonali li jiżguraw livell xieraq ta' protezzjoni tad-dejta, |
|
(c) jagħti parir lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe emenda proposta għal din id-Deċiżjoni Qafas, dwar kwalunkwe miżura addizzjonali jew speċifika biex jiġu salvagwardati d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-dejta personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u dwar kwalunkwe miżura proposta oħra li tolqot dawn id-drittijiet u l-libertajiet. |
|
2. Jekk il-Grupp ta' Ħidma jsib diverġenzi bejn il-liġijiet u l-prattiki ta' l-Istati Membri li x'aktarx jolqtu l-ekwivalenza tal-protezzjoni għall-persuni fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea, huwa għandu jgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
3. Il-Grupp ta' Ħidma jista', fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjonui tal-persuni fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. |
|
4. L-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
5. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tinforma lill-Grupp ta' Ħidma bl-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u għandu jintbgħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Grupp ta' Ħidma bi kwalunkwe azzjoni li jieħdu skond il-Paragrafu 1 |
|
6. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jfassal rapport annwali dwar il-ħarsien ta' persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-dejta personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi, Ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u għandu jintbgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 32 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Article 27 a - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Tliet snin wara l-iskadenza tal-perijodu stabbilit fl-Artikolu 28(1), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu adottaw biex jiżguraw konformità sħiħa ma' din id-Deċiżjoni Qafas, u partikolarment ukoll rigward dawk id-dispożizzjonijiet li diġà jrid ikun hemm konformità magħhom meta tinġabar id-data. Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tad-dispożizzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni fl-Artikolu 1(2). |
1. Tliet snin wara l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 28(1), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu adottaw biex jiżguraw konformità sħiħa ma' din id-Deċiżjoni Qafas, u partikolarment ukoll rigward dawk id-dispożizzjonijiet li diġà jrid ikun hemm konformità magħhom meta tinġabar id-dejta. Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(2). |
Emenda 33 Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 27 a - paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-osservazzjonijiet imressqa mill-parlamenti u mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, mill-grupp ta' ħidma stabbilit permezz ta' l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u mill-grupp ta’ ħidma stabbilit skond l-Artikolu 25a ta' din id-Deċiżjoni Qafas. |
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond storiku
F'Diċembru tal-2005, meta ġiet adottata d-Direttiva dwar iż-żamma tad-dejta ġġenerata jew pproċessata għall-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku, il-Kunsill reġa' saħaq fuq l-impenn ta' bosta Presidenti suċċessivi favur l-adozzjoni ta' malajr ta' deċiżjoni qafas għall-protezzjoni tad-dejta personali taħt it-tielet pilastru.
Għal dan l-iskop il-Kummissjoni f'Ottubru 2005 għamlet proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali
Il-Parlament Ewropew adotta l-ewwel opinjoni tiegħu fl-14 ta' Ġunju 2006, fil-waqt li ppropona bosta emendi għat-titjib tal-proposta tal-Kummissjoni. Fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu li ġiet adottata fis-27 ta' Settembru 2006, il-Parlament talab "lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali".
Wara li din id-Deċiżjoni Qafas sfat imblukkata fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew adotta rakkomandazzjoni għall-Kunsill fl-14 ta' Diċembru 2006 li fiha stqarr li jinsab "imħasseb ħafna dwar l-iżvolġiment tad-dibattiti fil-Kunsill billi l-Istati Membri donnhom kienu qed jorjentaw ruħhom lejn ftehim ibbażat fuq l-anqas denominaturi komuni fejn tidħol il-protezzjoni tad-dejta" u kien jibża', barra minn hekk, "li l-livell tal-protezzjoni tad-dejta jista' jkun wisq aktar baxx minn dak li huwa żgurat mid-Direttiva Nru 95/46/KE u mill-Konvenzjoni 108 tal-Kunsuill tal-Ewropa, u li l-implimentazzjoni ta' ftehima bħal din jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq il-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri tal-UE, mingħajr madankollu ma tistabbilixxi livell sodisfaċenti ta' protezzjoni fil-livell Ewropew."
Wara din ir-rakkomandazzjoni l-Kunsill ħa d-deċiżjoni li jerġa' jikkonsulta lill-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' test tal-Kunsill ta' Marzu 2007. Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fis-7 ta’ Ġunju 2007, fejn, barra diversi proposti għal emendi stqarr li “jiddispjaċih ħafna għan-nuqqas ta’ kunsens fil-Kunsill dwar il-kamp ta’ applikazzjoni mwessa’ tad-Deċiżjoni Qafas u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipproponu l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha għal dejta pproċessata fil-livell nazzjonali wara l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tad-Deċiżjoni Kwadru u mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha sabiex tkun żgurata l-koerenza tar-regoli tal-ħarsien tad-dejta fl-Unjoni Ewropea”.
Fil-11 ta’ Diċembru 2007 l-Kunsill laħaq ftehim politiku dwar id-Deċiżjoni Qafas proposta li hija differenti b’mod sinifikanti, kemm mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, kif ukoll mit-test tal-Kunsill li fuqu l-Parlament Ewropew kien ġie kkonsultat l-ewwel. Għaldaqstant il-Kunsill iddeċieda li jipproċedi bit-tieni rikonsultazzjoni tal-Parlament Ewropew ibbażata fuq it-test li kiseb il-ftehim politiku ta’ l-Istati Membri.
Il-Protezzjoni tad-Dejta fit-Trattat dwar l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea
Fir-rapport preċedenti tagħna pproponejna li soluzzjoni possibbli għall-oppożizzjoni tal-Istati Membri li jkun hemm kamp ta’ applikazzjoni vasta għad-Deċiżjoni Qafas li jkopri d-dejta pproċessata fil-livell nazzjonali, tkun li ssir reviżjoni tad-Deċiżjoni Qafas sabiex tiġi evalwata l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni.
Nilqgħu d-dħul ta’ klawsola ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill u tal-Premessa 6a li tipprevedi estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jagħti bażi legali ċara lill-Unjoni Ewropea għal regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali fl-oqsma tal-koperazzjoni ġudizzjarja u dik tal-pulizija. Għalhekk huwa neċessarju li ssir reviżjoni tad-Deċiżjoni Qafas fi żmien sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona u b’mod partikulari bil-għan li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.
Il-pożizjoni tar-rapporteur
Nilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jipproċedi bit-tieni rikonsultazzjoni tal-Parlament Ewropew meta jkun ikkunsidrat l-impatt sinifikanti li din id-Deċiżjoni Qafas se jkollha fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini ta’ l-UE, b’mod partikulari l-protezzjoni tal-ħajja privata. Din id-deċiżjoni tagħmel unur lill-Kunsill, billi turi r-rieda kontinwa tiegħu li jimpenja ruħu mad-Deputati.
Għaldaqstant inħossni sodisfatta bil-fatt li l-Kunsill adotta parzjalment il-kompromess dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas li ssuġġerejna fl-aħħar rapport tagħna.
Madankollu, il-Parlament Ewropew dejjem insista favur Deċiżjoni Qafas b’saħħitha u protettiva li tippermetti livell ta’ protezzjoni tad-dejta li tkun ta’ l-inqas ekwivalenti għal dik assigurata fl-ewwel pilastru mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali, kif ukoll il-moviment ħieles ta’ din id-dejta u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Dejta Personali (Konvenzjoni 108).
Għalhekk jiddispjaċini li l-Kunsill ħassar il-kontenut tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u laħaq ftehim politiku dwar l-iktar denominatur komuni baxx. Dan huwa l-prezz tar-regola ta’ l-unanimità fil-Kunsill. Il-livell tal-protezzjoni tad-dejta f’dan it-test huwa livell minimu u jħalli wkoll lakuni serji ħafna. F’xi każijiet, wieħed jista’ jsaqsi wkoll jekk dan jirrispettax l-istandards stipulati mill-Konvenzjoni 108 b’mod speċjali fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità li huwa prinċipju fundamentali tal-protezzjoni tad-dejta.
Għalhekk nipproponi għadd ta’ emendi sinifikanti li għandhom l-għan li jiffaċċjaw il-kwistjonijiet li dejjem kienu fil-qalba tat-tħassib li esprima l-Parlament Ewropew.
L-assigurazzjoni tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-limitazzjoni tal-għan:
L-Artikolu 3 jistipula l-kondizzjonijiet tal-limitazzjoni ta’ l-għan u tal-proporzjonalità. Il-ġbir tad-dejta personali għandu jkun ġust u legali kif stipulat mill-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni 108. Ipproċessar ulterjuri għandu jkun possibbli skont kull każ individwali sabiex titqies in-natura speċifika tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura imma biss jekk dan ikun kompatibbli ma'l-għanijiet li għalihom tkun inġabret id-dejta.
Madankollu l-Artikolu 12 (d) jippermetti li d-dejta tkun użata għal “kwalunkwe għan ieħor” li hu wiesa’ żżejjed u ma jippermettix ir-rispett totali tal-limitazzjoni tal-għan. Għalhekk ir-rapporteur tissuġġerixxi li jitqiegħdu limiti ċari u sostantivi għal kwalunkwe pproċessar ulterjuri. Il-kunsens tal-Istat Membru li qed jittrażmetti d-dejta ma jistax ikun ikkunsidrat fih innifsu bħala suffiċjenti. Barra minn hekk, nirrepeti li jien ma nemminx li kunsens verament liberu u infurmat mis-suġġett tad-dejta huwa possibbli fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, għalhekk m'għandux ikun l-unika kriterju biex titqies il-possibilità ta’ pproċessar ulterjuri.
Dejta sensittiva
L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' dejta għandha tkun l-eċċezzjoni aktar milli r-regola u għandha tkun permessa biss f’każijiet stretti ħafna u ddefiniti sew kif stabbiliti bil-liġi.
It-Trasferiment tad-dejta lil Pajjiżi Terzi
Ninsab kuntenta li nara d-dħul mill-ġdid tal-Artikolu 14(4) li jipprevedi l-evalwazzjoni tal-adegwadezza tal-livell ta' protezzjoni assigurat mill-Pajjiz Terz. Din kienet prijorità għall-Parlament Ewropew. Madankollu, din il-klawsola tista' tkun effettiva biss jekk il-konferma tal-adegwatezza tkun saret minn awtorità indipendenti u mhux mill-Istat Membru li qed jitrasferixxi d-dejta.
It-trasferiment lil partijiet privati
Waqt in-negozzjati fuq id-Direttiva dwar iż-żamma tad-dejta prodotta jew ipproċessata fir-rigward tad-dispożizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, il-Parlament Ewropew insista li l-kwistjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollha possibilità li taċċessa dejta miżmuma minn partijiet privati. Għalhekk nipproponi li dan il-kunċett jerga’ jiddaħħal b’konformità mar-rapporti preċedenti tagħna.
Dritt ta' aċċess
Is-suġġett tad-dejta ma jistax jeżerċita b’mod sħiħ id-drittijiet tiegħu għar-retifika jew għar-rimedju ġudizzjarju jekk hu ma jkunx infurmat dwar l-għanijiet tal-ipproċessar tad-dejta li tirrigwardah.
Il-Grupp tal-Ħidma u l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta
Ninsab sorpriża li din id-dispożizzjoni importanti tħassret mill-Kunsill fi stadju tard ħafna fid-diskussjonijiet. Hemm bżonn ta’ forum ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Ewropej sabiex tkun żgurata applikazzjoni armonizzata tad-Deċiżjoni Qafas. Grupp bħal dan jeżisti fl-ewwel pilastru bil-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u għandu jeżisti wkoll fit-tielet pilastru. Għalhekk nissuġġerixxi li jerġa' jiddaħħal l-artikolu li jipprovdi għall-ħolqien ta’ Grupp ta' Ħidma u li ssir definizzjoni ċara tal-funzjonijiet tiegħu.
Barra minn hekk, l-irwol tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta għandu jitkabbar b’tali mod li jinkludi l-miżuri dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali fil-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura fl-istess mod li l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 95/46/KE jipprevedi għall-ewwel pilastru.
PROĊEDURA
Titolu |
Protezzjoni tad-dejta personali |
|||||||
Referenzi |
07315/2007 – C6-0115/2007 – 16069/2007 – C6-0010/2008 – COM(2005)0475 – C6-0436/2005 – 2005/0202(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
13.12.2005 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 15.1.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 15.1.2008 |
|
|
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 18.4.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Martine Roure 11.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
11.2.2008 |
27.2.2008 |
15.7.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
15.7.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Catherine Boursier, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Carlos Coelho, Esther De Lange, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Baroness Sarah Ludford, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Simon Busuttil, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Antonio Masip Hidalgo, Bill Newton Dunn, Maria Grazia Pagano, Eva-Britt Svensson |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ioannis Kasoulides |
|||||||
Data tat-tressiq |
23.7.2008 |
|||||||