RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid)
8.9.2008 - (5724/2/2008 – C6‑0222/2008 – 2005/0237A(COD)) - ***II
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Luis de Grandes Pascual
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid)
(5724/2/2008 – C6‑0222/2008 – 2005/0237A(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5724/2/2008 - C6-0222/2008),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0331/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Titolu | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid) |
Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-osservanza tal-obbligi tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid) |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u mis-Soċjetajiet tal-Klassifikazzjoni t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 2 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 3 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(3) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar politika komuni dwar ibħra siguri, il-Kunsill stabbilixxa l-objettiv li jneħħi l-bastimenti substandard kollha mill-ibħra tal-Komunità u ta prijorità lill-azzjoni Komunitarja imfassla biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli internazzjonali permezz tat-tfassil ta' standards komuni għas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni.
|
(3) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar politika komuni dwar ibħra siguri, il-Kunsill stabbilixxa l-objettiv li jneħħi l-bastimenti substandard kollha mill-ibħra tal-Komunità u ta prijorità lill-azzjoni Komunitarja maħsuba biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli internazzjonali permezz tat-tfassil ta' standards komuni għas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, iddefiniti bħala organizzazzjonijiet ta' spezzjoni tal-bastimenti u tal-perizji (minn hawn 'il quddiem imsejħa "organizzazzjonijiet rikonoxxuti"). |
|
|
1 ĠU C 271 7.10.1993, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Minkejja li t-test ta' qabel huwa kkwotat b'mod korrett u l-korpi involuti kienu jissejħu 'soċjetajiet ta' 'klassifikazzjoni', l-istess isem għandu jintuża fid-Direttiva kollha. L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 1 ta' l-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 3 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 8 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(8) Mad-dinja kollha numru kbir ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni eżistenti ma jiżgurawx implimentazzjoni adegwata tar-regoli jew affidabilità biżżejjed meta jaġixxu f'isem l-amministrazzjonijiet nazzjonali għaliex ma għandhomx l-istrutturi u l-esperjenza adegwati u ta' min joqgħod fuqhom u li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod mill-iktar professjonali. |
(8) (8) Mad-dinja kollha numru kbir tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti eżistenti ma jiżgurawx implimentazzjoni adegwata tar-regoli jew l-affidabilità adegwata meta jaġixxu f'isem l-amministrazzjonijiet nazzjonali għaliex ma għandhomx l-istrutturi u l-esperjenza adegwati li jippermettulhom iwettqu l-ħidma tagħhom b'mod mill-iktar professjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 4 ta' l-ewwel qari tal-Parlament. Din l-emenda tapplika għat-test kollu. Jekk tiġi adottata, jeħtieġ li t-test kollu għandu jinbidel skond dan. | |
Emenda 4 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 9 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(9) F'konformità mal-Kapitolu II-1, Parti A-1, Regolament 3-1 tas-SOLAS 74, l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu ddisinjati, mibnija u miżmuma f'konformità mal-ħtiġiet strutturali, mekkaniċi u elettriċi ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti mill-amministrazzjonijiet. Dawn is-soċjetajiet għalhekk jipproduċu u jimplimentaw regoli għad-disinn, il-kostruzzjoni, iż-żamma u l-ispezzjoni tal-vapuri u huma responsabbli għall-ispezzjoni tal-vapuri f'isem l-Istati tal-bandiera u biex jiċċertifikaw li dawk il-vapuri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali għall-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti. Sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod sodisfaċenti, jeħtieġ li jkollhom indipendenza stretta, kompetenza teknika speċjalizzata ħafna u ġestjoni tal-kwalità rigoruża. |
(9) Barra minn hekk, dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jipproduċu u jimplimentaw regoli għad-disinn, il-kostruzzjoni, iż-żamma u l-ispezzjoni tal-vapuri u huma responsabbli għall-ispezzjoni tal-vapuri f'isem l-Istati tal-bandiera u biex jiċċertifikaw li dawk il-vapuri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali għall-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti. Sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod sodisfaċenti, jeħtieġ li jkollhom indipendenza stretta, kompetenza teknika speċjalizzata ħafna u ġestjoni tal-kwalità rigoruża. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. | |
Emenda 5 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 13 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(13) Din id-Direttiva għandha tiżgura l-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fil-Komunità, għalhekk il-Komunità għandu jkollha d-dritt tinnegozja, ma' dawk il-pajjiżi terzi fejn jinsabu xi wħud mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità. |
(13) Din id-Direttiva għandha tiżgura l-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fil-Komunità; għalhekk il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt tinnegozja, ma' dawk il-pajjiżi terzi fejn jinsabu xi wħud mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, trattament ugwali għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom is-sede tagħhom fil-Komunità. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 8 ta' l-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 6 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 15 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(15) Id-diverġenza tas-sistemi ta' responsabiltà finanzjarja ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f'isem l-Istati Membri timpedixxi l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva. Biex jingħata kontribut għas-soluzzjoni ta' din il-problema, huwa xieraq li tinġieb ċerta armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tar-responsabiltà li tirriżulta minn kwalunkwe diżgrazzja tal-baħar ikkaġunata minn organizzazzjoni rikonoxxuta, kif ikun deċiż minn qorti tal-ġustizzja, inkluża s-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ. |
(15) Id-diverġenza tas-sistemi ta' responsabiltà finanzjarja bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f'isem l-Istati Membri timpedixxi l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva.Biex jingħata kontribut għas-soluzzjoni ta' din il-problema, huwa xieraq li tinġieb ċerta armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tar-responsabiltà li tirriżulta minn kwalunkwe inċident ikkaġunat minn organizzazzjoni rikonoxxuta, kif ikun deċiż minn qorti tal-ġustizzja, inkluża s-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ.
|
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 10 ta' l-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 7 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 18 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(18) L-Istati Membri għandhom madankollu jitħallew bil-possibbiltà li jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni tagħhom lil organizzazzjoni rikonoxxuta filwaqt li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom u jagħtu raġunijiet sostanzjati għal dan. |
(18) L-Istati Membri għandhom madankollu jitħallew bil-possibbiltà li jissospendu l-awtorizzazzjoni tagħhom lil organizzazzjoni rikonoxxuta għal raġunijiet ta' perikolu serju għas-sigurtà jew għall-ambjent. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi mingħajr dewmien, b'konformità mal-proċedura ta' kumitati, jekk kwalunkwe miżura bl-effett imsemmi hawn fuq għandhiex tiġi rrevokata. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. | |
Emenda 8 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 1 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
L-għan ta' din id-Direttiva hu: |
|
|
a) li jkun żgurat li l-Istati Membri effettivament u konsistentement jissodisfaw l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera skont il-konvenzjonijiet internazzjonali; |
|
Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri li jridu jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom ma' l-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li tmexxi 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali. |
b) tistabbilixxi miżuri li jridu jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti inkarigati mill-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li tmexxi 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan il-proċess jinkludi fih l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi, radjotelefoniċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 9 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 2 – punt c | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
c) "spezzjonijiet u perizji" tfisser l-ispezzjonijiet u l-perizji li huma mandatorji taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali; |
c) (c) "spezzjonijiet u perizji" tfisser l-ispezzjonijiet u l-perizji li huma mandatorji taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali, kif ukoll skont din id-Direttiva u leġiżlazzjonijiet oħrajn tal-Komunità rigward is-sikurezza marittima; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 21 ta' l-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 10 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 2 – punt d | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar ta' l-1 ta' Novembru 1974 (SOLAS 74) bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 ta' l-Anness għaliha, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta' April1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta' Novembru 1973 (Marpol) flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta' status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom; |
d) "konvenzjonijiet internazzjonali" tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar ta' l-1 ta' Novembru 1974 (SOLAS 74), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta' April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta' Novembru 1973 (Marpol), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Bastimenti, 1969 (Tonnage 69), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Livelli ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa ta' Baħħara, 1978 (STCW 1978), il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għal Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (COLREG 72), flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta' status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 11 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 2 – punt d a (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
d a) "il-Kodiċi tal-Istat tal-Bandiera" tfisser l-ewwel u t-tieni parti tal-"Kodiċi għall-implimentazzjoni ta' l-istrumenti obbligatorji ta' l-IMO", adottat mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea A.996(25) fid-29 ta' Novembru 2007, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 12 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 2 – punt d b (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
d b) "amministrazzjoni" tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li tiegħu il-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera, inklużi d-dipartimenti, l-aġenziji u l-entitajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet marbuta mal-Istat tal-bandiera tal-Konvenzjonijiet tal-IMO; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 13 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 2 – punt k | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun tajjeb għal użu jew servizz partikolari skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta; |
tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun tajjeb għal użu jew servizz partikolari skond ir-regoli u regolamenti stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. | |
Emenda 14 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1. Meta jidħlu għar-responsabilitajiet u l-obbligi tagħhom skond il-konvenzjonijiet internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministrazzjonijiet kompetenti tagħhom jistgħu jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari rigward l-ispezzjoni u l-perizja tal-vapuri u l-ħruġ taċ-ċertifikati statutorji u taċ-ċertifikati ta' eżenzjoni kif previst mill-konvenzjonijiet internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jaġixxu skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Anness u ta' l-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.847(20) ta' l-IMO dwar linji gwida biex jassistu l-Istati tal-bandiera fl-implimentazzjoni ta' l-istrumenti ta' l-IMO. |
1. Meta jidħlu għar-responsabilitajiet u l-obbligi tagħhom skond il-konvenzjonijiet internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministrazzjonijiet kompetenti tagħhom jistgħu jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet tagħhom, b’konformità mal-Paragrafi 1a sa 1c. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 15 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
1 a. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Istat tal-Bandiera. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 16 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
1 b. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għal verifika indipendenti tal-amministrazzjoni tagħhom tal-inqas darba kull ħames snin skont id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni A.974 (24) adottata mill-Assemblea tal-IMO fl-1 ta’ Diċembru 2005. Huma għandhom jiżġuraw, fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika, li jekk ikun xieraq, li jiġi mfassal pjan korrettiv komprensiv skond it-taqsima 8 tal-Parti II tal-Anness ta' dik ir-Riżoluzzjoni u li tkun żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha u b'mod effettiv tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 17 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 1 c (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
1 c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa rigward l-ispezzjoni u l-perizja tal-vapuri u l-kwistjoni tal-ħruġ taċ-ċertifikati statutorji u taċ-ċertifikati ta' eżenzjoni kif previst mill-konvenzjonijiet internazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-Soċjetajiet tal-Klassifika t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 18 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ii | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
ii) li joqgħod fuq l-organizzazzjonijiet sabiex iwettqu bis-sħiħ jew f'parti l-ispezzjonijiet u l-perizji msemmija fil-punt i); |
ii) li joqgħod fuq l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex iwettqu bis-sħiħ jew f'parti l-ispezzjonijiet u l-perizji msemmija fl-inċiż (i); |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. | |
Emenda 19 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Titolu (ġdid) għall-Artikolu 3 a (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
Artikolu 3a |
|
|
Obbligi tal-Istat tal-Bandiera |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 20 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 a (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
1. Qabel ma bastiment jingħata l-permess li jopera, li jkun ingħatalu d-dritt li jtajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-bastiment ikkonċernat jikkonforma mar-regoli u r-regolamenti internazzjonali applikabbli. B'mod partikolari, għandu jivverifika r-rekords ta' sikurezza permezz tal-mezzi kollha raġonevoli. Huwa għandu, jekk ikun hemm bżonn, jikkonsulta mal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera preċedenti sabiex jistabbilixxi jekk hemmx xi nuqqasijiet li għadhom ma kinux indirizzati jew kwistjonijiet ta' sikurezza pendenti osservati mill-amministrazzjoni msemmija. |
|
|
2. Kull meta Stat tal-bandiera jitlob informazzjoni rigward vapur li qabel kien itajjar bandiera ta' Stat Membru, l-Istat Membru li lilu saret it-talba għandu fil-pront jipprovdi dettalji ta' nuqqasijiet li għadhom ma kinux indirizzati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza lill-Istat tal-bandiera li qed jagħmel it-talba. |
|
|
3. Meta l-amministrazzjoni tiġi infurmata li bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat ġie miżmum minn Stat tal-port, hija għandha tissorvelja l-miżuri korrettivi xierqa biex iġġib il-bastiment f'konformità mar-regolamenti u Konvenzjonijiet ta' l-IMO applikabbli. Għal dan il-għan, dik l-amministrazzjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri applikabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 21 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 b (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
Artikolu 3b |
|
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar il-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom tinżamm taħt il-kontroll dirett ta' awtorità pubblika u tkun dejjem aċċessibbli faċilment għall-amministrazzjoni permezz ta' mezzi ta’ teknoloġija tal-informatika adegwati: |
|
|
a) id-dettalji tal-identifikazzjoni tal-vapur (isem, numru IMO, eċċ.); |
|
|
b) id-dati ta' l-ispezzjonijiet, inklużi l-ispezzjonijiet addizzjonali u supplimentari, jekk ikun hemm, u l-verifiki; |
|
|
c) l-identifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vapur; |
|
|
d) l-identifikazzjoni tal-entità li spezzjonat il-vapur skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta' l-Istat tal-Port u d-dati ta’ l-ispezzjonijiet; |
|
|
e) ir-riżultat tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll mill-Istat tal-port (Nuqqasijiet: Iva jew Le; Immobilizzazzjoni: Iva jew Le); |
|
|
f) informazzjoni dwar inċidenti; |
|
|
g) identifikazzjoni tal-vapuri li ma baqgħux itajru l-bandiera ta' l-Istat Membru kkonċernat matul it-12-il xahar preċedenti. |
|
|
L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdulha l-informazzjoni msemmija hawn fuq. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 22 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 c (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
Artikolu 3c |
|
|
1. Kull Stat Membru għandu, fil-qafas tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità tiegħu, jevalwa u jirrevedi kontinwament il-prestazzjoni tiegħu bħala Stat tal-bandiera. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom, tul perjodu ta' [36] xahar, ikopru l-aspetti kollha tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-amministrazzjoni. |
|
|
Bħala minimu, l-indikaturi ta' prestazzjoni li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-evalwazzjoni: |
|
|
- rati ta' detenzjoni ta' kontroll mill-Istat tal-port, |
|
|
- ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-Istat tal-bandiera, u |
|
|
- indikaturi tar-riżultati, kif jista' jkun xieraq, biex jiddeterminaw jekk l-istaff, ir-riżorsi u l-proċeduri amministrattivi humiex adegwati biex jaqdu l-obbligi marbuta mal-Istat tal-bandiera. |
|
|
2. L-Istati Membri, li jkunu wettqu evalwazzjonijiet skont il-paragrafu 1a u jidhru fuq il-lista sewda [jew ġriża] ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-Memorandum ta' Ftehim (MOU) ta' Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port fl-1 ta' Lulju tas-sena tat-tlestija tal-evalwazzjonijiet, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar il-prestazzjoni tagħhom bħala Stati tal-bandiera sa mhux iktar tard mill-1 ta' Novembru tas-sena tat-tlestija tal-evalwazzjoni. |
|
|
Ir-rapport għandu jiddetermina u janalizza r-raġunijiet prinċipali tar-riżultati l-ħżiena, u għandu jinkludi wkoll pjan ta’ miżuri korrettivi inklużi, jekk ikun xieraq, spezzjonijiet supplimentari li għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli. |
|
|
3. Is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità għandha tkun stabbilita u ċċertifikata f'perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni t-tnejn jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 23 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 3 d (ġdid) | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
Artikolu 3 d |
|
|
Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem l-[2010], tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-fattibilità tat-twaqqif ta' Memorandum ta' Ftehim dwar l-obbligi ta' kontroll tal-Istat tal-bandiera, bl-għan li jkunu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn l-Istati tal-bandiera, li jkunu impenjaw ruħhom li jimplimentaw b'mod obbligatorju l-Kodiċi tal-Istat tal-Bandiera u li jkunu qablu li jiġu vverifikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni A.974 (24) adottata mill-Assemblea tal-IMO fl-1 ta’ Diċembru 2005. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 24 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Titolu (ġdid) għall-Artikolu 4 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
Ir-relazzjoni mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 25 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Sabiex Stat Membru jaċċetta li organizzazzjoni rikonoxxuta li tinsab fi Stat terz twettaq id-dmirijiet, kollha jew parti minnhom msemmijin fl-Artikolu 3 hu jista' jitlob li l-Istat terz imsemmi jagħti trattament reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità. |
Sabiex Stat Membru jaċċetta li organizzazzjoni rikonoxxuta li tinsab fi Stat terz twettaq, f’ismu, id-dmirijiet imsemmijin fl-Artikolu 3, jew parti minnhom, hu jista' jesiġi li l-Istat terz imsemmi jirrikonoxxi b’mod reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 27 tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 26 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 2 – ittra a – subparagrafu 1 a | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
|
|
|
Għalhekk, meta organizzazzjoni rikonoxxuta, l-ispetturi tagħha, jew l-istaff tekniku tagħha joħorġu ċ-ċertifikati meħtieġa f'isem l-awtorità, dawn għandhom ikunu suġġetti għall-istess salvagwardji legali u għall-istess protezzjoni ġudizzjarja, inkluż l-eżerċizzju ta' kwalunkwe drittijiet ta' difiża, fl-istess forma bħal dawk li l-awtorità u l-membri tagħha kienu jkunu jistgħu jirrikorru għalihom kieku l-awtorità ħarġet iċ-ċertifikati meħtieġa hija stess; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 28 tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 27 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 2 – ittra b – inċiż ii | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal korriment fuq il-persuna jew mewt, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b' negliġenza jew b'nuqqas ta' kont ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kkumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak il-korriment fuq il-persuna jew mewt kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 4 miljun; |
jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn inċident tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal korriment fuq il-persuna u fejn ma jkunux ġew ikkawżati mwiet, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b' negliġenza jew b'nuqqas ta' prudenza ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tesiġi kumpens finanzjarju mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak il-korriment fuq il-persuna mingħajr ma jkunu kkawżaw mewt kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, ikunu ġew ikkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 4 miljun, minbarra meta l-ammont stabbilit fis-sentenza jew ftehima jkun inqas, u f'dan il-każ iċ-ċifra ta' l-aħħar għandha tkun l-ammont li għandu jitħallas; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 30 tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 28 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 2 – ittra b – inċiż iii | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal telf ta' jew ħsara lill-proprjetà, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b' negliġenza jew b'nuqqas ta' kont ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf jew ħsara kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 2 miljun; |
jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn inċident tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal telf jew ħsarat materjali, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b' negliġenza jew b'nuqqas ta' prudenza ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tesiġi kumpens finanzjarju mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf jew ħsara li jkunu, kif deċiż minn dik il-qorti, ġew ikkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 2 miljun, minbarra meta l-ammont stabbilit fis-sentenza jew ftehima jkun inqas, u f'dan il-każ iċ-ċifra ta' l-aħħar għandha tkun l-ammont li għandu jitħallas; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 31 tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 29 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
id-dispożizzjonijiet biex jirrappurtaw tagħrif essenzjali dwar il-flotta imniżżla fir-reġistru ta' klassifikazzjoni tagħhom, u l-bdil, is-sospensjonijiet u l-irtirar mill-klassi tal-vapuri, |
e) id-dispożizzjonijiet għall-komunikazzjoni obbligatorja ta’ tagħrif essenzjali dwar il-flotta imniżżla fir-reġistru ta' klassifikazzjoni tagħhom, u l-bdil, is-sospensjonijiet u l-irtirar mill-klassi tal-vapuri, |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 33 tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 30 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 8 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Minkejja l-kriterji minimi speċifikati fl- Anness I għar-Regolament (KE) Nru …/… fejn Stat Membru jqis li organizzazzjoni rikonoxxuta ma tistax tibqa' awtorizzata li twettaq f'ismu d-dmirijiet speċifikati fl-Artikolu 3, hu jista' jissospendi jew jirtira din l-awtorizzazzjoni. F'dan il-każ l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien, u għandu jagħti raġunijiet sostanzjati għaliha. |
Minkejja l-kriterji minimi speċifikati fl- Anness I għar-Regolament (KE) Nru …/… fejn Stat Membru jqis li organizzazzjoni rikonoxxuta ma tistax tibqa' awtorizzata li twettaq f'ismu d-dmirijiet speċifikati fl-Artikolu 3, hu jista' jissospendi jew jirtira din l-awtorizzazzjoni skond il-proċedura li ġejja: |
|
|
a) l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien, u għandu jagħti raġunijiet sostanzjati għaliha. |
|
|
b) il-Kummissjoni, mil-lat ta’ sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis, għandha tevalwa r-raġunijiet imressqa mill-Istat Membru għas-sospensjoni ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta; |
|
|
c) skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jekk id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-awtorizzazzjoni tkunx ġustifikata biżżejjed jew le għal raġunijiet ta' periklu serju għas-sikurezza jew għall-ambjent. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ġustifikata, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jirtira s-sospensjoni. Jekk id-deċiżjoni tkun ġustifikata u l-Istat Membru, skont l-Artikolu 4(1), ikun illimita n-numru ta' organizzazzjonijiet li jaġixxu f'ismu, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jagħti awtorizzazzjoni ġdida lil organizzazzjoni rikonoxxuta oħra sabiex tieħu post l-organizzazzjoni sospiża. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emendi 46 u 47 ta' l-ewwel qari. | |
Emenda 31 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1. Kull Stat Membru għandu jkun żgur li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li qegħdin jaġixxu f'ismu għall-fini ta' l-Artikolu 3(2) effettivament iwettqu l-funzjonijiet msemmija f'dak l-Artikolu b'mod sodisfaċenti għall-amministrazzjoni kompetenti tiegħu. |
1. Kull Stat Membru għandu jissorvelja li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li qegħdin jaġixxu f'ismu għall-fini ta' l-Artikolu 3(2) effettivament iwettqu l-funzjonijiet msemmija f'dak l-Artikolu b'mod sodisfaċenti għall-amministrazzjoni kompetenti tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 48 tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 32 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
2. Kull Stat membru għandu, ta' l-anqas kull sentejn, iwettaq il-kompitu msemmi fl-ewwel paragrafu u għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-snin meta l-konformità tkun ġiet ivvalutata. |
2. Kull Stat Membru għandu, ta' l-anqas kull sentejn, iwettaq superviżjoni ta’ kull organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun qed taġixxi f'ismu u għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati ta' din il-ħidma ta’ superviżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-snin meta jkunu saru. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Ara l-Emenda 49 tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 33 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Titolu (ġdid) għall-Artikolu 12 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
Dispożizzjonijiet finali |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-kontroll mill-Istat tal-Bandiera u s-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni jagħmlu parti mit-Tielet Pakkett għas-Sikurezza Marittima, sett ta' proposti interkonnessi. | |
Emenda 34 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet leġislattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn ...1. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' l-Artikoli [...] u l-punti [...] ta' l-Anness I [artikoli jew suddiviżjonijiet tagħhom u punti ta' l-Anness I li nbidlu fis-sustanza tagħhom meta mqabbla mad-Direttiva 94/57/KE] mhux iktar tard minn ...*. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan u barra minn hekk, għandhom ifornu tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
|
DO: 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
* 18-il xahar minn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskop ta' din l-emenda hija li tiddaħħal mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. | |
- [1] ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 632.
NOTA SPJEGATTIVA
L-isfond u l-għan tal-proposta
Ir-raba' reviżjoni hija maħsuba biex issaħħaħ u tikkjarifika l-irwol tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti fuq il-livell ta' l-UE, issa magħrufa bħala 'organizzazzjonijiet rikonoxxuti', peress li nstab li hemm difetti sinifikanti fil-proċess ta' l-ispezzjoni u l-iċċertifikar tas-sikurezza tat-tbaħħir dinji.
Direttivi preċedenti, partikolarment id-Direttiva 2001/105/KE, waħda mit-tliet proposti fil-pakkett leġiżlattiv Erika I, kienu diġà bbażati fuq il-bżonn serju li tiġi riformata s-sistema preżenti għar-rikonoxximent Komunitarju tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, stabbilita permezz tad-Direttiva 94/57/KE; il-progress sostanzjali li ħolqu umbgħad ġie kkonsolidat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2002 u fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar it-tisħiħ tas-sikurezza fuq il-baħar (2003/2235(INI) u r-riżoluzzjoni adottata wara l-aċċident tal-Prestige (2003/2066(INI)).
Jeħtieġ li wieħed jerġa' lura għal din il-kwistjoni minħabba li hemm bżonn li jsir aktar sabiex l-operat ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkompli jiġi kkonsolidat u mtejjeb: skond l-operaturi varji li jiffurmaw l-industrija tat-trasport bil-baħar, dawn l-organizzazzjonijiet huma ta' importanza enormi, minħabba li jwettqu ħidma vitali fiż-żamma tas-sikurezza fuq il-baħar.
Madankollu, kif imsemmi hawn fuq, il-proċess ta' l-ispezzjoni u l-iċċertifikar ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għadu ferm difettuż, u b'hekk joħloq theddida kbira wisq għas-sikurezza ta' l-ambjent. Fi ħdan is-sistema tas-sikurezza tat-trasport bil-baħar, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ammont kbir ta' poter, u l-eżerċizzju ta' dan il-poter għandu jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet xierqa. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti huma mistiedna jiżguraw li t-tbaħħir tal-bastimenti fl-ibħra tagħna jissodisfa l-istandards internazzjonali xierqa għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż; l-awtoritajiet għandhom jiggarantixxu li, fit-twettiq ta' dmirijiethom, jaġixxu b'indipendenza u b'serjetà.
Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill
Fir-rigward tal-kwistjoni li jinħolqu żewġ strumenti legali, proposta għal regolament u proposta għal direttiva, minflok id-direttiva unika proposta inizjalment, l-approċċ wara l-pożizzjoni komuni jidher li huwa wieħed sod.
Il-fatt li ċerti punti fil-pożizzjoni komuni jitbiegħdu minn dak li kien approvat mill-Parlament ma jeliminax b'mod konklussiv il-possibilità li l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill jilħqu kunsens. Għall-kuntrarju, qed inħarsu b'mod favorevoli lejn il-pożizzjoni komuni, li fil-parti l-kbira tagħha hija konsistenti mal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Nemmnu li fi kwalunkwe każ, hemm bażi solida għal arranġament finali.
Il-ħsieb wara l-fehma tagħna huwa li s-sett ta' seba' proposti (fir-realtà, sebgħa proposti u waħda, peress li l-proposta għal direttiva dwar regoli u standards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' amministrazzjonijiet marittimi nqasmet f'żewġ strumenti legali, jiġifieri fi proposta għal direttiva dwar regoli u standards komuni għal organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet relevanti ta' amministrazzjonijiet marittimi u fi proposta għal regolament dwar ir-regoli u l-istandards komuni għal organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri) li jikkostitwixxu l-pakkett 'Erika III' jeħtieġ li jiġi trattat bħala ħaġa waħda u interkonnessa, għax inkella jkun hemm riskju ta' nuqqas ta' koerenza. Ovvjament dan ma jbiddilx il-fatt li kull proposta hija entità fiha nnifisha.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (verżjoni riveduta) |
|||||||
|
Referenzi |
05724/2/2008 – C6-0222/2008 – 2005/0237A(COD) |
|||||||
|
Data ta' l-1 qari tal-PE - Numru P |
25.4.2007 T6-0150/2007 |
|||||||
|
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2005)0587 - C6-0038/2006 |
|||||||
|
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni |
19.6.2008 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
|
TRAN 19.6.2008 |
|||||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Luis de Grandes Pascual 24.6.2008 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
14.7.2008 |
25.8.2008 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
4.9.2008 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Reinhard Rack, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Johannes Blokland, Luigi Cocilovo, Zita Gurmai, Lily Jacobs, Anne E. Jensen, Rosa Miguélez Ramos, Vladimír Remek, Dominique Vlasto, Corien Wortmann-Kool |
|||||||