RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

11.8.2008 - (COM(2007)0851 – C6‑0007/2008 – 2007/0295(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Matthias Groote

Proċedura : 2007/0295(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0329/2008
Testi mressqa :
A6-0329/2008
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

(COM(2007)0851 – C6‑0007/2008 – 2007/0295(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0851),

   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0007/2008),

   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0329/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE għall-kwalità ta’ l-arja jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tkun ipprovduta b’informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu futuri ta’ l-emissjonijiet.

(5) Biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE għall-kwalità ta’ l-arja jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tkun ipprovduta b’informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu futuri ta’ l-emissjonijiet u għandha tkun permessa perjodu ta’ żmien xieraq biex tiksibhom u biex tikseb l-iżviluppi tekniċi mitluba.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jipprovaw itejbu l-kwalità ta’ l-arja fl-UE, u dan għandu jinkiseb. Madankollu, l-industrija għandha bżonn biżżejjed żmien biex tirreaġixxi dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida u tipprepara l-iżviluppi tekniċi mitluba għas-suq.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Ir-retro-fitting ta’ vetturi heavy duty aktar antiki b’sistemi ta’ kontroll ta’ tniġġis aktar moderni jtejbu l-kwalità ta’ l-arja. Il-Kummissjoni għandha tqis li tipproponi leġiżlazzjoni ta’ l-UE għal sistemi bħal dawn li tiżgura wkoll li tniġġis ta’ dijossidu ta’ nitroġenu minn sistemi ta’ kontroll ta’ tniġġis retro-fit ikunu ristretti.

Ġustifikazzjoni

Kull sena madwar 10% tal-flotta ta’ vetturi heavy duty hija sostitwita. Għal din ir-raġuni l-effett tad-dispożizzjonijiet Euro VI se jieħu numru ta' snin biex jidħol fis-seħħ b'mod sħiħ. Biex jintlaħaq l-effett massimu tal-proposta attwali, il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE għal sistemi retro-fit għal vetturi attwali tistax tkun preżentata.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fl-iffissar ta’ l-istandards ta’ emissjoni huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għall-kompetittività tas-swieq u tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozji u l-benefiċċji li jakkumulaw f’termini ta’ stimolu lill-innovazzjoni, titjib tal-kwalità ta’ l-arja, tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa u żjieda fl-istennija għall-ħajja.

(7) Fl-iffissar ta’ l-istandards ta’ emissjoni huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għall-kompetittività tas-swieq u tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozji u l-benefiċċji li jakkumulaw ftermini ta stimolu lill-innovazzjoni, titjib tal-kwalità ta l-arja, tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa u żjieda fil-medja tal-ħajja. Sabiex tiġi ffavorita l-kompetittivitá tal-manifatturi, l-istandards ta' l-emissjonijiet għandhom jibqgħu l-istess għal perjodu minimu ta' ħames snin.

Ġustifikazzjoni

L-industrija teħtieġ perjodu minimu ta' stabilitá ta' ħames snin għal kull standard ta' emissjoni sabiex ikollha l-qligħ neċessarju mill-investimenti ħalli tintroduċi t-teknoloġija l-ġdida. Modifiki ta' spiss tar-rekwiżiti ta' l-emissjonijiet jesiġu li l-manifatturi jiddedikaw ħafna risorsi biex jaġġornaw il-prodotti attwali tagħhom. Dan jippenalizza ż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ġodda u joħloq żvantaġġ kompetittiv. Hu biss billi jkun garantit żmien suffiċjenti u adegwat li l-kompetizzjoni ma titqegħidx fil-periklu u jkun żgurat li eventwalment tintlaħaq il-mira ambjentali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża sabiex tkun irkuprata l-informazzjoni teknika, u l-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vetturi huma meħtieġa sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi. Proporzjon kbir minn tali informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi oħra tal-vetturi. Huwa xieraq li jkunu stabbliti speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu segwiti mill-manifatturi fis-siti web tagħhom, flimkien ma’ miżuri mmirati sabiex ikun żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

(8) Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi bl-iktar mod adegwat, mingħajr ma jinħoloq piż sproporzjonat relatat mal-benefiċċji lill-konsumaturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża sabiex tkun irkuprata l-informazzjoni teknika, u l-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vetturi huma meħtieġa sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi. Proporzjon kbir minn tali informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi oħra tal-vetturi. Jeħtieġ li jkunu stabbliti speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu segwiti mill-manifatturi fis-siti web tagħhom, flimkien ma’ miżuri mmirati sabiex ikun żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta biss miżuri xierqa dwar l-aċċess għal informazzjoni tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura. M'hemm l-ebda raġuni biex jinħoloq piż sproporzjonat relatat mal-benefiċċji lill-konsumaturi. Pereżempju li testendi d-definizzjoni ta' tiswija u ta' informazzjoni dwar manutenzjoni għal dijanjosi remota u timponi fuq il-manifatturi li jippermettu li persuni indipendenti akkreditati li jsewwu jkollhom aċċess għas-sistema ta' siġurtá tal-vettura, ma jidhirx li hu adatt.

Mhux biss huwa xieraq imma wkoll meħtieġ li jiġu stipulati speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu segwiti mill-manifatturi fil-websajts tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat tas-sistema ta' aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vetturi bil-għan li jiġi determinat jekk ikunx xieraq li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vetturi fi ħdan qafas leġiżlattiv rivedut dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għal informazzjoni bħal din jiġu konsolidati b'dan il-mod, id-dispożizzjonijiet ekwivalenti ta' dan ir-Regolament għandhom jitħassru, sakemm jinżammu d-drittijiet attwali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.

___________

* Erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Aċċess għall-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandu jkun inkorporat fid-direttiva ta' qafas dwar l-apporvazzjoni ta' tip jew f'qafas leġiżlattiv ieħor dwar l-approvazzjoni ta' tip. Ir-regolament Euro 5/6 ekwivalenti għall-vetturi tal-passiġġieri ((KE Nru 715/2007) fih premessa identika (Nru 9).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8b) Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' forma standard armonizzata u internazzjonali għal aċċess bla restrizzjonijiet u standardizzat għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, pereżempju permezz tal-ħidma tal-Kumitat Ewropew għall-Istandarizzazzjoni (CEN).

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ format standard ta' ISO armonizzat u internazzjonali għall-aċċess għal informazzjoni dwar tiswija, sabiex ikun żgurat l-iżvilupp ta' regolament armonizzat u internazzjonali dwar il-vetturi u sabiex tiżdied l-armonizzazzjoni f'oqsma li għadhom mhux koperti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8c) Huwa indispensabbli li jkun imfassal standard komuni Ewropew għall-formulazzjoni ta' informazzjoni dijanjostika abbord u informazzjoni dwar it-tiswija tal-vettura u dwar il-manutenzjoni tagħha. Minħabba li l-forma attwali ta' l-Organizzazzjoni għall-Avvanzament ta' Standards ta' Informazzjoni Strutturata (OASIS) ma tistax tiġi applikata b'mod sħiħ għall-informazzjoni dijanjostika abbord u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura fir-rigward ta' vetturi kbar, is-CEN ingħata mandat biex ifassal standard estiż għal dik l-informazzjoni. Dak l-istandard għandu jkun imsejjes fuq il-forma ta' l-OASIS, u jiġi adattat għall-ħtiġijiet speċjali ta' vetturi kbar. Sakemm jasal iż-żmien li dak l-istandard jiġi adottat mis-CEN, l-informazzjoni djanjostika abbord u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vetturi kbar għandha tiġi ppreżentata b'mod li jsir l-aċċess malajr u f'forma li tiggarantixxi aċċess mhux diskriminatorju. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-websajts tal-produtturi, jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura ta' l-informazzjoni, taħt forma oħra xierqa. Speċifikazzjonijiet rigward l-iskop ta' l-informazzjoni teknika definita fid-dokument OASIS SC1-D2 għandhom ikunu inklużi fil-miżuri adottati għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Vetturi kbar spiss jiġu muntati minn manifattur singolu, imma numru sinifikanti jinbnew fi stadji differenti u jinbiegħu bħala chassis u magna. Is-suq ta' l-ispare parts jeħtieġ li jikseb informazzjoni dwar it-tiswija kemm għall-vetturi assemblati kompletament u kemm għal dawk mibjugħa taħt forma ta' magna/chassis.

Mhux possibbli li sempliċiment jingħaddu 'l quddiem ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswijiet minn Euro 5 (vetturi tal-passiġġieri) għal Euro VI (vetturi tqal). Għalhekk, il-format standardizzat irid jiġi aġġustat għall-ħtiġijiet tas-settur tal-vetturi tqal.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex ikunu kkontrollati aħjar l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu inklużi l-OCE u sabiex ikun iffaċilitat il-proċess ta’ konformità waqt l-użu, għandhom ikunu adottati metodoloġija ta’ ttestjar u rekwiżiti ta’ rendiment ibbażati fuq sistemi li jinġarru ta’ kejl ta’ l-emissjonijiet (PEMS).

(15) Sabiex ikunu kkontrollati aħjar l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu inklużi l-OCE u sabiex ikun iffaċilitat il-proċess ta’ konformità waqt l-użu, għandhom ikunu adottati metodoloġija ta’ ttestjar u rekwiżiti ta’ rendiment ibbażati fuq sistemi li jinġarru ta’ kejl ta’ l-emissjonijiet (PEMS) f’perjodu ta’ żmien xieraq.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' dawn l-elementi hi pass importanti ferm li twassal għal leġiżlazzjoni armonizzata b'mod globali u għal kompetizzjoni globali ta' l-industrija ta' l-UE. Il-Kummissjoni għandha tkun aktar soda fil-lingwaġġ li tuża u tadotta dawn ir-Regolamenti Tekniċi Globali (gtrs) fil-Euro VI.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ambizzjużi sabiex jiżguraw li r-retrofitting ta' vetturi heavy-duty eżistenti jkun konformi ma' l-istandards Euro VI.

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi eżistenti jibqgħu parti kbira mill-flotta għal numru ta' snin u r-retrofitting li jsir wara għandu potenzjal kbir biex inaqqas l-emissjonijiet.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 18 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18b) L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw regolarment ir-rati ta' tiġdid u tar-retrofitting tal-vetturi, jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex inaqqsu r-rata ta' aktar vetturi li jniġġsu u jirrapurtaw ir-riżultati kull sena lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-immonitorjar u r-rappurtar jista' jibni bażi li permezz tagħha l-politika għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet issir aktar effiċjenti fil-futur.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tintroduċi valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli fl-Anness I, li tispeċifika l-valur tal-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu ta’ l-NOx, li tistabbilixxi proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll proċedura ta’ kejl għan-numru ta’ partiċelli, u li tadotta miżuri li jikkonċernaw emissjonijiet off-cycle, aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u ċ-ċikli ta’ test li jintużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(24) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tintroduċi valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partiċelli fl-Anness I, li tispeċifika, jekk ikun xieraq, il-valur tal-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu ta’ l-NOx, li tistabbilixxi proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll proċedura ta' kejl għan-numru ta' partiċelli, u li tadotta miżuri li jikkonċernaw emissjonijiet off-cycle, l-użu ta' sistemi ta' kejl ta' l-emissjonijiet li jinġarru, aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u ċ-ċikli ta' test li jintużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Kejl ta' l-emissjonijiet waqt kundizzjonijiet ta' sewqan reali spiss jirrivelaw differenzi sostanzjali bejn dawn u l-figuri ta' l-emissjonijiet waqt it-test. Sabiex jiġi evitat li vetturi jiġu ddisinnjati speċifikament għaċ-ċiklu tat-test, li jipproduċi emissjonijiet ogħla waqt il-bqija tal-ħin, l-użu ta' sistemi ta' kejl ta' l-emissjonijiet, li jistgħu jinġarru, u l-kejl ta' l-emissjonijiet off-cycle, huwa essenzjali.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, li jippermetti approvazzjonijiet mogħtija għal tipi ta’ vetturi b’massa ta’ referenza ta’ ≤ 2,610 kg biex ikunu estiżi, skond kundizzjonijiet speċifiċi, għal tipi ta’ vetturi simili b’massa ta’ referenza ta’ ≤ 2,840 kg.

Ġustifikazzjoni

Numru ta’ tipi ta’ vetturi (‘light-duty’) għandhom l-istess bażi teknika. Skond it-tip ta’ ‘body’ ta’ fuq speċifiku, il-piżijiet tagħhom jistgħu jkunu jew taħt jew fuq bl-eżatt il-limitu ta’ 2,610kg. Dan ifisser li żewġ vetturi li kienu identiċi teknikament se jkunu trattati b’mod differenti; waħda titqies bħala vettura ‘light-duty’, u l-oħra bħala vettura ‘heavy duty’. Dan għandu jagħmel differenza fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi għal approvazzjoni tat-tip. Id-dispożizzjoni tar-Regolament 715/2007/KE dwar din il-kwistjoni qed tiżdied biex tiċċara s-sitwazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “magna” tfisser l-għajn tal-propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura li għaliha tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, kif ġiet iddefinita fil-punt (25) ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(1) "sistema tal-magna" tfisser il-magna, is-sistema ta' kontroll ta' l-emissjonijiet u l-interface ta' komunikazzjoni (hardwer u messaġġi) bejn l-unità/jiet elettronika/ċi ta' kontroll tas-sistema tal-magna (ECU) u kull unità oħra ta' kontroll għall-propulsjoni jew għall-vettura;

Ġustifikazzjoni

Dwar il-punt 1: il-konformità ma' Euro VI għandha tiġi pprovata għas-"sistema tal-magna" kollha kemm hi. Is-sisema tal-magna hija s-sitwazzjoni fejn il-magna, is-sistema ta' emissjonijiet wara t-trattament u elementi addizzjonali ta' kontroll jaħdmu flimkien bl-aħjar mod possibbli. Id-definizzjoni ta' "magna" għandha tinbidel b'mod korrispondenti jew tiġi sostitwita bit-terminu "sistema tal-magna". Il-WHDC gtr Nru 4 diġà tinkludi definizzjonijiet għal-'sistema tal-magna', 'tip ta' magna' u 'sistema ta' egżost wara t-trattament', li jistgħu jintużaw hawn b'mod adegwat.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) "tip ta' magna" tfisser kategorija tal-magna, li fiha mhemmx differenzi fil-karatteristiċi essenzjali tal-magna;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) “sistema ta’ trattament ta’ wara ta’ l-egżost” tfisser katalista (ossidazzjoni jew 3-way), filtru tal-partikuli, sistema ta’ deNOx, filtru tal-partikuli deNOx imħalltin jew kull strument li jnaqqas l-emissjonijiet li huwa installat fid-direzzjoni tal-magna. Din id-definizzjoni teskludi fluss mill-ġdid tal-gass ta’ l-egżost (EGR), li, fejn jitwaħħal, huwa kkunsidrat bħala parti integrali mis-sistema tal-magna;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) “sistema dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn probabbilment hemm ħsara permezz ta’ kodiċi ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;

(7) "sistema dijanjostika fil-vettura" jew "sistema OBD" tfisser sistema abbord vettura jew magna li għandha l-kapaċità li tidentifika ħsarat, u jekk applikabbli, tindikahom permezz ta' sistema ta' allarm, li tidentifika l-probabilità taż-żona fejn tinsab il-ħsara permezz ta' informazzjoni maħżuna fil-memorja tal-kompjuter, u li tgħaddi dik l-informazzjoni 'l barra mill-vettura; skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni tista’ tadotta definizzjoni oħra sabiex tirrifletti progress tekniku fis-sistemi OBD;

Ġustifikazzjoni

Is-sistema OBD, fil-fatt, ma tikkontrollax l-emmissjonijiet. Is-sistema OBD tissorvelja l-prestazzjoni tas-sistemi u tal-komponenti li jikkontrollaw l-emmissjonijiet. Id-definizzjoni l-ġdida proposta hija konformi ma' dik tad-WWH-OBD (Dijanjostika Armonizzata OBD Dinjija).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, għall-manutenzjoni, għall-ispezzjoni, għall-monitoraġġ perjodiku, għat-tiswija, għar-ri-programmazzjoni jew għar-ri-inizjalizzazzjoni tal-vettura u li l-manifatturi jipprovdu lin-negozjanti u lis-sewwejja awtorizzati tagħhom, inklużi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għal tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’parts jew b’tagħmir;

(11) “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, għall-manutenzjoni, għall-ispezzjoni, għall-monitoraġġ perjodiku, għat-tiswija, għar-ri-programmazzjoni, għar-ri-inizjalizzazzjoni jew l-appoġġ dijanjostiku remot tal-vettura u li l-manifatturi jipprovdu lin-negozjanti u lis-sewwejja awtorizzati tagħhom, inklużi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għal tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’parts jew b’tagħmir. Il-produtturi għandhom jipprovdu faċilità standardizzata, sikura, u remota biex jippermettu persuni li jwettqu tiswijiet indipendenti akkreditati biex ilestu operazzjonijiet li jinkludu aċċess għas-sistema ta’ sigurtà tal-vettura;

Ġustifikazzjoni

Bil-kumplessità (elettronika) dejjem tikber tal-vetturi, il-produtturi qed jipprovdu dejjem aktar faċilitajiet ta’ appoġġ dijanjostiċi remoti. Bil-ħsieb li tinħoloq ugwaljanza fl-opportunitajiet bejn operaturi, dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli wkoll għal operaturi indipendenti biex jippermettulhom li joffru lill-konsumaturi għażla kontinwa fil-provvediment tat-tiswija. Minbarra dan, għandha ssir referenza għal ħolqa ta’ sigurtà bejn vettura u l-produttur għall-issettjar mill-ġdid ta’ ‘immobilisers’ u għall-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-unitajiet ta’ kontroll elettroniċi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) “manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għall-awtorità ta' l-approvazzjoni għall-aspetti kollha ta' l-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhux essenzjali li l-persuna jew il-korp tkun involuta direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li hi s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni;

Ġustifikazzjoni

M'għandhiex bżonn ta' spegazzjoni (definizzjoni mill-Artikolu 3.27 tad-Direttiva 2007/46/KE).

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – introduzzjoni u ittra a

Text proposed by the Commission

Amendment

4. Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta miżura għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri għandhom jikkonċernaw dan li ġej:

4. Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta miżura għall-implimentazzjoni ta dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti sal-31 ta' Diċembru 2009 u għandhom jikkonċernaw dan li ġej:

(a) l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli tat-test, l-emissjonijiet off-cycle, in-numru ta’ partiċelli, l-emissjonijiet waqt idling speed, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni korretta tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis;

(a) l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli tat-test, l-użu ta' sistemi ta' kejl ta' l-emissjonijiet li jistgħu jinġarru, sabiex jiġu verifikati l-emissjonijiet waqt l-użu, il-verifika u l-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet off-cycle, sabiex ikun hemm konformità mal-limiti ta' l-emissjonijiet speċifikati fl-Anness I, definizzjoni tal-limiti għan-numru ta’ partiċelli filwaqt li jinżammu l-ħtiġijiet ambjentali ambizzjużi, l-emissjonijiet waqt idling speed, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni korretta tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis;

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri li għandhom jiġu implimentati għandhom jiġu stabbiliti sa l-1 ta' April 2009 sabiex il-manifatturi u sottokuntratturi jkollohom fil-ħin l-informazzjoni kollha li jeħtieġu biex jerġgħu jattrezzaw il-vetturi b'konformità mar-regoli. Il-kejl ta' l-emissjonijiet waqt kundizzjonijiet ta' sewqan reali spiss jirrivelaw differenzi sostanzjali bejn dawn u l-figuri ta' l-emissjonijiet waqt it-test. Sabiex jiġi evitat li vetturi jiġu ddisinnjati speċifikament għaċ-ċiklu tat-test, li jipproduċi emissjonijiet ogħla waqt il-bqija tal-ħin, l-użu ta' sistemi ta' kejl ta' l-emissjonijiet, li jistgħu jinġarru, u l-kejl ta' l-emissjonijiet off-cycle, huwa essenzjali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri oħra li jikkonċernaw proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu huwa fformulat b’mod wisq indeterminat u wisq miftuħ u jippermetti lill-Kummissjoni wisq libertà li tieħu azzjoni fil-proċedura tal-komitoloġija. Dan jista’ jirriżulta f’dewmien fl-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi. Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu definittivi. Għandu jkun possibbli li jiġu introdotti rekwiżiti ġodda bl-involviment tal-Parlament u tal-Kunsill biss.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar is-sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.

1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar is-sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD), għal dijanjosi u tagħmir ieħor, għodda li tinkludi softwer relevanti u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi indipendenti għandhom bżonn aċċess għall-għodda oriġinali u għat-tagħmir ta’ prova tal-manifatturi biex iwettqu t-tiswija ta’ l-ispeċjalisti. Peress li r-Regolament dwar kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (KE) Nru 1400/2002 se jiskadi fl-2010, f’dan ir-Regolament għandha tiddaħħal dispożizzjoni identika li tagħti l-istess drittijiet.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – Paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar is-sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.

1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar is-sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.

Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip li ssir fi stadji differenti, il-manifattur responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip ikkonċernat għandu jkun responsabbli wkoll biex jikkomunika informazzjoni dwar it-tiswija relatata ma’ l-istadju partikolari kemm lill-manifattur finali kif ukoll lill-operaturi indipendenti. Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli għall-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-vettura kollha lill-operaturi indipendenti. It-tariffi għall-ħin ta' aċċess għandhom jitħallsu darba biss.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 mutatis mutandis. L-informazzjoni dijanjostika fil-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandu jkollha l-istandard CEN malli dan ta' l-aħħar jiġi adottat.

Sakemm tiġi adottata din il-forma standard ġdida mis-CEN, l-informazzjoni dijanjostika fil-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għal vetturi għandha tiġi pprovduta f’forma li toffri faċilità tal-qari u ma tkunx diskriminatorja. L-informazzjoni għandha tkun ippubblikata fuq il-websajts tal-manifatturi jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura ta' l-informazzjoni, f’forma oħra xierqa.

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi heavy duty tal-merkanzija spiss jiġu mibnija minn manifattur wieħed. Madankollu, ħafna minn dawn il-vetturi huma mmanifatturati f'diversi stadji u, pereżempju, jinbiegħu bħala chassis jew magna. Iż-żmien ta' wara l-bejgħ jitlob informazzjoni dwar it-tiswija kemm dwar vetturi armati kompletament u vetturi mibjugħa bħala chassis jew magna. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija ma jistgħux sempliċiment jiġu trasferiti mill-Euro V (karozzi privati) għall-Euro VI (vetturi heavy duty tal-merkanzija). Il-forma standard għandha tiġi adattata għall-partikularitajiet tal-vetturi heavy duty tal-merkanzija.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod li bih l-informazzjoni dwar is-sistema OBD u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandha tkun ipprovduta.

2. Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi xierqa relatati mal-mod li bih l-informazzjoni dwar is-sistema OBD u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandha tkun ipprovduta. Il-Kummissjoni għandha tqis it-teknoloġija informatika attwali, it-teknoloġija tal-vetturi tal-ġejjieni, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandarizzazzjoni (ISO) attwali u l-possibilità ta' standard ISO dinji.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jitqiesu t-teknoloġiji attwali u tal-ġejjieni tal-vetturi u ta' l-istandards ISO waqt li l-Kummissjoni tistabbilixxi u taġġorna speċifikazzjonijiet tekniċi marbuta ma' l-informazzjoni OBD u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2014, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ tali vetturi.

2. B’effett minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(3), 5(4) u 6(2) għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ tali vetturi.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm intervall ta’ 48 xahar bejn il-pubblikazzjoni tad-dispożizzjonijiet implimentattivi u d-dħul fis-seħħ ta' l-istandards il-ġodda dwar l-emissjonijiet, biex ikun żgurat li l-manifatturi u l-fornituri tal-komponenti jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-bidliet tekniċi kollha meħtieġa għall-vetturi l-ġodda.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

L-inċentivi finanzjarji

1. Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2014.

2. Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-iffissar retroattiv tal-valuri ta’ limitu ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I tal-vetturi li qed jintużaw u għall-iskrappjar ta’ vetturi li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament.

3. Għal kull tip ta’ vettura bil-mutur, l-inċentivi finanzjarji li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jeċċedu l-ispiża addizzjonali tat-tagħmir tekniku introdott sabiex tkun żgurata konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża l-ispiża ta’ l-installazzjoni fuq il-vettura.

4. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata bi pjanijiet sabiex jiġu istitwiti jew mibdula l-inċentivi fiskali li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li Stati individwali jitħallew jipprovdu inċentivi finanzjarji jmur kontra l-prinċipji tas-Suq Uniku u jista' jaħdem kontra l-kompetizzjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara li jkun ikkompletat il-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, immexxi taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, mingħajr ma tbaxxi l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan il-Komunità, il-Kummissjoni għandha:

1. Wara li jkunu ikkompletati l-partijiet relevanti tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, immexxi taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mill-1 ta' April 2009, skond l-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, imma mingħajr ma tbaxxi l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan il-Komunità, il-Kummissjoni għandha:

(a) tintroduċi valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli, u jekk ikun xieraq, tispeċifika l-valur tal-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu ta’ l-NOx; hemmhekk skond l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2007/46/KE;

(a) tintroduċi valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta partiċelli, u jekk ikun xieraq, tispeċifika l-valur tal-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta limitu ta l-NOx;

(b) tadotta proċedura ta’ kejl għan-numru tal-partiċelli.

(b) tadotta proċedura ta’ kejl għan-numru tal-partiċelli.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fatturi ta’ korrelazzjoni bejn iċ-ċiklu tranżitorju Ewropew (ETC) u ċ-ċiklu stabbli Ewropew (ESC) kif ġie deskritt fid-Direttiva 2005/55/KE, u ċ-ċiklu ta’ sewqan armonizzat dinji tranżitorju (WHTC) u ċ-ċiklu ta’ sewqan stabbli armonizzat dinji fi stat stabbli (WHSC) u għandha tadotta l-valuri ta’ limitu kif ikun xieraq.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fatturi ta’ korrelazzjoni bejn iċ-ċiklu tranżitorju Ewropew (ETC) u ċ-ċiklu stabbli Ewropew (ESC) kif ġie deskritt fid-Direttiva 2005/55/KE, u ċ-ċiklu ta’ sewqan armonizzat dinji tranżitorju (WHTC) u ċ-ċiklu ta’ sewqan stabbli armonizzat dinji fi stat stabbli (WHSC) u għandha tadotta l-valuri ta’ limitu kif ikun xieraq, skond l-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE.

3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(4) kif ukoll iċ-ċikli tat-test li ntużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet.

Jekk l-analiżi ssib li dawk il-proċeduri, it-testijiet, ir-rekwiżiti u ċ-ċikli tat-test m’għadhomx aktar adegwati jew m’għadhomx aktar jirriflettu l-emissjonijiet dinjija effettivi, għandhom jiġu adattati sabiex jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq.

3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(4). Jekk l-analiżi ssib li dawk il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti m’għadhomx aktar adegwati jew m’għadhomx aktar jirriflettu l-emissjonijiet dinjija effettivi, għandhom jiġu adattati skond l-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE sabiex jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq.

4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-inkwinanti elenkati fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li jiġu regolati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizzjonali, għandha temenda dan ir-Regolament b’mod xieraq.

4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-inkwinanti elenkati fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li jiġu regolati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizzjonali, din għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri li għandhom jiġu implimentati għandhom jiġu adottati sa l-1 ta' April 2009 sabiex l-industrija jkollha fil-ħin l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex terġa' tattrezza l-vetturi b'konformità mar-regoli.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikoli 4(3), 5(4) u 6(2) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.

Ġustifikazzjoni

Il-manifatturi għandhom bżonn ta’ ċertu perjodu ta’ tranżizzjoni bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament u l-proċedura tal-kumitat. Flimkien ma’ l-istandards ta’ l-Euro V u l-Euro VI, il-Kummissjoni adottat diversi dispożizzjonijiet ġodda dwar il-karozzi privati aktar ġodda skond il-proċedura tal-kumitati, li diġà se ssir vinkolanti skond l-istandard Euro V f'Settembru 2009, sabiex il-manifatturi bilkemm ikollhom perjodu ta' tranżizzjoni. L-istandard Euro VI għandu jqis din il-problema.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

ANNESS I

Il-limiti ta’ emissjoni ta’ l-Euro VI

Valuri ta’ limitu

CO(mg/kWh)

THC(mg/kWh)

NMHC(mg/kWh)

CH4(mg/kWh)

NOx (3)(mg/kWh)

NH3(ppm)

Massa ta’ PM (mg/kWh)

Numru ta’ PM (1) (#/kWh)

ESC (CI)

1500

130

400

10

10

ETC (CI)

4000

160

400

10

10

ETC (PI)

4000

160

500

400

10

10

WHSC (2)

WHTC (2)

Emenda

ANNESS I

Il-limiti ta’ emissjoni ta’ l-Euro VI

Valuri ta’ limitu

CO(mg/kWh)

THC(mg/kWh)

NMHC(mg/kWh)

CH4(mg/kWh)

NOx (3)(mg/kWh)

NH3(ppm)

Massa ta’ PM (mg/kWh)

Numru ta’ PM (1) (#/kWh)

ESC (CI)

1500

130

500

10

10

ETC (CI)

4000

160

500

10

10

ETC (PI)

4000

160

500

500

10

10

WHSC (2)

WHTC (2)

Ġustifikazzjoni

Żieda marġinali fil-valur ta' limitu NOx tippermetti soluzzjonijiet tekniċi li jnaqqsu s-CO2 daqs 50%. Din l-emenda tipprovdi sitwazzjoni ta' titjib kemm fir-rigward ta' l-inkwinanti ta' l-arja u l-gassijiet b'effett ta' serra billi twassal għal skambju aħjar bejn l-emissjoninijet NOx u CO2.

NOTA SPJEGATTIVA

The combustion of fuels based on fossil energy carriers such as petrol, diesel and gas releases emissions which damage health and flora and fauna, as well as contributing to the warming of the atmosphere.

Clean heavy-duty vehicles make a substantial contribution to better air quality in Europe. This is closely linked to the average age of the vehicle fleet on Europe's roads. If the average age of such vehicles falls, the proportion of them that emit less exhaust gases which damage the environment and health rises.

The Commission proposal

In connection with the Sixth Environmental Action Programme and the Clean Air for Europe Programme, which was based on it, the Commission submitted a proposal for a thematic strategy on air pollution in September 2005. The Commission proposal for a Euro VI regulation, submitted on 21 December 2007, is intended to be one of the measures to promote clean air.

The Commission proposal provides for the introduction of harmonised technical rules for heavy-duty vehicles in order to ensure the functioning of the internal market together with a high level of environmental protection. Limits are established for damaging emissions of carbon monoxide (CO), nitrogen oxides (NOx) and particulates (PM). In comparison with Euro-V, the permitted particle mass is to be reduced by 66% and NOx emissions by 80%. In order to facilitate the objective of a functioning internal market while maintaining a high level of environmental protection, the Commission proposal also provides for measures relating to access to repair information.

In parallel with the proposal for a regulation which is under consideration (the 'policy regulation'), a 'technical regulation' is being drafted in line with the two-level approach to set out the technical specifications which comply with the underlying requirements.

The Euro VI regulation is intended to replace the Euro IV emission limits which have applied since November 2006 and to replace in 2013 the Euro V emission limits which are to apply from October 2008.

Rapporteur's approach

The rapporteur regrets that the Commission proposal does not set more ambitious limits for particle mass. During the preparatory discussions it became clear that further reductions in the limits are needed in order to ensure the use of closed filters which filter out ultra-fine particles. This is technically feasible and has already been measured in tests. The rapporteur therefore proposes going a step further and reducing the particle mass limit from the figure of 10 mg/kWh in the Commission proposal to 5 mg/kWh.

The Commission proposal provides for the new limits to be introduced only with effect from 2013. However, the state of technical progress permits an earlier date of introduction. The rapporteur therefore calls for the work under the commitology procedure to be completed by 1 April 2009. The new emission limits should enter into force for new vehicle types 36 months later, i.e. on 1 April 2012, and for all vehicles on 1 April 2013.

The particulates problem should not be forgotten amongst all the debates on nitrogen oxides. In cities, especially, this pollution is perceptible. The introduction of a particle number in correlation with a small particle mass will ensure that ultrafine particles are not released. The particle number should be laid down as part of the implementing measures.

The rapporteur supports and advocates the option which remains in the Commission proposal for Member States to promote early introduction of clean vehicles by means of financial incentives.

The Commission has incorporated in its proposal the rules on access to repair information from Euro 5 and 6. Here, the rapporteur supports the Commission proposal and stresses that independent market operators must be afforded standardised access to repair and OBD information in the same way as authorised dealers and repairers. Maintenance and repair of motor vehicles help to ensure that vehicles function well and operate properly. If independent market operators can also carry out repairs without problems, this will facilitate access to regular maintenance. Regular maintenance ensures safe and moreover less environmentally damaging operation of a vehicle and therefore deserves support.

Independent tests show that emissions under real operating conditions can certainly differ from those measured in the test cycle. In order to ensure that vehicles abide by limits even outside the test cycle, the rapporteur calls for the use of portable emission measurement systems and the introduction of procedures to measure off-cycle emissions.

Retrofitting of heavy-duty vehicles with diesel particle filters can result in higher emissions of NO2. Many towns and communes will find it difficult to comply with the forthcoming NO2 limits under the air quality directive. In order to ensure that source-based emissions are reduced, it is important to regulate retrofitting of vehicles already in operation. The rapporteur calls on the Commission to draft a proposal on this.

In the light of the discussion on climate change and the cost savings arising from lower consumption, the rapporteur also calls on the Commission, if appropriate in the light of the measurements obtained, to submit a proposal on the regulation of carbon dioxide emissions from heavy-duty vehicles.

In demarcating what decisions are to be taken under codecision and what under commitology, it is necessary to ensure that important decisions such as those on the introduction of limits for new substances are decided under codecision.

At present, vehicles which reduce their emissions using a reagent can also operate without this reagent, thus under real driving conditions causing emissions far greater than permitted by the limits which are called for. In future, manufacturers should ensure that vehicles which comply with the Euro VI limits by using this technology can no longer be driven without the consumable reagent. This would guarantee compliance with the limits.

OPINJONI TAL- KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (25.6.2008)

għall- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi
(COM(2007)0851 – C6‑0007/2008 – 2007/0295(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Anja Weisgerber

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan ta' din il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi huwa li jiġu stipulati regoli armonizzati dwar il-bini ta' vetturi bil-mutur sabiex ikunu żgurat it-tħaddim tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin ikun żgurat ħarsien ambjentali ta' livell għoli f'dak li jirrigwarda l-emmissjonijiet ta' inkwinanti atmosferiċi;

Bil-għan li tkun garantita kompetizzjoni effettiva fis-suq tas-servizzi ta' tiswija u ta' manutenzjoni u biex ikun żgurat li l-operaturi indipendenti ma jkunux esklużi mis-suq, il-produtturi ta' vetturi għandhom jagħtu aċċess bla restrinzzjonijiet u standardizzat lil operaturi, bħal min isewwi, il-produtturi jew id-distributuri ta' tagħmir, għodda jew partijiet tal-bdil użati fit-tiswija, għal informazzjoni dwar is-sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

Ir-Rapporteur għal Opinjoni jappoġġja l-proposta b'mod ġenerali imma jissuġġerixxi li jsir aktar titjib fir-rigward ta' l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija ta' vettura. Ħafna drabi, il-vetturi heavy duty jiġu prodotti f'diversi stadji, u għalhekk l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija ta' vettura għandha tkun żgurata f'dawn is-sitwazzjonijiet ukoll sabiex ikun żgurat li l-operaturi indipendenti jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti kollha tal-vettura. Għalhekk, ir-Rapporteur għal Opinjoni jipproponi li fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, il-produttur responsabbli għal kull approvazzjoni jkun ukoll responsabbli għat-twassil ta' informazzjoni dwar it-tiswijiet għal dak l-istadju kemm lill-produttur finali u kif ukoll lill-operaturi indipendenti.

Mhux possibbli li sempliċiment jingħaddu 'l quddiem ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswijiet u l-manutenzjoni minn Euro 5 (vetturi tal-passiġġieri) għal Euro VI (vetturi heavy duty) fir-rigward tal-forma ta' tressiq standard. Għalhekk il-Kummissjoni tat mandat lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzjoni biex jiżviluppa forma ġdida għat-tressiq ta' informazzjoni dwar it-tisjwijiet u l-manutenzjoni li tirrifletti t-teknoloġija aġġornata tal-vetturi u tkun applikabbli wkoll għall-vetturi heavy duty. Hekk kif tiġi adottata l-forma l-ġdida, kull informazzjoni dwar it-tiswijiet u l-manutenzjoni għandha titressaq skond din il-forma l-ġdida.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża sabiex tkun irkuprata l-informazzjoni teknika, u l-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vetturi huma meħtieġa sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi. Proporzjon kbir minn tali informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi oħra tal-vetturi. Huwa xieraq li jkunu stabbliti speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu segwiti mill-manifatturi fis-siti web tagħhom, flimkien ma’ miżuri mmirati sabiex ikun żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

(8) Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża sabiex tkun irkuprata l-informazzjoni teknika u l-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vetturi huma meħtieġa sabiex jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern, partikolarment rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi. Proporzjon kbir minn tali informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi oħra tal-vetturi. Jeħtieġ li jkunu stabbliti speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu segwiti mill-manifatturi fis-siti web tagħhom, flimkien ma’ miżuri mmirati sabiex ikun żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

Ġustifikazzjoni

Mhux biss huwa xieraq imma wkoll meħtieġ li jiġu stipulati speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jissegwew mill-manifatturi fil-websajts tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat tas-sistema ta' aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vetturi bil-għan li jiġi determinat jekk ikunx xieraq li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vetturi fi ħdan qafas leġiżlattiv rivedut dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għal informazzjoni bħal din jiġu konsolidati b'dan il-mod, id-dispożizzjonijiet ekwivalenti ta' dan ir-Regolament għandhom jitħassru, sakemm jinżammu d-drittijiet attwali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.

___________

* Erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Aċċess għall-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandu jkun inkorporat fid-direttiva ta' qafas dwar l-apporvazzjoni ta' tip jew f'qafas leġiżlattiv ieħor dwar l-approvazzjoni ta' tip. Ir-regolament Euro 5/6 ekwivalenti għall-vetturi tal-passiġġieri ((KE Nru 715/2007) fih premessa identika (Nru 9).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8b) Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' forma standard armonizzata u internazzjonali għal aċċess bla restrizzjonijiet u standardizzat għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, pereżempju permezz tal-ħidma taċ-CEN.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ format standard ta' ISO armonizzat u internazzjonali għall-aċċess għal informazzjoni dwar tiswija, sabiex ikunu żgurat l-iżvilupp ta' regolament armonizzat u internazzjonali dwar il-vetturi u sabiex tiżdied l-armonizzazzjoni f'oqsma li għadhom mhux koperti.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8c) Huwa indispensabbli li jkun imfassal standard komuni Ewropew għall-formulazzjoni ta' informazzjoni dijagnostika abbord u informazzjoni dwar it-tiswija tal-vettura u dwar il-manutenzjoni tagħha. Minħabba li l-forma attwali OASIS ma tistax tiġi applikata b'mod sħiħ għall-informazzjoni dijagnostika abbord u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura fir-rigward ta' vetturi kbar, iċ-CEN ingħata mandat biex ifassal standard estiż għal dik l-informazzjoni. Dak l-istandard għandu jkun imsejjes fuq il-forma ta' l-OASIS, u jiġi adattat għall-ħtiġijiet speċjali ta' vetturi kbar. Sakemm jasal iż-żmien li dak l-istandard jiġi adottat miċ-CEN, l-informazzjoni djagnostika abbord u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vetturi kbar għandha tiġi ppreżentata b'mod li jsir l-aċċess malajr u f'forma li tiggarantixxi aċċess mhux diskriminat. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-websajts tal-produtturi, jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura ta' l-informazzjoni, taħt forma oħra xierqa. Speċifikazzjonijiet rigward l-iskop ta' l-informazzjoni teknika definita fid-dokument OASIS SC1-D2 għandhom ikunu inklużi fil-miżuri adottati għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda ta' l-Artikolu 6(1).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) “sistema dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn probabbilment hemm ħsara permezz ta’ kodiċi ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;

(7) "sistema dijanjostika fil-vettura" jew "sistema OBD" tfisser sistema abbord vettura jew magna li għandha l-kapaċità li tidentifika ħsarat, u jekk applikappli, tindikhom permezz ta' sistema ta' allarm, li tidentifika l-probabilità taż-żona fejn tinsab il-ħsara permezz ta' informazzjoni maħżuna f'memorja tal-kompjuter, u li tgħaddi dik l-informazzjoni 'l barra mill-vettura. skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni tista’ tadotta definizzjoni oħra sabiex tirrifletti progress tekniku fis-sistemi OBD;

Ġustifikazzjoni

Is-sistema OBD, fil-fatt, ma tikkontrollax l-emmissjonijiet. Is-sistema OBD tissorvelja l-prestazjoni tas-sistemi u tal-komponenti li jikkontrollaw l-emmissjonijiet. Id-definizzjoni l-ġdida proposta hija konformi ma' dik tad-WWH-OBD (Dijagnostika Armonizzata OBD Dinjija).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri oħra li jikkonċernaw proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip.

Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE u, fejn jidħlu piżijiet sostantivi addizzjonali, suġġett għall-preżentazzjoni ta' evalwazzjoni komprensiva ta' l-impatt, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri oħra li jikkonċernaw proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip, sabiex dan ir-Regolament jiġi adattat għall-progress u l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi fil-fehim ta' kwistjonijiet dwar il-kwalità ta' l-arja.

Ġustifikazzjoni

Irridu niżguraw li l-proċedura Komitoloġika ma timponix piż żejjed fuq l-industrija li ma jkunx meħtieġ.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - Paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar is-sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.

1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar is-sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi lill-operaturi indipendenti.

Fil-każ ta' approvazzjoni ta' tip li ssir fi stadji differenti, il-manifattur responsabbli għal kull approvazzjoni għandu jkun responsabbli wkoll għat-twassil ta' informazzjoni dwar it-tiswija kemm lill-produttur finali u kemm lill-operaturi indipendenti f'dak li jirrigwarda l-istadju preżenti. Il-produttur finali għandu jkun responsabbli għat-twassil ta' informazzjoni lil operaturi indipendenti fir-rigward tal-vettura kollha. It-tariffi għall-ħin ta' aċċess għandhom jitħallsu darba biss.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Għandhom japplikaw, kif xieraq, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. Wara l-adozzjoni ta' l-istandard rilevanti CEN, l-informazzjoni dijagnostika fuq il-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun imsejsa fuq dak l-istandard.

Sakemm jiġi adottat l-istandard rilevanti CEN, l-informazzjoni dijagnostika fuq il-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun preżentata b'mod mhux diskriminatorju u b'aċċess faċli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-websajts tal-produtturi, jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura ta' l-informazzjoni, taħt forma oħra xierqa.

Ġustifikazzjoni

Vetturi kbar spiss jiġu muntati minn manifattur singolu, imma numru sinifikanti jinbnew fi stadji differenti u jinbiegħu bħala xażi u magna. Is-suq ta' l-ispare parts jeħtieġ li jikseb informazzjoni dwar it-tiswija kemm għall-vetturi assemblati kompletament u kemm għal dawk mibjugħa taħt forma ta' magna/xażi.

Mhux possibbli li sempliċiment jingħaddu 'l quddiem ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswijiet minn Euro 5 (vetturi tal-passiġġieri) għal Euro VI (vetturi tqal). Għalhekk, il-format standardizzat irid jiġi aġġustat għall-ħtiġijiet tas-settur tal-vetturi tqal.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 2 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod li bih l-informazzjoni dwar is-sistema OBD u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandha tkun ipprovduta.

2. Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi xierqa relatati mal-mod li bih l-informazzjoni dwar is-sistema OBD u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għandha tkun ipprovduta. Il-Kummissjoni għandha tqis it-teknoloġija informatika attwali, it-teknoloġija tal-vetturi tal-ġejjieni, l-istandards ISO attwali u l-possibilità ta' standard ISO dinji.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jitqiesu t-teknoloġiji attwali u tal-ġejjieni tal-vetturi u ta' l-istandards ISO waqt li l-Kummissjoni tistabbilixxi u taġġorna speċifikazzjonijiet tekniċi marbuta ma' l-informazzjoni OBD u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2014, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ tali vetturi.

B’effett minn [48 xhar wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(3), 5(4)(1) u 6(2)(1)] għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ tali vetturi.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm intervall ta' 48 xahar bejn il-publikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' l-istandards ġodda dwar l-emmissjonijiet sabiex ikun żgurat li l-produtturi u d-distributuri jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex japplikaw l-avvanzi teknoloġiċi meħtieġa fil-vetturi l-ġodda.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

L-inċentivi finanzjarji

1. Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2014.

2. Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-iffissar retroattiv tal-valuri ta’ limitu ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I tal-vetturi li qed jintużaw u għall-iskrappjar ta’ vetturi li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament.

3. Għal kull tip ta’ vettura bil-mutur, l-inċentivi finanzjarji li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jeċċedu l-ispiża addizzjonali tat-tagħmir tekniku introdott sabiex tkun żgurata konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża l-ispiża ta’ l-installazzjoni fuq il-vettura.

4. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata bi pjanijiet sabiex jiġu istitwiti jew mibdula l-inċentivi fiskali li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li Stati individwali jitħallew jipprovdu inċentivi finanzjarji jmur kontra l-prinċipji tas-Suq Uniku u jista' jaħdem kontra l-kompetizzjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1. fl-Artikolu 3, il-kliem ta' introduzzjoni tat-2 punt għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. 'vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi' tfisser vetturi diesel tal-kategorija M li huma jew:

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 715/2007 li jkopri l-istandards EURO 5/6 introduċa l-kunċett ta' vetturi bi "ħtiġijiet soċjali speċifiċi" (SSN) li jkollhom benefiċċju ġustifikat meta ssir l-approvazzjoni tat-tip għall-EURO 5 fil-konfront ta' l-istandards dwar l-emissjonijiet applikabbli għall-vetturi tal-kategorija NI klassi III. Dan ifisser li l-Minibuses (M1) huma permessi jarmu aktar NOx minn karozzi normali tal-passiġġieri (jekk ikollhom disa' postijiet biss inkluż dak tas-sewwieq). Madankollu, l-istess Minibus (M2), jekk ikun iddisinjat b'post addizzjonali, jitqies bħal karozza normali tal-passiġġieri. Din l-emenda għandha l-iskop li telimina s-sitwazzjoni inġusta li nħolqot bid-definizzjoni ta' l-SSN u li twessa' d-definizzjoni ta' l-SSN għall-minibuses kollha.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - Paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 88/195/KEE, 97/21/KE, 1999/99/KE u 2005/78/KE, u d-Direttiva 2005/55/KE għandhom jiġu revokati b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2014.

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 88/195/KEE, 97/21/KE, 1999/99/KE u 2005/78/KE, u d-Direttiva 2005/55/KE qed jiġu revokati b’effett minn [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 4(3), 5(4)(1) u 6(2)(1)].

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm intervall ta' 48 xahar bejn il-publikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' l-istandards ġodda dwar l-emmissjonijiet sabiex ikun żgurat li l-produtturi u d-distributuri jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex japplikaw l-avvanzi teknoloġiċi meħtieġa fil-vetturi l-ġodda.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - Paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ April 2013. Madankollu, l-Artikoli 8(3) u 10 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ u l-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i) u 3(d)(i) ta’ l-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2014.

Huwa għandu japplika minn [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 4(3),5(4)(1) u 6(2)(1)]. Madankollu, l-Artikoli 8(3) u 10 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i) u 3(d)(i) ta’ l-Anness II għandhom japplikaw minn [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 4(3), 5(4)(1) u 6(2)(1)].

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm intervall ta' 36 xahar (jew fil-każ ta' mudelli ġodda ta' vetturi, 48 xahar) bejn il-publikazzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' l-istandards ġodda dwar l-emmissjonijiet sabiex ikun żgurat li l-produtturi u d-distributuri jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex japplikaw l-avvanzi teknoloġiċi meħtieġa fil-vetturi l-ġodda.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 6(2) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.

Ġustifikazzjoni

Kull produttur jeħtieġ biżżejjed żmien ta' adattazzjoni mit-tlestija u d-dħul fis-seħħ tal-kodeċiżjoni u l-proċedura ta' komitoloġija. F'dak li jirrigwarda karozzi tal-passiġġieri Euro 5/6, il-Kummissjoni introduċiet diversi miżuri ġodda waqt il-proċedura ta' komitoloġija li bilkemm se jkunu tlestew qabel isiru obbligatorji bħala parti mill-Euro 5 minn Settembru 2009, u l-produtturi ma jkollhom kważi l-ebda żmien ta' adattazzjoni. Din il-kwistjoni trid tiġi indirizzata fl-Euro VI.

PROĊEDURA

Titolu

L-approvazzjoni ta’ tipi ta’ vetturi bil-mutur u ta’ magni

Referenzi

COM(2007)0851 – C6-0007/2008 – 2007/0295(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.1.2008

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Anja Weisgerber

25.3.2008

Diskussjoni fil-kumitat

6.5.2008

27.5.2008

24.6.2008

Data ta’ l-adozzjoni

24.6.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Iliana Malinova Iotova, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Bill Newton Dunn, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Salvador Domingo Sanz Palacio, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Barbara Weiler, Marian Zlotea

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Giovanna Corda, Jan Cremers, Manuel Medina Ortega, Olle Schmidt, Gary Titley, Anja Weisgerber

OPINJONI TAL- KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (8.5.2008)

għall Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi
(COM(2007)0851 – C6‑0007/2008 – 2007/0295(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Johannes Blokland

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Daħla

Fl-introduzzjoni tal-proposta tagħha għal limiti ta’ tniġġis Euro VI minn vetturi heavy-duty, il-Kummissjoni Ewropea mmarkat il-pressjoni ambjentali dejjem tiżdied fuq zoni urbani u popolati b'mod konsiderevoli. It-traffiku jammonta għal parti importanti tat-tniġġis Nox u PM f’oqsma bħal dawn.

Bil-ħsieb li jkunu indirizzati dawn il-problemi, il-Kummissjoni introduċiet il-programm CAFE (Arja Nadifa għall-Ewropa) fl-2001. Il-programm iffoka fuq strateġiji li jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis ta’ tniġġis u b’hekk tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja sa l-2020. Sitt oqsma ta’ azzjoni possibbli kienu definiti, li wieħed minnhom kien it-tnaqqis ta' tniġġis fis-sors.

Il-Kummissjoni tqis il-livelli ta’ tniġġis Euro VI bħala metodu wieħed ta’ tnaqqis ta’ tniġġis ta’ prekursuri ta’ l-ożonju bħal Nox u PM. Meta mqabbel mal-limiti ta’ tniġġis Euro V, il-limitu għal NOx se jitnaqqas bi 80% u dak għal PM b’67%. Peress li xi elementi tekniċi tal-proposta jiddependu fuq il-progress milħuq fil-kuntest tal-gruppi ta’ ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni tipproponi biex tinkludi aktar rekwiżiti tekniċi ladarba biss tintlaħaq ftehima f’dawn il-gruppi ta’ ħidma.

Il-Kummissjoni tistabbilixxi wkoll rekwiżiti dwar l-aċċess għal informazzjoni ta’ tiswija u manutenzjoni lil operaturi indipendenti, minbarra dawk magħquda mal-manifatturi direttament.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni dwar il-proposta Euro VI urew li dawk li wieġbu qablu b'mod wiesa' mal-proposta.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jaqbel dwar il-ħtieġa li jsir sforz fit-tnaqqis tat-tniġġis fis-sors biex jitnaqqas it-tniġġis mill-vetturi, kemm vetturi żgħar kif ukoll dawk kbar. Għalhekk, ir-rapporteur japprova l-proposta Euro VI. Iżda jridu jitwettqu kummenti dwar xi elementi tal-proposta.

Livelli ta’ Tniġġis u Kalendarju

Il-Kummissjoni timmira biex twettaq l-effetti konkreti ta’ din il-proposta sa l-2020. Dan huwa magħqud mal-kalendarju tal-programm CAFE. Iżda jeżisti kalendarju ieħor li għandu jitqies. Fl-2015 se jidħlu fis-seħħ rekwiżiti ġodda dwar il-kwalità ta’ l-arja. Huwa probabbli li reġjuni urbani u popolati b’mod intens se jkollhom diffikultajiet biex jilħqu dawn ir-rekwiżiti. B’mod parzjali dan iseħħ minħabba tniġġis minn vetturi. Iż-żieda fil-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi għalhekk se tikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità ta’ l-arja lokali, li tippermetti lill-Istati Membri biex jersqu aktar lejn il-livell mitlub ta' kwalità mill-2015.

Kull sena 10% tan-numru totali ta’ vetturi ‘heavy-duty’ se jkunu sostitwiti fl-UE. Id-dati ta’ introduzzjoni tal-limiti Euro VI għandhom jitressqu ‘l quddiem biex iwettqu kontribuzzjoni sostanzjali għar-rekwiżiti tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-2015. Peress li għandu jkun possibbli li tintlaħaq ftehima fl-ewwel qari mal-Kunsill dwar din il-proposta qabel Ottubru 2008, id-dati ta’ introduzzjoni għandhom jitressqu għall-1 ta’ Ottubru 2011 (approvazzjoni tat-tip) u l-1 ta’ Ottubru 2012 (vetturi ġodda). L-industrija indikat li hija teħtieġ 36 xahar biex tadatta l-linji ta’ produzzjoni tagħha ladarba jkunu introdotti rekwiżiti ġodda.

It-tiġdid annwali ta’ għaxra fil-mija tal-flotta jfisser perjodu ta' żmien ta' minimu ta’ għaxar snin biex il-flotta kollha ta’ vetturi jkunu adattati għar-rekwiżiti ġodda u jikkontribwixxu għal-livelli aktar baxxi ta’ tniġġis. Ikun utli li l-Kummissjoni tintalab biex tqis jekk ir-rekwiżiti Euro VI jistgħu jkunu estiżi wkoll għal vetturi ‘qodma’ permezz ta' sistemi 'retro-fit'. Jekk l-investigazzjonijiet juru li dan għandu jkun possibbli teknikament, il-leġiżlazzjoni li tikorrispondi għandha tkun proposta.

Aċċess għal Informazzjoni

Fil-passat, il-manutenzjoni ta’ vetturi ‘heavy duty’ kienet isseħħ biss minn mekkaniċi b’konnessjonijiet mal-produttur tal-vettura. Tul l-aħħar snin is-sehem tas-suq ta’ l-operaturi indipendenti żdied b’mod konsistenti. Dan jimplika li aċċess ‘estern’ għal informazzjoni teknika fuq vetturi qed isir aktar importanti. Din l-informazzjoni hija provduta mill-produtturi permezz tal-websajts tagħhom stess. L-informazzjoni hija aċċessibbli għal operaturi indipendenti, iżda kull produttur jippreżenta l-informazzjoni f'format differenti li ma jikkontribwixxix għal ugwaljanza fl-opportunitajiet bejn stabbilimenti li joffru xogħol mekkaniku.

Fil-preżent jeżisti obbligu dwar il-provvediment ta’ informazzjoni stipulat fir-Regolament (KE) 1400/2002 u format standardizzat għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni teknika jeżisti wkoll (OASIS). Peress li r-Regolament 1400/2002 huwa mistenni li jkun rifjutat sa l-2010, rekwiżiti dwar l-aċċess għal informazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-proposta attwali. Peress li s-sistema OASIS hija żviluppata kemm mill-manifatturi u kemm mill-operaturi indipendenti - skond is-superviżjoni tal-Kummissjoni - hija għandha tkun is-sistema li biha trid tkun preżentata l-informazzjoni. Informazzjoni standardizzata se twassal għal ugwaljanza fl-opportunitajiet fost stabbilimenti li joffru xogħol ta’ tiswija u toffri aktar għażla lil konsumaturi.

Ir-rapporteur tiegħek jixtieq jenfasizza l-importanza ta’ aċċess ugwali għal informazzjoni, preżentat b’mod identiku bil-ħsieb li tintlaħaq ugwaljanza fl-opportunitajiet għal operaturi. Għalhekk huwa jixtieq isaħħaħ ir-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Artikolu 3.

Komitoloġija

Fl-aħħar nett, għandha tingħata attenzjoni għall-użu attent ta' proċeduri ta' komitoloġija. Il-proċeduri ta' komitoloġija huma mfassla għall-adattament ta’ rekwiżiti bi progress tekniku. Għalhekk m’għandhiex tintuża biex ikunu introdotti rekwiżiti tekniċi ġodda li jibdlu l-istandards b’mod sostanzjali. Għal din ir-raġuni xi salvagwardji tressqu fl-Artikoli 5 u 12.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE għall-kwalità ta’ l-arja jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tkun ipprovduta b’informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu futuri ta’ l-emissjonijiet.

(5) Biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE għall-kwalità ta’ l-arja jinħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tkun ipprovduta b’informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu futuri ta’ l-emissjonijiet u tingħata żmien xieraq biex tkun konformi magħhom.

Ġustifikazzjoni

L-industrija teħtieġ 36 xahar bil-quddiem biex tadatta il-proċessi ta’ produzzjoni tagħha mar-rekwiżiti tekniċi ġodda.

L-objettiv tal-Kummissjoni tat-titjib tal-kwalità ta’ l-arja jrid jintlaħaq, iżda l-industrija jrid ikollha żmien xieraq biex tirreaġixxi għal-leġiżlazzjoni ġdida u biex tirkupra l-investiment sostanzjali tagħha biex tikkonforma ma’ regolamenti preċedenti (eż. Euro V).

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Ir-‘retro-fitting’ ta’ vetturi ‘heavy duty’ aktar antiki b’sistemi ta’ kontroll ta’ tniġġis aktar moderni se jtejbu l-kwalità ta’ l-arja. Il-Kummissjoni għandha tqis li tipproponi leġiżlazzjoni ta’ l-UE għal sistemi bħal dawn li tiżgura wkoll li tniġġis ta’ dijossidu ta’ nitroġenu minn sistemi ta’ kontroll ta’ tniġġis ‘retro-fit’ ikunu ristretti.

Ġustifikazzjoni

Kull sena madwar 10% tal-flotta ta’ vetturi ‘heavy duty’ hija sostitwita. Għal din ir-raġuni l-effett tad-dispożizzjonijiet Euro VI se jieħu numru ta' snin biex jidħol fis-seħħ b'mod sħiħ. Biex jintlaħaq l-effett massimu tal-proposta attwali, il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE għal sistemi ‘retro-fit' għal vetturi attwali tistax tkun preżentata.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fl-iffissar ta’ l-istandards ta’ emissjoni huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għall-kompetittività tas-swieq u tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozji u l-benefiċċji li jakkumulaw f’termini ta’ stimolu lill-innovazzjoni, titjib tal-kwalità ta’ l-arja, tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa u żjieda fl-istennija għall-ħajja.

(7) Fl-iffissar ta’ l-istandards ta’ emissjoni huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għall-kompetittività tas-swieq u tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozji u l-benefiċċji li jakkumulaw f’termini ta’ stimolu lill-innovazzjoni, titjib tal-kwalità ta’ l-arja, tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa u żjieda fl-istennija għall-ħajja. Sabiex tiġi ffavorita l-kompetittivitá tal-manifatturi, l-istandards ta' l-emissjonijiet għandhom jibqgħu l-istess għal perjodu minimu ta' ħames snin.

Ġustifikazzjoni

L-industrija teħtieġ perjodu minimu ta' stabilitá ta' ħames snin għal kull standard ta' emissjoni sabiex ikollha l-qliegħ neċessarju mill-investimenti ħalli tintroduċi t-teknoloġija l-ġdida. Modifiki ta' spiss tar-rekwiżiti ta' l-emissjonijiet jesiġu li l-manifatturi jiddedikaw ħafna risorsi biex jaġġornaw il-prodotti attwali tagħhom. Dan jippenalizza ż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ġodda u joħloq żvantaġġ kompetittiv. Hu biss billi jkun garantit żmien suffiċjenti u adegwat li l-kompetizzjoni ma titqegħidx fil-periklu u jkun żgurat li eventwalment tintlaħaq il-mira ambjentali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża sabiex tkun irkuprata l-informazzjoni teknika, u l-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vetturi huma meħtieġa sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi. Proporzjon kbir minn tali informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi oħra tal-vetturi. Huwa xieraq li jkunu stabbliti speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu segwiti mill-manifatturi fis-siti web tagħhom, flimkien ma’ miżuri mmirati sabiex ikun żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

(8) Aċċess mhux ristrett għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi bl-iktar mod adegwat, mingħajr ma jinħoloq piż sproporzjonat relatat mal-benefiċċji lill-konsumaturi, permezz ta’ format standardizzat li jista’ jintuża sabiex tkun irkuprata l-informazzjoni teknika, u l-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq għas-servizzi ta’ tiswija u ta’ informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vetturi huma meħtieġa sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti s-servizzi. Proporzjon kbir minn tali informazzjoni huwa relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi oħra tal-vetturi. Huwa xieraq li jkunu stabbliti speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu segwiti mill-manifatturi fis-siti web tagħhom, flimkien ma’ miżuri mmirati sabiex ikun żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta biss miżuri xierqa dwar l-aċċess għal informazzjoni tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura. M'hemm l-ebda raġuni biex jinħoloq piż sproporzjonat relatat mal-benefiċċji lill-konsumaturi. Pereżempju li testendi d-definizzjoni ta' tiswija u ta' informazzjoni dwar manutenzjoni għal dijanjosi remota u timponi fuq il-manifatturi li jippermettu li persuni indipendenti akkreditati li jsewwu jkollhom aċċess għas-sistema ta' siġurtá tal-vettura, ma jidhirx li hu adatt.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex ikunu kkontrollati aħjar l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu inklużi l-OCE u sabiex ikun iffaċilitat il-proċess ta’ konformità waqt l-użu, għandhom ikunu adottati metodoloġija ta’ ttestjar u rekwiżiti ta’ rendiment ibbażati fuq sistemi li jinġarru ta’ kejl ta’ l-emissjonijiet (PEMS).

(15) Sabiex ikunu kkontrollati aħjar l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu inklużi l-OCE u sabiex ikun iffaċilitat il-proċess ta’ konformità waqt l-użu, għandhom ikunu adottati metodoloġija ta’ ttestjar u rekwiżiti ta’ rendiment ibbażati fuq sistemi li jinġarru ta’ kejl ta’ l-emissjonijiet (PEMS) f’perjodu ta’ żmien xieraq.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' dawn l-elementi hi pass importanti ferm li twassal għal leġiżlazzjoni armonizzata b'mod globali u għal kompetizzjoni globali ta' l-industrija ta' l-UE. Il-Kummissjoni għandha tkun aktar soda fil-lingwaġġ li tuża u tadotta dawn ir-Regolamenti Tekniċi Globali (gtrs) fil-Euro VI.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ambizzjużi sabiex jiżguraw li modifiki ta' vetturi heavy-duty eżistenti jkunu konformi ma' l-istandards Euro VI.

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi eżistenti jibqgħu parti kbira mill-flotta għal numru ta' snin u modifiki li jsiru wara għandhom potenzjal kbir biex inaqqsu l-emissjonijiet.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 18 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18b) L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw regolarment ir-rati ta' tiġdid u tal-modifiki tal-vetturi li jsiru wara, jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex inaqqsu r-rata ta' vetturi li jniġġsu aktar u jirrapurtaw ir-riżultati kull sena lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-immonitorjar u r-rrappurtar jista' jibni bażi li permezz tagħha l-politika għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet issir aktar effiċjenti fil-futur.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, li jippermetti approvazzjonijiet mogħtija għal tipi ta’ vetturi b’massa ta’ referenza ta’ ≤ 2.610 kg biex ikunu estiżi, skond kundizzjonijiet speċifiċi, għal tipi ta’ vetturi simili b’massa ta’ referenza ta’ ≤ 2.840 kg.

Ġustifikazzjoni

Numru ta’ tipi ta’ vetturi (‘light-duty’) għandhom l-istess bażi teknika. Skond it-tip ta’ ‘body’ ta’ fuq speċifiku, il-piżijiet tagħhom jistgħu jkunu jew taħt jew fuq bl-eżatt il-limitu ta’ 2.610kg. Dan ifisser li żewġ vetturi li kienu identiċi teknikament se jkunu trattati b’mod differenti; waħda titqies bħala vettura ‘light-duty’, u l-oħra bħala vettura ‘heavy duty’. Dan għandu jagħmel differenza fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi għal approvazzjoni tat-tip. Id-dispożizzjoni tar-Regolament 715/2007/KE dwar din il-kwistjoni qed tiżdied biex tiċċara s-sitwazzjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “magna” tfisser l-għajn tal-propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura li għaliha tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, kif ġiet iddefinita fil-punt (25) ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(1) "sistema tal-magna" tfisser il-magna, is-sistema ta' kontroll ta' l-emissjonijiet u l-interface ta' komunikazzjoni (hardwer u messaġġi) bejn l-unità/jiet elettronika/ċi ta' kontroll tas-sistema tal-magna (ECU) u kull unità oħra ta' kontroll għall-propulsjoni jew għall-vettura;

Ġustifikazzjoni

Dwar il-punt 1: konformità ma' Euro VI għandha tiġi ppruvata għas-"sistema tal-magna" kollha kemm hi. Is-sistema tal-magna hija l-aħjar sitwazzjoni bejn il-magna, is-sistema ta' emissjonijiet wara t-trattament u elementi addizzjonali ta' kontroll jaħdmu flimkien bl-aħjar mod possibbli. Id-definizzjoni ta' "magna" għandha tinbidel b'mod korrispondenti jew tiġi sostitwita bit-terminu "sistema tal-magna". Il-WHDC gtr Nru 4 diġà tinkludi definizzjonijiet għal-'sistema tal-magna', 'tip ta' magna' u 'sistema ta' egżost wara t-trattament', li jistgħu jintużaw hawn b'mod adegwat.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) "tip ta' magna" tfisser kategorija tal-magna, li fiha mhemmx differenzi fil-karatteristiċi essenzjali tal-magna;

Ġustifikazzjoni

Dwar il-punt 1: konformità ma' Euro VI għandha tiġi pprovata għas-"sistema tal-magna" kollha kemm hi. Is-sisema tal-magna hija s-sitwazzjoni fejn il-magna, is-sistema ta' emissjonijiet wara t-trattament u elementi addizzjonali ta' kontroll jaħdmu flimkien bl-aħjar mod possibbli. Id-definizzjoni ta' "magna" għandha tinbidel b'mod korrispondenti jew tiġi sostitwita bit-terminu "sistema tal-magna". Il-WHDC gtr Nru 4 diġà tinkludi definizzjonijiet għal-'sistema tal-magna', 'tip ta' magna' u 'sistema ta' egżost wara t-trattament', li jistgħu jintużaw hawn b'mod adegwat.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) “sistema ta’ trattament ta’ wara ta’ l-egżost” tfisser katalista (ossidazzjoni jew 3-way), filtru tal-partikuli, sistema ta’ deNOx, filtru tal-partikuli deNOx imħalltin jew kull strument li jnaqqas l-emissjonijiet li huwa installat fid-direzzjoni tal-magna. Din id-definizzjoni teskludi fluss mill-ġdid tal-gass ta’ l-egżost (EGR), li, fejn jitwaħħal, huwa kkunsidrat bħala parti integrali mis-sistema tal-magna;

Ġustifikazzjoni

Dwar il-punt 1: konformità ma' Euro VI għandha tiġi pprovata għas-"sistema tal-magna" kollha kemm hi. Is-sisema tal-magna hija s-sitwazzjoni fejn il-magna, is-sistema ta' emissjonijiet wara t-trattament u elementi addizzjonali ta' kontroll jaħdmu flimkien bl-aħjar mod possibbli. Id-definizzjoni ta' "magna" għandha tinbidel b'mod korrispondenti jew tiġi sostitwita bit-terminu "sistema tal-magna". Il-WHDC gtr Nru 4 diġà tinkludi definizzjonijiet għal-'sistema tal-magna', 'tip ta' magna' u 'sistema ta' egżost wara t-trattament', li jistgħu jintużaw hawn b'mod adegwat.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) “sistema dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn probabbilment hemm ħsara permezz ta’ kodiċi ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;

(7) “sistema dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-immonitorjar ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn probabbilment hemm ħsara permezz ta’ kodiċi ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;

Ġustifikazzjoni

Sistema OBD ma ‘tikkontrollax’ iżda minflok ‘timmonitorja’ t-tniġġis. Jekk is-sistema OBD tidentifika falliment fis-sistema ta’ tniġġis,wara tiswijiet jistgħu jitwettqu.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, għall-manutenzjoni, għall-ispezzjoni, għall-monitoraġġ perjodiku, għat-tiswija, għar-ri-programmazzjoni jew għar-ri-inizjalizzazzjoni tal-vettura u li l-manifatturi jipprovdu lin-negozjanti u lis-sewwejja awtorizzati tagħhom, inklużi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għal tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’parts jew b’tagħmir;

(11) “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, għall-manutenzjoni, għall-ispezzjoni, għall-monitoraġġ perjodiku, għat-tiswija, għar-ri-programmazzjoni, għar-ri-inizjalizzazzjoni jew l-appoġġ dijanjostiku remot tal-vettura u li l-manifatturi jipprovdu lin-negozjanti u lis-sewwejja awtorizzati tagħhom, inklużi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għal tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’parts jew b’tagħmir. Il-produtturi għandhom jipprovdu faċilità standardizzata, sikura, u remota biex jippermettu persuni li jwettqu tiswijiet indipendenti akkreditati biex ilestu operazzjonijiet li jinkludu aċċess għas-sistema ta’ sigurtà tal-vettura;

Ġustifikazzjoni

Bil-kumplessità (elettronika) dejjem tikber tal-vetturi, il-produtturi qed jipprovdu dejjem aktar faċilitajiet ta’ appoġġ dijanjostiċi remoti. Bil-ħsieb li tinħoloq ugwaljanza fl-opportunitajiet bejn operaturi, dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli wkoll għal operaturi indipendenti biex jippermettulhom li joffru lill-konsumaturi għażla kontinwa fil-provvediment tat-tiswija. Minbarra dan, għandha ssir referenza għal ħolqa ta’ sigurtà bejn vettura u l-produttur għall-issettjar mill-ġdid ta’ ‘immobilisers’ u għal programmar mill-ġdid ta’ l-unitajiet ta’ kontroll elettroniċi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) “manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għall-awtorità ta' l-approvazzjoni għall-aspetti kollha ta' l-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhux essenzjali li l-persuna jew il-korp tkun involuta direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li hi s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Tispjega nnifisha stess (definizzjoni mill-Artikolu 3.27 tad-Direttiva 2007/46/KE).

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri oħra li jikkonċernaw proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip.

Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri oħra li jikkonċernaw proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip biex jirriflettu progress tekniku dwar kwistjonijiet koperti b’dispożizzjonijiet attwali.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun permessa biss biex tadotta miżuri skond l-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE li jindirizzaw progress tekniku dwar proċeduri speċifiċi, testijiet, eċċ. Ebda element ġdid m’għandu jkun introdott skond il-komitoloġija.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. It-testijiet għandhom ikunu bbażati kemm fuq l-emissjonijiet tal-laboratorju kif ukoll fuq dawk tas-sewqan reali.

Ġustifikazzjoni

L-istudju Artemis, ko-finanzjat mill-qafas ta' l-UE dwar ir-riċerka u l-iżvilupp, wera li l-emissjonijiet ta' sewqan reali jistgħu jkunu differenti sew mir-riżultati bbażati fuq testijiet tal-laboratorju.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2014, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ tali vetturi.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2013, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ tali vetturi. F'dan il-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tassigura li l-industriji jingħataw perjodu ta' 36 xahar ta' żmien sabiex jadattaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din id-data għandha tippermetti lill-industrija żmien biżżejjed sabiex tadatta l-proċessi tal-produzzjoni tagħha kif ukoll tassigura li r-rekwiżiti tekniċi jkunu stabbiliti mill-proċeduri tal-komitoloġija fil-ħin.

Din l-emenda għandha tassigura li l-Kummissjoni tressaq malajr l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, mingħajr ma tikkomprometti l-limitu ta' żmien għall-industriji u mingħajr ma tikkomprometti li żżomm strettament ma' l-2012 bħala d-data tal-bidu minħabba rekwiżiti stretti dwar il-kwalitá ta' l-arja fl-2015.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għax-xiri ta’ vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, barra mir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 6 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar b'mod assolut għall-industriji li l-inċentivi huma applikabbli għal vetturi li jilħqu l-limiti ta' emissjonijiet ta' l-Euro VI u l-miżuri ta' implimentazzjoni kollha li se jkunu parti mill-pakkett ta' l-Euro VI.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2014.

Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, barra mir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 6 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2013.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar b'mod assolut għall-industriji li l-inċentivi huma applikabbli għal vetturi li jilħqu l-limiti ta' emissjonijiet ta' l-Euro VI u l-miżuri ta' implimentazzjoni kollha li se jkunu parti mill-pakkett ta' l-Euro VI.

Din id-data għandha tippermetti lill-industrija żmien biżżejjed sabiex tadatta l-proċessi tal-produzzjoni tagħha kif ukoll tassigura li r-rekwiżiti tekniċi jkunu stabbiliti mill-proċeduri tal-komitoloġija fil-ħin.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara li jkun ikkompletat il-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, immexxi taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, mingħajr ma tbaxxi l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan il-Komunità, il-Kummissjoni għandha:

1. Wara li jkunu ikkompletati l-partijiet relevanti tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati tan-NU/ECE, immexxi taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2008, mingħajr ma tbaxxi l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan il-Komunità, il-Kummissjoni għandha:

Ġustifikazzjoni

Biex l-industrija tkun provduta bi żmien biżżejjed biex tikkonforma mar-rekwiżiti Euro VI fl-2011/2012, ir-rekwiżiti kollha (ġejjin kemm mil-leġiżlazzjoni u l-komitoloġija) għandhom ikunu disponibbli mill-1 ta’ Ottubru 2008.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tintroduċi valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli, u jekk ikun xieraq, tispeċifika l-valur tal-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu ta’ l-NOx; hemmhekk skond l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2007/46/KE;

(a) tintroduċi valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli bbażati fuq korrelazzjoni ma’ l-istat attwali ta’ filtri partikulati tad-diżil magħluqa, skond l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2007/46/KE;

Ġustifikazzjoni

Biex ikun hemm valuri realistiċi għal numri ta’ partikula, dawn il-valuri għandhom ikunu relatati ma’ l-istat attwali ta’ filtri partikulati ta’ diżil magħluqa.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Jekk l-iżvilupp ta' livelli ta' emissjonijiet NO2 jindika li l-emissjonijiet NO2 minn vetturi heavy-duty jista' jeċċedi l-150mg/kWh, il-Kummissjoni għandha tintroduċi valur ta' limitu NO2 ta' 150 mg/kWh għall-vetturi heavy-duty, kif ukoll metodu adegwat ta' kejl, bi qbil ma' l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Ġustifikazzjoni

L-NO2 huwa l-aktar tip importanti ta’ NOx fir-rigward tal-kwalità ta’ l-arja. Fil-kuntest tal-valuriNO2 pproġettati għall-2015 bħala parti mir-rekwiżiti tal-kwalitá ta' l-arja, il-livelli ta' emissjoni ta' NO2 għandu jkun immonitorjat mill-qrib. Meta l-limitu ta' 150 mg/kWh (relatat mar-rekwiżiti għal sistemi modifikati) ikun maqbuż, - hu hemm biss - il-Kummissjoni għandha tintroduċi valur ta' limitu fiss għall-emissjonijiet NO2 kif ukoll metodu ta' kejl adegwat u armonizzat.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-inkwinanti elenkati fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li jiġu regolati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizzjonali, għandha temenda dan ir-Regolament b’mod xieraq.

4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-inkwinanti elenkati fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li jiġu regolati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizzjonali, għandha tipproponi emendi għal dan ir-Regolament b’mod xieraq.

Ġustifikazzjoni

L-addizzjoni ta’ elementi li jniġġsu ġodda jista’ jkollha konsegwenzi serji għal rekwiżiti industrijali. Għal din ir-raġuni addizzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu indirizzati permezz ta' proċedura leġiżlattiva standard.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 88/195/KEE, 97/21/KE, 1999/99/KE u 2005/78/KE, u d-Direttiva 2005/55/KE għandhom jiġu revokati b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2014.

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 88/195/KEE, 97/21/KE, 1999/99/KE u 2005/78/KE, u d-Direttiva 2005/55/KE għandhom jiġu revokati b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2013.

Ġustifikazzjoni

Din id-data għandha tippermetti lill-industrija żmien biżżejjed sabiex tadatta l-proċessi tal-produzzjoni tagħha kif ukoll tassigura li r-rekwiżiti tekniċi jkunu stabbiliti mill-proċeduri tal-komitoloġija fil-ħin.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika mill-1 ta' April 2013. Madankollu, l-Artikoli 8(3) u 10 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ u l-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i) u 3(d)(i) ta’ l-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2014.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2012. Madankollu, l-Artikoli 8(3) u 10 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ u l-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i) u 3(d)(i) ta’ l-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2013.

Ġustifikazzjoni

Din id-data għandha tippermetti lill-industrija żmien biżżejjed sabiex tadatta l-proċessi tal-produzzjoni tagħha kif ukoll tassigura li r-rekwiżiti tekniċi jkunu stabbiliti mill-proċeduri tal-komitoloġija fil-ħin.

PROĊEDURA

Titolu

Approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni

Referenzi

COM(2007)0851 – C6-0007/2008 – 2007/0295(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.1.2008

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Johannes Blokland

22.1.2008

Eżami fil-kumitat

8.4.2008

5.5.2008

Data ta’ l-adozzjoni

6.5.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Etelka Barsi-Pataky, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Robert Navarro, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Gilles Savary, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Jelko Kacin, Ari Vatanen, Corien Wortmann-Kool

PROĊEDURA

Titolu

L-approvazzjoni ta’ tipi ta’ vetturi bil-mutur u ta’ magni

Referenzi

COM(2007)0851 – C6-0007/2008 – 2007/0295(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.12.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.1.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.1.2008

IMCO

15.1.2008

TRAN

15.1.2008

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

29.1.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Matthias Groote

26.2.2008

Diskussjoni fil-kumitat

27.5.2008

Data ta’ l-adozzjoni

15.7.2008

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

51

0

1

Membri preżenti għall-vot finali

Georgs Andrejevs, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Anja Weisgerber, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Inés Ayala Sender, Adam Gierek, Rebecca Harms, Jutta Haug, Johannes Lebech, Alojz Peterle, Robert Sturdy, Donato Tommaso Veraldi

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Elisabetta Gardini

Data tat-tressiq

11.8.2008